Il-Mosta: Grajjietha u niesha
Frans Deguara, editur
Pubblikazzjoni tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard Mosta f'gheluq l-400 sena (1608-2008) bhala Parrocca.
Dan il-ktieb interessantissimu jinxtara mill-Kazin Nicolo Isouard. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.
Il-Mosta fil-Kamra tad-Deputati
Francis Galea
(p.275) Il-purtiera tas-siparju tal-Parlament Malti damet tinhadem. Minkejja li kienu l-Maltin infushom li f’sebh is-seklu dsatax bewgu lill-Francizi ‘l barra u laqghu lill-Inglizi biex jigu jghammru u jharsu dawn il-gzejjer, il-poplu taghna xorta ma kellu l-ebda sehem fit-tmexxija. Tant, li ghalkemm saret l-ewwel kostituzzjoni ta’ l-1813, l-ordnijiet baqghu jigu mill-hakkiema.
Bl-impenn ta’ George Mitrovich u l-hidma tieghu mad-deputat Ingliz William Ewart, fl-1835 waslet it-tieni kostituzzjoni li allura fethet xaqq dawl ghax fil-Kunsill kien hemm zewg rapprezentanti Maltin kif ukoll l-Isqof. Fl-1849 Malta nghatat kostituzzjoni li fiha gie mwaqqaf Kunsill tal-Gvern li fih ir-rapprezentanza tal-Maltin kompliet tikber. Il-karba tal-Maltin ma kinitx qed tasal u biex jinxtehet xi pass ’il quddiem kellha ssir pressjoni kbira l-aktar kull meta ntbaghtet xi kummissjoni biex tgharbel is-sitwazzjoni li kien qed jghix fiha l-poplu Malti.
Aktar tard dahlu fix-xena Sigismondo Savona u Fortunato Mizzi. Ghalkemm fuq binarji differenti, l-isforzi taghhom wasslu biex inbidlet il-kostituzzjoni u dahlet fis-sehh dik ta’ l-1887. Il-Kunsill tal-Gvern issa kien maghmul minn ghoxrin membru u ghaxra minnhom Maltin. Il-poplu ma damx wisq taht din il-kostituzzjoni ghax l-Inglizi fasslu kostituzzjoni gdida fl-1903 li xehtet lil dawn il-gzejjer lura ghall-1849.
Imbaghad faqqghet l-ewwel gwerra dinjija bejn l-1914 u l-1918 li fiha Malta spiccat bhal sptar fil-Mediterran. Wara l-gwerra, il-gzejjer waqghu lura bis-shih tant li kien hawn bosta qaghad, nuqqas ta’ xoghol, karba ghall-emigrazzjoni, faqar u gholi tal-prodotti essenzjali. Kawza ta’ dan kollu faqqghet ir-rivoluzzjoni ta’ Gunju 1919 u li fiha tilfu hajjithom erba' martri Maltin.
B’rizultat ta’ dawn l-irvellijiet, l-Inglizi ma kienx baqaghlhom triq ohra ghajr milli jaghtuna kostituzzjoni xierqa bl-awtonomija tad-dritt li l-poplu jeleggi (p.277) r-rapprezentanti tieghu. Hekk gara bil-kostituzzjoni ta’ l-1921. Sadanittant bdew jiffurmaw partiti politici minn uhud li kienu diga jikkontestaw ghall-Kunsill tal-Gvern, kif ukoll partiti godda. Ghall-elezzjoni ta’ l-1921 ikkontestaw erba' partiti ewlenin li kienu l-Unione Politico Maltese, il-Partit Kostituzzjonali, il-Partit Laburista u l-Partit Demokratiku Nazzjonalista. Fl-1924 ikkontestaw l-istess partiti izda dak ta’ l-Unione u l-Partit Demokratiku Nazzjonalista hadmu flimkien biex ghall-elezzjoni ta’ l-1927 ikkontestaw l-elezzjonijiet generali taht l-isem ta’ Partit Nazzjonalista. Is-sitwazzjoni kienet l-istess fl-elezzjonijiet ta’ wara sa l-1932.
L-Ewwel Gvern Responsabbli Malti
F’dak iz-zmien, jigifieri bejn l-1921 u l-1932, it-tmexxija tal-pajjiz kienet fdata f’idejn zewgt ikmamar - wahda maghrufa bhala s-Senat u l-ohra l-Assemblea Legislattiva, li wara bdiet tissejjah il-Parlament, li kienu jiltaqghu fis-Sala ta’ l-Arazzi. Il-gzejjer Maltin kienu maqsuma fi tmien distretti u l-Assemblea Legislattiva maghmula minn 32 deputat. Kienu jigu eletti erba' deputati minn kull distrett.
Il-Mosta kienet taghmel parti mis-sitt distrett u maghha kellha lil Birkirkara, Hal-Balzan, Hal Lija, H'Attard, il-Gharghur, in-Naxxar u l-Mellieha. F'Malta kien hawn 27,104 li kellhom dritt jivvutaw u fis-sitt distrett ivvutaw 2,241 waqt li l-kwota biex jigi elett deputat kienet ta’ 449 vot. Fid-distrett tal-Mosta kkontestaw disa’ kandidati u wiehed minn dawk eletti kien Walter L. Salomone tal-Partit Kostituzzjonali.
Il-Kaptan Gualtiero Luke Salomone - iben Francesco mill-Furjana u Vincenza Portelli minn Hal Tarxien - twieled il-Mosta nhar id-19 t'Ottubru, 1888. Kiseb l-edukazzjoni fil-Kullegg Sant’Injazju u fl-Universita ta’ Malta. Wara s-successi fl-elezzjonijiet generali ta’ l-1921 u l-1924 meta dejjem gie elett mal-Partit Kostituzzjonali, huwa lahaq il-quccata politika u l-akbar unur ghall-Mosta fl-elezzjoni ta’ l-1927, meta wara li gie elett Prim Ministru Gerald Strickland ghazlu bhala Ministru responsabbli mid-Dwana, Biedja u Sajd. F'din l-elezzjoni s-Sur Salomone gie elett ma' l-ewwel ghadd b‘1,021 meta fid-distrett ivvutaw 4,165.
(p.278) Is-Sur Salomone, li fil-Mosta ghandna triq imsemmija ghalih, rega’ gie elett fl-1932. Wara, huwa dejjem ta kontribut siewi b’rizq il-gzejjer taghna, l-aktar f’zewg wirjiet gewwa l-lngillerra u li lihom Malta kienel irrapprezentata. Huwa gie fdat b'diversi karigi fosthom bhala Trade Development Officer u Ufficjal fil-Bureau tat-Turizmu, minbarra s-sehem tieghu fit-tieni gwerra dinjija. Huwa kien mizzewweg lil Melita mwielda Pizzuto. Il-Kaptan Salomone miet tas-Sliema nhar it-8 t’Awwissu, 1970.
Fit-tliet elezzjonijiet generali ta’ bejn l-1924 u l-1932, il-Mosta dejjem baqghet taghmel parti mis-sitt distrett li fuqu dejjem ikkontestaw tnax-il kandidat. Wara l-elezzjoni ta’ l-1927 kien imiss li ssir ohra fl-1930, izda din giet sospiza minhabba l-Pastorali ta’ l-Isqfijiet nhar l-1 ta’ Mejju 1930 ghax sostnew li kien dnub mejjet min jivvota lill-kandidati tal-Kompakt - jigifieri l-Partit Kostituzzjonali u dak Laburista. Fl-1931 intbaghtet Kummissjoni Rjali li ghamlet studju dwar il-qaghda politika u ekonomika tal-gzejjer li r-rizultat taghha gie ppubblikat f'Jannar 1932. B'hekk l-elezzjonijiet generali sara nhar il-11, 12 u l3 ta'Gunju 1932. Biex kandidat jigi elett ried igib 1,232 vot, u ma’ Walter Salomone tela’ wkoll it-tabib Rosario Mizzi. Fl-1932, fil-gzejjer Maltin kien hawn 52,610 bi dritt li jivvutaw li minnhom 6,153 ivvutaw fuq is-sitt distrett.
Imwieled il-belt Valletta - iben Carmelo u Francesca Bonello - Rosario twieled nhar it-8 ta’ Frar, 1876. Wara li ggradwa bhala tabib ghall-habta ta’ l-1907, Rosario zzewweg hi Bernardina Galea u ghex f’Nru. 112, Triq il-Kungress Ewkaristiku, il-Mosta. Huwa kien President tal-Kazin tal-Banda Nicolo Isouard bejn l-1924 u l-1932, u aktar tard President tal-Camera di Lettura fil-Kazin Santa Marija. Bhala tabib popolari hafna fil-Mosta huwa kkontesta l-elezzjoni ta’ l-1932 u gie elett fl-Assemblea Legislattiva f’isem il-Partit Nazzjonalista. It-tabib Rosario Mizzi miet nhar it-8 ta’ Jannar 1943 u ndifen fil-kannierja tal-knisja tal-Mosta.
Fit-2 ta’ Novembru 1933 rega’ nizel is-siparju meta l-poplu Malti tilef il-kostituzzjoni u kellu jistenna sa l-1936 biex jikseb kostituzzjoni gdida. Hajjitha ma kinitx daqstant twila ghax f’nofs l-1939 Malta nghatat il-kostituzzjoni MacDonald. B'din rega' kellna Kunsill tal-Gvern immexxi mill-Gvernatur, elett ghal erba’ snin.
(p.279) Il-gzejjer inqasmu f’zewg distretti, bil-Mosta taghmel mat-tieni distrett, u kellhom jigu eletti hames deputati minn kull distrett. Fuq it-tieni distrett ikkontestaw 12-il kandidat u vvutaw 17,897 persuna. Meta l-Italja ddikjarat gwerra fl-10 ta’ Gunju 1942 rega’ ntilef kollox u kellu jigi z-zmien ta’ paci biex fl-10 ta’ Frar 1944 tlaqqa’ Kunsill Nazzjonali biex ifassal kostituzzjoni awtonoma.
Wara t-Tieni Gwerra Dinjija
F’Novembru ta’ l-1945 saru elezzjonijiet generali b’Malta ghadha maqsuma fuq zewg distretti. Fit-tieni distrett li fih kien hemm il-Mosta gie elett it-tabib Antonio Schembri Adami f’isem il-Partit Laburista. Ghalkemm mhux Mosti, it-tabib Schembri Adami ghamel zmien jghix fil-lok Nru. 40, Triq il-Kungress Ewkaristiku. Bil-professjoni tieghu huwa thabbeb mal-Mostin u sar midhla sew taghhom kemm bis-servizz mediku kif ukoll meta sar Ministru.
Iben in-Nutar Francesco Giorgio u Magdalena mwielda Adami, Antonio twieled il-belt Valletta nhar l-14 ta’ Frar, 1913. Wara l-istudju fl-iskola primarja huwa ssokta jistudja fl-Universita ta’ Malta, izda ggradwa u sar tabib fl-Universita ta’ Ruma fl-1937.
(p.280) Il-bidu tal-karriera politika wasal f’Jannar 1945 meta dahal fl-Ezekuttiv tal-Partit Laburisla u ghamel l-ewwel diskors poliliku fil-pubbliku gewwa Rahal Gdid fid-29 t'April 1945. Kif diga rajna huwa gie elett fil-parlament fl-istess sena u mill-gdid fl-elezzjonijiet ta’ l-1947 fuq is-seba’ distrett, meta nghata l-gurament ta’ Ministru tas-Sahha u Servizzi Socjali - kariga li zamm sa Jannar 1950.
It-tabib Schembri Adami jibqa’ msemmi bhala ministru billi huwa kien inkarigat iressaq il-Ligi tal-Pensjoni tax-Xjuh fil-parlament fl-1948, u aktar tard fl-inawgurazzjoni ta’ l-Isptar San Luqa mill-principessa, illum Regina Elizabetta II. Insibu wkoll li t-tabib Schembri Adami hadem b'impenn biex tiddahhal f’pajjizna l-iskema Nazzjonali tas-Sahha. Fl-ewwel disa’ xhur tas-sena 1950, jigifieri sa ma saret l-elezzjoni, it-tabib Schembri Adami kien Ministru tax-Xoghlijiet u Rikostruzzjoni u hadem fuq it-tfassil tal-pjazza quddiem il-Kon-Katidral ta’ San Gwann, il-Belt.
Wara l-qasma fil-Partit Laburista, it-tabib Schembri Adami kkontesta l-elezzjonijiet generali ta’ l-1950 u l-1951 mal-Malta Workers' Party tat-tabib Pawlu Boffa u dejjem kien elett. Izda fit-2 ta’ Jannar 1953 huwa rrizenja mill-Assemblea Legislattiva u flimkien mal-familja telaq lejn l-Ingilterra fejn baqa’ jahdem bhala tabib bl-isem ta’ Dr Adams.
It-tabib Schembri Adami li miet l-Ingillerra nhar l-1 ta’ Marzu 1993, izzewweg lil Doris Pace Axiak nhar it-22 t’April 1939 u kellhom zewgt itfal, Simone u Tania.
Bidla radikali fl-elezzjonijiet
L-elezzjonijiet generali t'Ottubru 1947 fethu s-siparju ghall-popolazzjoni kollha tal-gzejjer Maltin. Ghall-ewwel darba setghu jivvutaw dawk kollha li kellhom 21 sena, inkluz in-nisa li qabel din l-elezzjoni kienu minghajr vot. Is-Senat tnehha, u ghalhekk l-Assemblea Legislattiva kellha s-sahha tressaq u tghaddi l-ligijiet aktar malajr. Malta kienet maqsuma fi tmien distretti b'hames deputati eletti minn kull wiehed. Id-decizjoni ta’ kif tivvota l-mara kienet se tirrifletli l-andament tar-rizultat ghaliex minn 140,703 persuni elegibbli ghall-vot, aktar min-nofs, jigifieri 76,708 kienu nisa votanti godda.
(p.281) Ghal din l-elezzjoni kkontestaw zewg nisa. Is-Sinjorina Agatha Barbara li giet eletta f'isem il-Partit Laburista u Helen Buhagiar mad-Democratic Action Party li ma telghetx. Il-Mosta kienet taghmel parti mis-seba’ distrett li kellu fih ukoll lil Birkirkara, il-Gharghur, il-Mellieha u l-Imgarr. 13,299 kellhom dritt jivvutaw fuq dan id-distrett fejn ikkontestaw 15-il kandidat li biex jigi elett kellu bzonn il-kwota la’ 2,217-il vot.
Minbarra li rega’ gie elett it-tabib Antonio Schembri Adami, rebah siggu fl-Assemblea wkoll l-Avukat Filippo Apap Bologna li kkontesta l-elezzjoni f’isem id-D.A.P. L-Avukat u Markiz Filippo Apap Bologna - iben Paolo mill-belt Valletta u Teresina de Piro D’Amico minn Firenze - twieled H’Attard fl-20 ta’ Jannar, 1901. Huwa studja fl-Universitajiet ta’ Malta u dik Gregorjana f'Ruma. Huwa zzewweg lil Wilfrida mwielda Gollcher nhar il-21 ta’ Gunju 1933 u ghexu l-belt Valletta. Hemm ipprattika l-professjoni tieghu sa l-1939 meta mbaghad mar joqghod f’Villa Gollcher, Triq il-Kostituzzjoni, il-Mosta. Fi zmien it-Tieni Gwerra Dinjija huwa serva bhala Assistent Protection Officer fil-Mosta. Ghalkemm l-Avukat Apap Bologna rega' kkontesta l-elezzjonijiet generali ta’ l-1950, huwa ma giex elett. L-Avukat Apap Bologna miet il-Mosta nhar it-8 ta’ Settembru 1954, u nghata funeral xieraq b'rispett kbir lejh u l-familja tieghu.
Minhabba l-instabilita politika u t-taqlib fil-partiti, kellna sensiela ta’ elezzjonijiet generali wara xulxin fl-1950, l-1951 u l-1953. Il-partiti ma kinux b’sahhithom bizzejjed biex imexxu u kellhom jinqdew bi gvern ta’ koalizzjoni. Fl-ewwel zewg elezzjonijiet minn fuq is-seba' distrett tal-Mosta rega’ gie elett it-tabib Antonio Schembri Adami f'isem il-Malta Workers' Party kif ukoll l-Avukat Carmelo Schembri ghall-Partit Nazzjonalista.
Carmelo Maria Schembri - iben Joseph u Lucija mwielda Tabone Adami - twieled il-Mosta nhar it-2 ta’ Settembru, 1922. Huwa studja fl-iskola Primarja tal-Mosta, il-Liceo u wara ssokta fl-Universita ta’ Malta minn fejn iggradwa u sar avukat fl-1946. Huwa pprattika l-professjoni tieghu fl-istess rahal.
(p.282) Fiz-zmien li kien editur tal-gurnal Nazzjonalista ‘Patria’ bejn l-1950 u l-1952, huwa kkontesta z-zewg elezzjonijiet u gie elett fuq id-distrett tal-Mosta. Fl-1951 kien mahtur deputat spiker ta’ l-Assemblea waqt li bejn l-1952 u l-1953 kien Ministru ta’ l-Edukazzjoni wara t-tluq ta’ l-Avukat Fortunato Mizzi. Meta fl-elezzjoni ta’ l-1953 l-Avukat Schembri ma giex elett, huwa rtira mill-politika u kkoncentra fuq il-professjoni legali. Fl-1954 kien avukat tal-fqar u assistent avukat tal-kuruna f’Ghawdex. Bejn l-1962 u l-1968 huwa serva bhala magistrat fil-gzira ta’ Ghawdex. Wara ghamel xi ghaxar snin magistrat f’Malta sa ma fl-1978 sar imhallef. L-ghola kariga li seta’ jikseb fil-qasam legali waslet fl-1981 meta gie mahtur Prim Imhallef.
Interessanti l-fatt li bejn l-1981 u l-1987, l-Imhallef Schembri spiss garr ir-responsabbilta ta’ Agent President tar-Repubblika flok il-President is-Sinjorina Agatha Barbara. Ghal bosta snin huwa kien President Onorarju tal-Kazin tal-Banda Nicolo Isouard. Il-Prim Imhallef Schembri, li miet nhar it-8 t'Ottubru 1997, izzewweg lil Helen imwielda Holland fit-3 ta’ Lulju 1949 u kellhom hdax ulied – John, Robert, David, Joseph, Mario, Michael, Rosanne, Lucia, Connie, Angelica u Christine.
Fl-elezzjonijiet generali ta’ l-1953 u l-1955 fuq is-seba’ distrett tal-Mosta fejn kien hemm 14,429 persuna elegibbli ghall-vot u kkontestaw 21 kandidat, ma gie elett l-ebda kandidat Mosti. Hawn ta’ min isemmi li s-Sur Ganni Vella mill-Mosta kkontesta d-darbtejn izda minkejja n-numru sabih ta’ voti li gab ma kienx bizzejjed biex jirbah siggu fil-parlament.
Jigu eletti aktar kandidati Mostin
Wara li ntilfet il-kostituzzjoni meta rrizenja l-Gvern bi protesta fl-1958, ghamilna kwazi erba’ snin taht tmexxija kolonjali. Sadanittant, kien thassar il-pjan ta’ l-Integration, bdew jinghataw sensji kbar fit-Tarzna waqt li l-korp tal-Pulizija nhataf f’idejn il-Gvern lngliz. Fl-1962 inghatajna l-Kostituzzjoni Blood, u ghat-tieni darba f’pajjizna - bhalma gara fl-1930 - dahlet fin-nofs il-kwistjoni (p.283) politiko-religjuza. Malta nqasmet f’ghaxar distretti. Il-Mosta kienet taghmel parti mid-disa' distrett li kien fih ukoll l-Imdina, il-Mellieha, l-Imgarr, ir-Rabat u San Pawl il-Bahar. Minn 166,936 persuna elegibbli ghall-vot, fuq id-disa’ distrett ivvutaw 15,005. Bhala deputat Mosti gie elett is-Sur Nicola Muscat f’isem il-Partit Nazzjonalista.
Nicola - iben Angelo u Filomena xebba Deguara - twieled il-Mosta fl-20 ta’ Lulju, 1901. Wara li ha l-edukazzjoni primarja, attenda l-Kullegg San Alwigi u s-Seminarju, u dahal jahdem bhala fizzjal id-dwana. Huwa kien attiv hafna fil-hajja socjali tal-Mostin tant li nsibuh jokkupa diversi karigi f’socjetajiet ewlenin. Is-Sur Nikol ghadda snin fil-kumitat tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard fejn ta sehmu wkoll bhala Segretarju; kif ukoll fil-Klabb tal-Futbol tal-Mosta fejn kien mahtur President. Huwa kien ukoll inkarigat biex imexxi l-Kumitat Organizzattiv tal-festa ta’ Santa Marija. Kemm dam fil-parlament huwa habrek biex jinbena u jinfetah ic-Centru Civiku fil-Mosta.
Wara li gie elett fl-elezzjoni ta’ l-1962, is-Sur Nikol inghata l-inkarigu ta’ Whip tal-partit. Huwa rega’ kkontesta l-elezzjonijiet generali ta’ l-1966 u l-1971, izda qatt ma rnexxielu jerga’ jsib postu fil-parlament. Is-Sur Nicola Muscat izzewweg lil Maria Carmela Vassallo nhar is-26 ta’ Dicembru 1925, u kellhom sitt itfal. Huwa miet nhar it-30 ta’ Mejju, 1972.
Fl-elezzjoni ta’ Marzu ta’ l-1966, id-distretti baqghu l-istess u kien hawn 161,490 elegibbli ghall-vot, kwazi sitt elef inqas minn erba' snin qabel minhabba n-numru kbir ta’ Maltin li emigraw l-aktar lejn l-Awstralja u l-Kanada. Fuq id-disa' distrett tal-Mosta vvutaw 14,189 u biex tigi elett ridt kwota ta’ 2,365. B'kollox ikkontestaw id-distrett 28 kandidat fosthom l-Avukat Leslie Grech, Freddie Micallef, Nicola Muscat, Joe C. Quattromani u Wenzu Vella - kollha Mostin. Minn dawn gie elett biss is-Sur Freddie Micallef mal-Partit Laburista.
Is-Sur Freddie Micallef - iben Carmel u Carmela mwielda Chetcuti - twieled il-Mosta nhar it-18 ta’ Marzu, 1939. Huwa ha l-edukazzjoni fl-iskola Primarja tal-Mosta, is-Seminarju u l-Kullegg Stella Maris. Wara kors generali fl-inginerija bejn l-1954 u l-1960 kiseb ic-certifikat ta’ telemechanic.
(p.284) Maghruf bhala Freddie, iz-zaghzugh Mosti dahal fil-politika fl-1950, meta kien president tal-Ghaqda Zghazagh Laburisti bejn l-1963 u l-1966. Bhala membru fl-ezekuttiv tal-partit sa mill-1960 huwa kellu diversi karigi. Huwa kkontesta l-elezzjoni generali ta’ l-1962 izda ma telax. Wara li gie elett fl-1966, huwa kkontesta b'success l-elezzjoni generali ta’ l-1971, u gie mahtur Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Kummerc, Industrija, Turizmu, Agrikoltura u Sajd. F’Ottubru 1974 inghata l-portafoll ta’ Ministru tal-Biedja u Sajd.
Ghall-elezzjonijiet generali ta’ l-1976, 1981 u l-1987 huwa kkontesta fuq zewg distretti, jigifieri l-hdax u t-tnax-il distrett. Fl-1976 kien l-ewwel Ministru tal-Parastatali u Industrija tal-Poplu, liema responsabbilta zamm sa Ottubru 1978 meta rega’ nghata l-Ministeru ta’ l-Agrikoltura u Sajd fejn baqa’ sa Settembru 1983. Minn din id-data sa Mejju 1987 huwa serva bhala Ministru tax-Xoghol u Servizzi Socjali. Fl-1992 rega’ gie elett u kien il-kelliem ewlieni ta’ l-oppozizzjoni ghall-Agrikoltura u Sajd. Huwa kkontesta z-zewg elezzjonijiet ta’ l-1996 u l-1998 izda ma giex elett.
Kemm dam jirrapprezenta lid-distrett fil-parlament, is-Sur Freddie Micallef ta sehem shih kull fejn seta’ waqt li wettaq hwejjeg li ghadna ngawdu minnhom sal-lum, fosthom il-Gnien l-Gharusa tal-Mosta, id-Dar ta’ l-Anzjani tal-Mosta, il-Pitkalija f’Ta’ Qali u bosta hwejjeg ohrajn. Huwa dejjem hass sodisfazzjon kbir jara numru kbir ta’ familji tal-haddiema jiksbu saqaf fuq rashom fl-Oqsma tad-Djar tal-Gvern mibnija fis-snin li serva bhala Ministru.
Is-Sur Freddie nghata l-unur ghall-Qadi tar-Repubblika u fl-1997 gie moghti l-Onorificenza ‘Gieh il-Mosta’ mill-ewwel Kunsill Lokali tal-Mosta. Huwa zzewweg lil Maria Concetta mwielda Vella nhar il-21 ta’ Mejju 1970 u ghandhom tlett itfal - Carlo, Dino u Maria.
Ghall-elezzjoni tat-12, 13 u 14 ta’ Gunju ta’ l-1971 minkejja li d-distretti baqghu ghaxra, hamsa minnhom — jigifieri t-tieni, it-tielet, is-seba’, it-tmienja u disa’ li mieghu kienet taghmel il-Mosta - kellhom jigu eletti sitt depulati flok hamsa. B hekk il-parlament kien se jkun maghmul minn 55 deputat. Fuq id-distrett (p.285) tal-Mosta vvutaw 16,816-il persuna u minbarra s-Sur Freddie Micallef gie elett ukoll il-Perit Lawrence Gatt f’isem il-Partit Nazzjonalista.
Ghalkemm mhux mill-Mosta, il-Perit Lawrence Gatt mar jghix il-Mosta meta zzewweg wara li kien ilu mal-hamsa u ghoxrin sena jghix Burmarrad. Fil-Mosta pprattika l-professjoni tieghu minn ufficcju fi Triq il-Kostituzzjoni. Lawrence - iben Joseph u Rozina Sammut - twieled ir-Rabat Malta nhar it-12 ta’ Mejju, 1941. Huwa studja fl-iskola primarja, il-Liceo u wara l-Universita ta’ Malta minn fejn iggradwa fl-1967 fl-arkitettura u l-inginerija civili.
Minbarra l-elezzjoni ta’ l-1971, il-Perit Gatt gie elett fl-elezzjonijiet kollha li kkontesta wara - jigifieri dawk ta’ l-1976, l-1981, l-1987 u l-1992. Fl-1971 kien assistent whip tal-partit, waqt li bejn l-1976 u l-1987 kien il-kelliem ewlieni tal-partit dwar il-biedja u s-sajd. F’dan il-perjodu kien shadow minister ghat-Turizmu u l-Agrikoltura u s-Sajd. Fl-1987 huwa nghata l-kariga ta’ Ministru ghall-Izvilupp tal-Produzzjoni waqt li fl-1990 kellu l-portafoll ta’ Ministru ta’ l-Agrikoltura u Sajd - kariga li zamm sa l-1994.
Fost l-affarijiet li ghamel il-Perit Gatt (kif kien maghruf) fil-Mosta nsibu li ghamel playing-fields ghat-tfal, gnien in-naha ta’ Santa Margerita u xoghol fil-grawnd tal-Mosta. Hemm imbaghad il-pinna ta’ Lawrence Gatt li diga tatna tliet pubblikazzjonijiet - Stejjer mill-Ghorfa (1996), gabra ta’ poeziji Fejn Thabbat il-Qalb (1998) u r-rumanz Marlene - Meta l-Qalb Thobb (2000). Minbarra kitbiet ohra li ghandu lesti ghall-pubblikazzjoni, il-Perit Gatt ghadu mpenjat ukoll fuq diversi hidmiet volontarji b'rizq il-patrimonju Mosti.
Il-Perit Gatt, li nghata l-Onorificenza ‘Gieh il-Mosta’ fl-1997, izzewweg lil Agnes imwielda Sciberras nhar il-15 ta’ Jannar 1967 u ghandhom tlett itfal - Louiselle, Etienne u Joseph. Il-familja Gatt kienet tghix f'Nru. 54, Triq Ponsonby u wara marru fejn ghadhom jghixu sal-lum fi Triq l-Isperanza.
Bidla radikali ohra
(p.286) Ghall-elezzjoni ta’ l-1976 bdiet il-bidla radikali li ghadha tista’ tghid fil-prattika fl-elezzjonijiet generali ta’ llum. Malta u Ghawdex gew maqsuma li tlettax-il distrett elettorali u minn kull wiehed jitilghu hames deputati. B’hekk il-parlament ikun maghmul minn 65 deputat. L-elezzjoni saret fuq jumejn flok fuq tlett ijiem, waqt li l-votanti kellhom jipprezentaw il-karta ta’ l-identita. Minn din l-elezzjoni setghu jivvutaw ghall-ewwel darba z-zghazagh li jkunu ghalqu t-tmintax-il sena. Barra dan, il-karta li wiehed jivvota fuqha nbidlet b'tali mod li l-lista tal-kandidati ikun ghalihom skond il-partit li jikkontestaw ghalih, waqt li qabel kienu jnizzluhom kollha flimkien b'mod alfabetiku. F'din l-elezzjoni kkontestaw il-Partit Laburista u dak Nazzjonalista biss, u t-tnejn ghazlu l-kulur taghhom - ta’ l-ewwel l-ahmar u tat-tieni l-blu.
Fl-1976, il-Mosta bdiet taghmel parti mit-tnax-il distrett elettorali li kien fih ukoll Hal Balzan, parti minn Birkirkara, il-Gharghur, in-Naxxar, parti minn Hal Lija u San Pawl il-Bahar. F'Malta u Ghawdex kien hawn 217,724 elegibbli ghall-vot u fuq it-12-il distrett ivvutaw 15,635 persuna, b'ghazla ta’ 15-il kandidat, fejn kienet mehtiega l-kwota ta’ 2,606 voti biex kandidat jigi elett.
Din l-elezzjoni gabet rih tajjeb lejn ir-rahal tal-Mosta, ghaliex minbarra li l-elettorat ikkonferma mill-gdid lid-Deputati Freddie Micallef u l-Perit Lawrence Gatt li gew eletti ma' l-ewwel ghadd, gie elett ukoll it-tabib Paul Chetcuti Caruana f’isem il-Partit Laburista.
It-tabib Paul Chetcuti Caruana - iben Carmelo u Carmela mwielda Caruana - twieled il-Mosta nhar l-10 ta’ Settembru, 1948. Studja fl-iskola primarja tal-Gvern, fil-Liceo u dahal l-Universita ta’ Malta fejn iggradwa u sar tabib fl-1971. Huwa kkontesta l-elezzjonijiet generali fl-1976 u gie elett mit-tnax-il distrett. Fit-28 ta’ Dicembru 1977, dakinhar li nqatlet Karin Grech - huwa wkoll kien gie terrorizzat meta rcieva ittra bomba li ma splodietx. F'dak iz-zmien, flimkien ma' hames tobba ohra Maltin, kien qed imexxi l-Isplar San Luqa waqt l-istrajk tat-tobba.
Wara li rtira mill-polilika, fl-1998 iddecieda li jerga’ jikkontesta fl-elezzjoni, izda ma gabx il-kwota mehtiega. Fl-2007 huwa kkontesta l-elezzjoni ghall-Kunsill Lokali tal-Mosta mal-Partit Laburista, u billi gab l-akbar numru ta’ voti nhatar Sindku. It-tabib Chetcuti Caruana zzewweg lil Lina mwielda (p.287) Grech nhar l-14 ta’ Settembru 1971 u ghandhom erbat itfal - Paul, Leo, Aronne u Joshua.
Ghall-elezzjonijiet generali ta’ l-1981 rega’ kellna xi tibdil. Ghall-ewwel darba fl-istorja polilika tal-gzejjer Maltin, il-votazzjoni kellha ssir f’gurnata wahda u ddahhal id-dokument tal-vot. Il-Mosta baqghet il-qafas tat-tnax-il distrett meta maghha kellha lil Hal Balzan, Burmarrad, il-Gharghur, in-Naxxar u San Pawl il-Bahar. Fuq dan id-distrett ivvutaw 17,549 u kellhom ghazla ta’ wiehed u ghoxrin kandidat, li biex wiehed jigi elett ried il-kwota ta’ 2,925 vot. Wara r-rizultat elettorali, minbarra s-Sur Freddie Micallef u l-Perit Lawrence Gatt, gie elett it-tielet Mosti - jigifieri s-Sur George Gatt f’isem il-Partit Laburista.
Iben Salvu u Maria mwielda Vassallo, is-Sur George Gatt twieled il-Mosta nhar it-2 ta’ Mejju, 1941. Huwa studja fl-iskola Primarja tal-Gvern u l-Liceo. Bin is-sengha huwa medd ghonqu ghax-xoghol, izda bejn l-1959 u l-1967 emigra u hadem il-Kanada fil-qasam ta’ l-aircraft assembly. Meta gie lura dahal fil-qasam tax-xoghol tal-bini ma’ hutu.
Huwa kkontesta l-elezzjonijiet generali ta’ l-1976 u ma telax. Ikkontesta b’success l-elezzjonijiet ta’ l-1981 u ta’ l-1987 u tela’ fuq it-tnax-il distrett. Fl-elezzjoni ta’ l-1992 huwa kkontesta fuq il-hdax u t-tnax-il distrett u tela’ f’elezzjoni kazwali biex jimla l-post tas-Sur Evarist Bartolo tat-tnax-il distrett, li gie elett minn zewg distretti. Wara, huwa rtira mill-politika u ssokta jahdem fil-kumpanija tal-kostruzzjoni tal-bini. Is-Sur George Gatt izzewweg lil Carmen imwielda Mifsud u ghandhom hamest itfal - Sammy, Jonathan, Marianne, Josie u Elaine.
Is-Sur Joe A. Grima twieled fid-29 ta’ Lulju 1944. Huwa zzewweg lil Rita mwielda Scicluna u ghandhom tlett itfal – Claude, Chris u Clive. Interessanti wkoll li minbarra li ghat-tieni darba fl-istorja politika l-Mosta kellha tliet deputati Mostin fil-Parlament, nhar id-9 ta’ Mejju 1983 gie kko-optjat u hekk rebah is-siggu fil-Parlament is-Sur Joe A. Grima. Is-Sur Grima, ghalkemm minn Haz-Zebbug izzewweg u ghex il-Mosta. Is-Sur Grima huwa persuna attiva hafna fil-kitba bil-Malti u dejjem ta sehem b'rizq il-letteratura Maltija. Wara l-elezzjoni ta’ l-1981 huwa rtira mill-politika.
(p.288) Fl-elezzjonijiet generali ta’ l-1987 regghu gew eletti t-tliet kandidati Mostin fuq it-tnax-il distrett. Din id-darba, dan id-distrett kien maghmul mill-Mosta, Burmarrad, il-Mellieha, in-Naxxar u San Pawl il-Bahar. Fl-elezzjoni ta’ l-1992 il-Mosta saret taghmel parli mill-hdax-il distrett li kien fih ukoll Burmarrad, l-Iklin, Hal Lija, in-Naxxar, Hal Gharghur, il-Madliena u l-Maghtab. Fuq il-Mosta kkontestaw 18-il kandidat u vvutaw ghalihom 20,333 cittadin. Din id-darba, il-Mosta spiccat b’zewg kandidati biss ghaliex is-Sur George Gatt ma telax u minfloku gie elett it-tabib Michael Farrugia tan-Naxxar.
...
Referenzi
- Cremona, J.J., The Maltese Constitution and Constitutional History since 1813 (1994).
- Galea, Francis, Mexxejja, Hassieba u Deputati Laburisti (2000).
- Vella, E.B., Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (1972).
Kapitli ohra mill-ktieb
- Introduzzjoni
- Il-Parrocca fi hdan il-Knisja Kattolika Universali
- L-Isqof Tumas Gargallo
- Il-Kappillani u l-Arciprieti li kellha l-Parrocca tal-Mosta
- Il-Mosta - 400 sena Parrocca
- Dun Felic Calleja (1748-1833)
- Zvilupp tad-Devozzjoni jew Kult lejn il-Passjoni ta’ Sidna Gesu Kristu fil-parrocca tal-Mosta
- Pitturi fir-Rotunda tal-Mosta
- Min huma L-Mostin?
- ‘Il-Musta’ ssir ‘Mosta’
- Il-Mosta fil-Kamra tad-Deputati
- Il-Gvern Lokali fil-Mosta
- Ir-rabta tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard mal-Parrocca Tal-Mosta
- Aspett u Impenn Pulizjesk Mosti
- Eroj Socjali: Xi Mostin ta’ l-Imghoddi u Hidmiethom
- Minghand l-Ghaqdiet Mostin
- Immagini Mostin