Il-Mosta: Grajjietha u niesha
Frans Deguara, editur
Pubblikazzjoni tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard Mosta f'gheluq l-400 sena (1608-2008) bhala Parrocca.
Dan il-ktieb interessantissimu jinxtara mill-Kazin Nicolo Isouard. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.
Ir-rabta tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard mal-Parrocca tal-Mosta
Saviour Dimech
(p.327) Dik ir-roqgha art wietja fic-centru ta’ Malta, mifruqa bl-ifnad wied li ghandna fi gziritna, mistura kif inhi bejn l-gholja tan-Naxxar fuq naha wahda u l-gholja ta’ l-Imdina fuq in-naha l-ohra kienet mghammra mill-bniedem sa mill-qedem. Il-hajt megalitiku1 li tlifnieh darba ghal dejjem meta l-Inglizi bnew il-Fortizza tal-Mosta, ir-Raddet tar-Roti2 li nsibu f’Misrah Ghonoq u d-Dolmens3 ta’ fuq Wied Filep - wied pittoresk li ahna, il-generazzjoni ta’ l-ahhar nofs tas-seklu ghoxrin bdilnieh f'gerha kbira li sejjahnielha barriera - huma kollha fdalijiet, li juruna li din l-art kienet mghammra fi zmien ir-Ram u fi zmien il-Bronz, madwar hames t’elef u erba’ t’elef sena ilu. L-Oqbra Punici mxerrdin mad-dawra tar-rahal, min-naha ta’ Santa Margerita sa Wied l-Isperanza, il-fdalijiet u l-oqbra Rumani, l-oqbra ta’ l-ewwel insara u l-Katakombi ta’ Bistra jaghtu xhieda li din l-art baqghet mghammra mill-bniedem minn civilta ghall-ohra tul sekli shah.
L-eqdem dokumenti maghrufa li fihom insibu l-isem Musta imorru lura sal-bidu tas-seklu hmistax.4 Il-leggendi ta’ San Kurradu, ta’ l-Gharusa tal-Mosta u l-istorja tat-tfajla ta’ l-Isperanza jaghtuna hjiel tal-hajja semplici izda kultant imtaqqla bil-problemi li kienu jghixu missirijietna li fil-maggoranza kbira taghhom kienu bdiewa.
Izda dan kollu li semmejt fil-qosor jaghti identita lill-poplu partikolari. Poplu sod fit-twemmin nisrani u fil-virtu tat-tama. Hekk hu l-motto tal-Mostin Spes Alit Ruricolam (it-Tama tmantni lill-Bidwi). Dan il-poplu kiseb l-gharfien tieghu nnifsu (p.328) mill-awtoritajiet meta nhar it-Tlieta, is-16 ta’ Settembru 1608, l-Isqof ta’ Malta Tumas Gargallo hareg digriet li bih fired il-Mosta mill-Parrocca tan-Naxxar.
Illum meta ahna qeghdin niccelebraw l-erba’ mitt sena tal-Parrocca tal-Mosta qeghdin nesprimu l-awtonomija ta’ din il-komunita bl-uzanzi partikulari taghha. Bit-twemmin nisrani marbut b’imhabba specjali mat-Tlugh ta’ Ommna Marija fis-Sema. Bid-djalett li nippreferu nsemmghu l-vokali ‘u’ flok ‘o’. Bil-bzulija u l-ghaqal li huma ingredjenti bzonnjuzi ghall-familji b’sahhithom. U hafna hwejjeg ohra li jaghmlu marka fuq kull Mosti u Mostija.
Ghaldaqstant jizbalja min jghid jew jippretendi li dan l-anniversarju li qeghdin niccelebraw hu xi haga tal-Knisja biss. Qeghdin niccelebraw l-gharfien tal-komunita Mostija bhala persuni shah, kemm f’dak li ghandu x’jaqsam mat-twemmin u l-hajja spiritwali kif ukoll ma’ dak li hu socjali fil-hajja ta’ kuljum.
Is-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard bhala l-eqdem socjeta civika fil-Mosta u li dejjem haddnet il-principji nsara hija l-ewwel wahda li thoss din ir-rabta li ghandu jkun hemm f’kull individwu. B’dan il-hsieb f’mohhi ser nislet dawk il-grajjiet fl-istorja tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard li huma marbutin mat-Twemmin Nisrani u mal-Knisja taghna. B’hekk nuru kif is-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard li hija primarjament ghaqda socjali hija marbuta ma’ dak li huwa religjuz.
It-Twaqqif tal-Banda
(p.329) Lejn l-ahhar nofs tas-seklu dsatax, f’Malta bdew jitwaqqfu l-baned bil-kazini taghhom, xi ftit jew wisq, kif nafuhom illum. Il-Mostin taw bidu biex iwaqqfu l-banda taghhom ghall-habta ta’ l-1869. F'dik is-sena Ganni Azzoppardi li kien idoqq il-klarinett mal-Banda Navali Ingliza - beda jghallem liz-zghazagh Mostin bil-ghan li titwaqqaf il-banda tar-rahal. Sa dik is-sena diga kienu twaqqfu xi baned fil-Kottonera u f’xi irhula ohra bhal Haz-Zebbug, Hal-Qormi, ir-Rabat, in-Naxxar u Birkirkara.
Aktarx li l-Mostin kien ilhom jixtiequ li jwaqqfu l-Banda taghhom. Izda dan m’ghamluhx ghax kienu aljenati bit-tempju monumentali li bnew missirijietna. Ma ninsewx li r-Rotunda damet sebgha u ghoxrin sena biex inbniet - bejn l-1833 u l-1860. Kienu snin fejn il-Mostin hlew gidhom u sahhithom biex jaraw il-holma taghhom issir realta. Kulhadd ta sehmu, irgiel, nisa u tfal - forsi dan kollu jixhed dak li ghidt qabel - poplu sod fil-fidi u fil-virtu tal-tama. Huma emmnu, ittamaw, hadmu u waslu.
Nhar il-11 ta’ Marzu 1860, l-Isqof ta’ Malta Fra Gejtanu Pace Forno ntona t-Te Deum fil-knisja l-gdida tal-Mosta5 wara li kien ghadha kemm inghalqitilha l-koppla maestuza taghha. Il-bini tal-knisja kien lest, izda kien ghad fadal hafna xoghol fuq l-aktar hwejjeg bzonnjuzi. Kienu qed jahsbu wkoll biex jibdew izejnu t-tempju taghhom. Fl-1866 harget l-ewwel purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira bil-vari ta’ Kristu fl-Ort u tal-Marbut. Fl-1868 saret l-Istatwa ta’ Santa Marija, imnaqqxa fl-injam minn Salvu Dimech is-Sartx.
Hekk nistghu nghidu li l-Mostin issa kellhom certu serhan tal-mohh dwar il-holm taghhom. Il-knisja kienet lesta u bdiet tintuza ghall-quddies u l-funzjonijiet religjuzi. Il-festi zdiditilhom l-importanza u bdew isiru l-vari. Bl-aktar mod naturali issa kien imiss il-banda tar-rahal. Kien f’dan l-ambjent li nghata bidu biex titwaqqaf ‘il-Banda tal-Mosta.’ (p.330) Aktar ma bdew igerrbu x-xhur, aktar bdew jizdiedu it-tfal u z-zghazagh li bdew jighallmu xi strument fil-ghan li titwaqqaf il-Banda. Id-dirigenti tal-Banda kienu attenti ghall-progress li kienu qeghdin jaghmlu l-istudenti. Fl-istess bin kienu herqana u jittamaw li xi darba din il-holma tal-Banda ssir realta. Ghaddew sentejn ta’ hidma iebsa sew minn min kien qieghed imexxi, sew minn min kien qieghed ighallem il-muzika, kif ukoll minn min kien qieghed jitghallem idoqq. Kien jidher car li d-data ta’ l-inawgurazzjoni tal-Banda tal-Mosta ma kinitx fil-boghod.
Il-Konsagrazzjoni tal-Knisja
Gara li l-Kappillan Dun Anton Mallia u l-Kleru tal-Mosta kienu ressqu t-talba biex il-knisja tal-Mosta (li kien ilha hdax-il sena li nghalqitilha l-koppla) tigi kkonsagrata. Id-data ffissata kienet il-Hadd, il-15 t’Ottubru 1871. Kif wiehed jista’ jobsor, dik il-habta l-‘Banda tal-Mosta’ kienet giet iffurmata u ppreparata biex tohrog iddoqq fil-pubbliku. Kieku riedu setghu ghamlu dan fil-festa ta’ Santa Marija ta’ l-1871. Izda dawk li kienu qed imexxu ddecidew li jistennew. Kienu jafu li xahrejn wara kienet ser issir il-Konsagrazzjoni tar-Rotunda. Kienu jafu li din kienet ser tkun grajja singulari u storika ghall-Mostin kollha. Kellhom rabtiet sentimentali mar-Rotunda nnifisha ghax kienu ghadhom jiftakru tajjeb is-sagrificcji li ghaddew minnhom huma stess kif ukoll missirijiethom biex bnew dan it-Tempju Monumentali. Ghalhekk ghazlu li jistennew u jinawguraw il-Banda fl-okkazjoni tal-Konsagrazzjoni tal-knisja taghhom.
Nhar il-15 t’Ottubru 1871, l-Isqof ta’ Malta Fra Gaetano Pace Fomo telaq fis-7.00 ta’ fil-ghodu mill-Palazz tieghu fil-Belt ghall-Mosta. F’dik il-ghodwa huwa kkonsagra t-tempju gdid iddedikat lit-Tlugh tal-Vergni Marija fis-Sema skond ir-riti tal-Knisja. Wara offra s-Sagrificcju tal-Quddies fil-knisja kkonsagrata fejn kien hemm gemgha kbira ta’ nies mhux biss mill-Mosta, imma wkoll mill-ibliet u rhula ohra.6
Wiehed malajr jifhem li l-15 t’Ottubru 1871 kien jum specjali ghall-Mostin kollha. Jum li kien jghaqqad flimkien is-sagrificcji ta’ tant u tant Mostin biex bnew dan it-tempju ma’ l-imhabba taghhom stess lejn Ommna Marija Mtellgha s-Sema. Jum li gab mieghu sens qawwi ta’ sodisfazzjon fost il-Mostin u ghalhekk zgur li kulhadd kien ferhan. U biex ikomplu jkabbru s-sollenita ta dik il-gurnata u l-ferh fost il-Mostin, id-dirigenti tal-Banda ddecidew li dakinhar fil-ghaxija l-Banda tal-Mosta taghmel l-ewwel dehra taghha fil-pubbliku u ddoqq programm muzikali lil-pjazza tal-knisja. B'hekk (p.331) il-konsagrazzjoni tar-Rotunda u l-maghmudija tal-Banda tal-Mosta sehhew fl-istess jum! Sehhet rabta li messet ir-ruh ta’ l-eqdem Socjeta Civika fil-Mosta. Rabta li matul is-snin li gew wara dejjem imbuttat lis-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard biex taghti s-sehem shih taghha f’kull attivita importanti tal-Parrocca.
L-XXIV Kungress Ewkaristiku Internazzjonali
Bejn it-23 u s-27 t’April 1913 sar f’Malta l-XXIV Kungress Ewkaristiku Internazzjonali. Il-laqghat kollha ta’ dan il-Kungress saru fir-Rotunda tal-Mosta. Qabel ma gie deciz fejn kellu jsir dan il-Kungress kien hemm diversi proposti u kontra-proposti mill-membri ta’ l-istess kumitat li kellu jiehu hsieb l-organizzazzjoni kollha tal-Kungress. Il-polemika dwar l-ghazla tal-knisja tal-Mosta damet tkarkar mis-17 ta’ Dicembru 1912 sa l-24 ta’ Frar 1913.7 Wara li ttiehdet id-decizjoni fejn kellu jsir il-Kungress, fil-Mosta twaqqaf kumitat bil-ghan li jippreparaw lill-knisja, lill-Mosta u lill-Mostin ghal din il-grajja singulari. It-triq ta’ quddiem il-knisja - Via Nuova Valletta - giet imsaqqfa b’festuni tal-weraq u fjuri, bi bnadar tal-gnus kollha, u b’armi b’kitbiet fuq l-Ewkaristija li gew impittra ghall-okkazjoni mill-artist Rafel Caruana Dingli. L-istess tizjin kompla dawwar il-pjazza tal-knisja. Kull dar zejnet il-faccata jew il-gallarija bid-damask, fjuri u simboli ta’ l-Ewkaristija.
Nhar l-Erbgha, 23 t’April, wara nofs inhar saret ic-cerimonja tal-ftuh tal-Kungress. Minn kmieni l-Banda Nicolo Isouard kienet fuq iz-zuntier tal-knisja ddoqq muzika ferrieha waqt li l-kongressisti u mistiedna ohra kienu qed jingabru fir-Rotunda tal-Mosta. Ghall-habta tat-3.30 ta’ fil-ghaxija wasal il-Legat tal-Papa, il-Kardinal Domenico Ferrata. Dan gie milqugh b’ghajjat ta’ ferh, capcip u xita ta’ ward fost il-muzika helwa ta’ l-Innu Pontificju mill-Banda Nicolo Isouard u d-daqq ferriehi tal-qniepen. Nhar l-24 u l-25 t’April saru zewg laqghat ohra tal-Kungress. Dawn ukoll saru wara nofsinhar.
Nhar is-Sibt, 26 t’April, fil-11.00 ta’ fil-ghodu saret l-ahhar laqgha tal-Kungress. Fl-ahhar ta’ din il-laqgha l-Isqof Pietro Pace pprezenta kalci tad-deheb lill-Kardinal Domenico Ferrata. Izda qabel ma' bdiet din l-ahhar laqgha, fir-Rotunda saret Quddiesa Pontifikali mill-Kardinal Frangisku Bourne. Kien dan il-Kardinal li hareg bil-proposta biex l-XXIV Kungress Ewkaristku jsir f’Malta. Dakinhar minn fil-ghodu kmieni l-Mosta harget bi hgara f'tarf ir-rahal. Malli waslet il-karozzella tal-Kardinal Bourne, il-Mostin nehhew iz-zwiemel u gibduh huma sal-Knisja Arcipretali fost il-ferh kbir tal-poplu mmexxi mill-Banda Nicolo Isouard. Aktar tard il-Banda Nicolo Isouard kompliet tilqa’ lill-kungressisti b'muzika ferrieha fuq iz-zuntier tal-knisja. Wiehed malajr jinduna li dan il-Kungress kien grajja importanti fl-istorja ta’ Malta kif ukoll grajja marbuta mal-Fidi Kattolika (p.333) tal-Maltin. Biex wiehed japprezza aktar dan kollu, qeghdin nippublikaw lista li turi min tkellem, fuqhiex u b'liema lingwa, fl-erba' laqghat li saru fir-Rotunda.8
L-ewwel laqgha tat-23 t’April:
- Mons. Tumas Heylen - Isqof ta’ Namur, u President tal-Kumitat tal-Kungressi - fetah id-diskorsi u kiteb telegramma lill-Papa (tkellem bit-taljan).
- Mons. Pawlu Gauci - Segretarju tal-Kungress ta’ Malta - qara l-breve tal-Papa (bil-latin).
- Kardinal Duminku Ferrata - Legat tal-Papa - tkellem fuq Malta u l-Ewkaristija (bit-taljan).
- Mons. Pietru Pace - Isqof ta’ Malta - twegiba ghall-kliem tal-Kardinal D. Ferrata (bit-taljan).
- Mons. Anglu Portelli - Isqof Awziljarju ta’ Malta - tislima lill-Kungressisti fl-isem tal-Kleru (bit-taljan).
- Il-Markiz Dr Alfredu Mattei - tislima lill-Kungressisti fl-isem tac-Cittadim (bl-ingliz).
- Mons. Emard - Isqof ta’ Valleyfield, il-Kanada - twegiba ghat-tislima ta’ Malta (bil-franciz).
- Patri Vincenz Sammut - Gizwita - X'inhu l-Kungress (bit-taljan).
It-tieni laqgha tat-24 t’April:
- (p.334) Mons. T. Heylen - President tal-Kungressi - fetah it-tieni laqgha (tkellem bit-taljan).
- Mons. Lwigi Farrugia D.D. - tkellem dwar Malta Ewkaristika (bit-taljan).
- Avukat Ganni Galea - dwar Il-liturgija tal-Quddiesa (bit-taljan).
- Prof. Anastasju Cuschieri - tkellem dwar Il-Quddiesa Riparatrici (bit-taljan).
- Abbati A.F. Leynaud - Kurat ta’ Sousa, Tunezija - dwar Il-Quddiesa fl-Istorja tal-knisja ta’ l-Afrika (bil-franciz).
It-tielet laqgha tal-25 t'April:
- Mons. T. Heylen - President tal-Kungressi - qara t-twegiba tal-Papa ghat-telegramma li baghtulu (tkellem bit-taljan).
- Kardinal Frangisku Bourne - Primat ta’ l-Ingilterra dwar L-Ewkaristija u l-Familja (bl-ingliz).
- Avukat Arturu Mercieca - wara President tal-Qrati - dwar L-Ewkaristija u t-Tfal (bit-taljan).
- Patri Wistin Gemelli O.M. - dwar L-Ewkaristija u Lourdes (bil-franciz).
- Tabib Gan Felic Inglott - dwar Il-Vjatku fl-ahhar hinijiet tal-hajja (bit-taljan).
Ir-raba’ laqgha tas-26 t’April:
- Mons. T. Heylen - President tal-Kungressi - dwar Qima lil Gesu’ Ostja (tkellem bit-taljan).
- Patri A. Leanza S. J. - Redattur tac-Civilta Kattolika - qara dak li kiteb Mons. Zorn de Bulach fuq Il-Konverzjoni tan-nies tan-Nord (bit-taljan).
- Mons. Guzeppi Farrugia - dwar Iz-zjara ta’ fil-ghaxija u s-Siegha Mqaddsa (bit-taljan).
- Magistrat Guzeppi Cremona - wara Imhallef - dwar Il-Gid li taghmel l-Ewkaristija fost il-Bnedmin (bit-taljan).
- Konti Pawlu de Quinsonas - President tal-Jeunesse Chatolique - qara rapport (bil-franciz).
- Kardinal Almarezy Santos - Arcisqof ta’ Sivilja - fahhar lill-Maltin (bl-ispanjol).
- Kardinal Duminku Ferrata, Legat tal-Papa - ghalaq id-diskorsi fuq l-Ewkaristija (bit-taljan).
Ordinazzjoni Sacerdotali
(p.335) Ser ingibu dak li hemm dokumentat fil-Librum Baptistatorum XIV, pagna 152, li hemm fl-Arkivju tal-Knisja tal-Mosta.9
Fid-19 ta’ Lulju, 1925 l-Eccellenza Tieghu Mons. Dom. Mauro Caruana OSB, l-Arcisqof ta’ Rodi u ta’ Malta, meghjjun minn Mons. Dun Pawl Vella Mangion u minn Mons. Dun Guzepp Pietru Agius u l-Mons. Penitenzier tal-Katidral Dun Anton Vella, b’ferh kbir tal-Kleru u l-Poplu tal-parrocca ghamel ic-cerimonja ta’ l-ordinazzjoni sacerdotali fil-Knisja Parrokkjali (tal-Mosta) ta’ dan ir-rahal lil seba’ djakni li gew ordnati sacerdoti godda. Dawn kienu:
Rev. Ganni Mallia Tabone (Mosta), Rev. Kan. Cesarino Attard (Zejtun), Rev. Antonio Farrugia (Mosta), Rev. Gorg Scicluna (Qormi), Rev. Emanuele Camilleri (Zejtun), Rev. Enrico Mahoney (Senglea) u Rev. Carmelo Farrugia (Valletta).
Il-ferh kbir li din l-ordinazzjoni nisslet fil-poplu Mosti kollu kienet turija cara tal-fidi, imhabba, ferh u rispett li bih kien imdawwar l-Arcisqof taghna f'din il-parrocca waqt li s-subien ta’ l-Oratorju Qalb ta’ Gesu xerrdu fjuri fit-toroq minfejn ghadda l-Arcisqof u l-banda tal-post daqqet l-Innu tal-Papa.
Wara li c-cerimonja ta’ l-ordinazzjoni spiccat il-poplu assista ghat-tberik min-naha ta’ l-Arcisqof ta’ zewg standardi ghas-Socjeta tal-Banda Nicolo Isouard - wiehed kien tal-Papa, isfar u abjad - u l-iehor ta’ l-Ingilterra.
Wara l-funzjoni l-Arcisqof Mons. Dom Mauro Caruana. akkumpanjat mill-Monsinjuri, Kleru u l-banda. flimkien mal-kumitat, marru fid-dar ta’ l-Arcipriet fejn, wara li saru r-ringrazzjamenti, l-Arcisqof ta l-Benedizzjom Pastorali lil dawk prezenti.
Dwar iz-zewg qassisin Mostin li gew ordnati dakinhar nistghu nghidu li t-tnejn mietu f’qasir il-ghomor.
Dun Anton Farrugia twieled fit-2 ta’ Marzu 1899. Missieru kien Pawlu u ommu Carmela, imwielda Agius. Kien joqghod fi Triq San Gwann mhux ‘il boghod mill-Kappella ta’ San Anard. Kellu mgieba helwa ma’ kulhadd. Kien gharef, umli u mizmum b'haddiem bla mistrieh fil-qasam tal-Mulej. Miet waqt il-qadi ta’ dmirijietu fit-23 ta’ Dicembru 1934 fl-eta ta’ 35 sena.
Dun Gwann Mallia Tabone twieled fit-12 t’Awwissu 1897, u gie mghammed nhar Santa Marija. Missieru kien F. Saverju u ommu Teresa mwielda Gatt. Il-familja tieghu kienet maghrufa bhala tal-Markiz u kienu joqghodu fi Triq il-Kbira, fid-dar biswit l-Ufficcju Parrokkjali. Ta’ spiss kien imur sal-Wardija, isuq iz-ziemel. Darba minnhom waqt li kien il-Wardija, fi zmien it-tieni gwerra dinjija beda l-hbit (p.336) mill-ajru. Dun Gwann haseb biex imur lura l-Mosta u jingabar ma’ niesu. Imma kellu accident sfortunat li swielu hajtu. Charlie Vella rrakkontali li fil-mument li Dun Gwann kien qieghed tiela' fuq is-serkin, gie sparat il-kanun kbir li kien hemm fil-fortizza tal-Bizbizija. Mal-hoss ta’ l-isparatura z-ziemel ghola fuq saqajh ta’ wara. Dun Gwann, li f'dak il-hin kien zbilancjat, waqa’ u korra gravi. Ittiehed fil-Konservatorju Vincenzo Bugeja l-Hamrun, li kien qieghed jintuza bhala sptar ghax l-Isptar Centrali kien intlaqat bil-bombi. Hemmhekk Dun Gwann miet nhar it-3 ta’ Novembru 1941 fl-ghomor ta’ 44 sena.
Dwar l-istandardi li jissemmew f'dan id-dokument nghidu li jidhru fir-ritratt tal-Banda Nicolo li ttiehed fl-1931 meta l-Banda ghalqet sittin sena mit-twaqqif taghha.
Il-Barka tal-Papa u l-Konsagrazzjoni tas-Socjeta
Meta fl-1914 faqqghet l-Ewwel Gwerra Dinija, il-Kazin tal-Banda Nicolo Isouard kellu jaghlaq. Dan sar principalment minhabba d-diffikultajiet ekonomici li kienet ghaddejja minnhom Malta u minhabba l-emigrazzjoni li kienet qeghda dejjem tizdied. B'dana kollu l-bandisti li kien fadal, baqghu jiltaqghu bejniethom daqqa l’hawn u daqqa l’hinn biex minn zmien ghal iehor il-Banda Nicolo Isouard tkun tista’ taghti s-servizzi taghha bhal nghidu ahna fil-festi tal-Gimgha l-Kbira u dik ta’ Santa Marija. (p.337) Fl-1921 Malta nghatat kostituzzjoni gdida mill-gvern Ingliz li b'rizultat taghha s-sitwazzjoni f’Malta bdiet taghmel progress. Fis-sena 1922 infetah Kazin gdid u s-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard regghet bdiet tiffunzjona b'mod normali. Dun Guzepp Borg inhatar Kappillan tas-Socjeta. Dan il-qassis kien Vici fil-parrocca tal-Mosta u fl-1929 sar il-prokuratur tal-knisja. Isem il-kappillan tas-Socjeta Dun Guzepp Borg jibqa' marbut mal-Barka Appostolika li nghatat lis-Socjeta Filarmonika Nicolo lsouard mill-Papa Piju XI.
Ic-certifikat tal-Barka tal-Papa li hu mizmum fil-Kazin Nicolo lsouard bl-akbar ghozza jirreferi ghal Dun Guzepp Borg bhala l-Cappellano del Circolo Filarmonico Nicolo Isouard li kien approvat mill-awtoritajiet ekklezjastici. Il-barka appostolika specjali li talab Dun Guzepp Borg kienet ghalih innifsu, ghall-Kumitat u ghas-Soci attwali tas-Socjeta Filarmonika Nicolo lsouard. Il-Barka harget mill-Vatikan nhar l-4 ta’ Jannar 1928.
Konsagrazzjoni lill-Qalb ta’ Gesu
(p.338) Bejn it-13 u l-20 t'Ottubru 1946 kienu saru diversi attivitajiet biex ifakkru l-75 anniversarju mit-twaqqif tal-Banda Nicolo Isouard. Dawn il-festi kienu gew ikkombinati ma’ atttivitajiet ohra tal-knisja peress li l-Arcipriet Dun Karm Sciberras flimkien mal-Kleru riedu jfakkru wkoll il-75 anniversarju mill-Konsagrazzjoni tar-Rotunda.
Nhar it-13 t’Ottubru fis-7:00 ta’ fil-ghodu Mons. Anton Buhagiar qaddes fil-Kazin u saret Tqarbina generali. Il-Quddiesa saret fil-bitha tal-Kazin fejn intrama artal ghall-okkazjoni. Ghal din il-Quddiesa attendew hafna bandisti u numru kbir ta’ membri. Wara li spiccat il-Quddiesa saret il-Konsagrazzjoni tas-Socjeta Nicolo Isouard lill-Qalb Imqaddsa ta’ Gesu. Ic-cerimonja spiccat billi Mons. Buhagiar intona t-Te Deum bhala ringrazzjament lill-Alla ghall-75 sena ta’ hidma li s-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard kienet wettqet. Mons. Buhagiar kien sodisfatt hafna, tant li kien ikkwotat li ghamel dan il-kumment: “Tassew hadt pjacir, gietni daqsxejn id-dinja tqila ninqala’ mill-boghod, izda ghall-Mosta tieghi naghmel kollox.”
Ghaxar snin wara, fit-12 t'Awwissu 1956, saret Quddiesa ohra fil-Kazin. Rega’ ntrama artal fil-bitha tal-Kazin u din id-darba qaddes Mons. Edgar Salomone. Mons. Salomone kien dak il-qassis zaghzugh li bejn l-1916 u l-1917 laqa’ lill-Banda Nicolo Isouard fl-Oratorju Qalb ta’ Gesu li f’dak iz-zmien kien fi Triq il-Kungress Ewkaristiku. Kif jikteb huwa stess, organizza l-Banda taht id-direzzjoni ta’ Salvu Mifsud.
Fit-8 ta’ Gunju 1956 il-kumitat kien iddecieda li jgedded il-Konsagrazzjoni tas-Socjeta lill-Qalb Hanina ta’ Gesu u lill-Qalb bla Tebgha ta’ Marija, ghaliex dik is-sena kien jahbat ic-centinarju mill-festa tal-Qalb ta’ Gesu. Ghall-Quddiesa, li bdiet fis-6.30 ta’ fil-ghodu, attendew hafna bandisti u membri tas-Socjeta kif ukoll numru ta’ emigranti Mostin li kienu gew biex igawdu l-festa ta’ (p.339) Santa Marija. Wara l-Quddiesa Dun Edgar ghamel l-Att tal-Konsagrazzjoni tas-Socjeta. Imbaghad giet imbierka bandalora gdida. L-emigrant Mosti Salvu Gatt, flimkien ma’ l-emigrant iehor Emanuel Borg, ipprezenta din il-bandalora gdida f’isem l-emigranti Mostin ta’ Detroit li gabru bejniethom biex jirregalaw din il-Bandalora lis-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard. Il-Bandalora kienet saret ghand is-sorijiet ta’ l-Istitut ta’ Cini, il-Hamrun, fuq id-disinn tal-maghruf Emmanuel Buhagiar. Kien irsista hafna biex issir din il-Bandalora l-Vici President tas-Socjeta - is-Sur Nikol Muscat.
Induratura u Restawr tar-Rotunda
F'Settembru ta’ l-1928 inbeda x-xoghol diffikultuz fuq l-armar biex il-koppla maestuza tal-Knisja tal-Mosta tigi skolpita u ndurata kif narawha llum.10 Il-prokuratur tal-knisja f'dik il-habta kien Dun Karm Gauci. Dan kien il-bniedem li rsista u mbotta biex din l-opra setghet issir. Izda ma kellux ix-xorti li jaraha lesta ghax miet fid-9 ta’ Novembru 1929 f'nofs ix-xoghol ta’ l-armar. Dan l-armar kien indahal ghalih is-Senglean Tuse De Maria - inginier it-Tarzna. Kellu jghinu lil Guzeppi Zammit, Karkariz li kien mghallem it-Tarzna wkoll. Il-perit responsabbli kien is-Sur Indri Micallef. Il-koppla hazzha Mastru Salv Zahra fuq id-disinn tqil u sabih ta’ Grognet. Sadattant bhala prokuratur tal-knisja nhatar Dun Guzepp Borg li fuq spallejh waqghet ir-responsabbilta kollha ta’ dan ix-xoghol enormi.
(p.340) Nhar il-15 ta’ Marzu 1930, inbeda x-xoghol tat-tqattiegh tal-kwadretti u l-iskultura ta’ 576 ruzun. L-iskultura giet fdata f’idejn Guzeppi Micallef - mghejjun minn lavranti tal-gebel Mostin. L-induratura saret minn Salvu Brincat mill-Hamrun. Ix-xoghol kollu ntemm fl-1936 meta bil-mod il-mod gie mnizzel l-armar - speci ta’ forci kbir - li ntuza ghal tmien snin shah. L-ispejjez kollha biex saret din l-opra unika hallashom il-benefattur kbir il-Kavallier Carmelo Dimech P.E.P. B'tifkira ta’ dan il-benefattur hemm il-monument tieghu mahdum fl-irham fil-Kappella ta’ San Bastjan u pittura tieghu fis-Sagristija. Il-Kav. Carmelo Dimech kien ukoll Tezorier tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard.
L-inawgurazzjoni ta’ din l-opra kbira saret nhar il-Hadd, 6 ta’ Dicembru 1936. Dakinhar il-Banda Nicolo Isouard kompliet izzid il-ferh tal-Mostin billi daqqet Programm Muzikali.
Anniversarju tar-Rotunda
(p.341) Nhar it-Tnejn, 30 ta’ Mejju 1983, il-Pjazza tal-Knisja kienet imzejna bl-antarjoli bil-bandalori u b’fustuni tad-dawl. Dan sar ghax dakinhar kien jahbat il-150 anniversarju mit-tqeghid ta’ l-ewwel gebla tar-Rotunda nhar it-30 ta’ Mejju 1833. Fis-7.00 ta’ fil-ghaxija l-Arcisqof Mons. Guzeppi Mercieca ghamel Pontifikal Sollenni u mieghu kkoncelebraw tmintax-il sacerdot Mosti. Hadu sehem l-Orkestra u l-Kor Collegium Musicum taht id-direzzjoni ta’ Mro Dion Buhagiar. Il-funzjoni ghalqet bil-kant sollenni tat-Te Deum u l-Barka Sagramentali. Il-Mostin attendew bi hgarhom ghal din ic-celebrazzjoni u litteralment imlew kull rokna tal-knisja. Wara li spiccat il-funzjoni tal-knisja, il-Banda Nicolo Isouard ghamlet marc mat-toroq tal-Mosta biex tkompli zzid il-ferh tal-Mostin f'dik l-okkazjoni singulari.
Restawr tar-Rotunda
Wara l-festa ta’ Santa Marija ta’ l-1992 inbeda x-xoghol biex isir ir-restawr tal-knisja tal-Mosta minn barra. Kien ilha tinhass il-htiega li ssir xi haga li twaqqaf il-hsara u tnehhi l-periklu li xi partijiet, l-aktar fil-kampnari, jiggarrfu ghal isfel. L-Arcipriet Dun Joe Carabott ha d-decizjoni. Decizjoni kuraggjuza meta wiehed iqis l-ispejjez li bicca xoghol bhal din setghet tinvolvi. Izda l-Arcipriet Carabott emmen fil-generozita tal-Mostin u bil-ghajnuna t’Alla x-xoghol inbeda u ntemm. Fil-faccata tal-knisja - ma’ wiehed mill-pilastri li fuqhom jistrieh il-kampnar tal-qanpiena l-kbira - wiehed isib l-ewwel gebla ta’ dan ir-restawr li ggib id-data ta’ 25-X-1992.
Ix-xoghol kollu gie fdat f’idejn il-kuntrattur Nazzareno Vassallo li fl-1994 inhatar l-ewwel Sindku tal-Mosta u llum huwa l-President tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard. Ix-xoghol kollu tar-restawr nistghu nghidu li kien maqsum f'erba’ partijiet. L-ewwel sar il-kampnar tal-lemin tal-knisja li huwa l-aktar espost ghall-majjistral u kien jidher li kellu l-akbar hsara. Imbaghad ix-xoghol kien tkompla fuq il-kampnar tax-xellug. Sar ix-xoghol fuq il-frontispizju u l-faccata tal-knisja. Fl-ahhar giet restawrata l-koppla u l-lanterna.
Wara li l-Arcipriet habbar li nghata bidu ghal dan il-progett, is-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard hasset id-dmir li toffri donazzjoni finanzjarja sostanzjali. Nhar it-12 t’April 1993 il-kumitat iddecieda li l-ewwel donazzjoni tkun ta’ Lm500. (p.342) Ic-cekk gie pprezentat lill-Arcipriet Dun Joe Carabott nhar il-Hadd, 18 t'April 1993, meta gie jbierek il-Kazin.
L-inawgurazzjoni ta’ l-ewwel kampnar restawrat saret nhar il-Hamis, 29 ta’ Lulju 1993. Peress illi issa kien hemm zewg baned fil-Mosta, f’din l-okkazjoni hadu sehem it-tnejn. Il-Banda Nicolo Isouard daqqet l-Innijet Processjonali ta’ Anton Miruzzi, ta’ Anthony Sammut, ta’ Victor Zanimit u silta mill-Innu l-Kbir ta’ Miruzzi. Il-Banda Santa Marija daqqet it-tliet innijiet ta’ Ganni Vella li kien kitibhom ghall-Banda Nicolo Isouard fis-snin ghoxrin tas-seklu l-iehor, u l-Ave Maria ta’ Gounod.
It-tieni kampnar gie nawgurat nhar it-12 ta’ Gunju 1994. Dakinhar kienet il-festa tal-Qalb ta’ Gesu. Wara li z-zewg baned Mostin hadu sehem fil-purcissjoni tal-Qalb ta’ Gesu huma assistew ghall-inawgurazzjoni tal-kampnar restawrat billi alternaw fid-daqq ta’ marci ferrieha.
L-istess sar nhar it-Tnejn, 29 ta’ Lulju 1996, meta gie fi tmiemu r-restawr tal-faccata tal-knisja. Dakinhar, wara li l-istatwa nharget min-nicca sar programm orkestrali fil-knisja. Imbaghad l-istatwa ta’ Santa Marija nharget fuq iz-zuntier tal-knisja ghall-inawgurazzjoni tar-restawr u tal-mixghela tal-knisja mill-Prim Ministru Dr Eddie Fenech Adami. Waqt ic-cerimonja tqieghdet f’posta l-antifissa l-kbira li fuqha jistrieh is-salib tal-frontispizju. Iz-zewg baned Mostin holqu atmosfera festiva bid-daqq ta’ muzika ferrieha. Spiccaw billi daqqew l-Innu Malti flimkien.
Imbaghad ix-xoghol kollu tar-restawr inghata gharfien internazzjonali billi fl-1 ta’ Marzu 1998 l-Imhallef Caruana Curran bhala c-Cermen tal-Kumitat Malti ta’ (p.343) l-Europa Nostra pprezenta l-plakka u d-diploma ghas-sena 1997 lill-Arcipriet u lis-Sindku tal-Mosta. Din ic-cerimonja saret fl-istess knisja wara l-Quddiesa tad-9.00 ta’ fil-ghodu li ghaliha kien attenda l-President ta’ Malta l-E.T. Dr Ugo Mifsud Bonnici.
Ir-raba’ u l-ahhar fazi tar-restawr intemmet b'cerimonja qasira u sinifikattiva fuq il-bejt tar-Rotunda nhar l-10 t’Awwissu 2000. F’din l-okkazjoni l-Arcipriet Dun Joe Carabott irringrazzja lill-haddiema kollha li kienu nvoluti fix-xoghol tar-restawr. Huwa pprezentalhom midalja tal-25 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni ta’ l-Assunta biex tibqaghlhom bhala tifkira. Huwa stmat li l-ispiza tar-Restawr tar-Rotunda lahqet is-somma ta’ Lm205,516.
Il-Festa ta’ Santa Marija
Nafu li sa mis-sena 1780 ga kien ikun hemm id-daqqaqa li kienu jiehdu sehem fil-purcissjoni ta’ Santa Marija tal-Mosta. Ghalhekk meta l-Mosta kellha l-Banda taghha wiehed jissoponi li din hadet post id-daqqaqa jew xi gruppi muzikali ohra li kienu jigu mikrija ghall-festa. Dan ifisser li aktarx li ‘l-Banda tal-Mosta’ bdiet taghti s-sehem taghha fil-festa ta’ Santa Marija fl-1872. Nafu li fl-1897, il-Banda zanznet l-Innu ‘0 Del Ciel Regina’ - muzika ta’ Anton Miruzzi fuq kliem ta’ Dun Wistin Azzopardi. Dan l-innu kien jindaqq fil-hrug tal-purcissjoni ta’ Santa Marija. Izda Miruzzi kiteb innu iehor ‘Alla Beata Maria Vergine’ maghruf bhala l-Innu l-Kbir li kien jindaqq fid-dhul tal-purcissjoni. Fl-1910 is-Surmast Ferdinando Camilleri kiteb innu iehor ghall-Banda Nicolo Isouard. Kien jismu ‘Con Gioia Cantiamo.’ Wara li Mro. Ganni Vella ha l-Banda f’idejh fl-1922, kiteb tliet innijiet ohra li jisimhom ‘Vergine Madre Figlia e Sposa,’ ‘Sorgi O Sposa’ u ‘Vergine Bella e Madre Intatta.’ Fl-1975 is-Surmast Anthony Sammut kiteb l-Innu Marc ‘Lill-Assunta Nkurunata’ fl-okkazjoni ta’ l-Inkurunazzjoni ta’ l-Assunta. Ghaxar snin wara, jigifieri fl-1985, is-Surmast Victor Zammit kiteb l-innu ‘Marija Marija Int l-Omm tal-Mulej.’ Dawn l-innijiet, li ghadhom jindaqqu sal-lum, huma xhieda tas-snin twal li l-Banda Nicolo Isouard ilha takkumpanja b’devozzjoni lix-xbieha artistika ta’ Santa Marija fil-purcissjoni tal-Mosta. Xi haga li kienet unika ghall-hafna snin.
Naturalment in-numru ta’ servizzi li l-Banda Nicolo Isouard tat matul is-snin fil-festa ta’ Santa Marija jvarja minn zmien ghal zmien. Gieli tat seba’ servizzi f’sena wahda. Dawk kienu marc fil-bidu tal-Kwindicina, tliet marci fit-Tridu, il-marc tat-Te Deum, iehor waqt it-Transulazzjoni u l-akkumpanjament ta’ Santa Marija fil-purcissjoni. Dan kien isir sas-snin hamsin tas-seklu ghoxrin. Illum il-Banda taghti hames servizzi - jigifieri naqqset iz-zewg servizzi li kienet taghmel lejlet il-festa.
Uzanza ricenti ohra marbuta mal-festa ta’ Santa Marija hija l-Ghotja tad-Demm lill-Bank Nazzjonali tad-Demm li ssir fil-Kazin Nicolo Isouard. Din l-attivita tkun (p.344) mifruxa fuq jumejn fl-ewwel gimgha t’Awwissu biex il-membri u kull min ikun jixtieq, joffru pinta demm b’sens ta’ solidarjeta ma' min ikun fil-bzonn. Din l-inizjattiva tas-Socjeta saret ghall-ewwel darba f’Awwissu 2004 bil-ghajnuna tas-Sur David Zammit u baqghet issir ta’ kull sena. Kull darba jingabru madwar disghin borza demm. Li ma nistax nifhem hu kif kull meta tigi l-mobile unit fil-Mosta, isir appell waqt il-Quddies tal-Hadd biex in-nies imorru jaghtu d-demm. Imbaghad meta din l-attivita tigi organizzata fil-Kazin Nicolo Isouard ma jsir l-ebda appell min-naha tal-Parrocca u ma tissemmiex ma’ l-attivitajiet l-ohra fil-programm tal-festa.
Id-Domma ta’ l-Assunta
Il-festi li naghmlu llum u l-imhabba ta’ missirijietna lejn l-Assunta sabu l-milja taghhom fid-definizzjoni tad-Domma ta’ l-Assunta. Fid-19 ta’ Lulju 1946 saret l-ewwel laqgha tad-Direttorju Djocesan ta’ l-Azzjoni Kattolika Maltija fl-Ufficcju Centrali ta’ l-Azzjoni Kattolika fil-Palazz Caraffa, il-Belt. Din il-laqgha ghaddiet (p.345) rizoluzzjoni biex jingabru firem mill-familji u s-socjetajiet kollha Maltin bhala petizzjoni lill-Qdusija Tieghu l-Papa Piju XII ghad-definizzjoni tad-Domma ta’ l-Assunzjoni ta’ Marija Santissima.
Fuq is-suggeriment ta’ l-Arcisqof Mons. Mikiel Gonzi, il-Knisja tal-Mosta ntghazlet biex fiha jsir il-ftuh tal-Kungress Djocesan ta’ l-Azzjoni Kattolika Maltija u f’din il-laqgha ssir il-prezentazzjoni tal-petizzjonijiet ghad-definizzjoni tad-Domma ta’ l-Assunta. Din il-laqgha saret nhar il-Hadd, 22 ta’ Settembru 1946. Ghal din l-okkazjoni l-istatwa ta’ Santa Marija tpoggiet fuq ix-xellug tal-presbiterju taht mant u kuruna mahdumin b'sengha kbira bil-fjuri tas-sempreviva. Giet imdawwra wkoll bil-fjuri u l-qsari, u b’hafna xemghat. Quddiem il-bankun intrama tarag ta’ l-injam biex fuqu jitpoggew il-petizzjonijiet iffirmati minn Malta kollha.
Mat-8.00 ta’ fil-ghodu bdiet miexja l-isfilata twila tal-membri ta’ l-Azzjoni Kattolika mill-Oratorju Qalb ta’ Gesu sal-Knisja Arcipretali. Wara li kulhadd sab postu fil-knisja, dahal l-Arcisqof Mons. Mikiel Gonzi li ghadda minn bejn zewg fillieri standardi mill-bieb sal-presbiterju, fost il-kant ta’ l-Innu tal-Papa. L-Arcisqof iccelebra s-Sagrificcju tal-Quddiesa. Wara diskors qasir mill-Assistent Generali Dun Mikiel Azzopardi bdew jissejhu l-ismijiet ta’ kull parrocca biex jigu kkunsinjati l-petizzjonijiet taghhom. Fost dawn il-petizzjonijiet kien hemm dik tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard tal-Mosta. Il-pakketti b'dawn il-petizzjonijiet imlew it-tarag li kien hemm quddiem l-istatwa ta’ Santa Marija. Ic-celebrazzjoni spiccat billi l-Arcisqof ghamel diskors u wara qara t-telegramm li kellu jibghat lill-Q.T. l-Papa Piju XII.
(p.346) Nhar l-1 ta’ Novembru 1950 il-Papa Piju XII ipproklama sollennemenl it-Tlugh ta’ Marija bir-Ruh u l-Gisem bhala Domma ta’ Fidi. Ghal din l-okkazjoni, l-istatwa ta’ Santa Marija regghet giet esposta fil-knisja. Quddiemha ntrama artal ta’ l-injam u tqaddes il-quddies. Nhar l-1 ta’ Novembru 1950 fil-ghaxija, il-Maltin regghu ltaqghu fit-tempju monumentali tal-Mosta ghal Te Deum Nazzjonali b'ringrazzjament lil Alla.
Dwar l-istatwa ta’ Santa Marija
Hekk kif ghaddiet il-festa ta’ Santa Marija ta’ l-1947, l-istatwa ta’ Santa Marija li l-iskultur Salvu Dimech kien naqqax fl-1868 ittiehdet tas-Sliema ghand l-iskultur Censu Apap. Dan sar biex l-iskultur Apap jibdilha skond l-abbozz tal-gibs li hu stess kien ghamel u li kien espost fil-kappella ta’ l-Oratorju Qalb ta’ Gesu.
F'inqas minn sena, ix-xoghol kollu kien tlesta u l-istatwa ‘l-gdida’ ta’ Santa Marija giet milqugha mill-Mostin nhar it-8 t'Awwissu 1948. Dakinhar l-istatwa nkixfet f’tarf Triq il-Kungress Ewkaristiku. Imbaghad Dun Pawl Calleja. li kien Vici-Parroku, ghax l-Arcipriet Dun Karm Sciberras kien marad, libbes lil Santa Marija stellarju gdid tad-deheb li sar mill-gbir fost il-Mostin. Dan kollu sar fost ic-capcip tan-nies akkumpanjat mid-daqq tal-Banda Nicolo Isouard. L-istatwa tnizzlet trijonfalment minn Triq il-Kungress Ewkaristiku fost il-ferh tal-poplu Mosti mmexxi mill-Banda Nicolo Isouard. Mons. Anton Buhagiar bierek l-istatwa l-gdida fuq iz-zuntier tal-knisja. Wara li ddahlet fil-knisja u tpoggiet fuq il-bankun, Mons. Buhagiar ta l-Barka Sagramentali. Imbaghad il-Banda Nicolo Isouard ipprezentat programm muzikali fuq il-plancier. F’din l-okkazjoni s-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard irregalat sett ta’ erba’ forcini tal-fidda godda li saru bid-donazzjonijiet tal-membri tas-Socjeta. Dawn il-forcini ghadhom jintuzaw fil-purcissjoni ta’ Santa Marija sal-lum.
Din il-grajja giet ripetuta nhar il-Hadd, 28 ta’ Lulju 1985. Il-Vara ta’ Santa Marija kien ilha disa' xhur nieqsa mill-knisja taghha. Kien sarilha r-restawr mehtieg u induratura gdida mill-imghallem Emmanuel Darmanin tal-Belt Valletta. Fis-7:30 ta’ fil-ghaxija l-istatwa ta’ Santa Marija giet mikxufa mill-Arcipriet Dun Joe Carabott. Il-folla prezenti nfexxet iccapcap u dlonk bdiet il-mixja minn Vjal l-Indipendenza ghal Triq il-Kungress Ewkaristiku. Il-Banda Nicolo Isouard (p.347) bid-daqq ta’ l-Innijiet Marjani u marci ferrieha wasslet lil-poplu Mosti f’din il-mixja ta’ imhabba lejn Ommna Santa Marija sal-Knisja Arcipretali. Fuq iz-zuntier tal-Knisja, l-Arcipriet bierek l-istatwa u ftit mumenti wara libbisha c-curkett li l-Kardinal Corrado Ursi kien libbisha ghall-ewwel darba ghaxar snin qabel b'turija tar-rabta ta’ imhabba bejn il-poplu Mosti u Marija Santissima. Kienu saru kwazi l-11:00 ta’ fil-ghaxija x’hin l-istatwa ta’ Santa Marija tpoggiet fuq il-bankun taghha. Dan kien il-bidu ghall-festi specjali li kienu saru fl-okkazjoni ta’ l-ghaxar Anniversarju mill-Inkurunazzjoni ta’ l-Assunta.
L-Inkurunazzjoni tat-Titular
L-Inkurunazzjoni ta’ l-Assunta li saret nhar l-10 t’Awwissu 1975 kienet ix-xewqa ta’ hafna generazzjonijiet ta’ Mostin. Anke s-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard esprimiet din ix-xewqa tal-Mostin meta nhar il-15 t'Awwissu 1968 l-Isqof Emmanuel Gerada zar il-Kazin fl-okkazjoni tal-Festa ta’ Santa Marija. Dakinhar il-President tas-Socjeta s-Sur Carmelo Schembri esprima din ix-xewqa qaddisa tal-Mostin quddiem l-Isqof u talbu biex iressaq l-istess xewqa ghall-attenzjoni ta’ l-Arcisqof Mons. Mikiel Gonzi. Kienet l-ewwel darba li din it-talba saret minn persuna civili.
Nhar il-Gimgha, 15 ta’ Frar 1974, waqt il-Quddiesa ta’ fil-ghaxija, Dun Bartolomeo Bezzina - l-Arcipriet ta’ l-Inkurunazzjoni - qara d-digriet ta’ l-inkurunazzjoni li hareg mis-Santa Sede bl-awtorita tal-Papa Pawlu VI. Imbaghad tkanta t-Te Deum b’ringrazzjament lil Alla. Din il-grajja giet iccelebrata b’marc mill-Banda Nicolo Isouard mat-toroq tal-Mosta. Dakinhar kienet gurnata ta’ maltemp kif jaf jaghmel Frar, izda fil-ghaxija l-ajru fetah u l-marc irnexxa.
Wara dan il-bidu kemmxejn semplici izda sinifikattiv, bdew isiru l-preparamenti ghac-cerimonja u l-festi ta’ l-Inkurunazzjoni. Il-Kunsill Presbiterjali kellu f’idejh ic-celebrazzjonijiet religjuzi. Twaqqaf il-Kumitat Festi ta’ l-Inkurunazzjoni. Is-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard bdiet tahseb minn kmieni ghal din il-grajja u l-Kumitat iddecieda li jsir innu popolari. Dun Gwann Debono gie avvicinat biex jikteb il-kliem ghal dan l-innu. F'Gunju 1974 Dun Gwann tana l-lirika ghalih u l-kumitat ghaddieha lil Mro. Anthony Sammut biex jimmuzikaha. Bil-hila muzikali tieghu Mro. Sammut tana l-Innu ‘Lill-Assunta Nkurunata’ - innu li (p.348) malajr kiseb popolarita kbira u gie accettat minn kulhadd bhala l-innu ufficjali ta’ l-Inkurunazzjoni.
Il-programm tal-festi kien mifrux bejn it-30 ta’ Lulju u l-15 t'Awwissu 1975. Sejjer nillimita ruhi ghal dawk il-partijiet tal-programm li fihom hadet sehem il-Banda Nicolo Isouard. Il-ftuh tal-festi sar nhar l-Erbgha, 30 ta’ Lulju, meta saret Koncelebrazzjoni mis-sacerdoti Mostin kollha ma' l-E.T. Mons. Guzeppi Mercieca - Vigarju Generali ta’ Malta. Wara l-funzjoni religjuza l-Banda Nicolo Isouard daqqet marci brijuzi mat-toroq tal-Mosta. Imbaghad saret wirja tal-loghob tan-nar fil-pjazza.
Nhar il-Hadd, 4 t'Awwissu, is-sur Joe Quattromani bil-ghajnuna ta’ hafna ohrajn tella' pegint bl-isem ta’ ‘Festa fl-isfond ta’ l-Istorja tal-Mosta,’ fil-wesgha ta’ wara l-Knisja. Is-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard - bhala l-eqdem ghaqda socjali li ghandna fil-Mosta - tat il-kontribut taghha u rajna l-Banda ddoqq il-marci mhallta mal-frattarija u t-twerziq tas-sfafar li joholqu l-briju fil-marci tradizzjonali Maltin.
Nhar il-Gimgha, 8 t'Awwissu, fir-Rotunda giet imtellgha Akkademja Muziko-Letterarja taht il-presidenza ta’ l-E.T. Mons. Guzeppi Mercieca. F'din l-akkademja saru diskorsi mill-Wisq Rev. Arcipriet Bartolomeo Bezzina, is-Sur Carmelo Schembril il-Profs. Dun Karm Cassar u l-E.T. Mons. G. Mercieca. Hadet sehem il-Banda Nicolo Isouard li kienet taht id-direzzjoni tas-Surmast Anthony Sammut. Mal-Banda hadu sehem ukoll il-Kor Santa Cecilja tal-Mosta, is-sopran Hilda Mallia Tabone, it-tenur Robert Vella u l-baxx Piju Zammit. Il-muzika li ndaqqet mill-Banda f’din l-okkazjoni kienet:
Innu Pontificju | Ch. Gounod |
Innu ‘Lill-Assunta Nkurunata’ | Mro Anthony Sammut (versi - Dun Gwann Debono) |
Mose | G. Rossini |
Alla Vergine | F. Fringuelli |
Ave Maria | Ch. Gounod |
La Vergine Degli Angeli | G. Verdi |
Innu Malti | R. Samut |
Jum l-Inkurunazzjoni
Jum tant mistenni ta’ l-10 t’Awwissu 1975 - meta l-Assunta giet inkurunata solennement - wasal. Fid-9.30 ta’ fil-ghodu saret il-Quddiesa li fiha 192 tifel u tifla rcevew l-Ewwel Tqarbina. Bejn id-9.00 u d-9.30 l-Banda Nicolo Isouard kienet fuq iz-zuntier tal-Knisja Arcipretali tilqa’ l-korteo tat-tfal li flimkien mal-genituri taghhom kienu dehlin fil-knisja biex jircievu lil Gesu fis-Sagrament ta’ l-Ewkaristija.
(p.351) Fis-7:40 ta’ fil-ghaxija (hin tas-sajf), l-Arcisqof Mons. Mikiel Gonzi pogga l-kuruna prezzjuza fuq ras ix-xbieha ghaziza ta’ l-Assunta fost ic-capcip u l-entuzjazmu tal-folla ta’ madwar 50,000 ruh. Wara li spiccat il-Quddiesa saret il-purcissjoni bil-kwadru titulari mat-toroq tal-Mosta. Imbaghad il-Banda Nicolo Isouard ghamlet marc qasir mill-Kazin tal-Banda sa fuq iz-zuntier tal-Knisja - minn dakinhar Santwarju - fejn il-Banda daqqet l-Innu l-Kbir ta’ Miruzzi. Il-programm ta’ dik il-lejla nghalaq bid-daqq ta’ l-Innu Nicolo Isouard u l-Innu Nazzjonali.
Nhar l-Erbgha, 13 t’Awwissu, il-Banda Nicolo Isouard ghamlet il-marc tradizzjonali ta’ l-ahhar tat-tridu. Bhal dejjem dan il-marc hareg lill-eluf ta’ Mostin minn djarhom u kaxkarhom lejn ‘it-triq il-gdida’ u l-pjazza biex ilkoll flimkien joholqu l-briju bit-tixjir tal-bnadar, hruq ta’ suffarelli u rdieden u flimkien mad-daqq tal-banda tirrenja atmosfera ta’ ferh li tkun mistennija minn sena ghall-ohra. Dik is-sena kellna n-novita li n-nies bil-karti f’idejha bdiet tkanta ‘Xerrdu hienja ward u fjuri, lir-Regina tas-Smewwiet... Dir-Regina nkurunata, gawrha sbejha tal-Mostin...’ - strofa wara l-ohra, il-kliem helu ta’ l-Innu ta’ l-Inkurunazzjoni.
Sebah il-Gimgha, 15 t'Awwissu. Fit-8.30 ta’ fil-ghodu l-Banda bl-istandardi u l-bandalori taghha kienet bdiet tmexxi lill-poplu Mosti f’dimostrazzjoni kbira li giet moghtija lill-Em. Tieghu l-Kardinal Corrado Ursi - Arcisqof ta’ Napli - li gie fostna biex imexxi l-festi ta’ Santa Marija. Il-ferh tan-nies kien jidher fuq wicc kulhadd u l-briju li holqot il-banda bid-daqq tal-marci brijuzi kompla eccita lill-folla, tant illi x'hin il-Kardinal gie biex jidhol fil-knisja, ma kienx hemm fejn toqghod labra fil-pjazza.
Wara li ghamel pontifikal sollenni fil-knisja u wara li l-Kardinal Ursi libbes curkett prezzjuz f’wiehed mis-swaba ta’ l-istatwa ta’ Santa Marija, il-Kardinal zar il-Kazin bhala l-mistieden ta’ l-unur. Il-Kardinal Ursi, li kien akkumpanjat mill-Arcipriet u l-kleru Mosti, gie milqugh fil-bieb tal-Kazin mill-President, membri tal-kumitat u l-bandisti. Fid-diskors li ghamel ghall-okkazjoni l-President sellem lill-Kardinal mhux biss bhala persuna distinta li giet izzurna, izda wkoll bhala habib illustri li gie fostna ghat-tieni darba. Ma ninsewx li l-Kardinal kien gie fostna f'Ottubru ta’ 1971 meta ccelebrajna c-centinarju tal-Konsagrazzjoni tar-Rotunda u l-mitt sena mit-twaqqif tal-Banda Nicolo Isouard.
Kardinal apprezza hafna d-diskors tal-President u fit-twegiba tieghu qal li l-Maltin bhan-nies ta’ Napli gejjin minn art Mediterranja u z-zewg popli ghandhom qalb li taf thobb. Ghalhekk l-Inkurunazzjoni ta’ l-Assunta ghandha tfisser id-devozzjoni u l-imhabba ta’ dik il-qalb Maltija lejn l-Imqaddsa Marija Omm Alla. Imbaghad il-Kardinal qaghad jitkellem ma’ hafna nies li kienu prezenti ghar-riceviment li sar f’ismu. Bhala rikordju tat-tieni zjara fostna huwa ffirmalna l-ktieb tal-vizitaturi (p.352) u hallielna l-kallotta tieghu. Wara, il-Kardinal gie mitlub biex jikxef il-plakka kommemorattiva li hemm mal-faccata tal-Kazin biex tfakkar is-sehem tal-Banda Nicolo Isouard fil-festi ta’ l-Inkurunazzjoni ta’ l-Assunta. L-ahhar impenn tal-Banda kien is-sehem taghha fil-purcissjoni ta’ Santa Marija. Il-Banda akkumpanjata bil-kant tat-tfal nizzlet lill-Vara ta’ Santa Marija tul Triq il-Kungress Ewkaristiku.
Jibqa’ jigi ccelebrat
L-ewwel anniversarju ta’ l-Inkurunazzjoni ta’ l-Assunta gie ccelebrat nhar it-Tlieta, 10 t'Awwissu 1976, permezz ta’ celebrazzjoni gewwa l-knisja. Wara l-koncelebrazzjoni sollenni, l-E.T. Mons. Angelo Mifsud O.S.B. Abbati President ta’ Monte Cassino, kixef u bierek lapida kommemorattiva li twahhlet mal-faccata tal-knisja taht il-kampnar tal-qanpiena l-kbira. Il-Banda Nicolo Isouard kienet prezenti ghal din l-okkazjoni wkoll u daqqet l-Innu tal-Papa u l-Innu ta’ l-Inkurunazzjoni li gie kantat mill-Kor ta’ l-Oratorju tal-bniet. Imbaghad il-Banda ghamlet marc mat-toroq tal-Mosta u wara kien hemm il-loghob tan-nar fil-pjazza. Dan il-marc baqa' jsir ta’ kull sena mill-Banda Nicolo Isouard biex ifakkar lill-Mostin fil-grajja storika ta’ l-Inkurunazzjoni. Ghall-bandisti u l-membri tas-Socjeta d-data ta’ l-10 t’Awwissu mhix semplici kommemorazzjoni ta’ l-Inkurunazzjoni, izda hija parti mill-istorja taghna, jew ahjar bicca minna.
Festi Sekondarji
Aktar minn mitt sena ilu l-festa ta’ San Guzepp kienet issir bis-sehem tal-Banda. Minn korrispondenza li dehret fil-Malta Taghna tas-Sibt, 4 t’Awwissu 1906, nafu li fil-festa ta’ Santa Marija ta’ l-1905 hadu sehem iz-zewg baned Mostin - jigifieri l-Banda Nicolo Isouard u l-Banda Santa Marija ta’ dak iz-zmien.
San Guzepp
Izda meta d-deputati tal-festa ghamlu l-istedina liz-zewg baned biex ghall-festi ta’ l-1906 jaghmlu l-istess servizzi, inqala’ l-ghawg. Il-Banda Nicolo Isouard accettat l-istedina. Izda l-Banda Santa Marija qalu li jixtiequ li jiehdu sehem fil-festa ta’ l-Assunta imma bhala nies ta’ l-istess pajjiz. Minn din il-korrispondenza johrog car li kien hemm pika bejn il-baned. Fil-festa ta’ San Guzepp li giet wara, iz-zewg baned ipprezentaw irwiehhom biex idoqqu, meta wahda biss kienet mistennija li ddoqq. L-antiki jirrakkuntaw li x'hin beda joqrob il-hin biex tohrog il-purcissjoni, il-kap tal-pulizija tela’ f’nofs iz-zuntier u ordna liz-zewg baned biex hadd minnhom ma jdoqq. Heddidhom li min idoqq l-ewwel nota jarrestah! Ftit wara, Dun Ang Camilleri, li kien il-prokuratur tal-knisja, hareg mill-knisja u habbar li San Guzepp mhux ser johrog. Qal lil kulhadd biex imur lejn daru bil-kwiet. Kienu erba’ kelmiet li kkalmaw is-sitwazzjoni u evitaw konfrontazzjoni bejn l-ahwa - dawk li kienu kollha ulied (p.353) il-Mosta. Minghajr ma nidhlu fil-merti ta’ min kellu tort jew ragun, nikkonfermaw li l-purcissjoni ta’ San Guzepp thassret minhabba l-pika bejn il-baned. Izda din il-grajja ta’ ghajb, servietna wkoll ta’ lezzjoni. Ghax meta fl-1986 twaqqfet it-tieni banda fil-Mosta li wkoll inghatat l-isem ta’ Banda Santa Marija, il-kumitati qaghdu attenti biex din l-istorja ma tirrepetix ruhha. Hekk insibu li matul dawn l-ahhar ghoxrin sena z-zewg baned Mostin hadu sehem flimkien f’diversi okkazjonijiet.
Id-Duluri
Fil-Hadd ta’ wara l-15 ta’ Settembru kienet tohrog il-purcissjoni tad-Duluri. Din kienet purcissjoni sekondarja ohra li fiha kienet tiehu sehem il-Banda. M'ghandna l-ebda kitba f’idejna li tikkonferma dan. Izda jezisti ritratt li ttiehed bejn l-1923 u l-1927 li juri l-hrug tal-purcissjoni tad-Duluri. Fuq palk armat ghall-okkazjoni fuq ix-xellug taht iz-zuntier, tidher il-Banda Nicolo Isouard taht id-direzzjoni ta’ Mro Ganni Vella.
San Pacifku
Il-festa ta’ San Pacifku Martri kienet ikkonsidrata bhala s-sekonda festa fil-Parrocca tal-Mosta. Il-Korp Sant li jinsab fin-nicca fuq l-artal tal-Kor huwa ta’ wiehed mill-martri li nqalghu mic-cimiterju ta’ Priscilla. Din ir-relikwa nghatat lill-parrocca (p.354) tal-Mosta fit-30 t'Awwissu 1783 fi zmien il-parrokat ta’ Dun Salv Saver Bonnici. Il-festa lil San Pacifku kienet issir b'certu pompa. Gieli anke nxteghlet il-faccata tal-knisja. Ghalhekk wiehed jifhem aktar, ghala l-Banda Nicolo Isouard kienet iddoqq f’din il-festa. Mill-gurnali nafu li fis-sena 1949 il-festa ta’ San Pacifku saret nhar il-Hadd, 11 ta’ Settembru, u dakinhar il-Banda Nicolo Isouard ghamlet marc u programm muzikali fil-pjazza tal-knisja.
Il-Qalb ta’ Gesu
Matul is-snin il-festa tal-Qalb ta’ Gesu fil-Mosta ziedet hafna fil-popolarita taghha. Wiehed mill-fatturi li ziedu din il-popolarita kien is-sehem tal-Banda Nicolo Isouard. Wara li l-attakki tat-Tieni Gwerra Dinjija bdew jitbieghdu minn Malta, sa mill-1944, il-Banda Nicolo Isouard bdiet tipprezenta Programm Muzikali fil-pjazza tal-knisja, nhar il-festa tal-Qalb ta’ Gesu. Kien fl-1948 - fiz-zmien li Dun Pawl Calleja kien Vici-Parroku tal-parrocca tal-Mosta - li l-Banda Nicolo Isouard akkumpanjat fil-purcissjoni tal-Qalb ta’ Gesu bid-daqq ta’ l-Innijiet Ewkaristici ghall-ewwel darba. Il-Banda Nicolo Isouard baqghet taghti sehemha fil-purcissjoni tal-Qalb ta’ Gesu sa l-1984.
L-Arcipriet Dun Joe Carabott kien xtaq li lill-purcissjoni tal-Qalb ta’ Gesu jaghtiha bixra ta’ devozzjoni akbar. Ghal dan il-ghan kienu jigu nstallati lawdspikers matul it-triq tal-purcissjoni li minn fuqhom kien isir qari mill-iskrittura u l-kant ta l-innijiet biex il-poplu li jkun qieghed jiehu sehem fil-purcissjoni ikollu sehem attiv. Naturalment inholqot il-problema li d-daqq tal-banda u l-kant minn fuq il-lawdspikers ma jkunux jaqblu. Saru diversi esperimenli bil-ghan li din il-problema tigi solvuta. Izda kien kollu ghalxejn. Fl-1985 ittiehdet id-decizjoni li minn dik is-sena ma jkunx hemm aktar baned fil-purcissjoni tal-Qalb ta’ Gesu. Izda gara li ghalkemm il-purcissjoni kienet okkazjoni ta’ gabra akbar, in-nies li jiehdu sehem fiha bdew kulma (p.355) jmur jonqsu. Dan wassal biex fl-1994 l-Arcipriet Dun Joe Carabott rega' dahhal is-sehem tal-baned fil-purcissjoni tal-Qalb ta’ Gesu u minn dik is-sena bdew jiehdu sehem iz-zewg Baned Mostin. Il-Banda Santa Marija bdiet takkumpanja fil-bidu tal-purcissjoni, filwaqt li l-Banda Nicolo Isouard kompliet izzomm il-post tas-soltu, jigifieri wara s-Santissimu Sagrament. Dan l-arrangament baqa’ sejjer sa l-2006, meta l-Arcipriet Dun Mario Tong hass li m’hemmx lok ghal zewg baned fil-purcissjoni tal-Qalb ta’ Gesu. Itellghet il-polza bejn iz-zewg baned biex jigi deciz liema banda ser iddoqq fis-sena 2007, u imbaghad fis-snin ta’ wara, il-baned jalternaw kull sena bejniethom. Ir-rizultat kien li tibda l-Banda Nicolo Isouard li hadet sehem xorta wahda allavolja kellha servizz iehor fiz-Zejtun fejn akkumpanjat fil-purcissjoni ma’ l-istatwa ta’ Santa Katerina.
Hadd il-Palm
Nhar Hadd il-Palm il-Banda Nicolo Isouard kienet tohrog ukoll fil-berah biex ta’ kull sena ssemmaghlna muzika kiebja ta’ l-okkazjoni. Din l-uzanza baqghet sejra sas-snin hamsin tas-seklu l-iehor. Wiehed forsi jorbot programm bhal dan, mal-marci funebri. Izda mhux ezattament hekk, u biex nuru dan, ser ingibu l-programm li ndaqq mill-Banda Nicolo Isouard taht id-direzzjoni ta’ Ganni Vella fl-1940. F'dik is-sena l-programm kien sar il-Hadd ta’ qabel, jigifieri nhar l-10 ta’ Marzu 1940, u beda fit-3.00 ta’ wara nofsinhar. Ta’ min ifakkar li tliet xhur wara bdew l-attakki tat-Tieni Gwerra Dinjija fuq Malta. Il-muzika li ndaqqet kienet:
Marcia Funebre | Dolores | Orsomando |
Le Sette Parole | A. Miruzzi | |
Responsorio | Plange Quasi Virgo | V. Carabott |
Dolorosa | Grieg | |
Preghiera | The Rosary | Nevin |
Recordare Domino | Bugeja | |
Responsorio | Jerusalem Surge | V. Carabott |
Marcia Funebre | A Mio Padre | G. Vella |
Innu Pontificju | Ch. Gounod | |
Innu Nicolo Isouard | A. Miruzzi | |
La Marseillais (ad unur Nicolo Isouard) | ||
God Save the King |
Il-Gimgha l-Kbira
(p.356) Kulhadd jaqbel li ghall-Mostin l-akbar festa - wara dik ta’ Santa Marija - hija l-Gimgha l-Kbira. Is-sehem tal-Banda Nicolo Isouard f’din il-purcissjoni huwa xi haga li llum nistghu nsejhulha tradizzjonali. Xi marci funebri tas-Surmast Anton Miruzzi, tas-Surmast Ferdinandu Camilleri u ta’ Dun Pawl Mifsud li jinsabu biss u li jindaqqu biss mill-Banda Nicolo Isouard huma xhieda li l-Banda Nicolo Isouard ilha taghti dan is-servizz aktar minn mitt sena. Matul dawn is-snin kollha l-Banda dejjem akkumpanjat il-vara tal-Krucifissjoni jew kif nirreferu ghaliha - il-Vara l-Kbira. Mal-medda twila ta’ dawn is-snin, l-arkivju muzikali tas-Socjeta staghna b'madwar mitt marc funebru, uhud minnhom miktuba mis-surmastrijiet tal-Banda Nicolo Isouard u ohrajn ta’ surmastrijiet maghrufa. Kien ghalhekk illi f'dawn l-ahhar 15-il sena dawn il-marci gew maqsuma f’libretti differenti biex ta’ kull sena l-Banda Nicolo Isouard issemmaghlna marci differenti.
L-Irxoxt
Fit-18 t’April 1976, nhar l-Ghid il-Kbir, fil-Mosta zzanznet l-istatwa ta’ l-Irxoxt - xoghol l-iskultur Glormu Dingli. Din l-istatwa saret fuq l-inizjattiva ta’ ftit nies, fosthom Toni Vassallo u Pawlu Sammut, u giet irregalata lill-knisja. Harget ghall-ewwel darba mill-Oratorju Qalb ta’ Gesu f’pegint li beda fil-5:30 ta’ fil-ghaxija. Dakinhar il-Banda Nicolo Isouard imxiet u daqqet marci ferrieha quddiem l-istatwa ta l-Irxoxt. Fis-7.00 ta’ fil-ghaxija l-istatwa waslet fuq iz-zuntier tal-knisja fejn giet imbierka u imbaghad iddahhlet fil-knisja. Il-Banda Nicolo Isouard baqghet taghti s-servizz taghha fil-pegint ta’ kull sena.
Izda gara li fl-1978 il-purcissjoni ta’ l-Irxoxt sfrattat. Sena qabel jigifieri fl-1977, il-purcissjoni ta’ l-Irxoxt kienet regghet harget mill-Oratorju Qalb ta’ Gesu. Kien hemm grupp ta’ dilettanti li ressqu talba biex il-purcissjoni tibda tohrog mill-knisja u mhux mill-Oratorju. Argumentaw li ma jaghmilx sens li l-istatwa ta’ Kristu Rxoxt tigi esposta fil-knisja fl-ahhar hinijiet ta’ Hadd il-Ghid, wara li jidhol il-pegint. Wasal is-26 ta’ Marzu 1978, l-Ghid il-Kbir. Fil-ghaxija, il-Banda Nicolo Isouard kienet fil-pjazza ta’ l-Oratorju Qalb ta’ Gesu, iddoqq marci ferrieha u bdiet hierga l-pegint ta’ l-Irxoxt mill-kappella ta’ l-Oratorju. Il-Banda hadet postha biex (p.357) timxi wara l-persunaggi u quddiem l-istatwa ta’ Kristu Rxoxt. Bdiet iddoqq marc wara l-iehor, izda l-istatwa ma kienx hemm li tohrog. X'kien gara? Ir-reffiegha ta’ l-istatwa u xi rgiel ohra riedu garanzija mill-Arcipriet li mis-sena ta’ wara, il-purcissjoni tohrog mill-knisja u mhux mill-Oratorju. L-Arcipriet ma setax jaghti din il-garanzija u l-purcissjoni sfrattat. Gara dak li kien gara lill-purcissjoni ta’ San Guzepp sebghin sena qabel. Izda din id-darba l-Banda ma kellha l-ebda tort. Wara dan l-incident l-affarijiet trangaw u mill-1979 il-purcissjoni ta’ Kristu Rxoxt bdiet tohrog mill-Knisja Arcipretali.
Nhar l-Ghid il-Kbir ta’ l-2002, fil-31 ta’ Marzu, il-Banda daqqet ghall-ewwel darba sett ta’ valzi fil-purcissjoni ta’ Kristu Rxoxt. Kienet xi haga li ntlaqghet tajjeb mill-Mostin u li holqot atmosfera iktar serja izda ferrieha f'din l-okkazjoni.
Attivitajiet Muzikali fil-Knisja
Ic-Centinarju Pawlin fl-1960
Fis-sena 1960 il-Gzejjer Maltin iccelebraw id-Dsatax-il Centinarju mill-migja ta’ San Pawl fostna. F’dik l-okkazjoni l-Papa Gwanni XXIII kien baghat lill-Kardinal Aloisius Muench fostna bhala l-Legat tieghu. Nhar il-Gimgha, 22 ta’ Lulju 1960, kienet saret l-Akkademja Pawlina fir-Rotunda tal-Mosta.11 Din kienet ippreseduta mil-Legat tal-Papa u bdiet fil-5.30 ta’ fil-ghaxija. Il-kelliema f'din l-akkademja kienu:
- l-Arcisoqf ta’ Liverpool Mons. Heenan li tkellem bl-Ingliz fuq ‘Shipwreck in the Mind of God.’
- Mons. Pietru Pawl Saydon li tkellem bil-Malti fuq ‘It-Taghlim ta’ San Pawl Illum.’
- Patri Alfonso Orlini OFM Conv li tkellem bit-Taljan fuq ‘La lieta ventura di Malta nel Naufragio di San Paolo.’
L-Orkestra, taht id-direzzjoni ta’ Patri Albert Borg, interpretat l-opra ‘Paulus’ ta’ Mendelssohn. F’din l-okkazjoni l-Banda Nicolo Isouard kienet fuq iz-zuntier tal-knisja ddoqq muzika ferrieha waqt li l-mistednin kienu qeghdin jingabru fir-Rotunda.
Pawlu ta’ Malta
Fuq ix-xewqa ta’ l-Arcipriet Dun Joe Carabott l-oratorju ‘Pawlu ta’ Malta’ gie pprezentat fir-Rotunda nhar il-Gimgha, 15 ta’ Frar 1985, fit-8:00 ta’ fil-ghaxija.12 Dan l-oratorju kien l-ewwel wiehed li nkiteb bil-Malti bil-kliem tal-Prof. Oliver Friggieri u muzika ta’ Charles Camilleri. Gie pprezentat fil-kappellun ta’ San Pawl taht id-direzzjoni ta’ Dun Gwann Galea quddiem udjenza ta’ Mostin u barranin li (p.359) mlew il-knisja sa l-inqas rokna. L-ispiza ghal din il-prezentazzjoni kienet ta’ Lm450. Minnhom is-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard offriet id-donazzjoni ta’ Lm50.
Esekuzzjonijiet mill-Banda
Aktar minn mitt sena ilu s-Surmast Anton Miruzzi kien ikkompona l-innu ‘Alla Beata Maria Vergine’ fuq kliem ta’ Dun Wistin Azzoppardi, li baqa' maghruf bhala l-Innu l-Kbir. Ghal hafna snin dan l-innu kien jindaqq fid-dhul tal-purcissjoni ta’ Santa Marija. Imbaghad wara li kien ilu ma jindaqq ghal numru gmielu ta’ snin, fl-ahhar tas-snin hamsin u fil-bidu tas-snin sittin tas-seklu l-iehor indaqq diversi drabi nhar it-13 t’Awissu, wara l-marc tradizzjonali.
Waqt laqgha li l-Arcipriet Dun Joe Carabott kellu mad-dirigenti tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard fil-bidu tal-parrokat tieghu, dawn ta’ l-ahhar informaw lill-Arcipriet bl-Innu l-Kbir u esprimew il-pre-okkupazzjoni taghhom dwar kif u meta dan l-Innu jista’ jindaqq fil-granet tal-festa ta’ Santa Marija. L-Arcipriet ippropona li jista’ jsir fil-knisja. Din il-proposta ntlaqghet b’entuzjazmu kbir mid-dirigenti tas-Socjeta u b’hekk insibu li fis-snin ta’ wara l-Banda Nicolo Isouard daqqet tlettax-il darba fir-Rotunda. Dawn kienu:
(p.359) Nhar id-29 ta’ Lulju 1995, il-Banda Nicolo Isouard esegwiet l-innu immortali ‘Alla Beata Maria Vergine’ ta’ Miruzzi meta Santa Marija nharget min-nicca.
- Nhar l-10 t’Awwissu 1983 fit-tmien anniversarju ta’ l-Inkurunazzjoni ta’ l-Assunta meta l-Innu ‘Alla Beata Maria Vergine’ ndaqq fil-knisja ghal l-ewwel darba.
- Fit-8 t’Awwissu 1985 fl-okkazjoni ta’ l-ghaxar anniversarju mill-Inkurunazzjoni. Il-Banda animat il-quddiesa bid-daqq taghha u wara esegwiet l-Innu ‘Alla Beata Maria Vergine.’
- L-istess sar nhar it-8 t’Awwissu 1988 fl-okkazjoni ta’ gheluq is-Sena Marjana.
- Nhar is-7 t’Awwissu 1990 fl-okkazjoni tal-hmistax-il-sena mill-Inkurunazzjoni. Il-Banda Nicolo Isouard regghet animat il-quddiesa ghal darb’ohra u wara esegwiet l-Innu l-Kbir.
- Nhar Hadd il-Palm, fit-12 t’April 1992, il-Banda Nicolo Isouard ipprezentat programni muzikali fil-knisja waqt l-akkademja li saret biex tfakkar il-hamsin anniversarju mill-Miraklu tal-Bomba meta nhar id-9 t’April 1942 bomba ta’ l-ghadu nifdet il-koppla u dahlet fil-knisja minghajr ma splodiet.
- Fid-29 ta’ Lulju 1995 il-Banda animat il-quddiesa u wara li l-istatwa harget min-nicca rega' gie pprezentat l-Innu l-Kbir fl-okkazjoni ta’ l-ghoxrin sena mill-Inkurunazzjoni.
- Fit-23 ta’ Marzu 1997 il-Banda pprezentat programm b’rabta mal-Gimgha Mqaddsa nhar Hadd il-Palm.
- F’Hadd il-Palm tas-sena ta’ wara, nhar il-5 t'April 1998 regghet esegwiet programm muzikali iehor tal-Gimgha Mqaddsa fil-Knisja Arcipretali.
- (p.360) B'rabta mas-sena tal-Gublew il-Kbir, nhar id-19 t'April 2000 – li kien jahbat l-Erbgha tat-Tniebri, il-Banda Nicolo Isouard ipprezentat il-Programm tal-Gimgha Mqaddsa ghar-raba' darba.
- Nhar is-7 t’Awwissu 2000 il-Banda regghet animat il-quddiesa u esegwiet l-lnnu l-Kbir ta’ Miruzzi fl-okkazjoni tal-25 anniversarju mill-Inkurunazzjoni.
- Fis-7 t’Awwissu 2002, l-lnnu ‘Alla Beata Maria Vergine’ gie pprezentat fil-knisja ghas-seba’ darba.
- Sena wara, fis-7 t’Awwissu 2003 il-Banda Nicolo Isouard regghet daqqet fil-knisja. Din id-darba interpretat ghall-ewwel darba ‘L-Ghanja tal-Konvoj ta’ Santa Marija’ - muzika tas-Surmast tal-Banda, Mro. Emanuel Spagnol, fuq il-versi tal-Prof. Oliver Friggieri.
- L-ahhar esekuzzjoni muzikali mill-Banda Nicolo Isouard fir-Rotunda saret nhar is-7 t’Awwissu 2006 meta ghal darb’ohra gie nterpretat l-lnnu ‘Alla Beata Maria Vergine’ ta’ Anton Miruzzi.
Pellegrinaggi u Konferenzi
Kungressi tax-Xirka ta’ l-Isem Imqaddes t’Alla
L-ewwel Kungress tax-Xirka ta’ l-Isem Imqaddes t'Alla sar ir-Rabat fil-festa ta’ Pentekoste fl-1929. Ix-Xirka twaqqfet fil-Mosta nhar it-23 t’April 1929. Fit-12 t'Ottubru 1930, sar it-tieni Kungress Generali tax-Xirka. Dan il-Kungress kien sar fir-Rotunda tal-Mosta. Huwa stmat li kien hemm madwar 25,000 ruh li gew mid-divizjonijiet tal-Mosta, tar-Rabat, tal-Belt Valletta, tal-Birgu, ta’ Haz-Zebbug, taz-Zurrieq, tas-Siggiewi, ta’ Birzebbuga, ta’ Hal Qormi, ta’ Hal Lija u ta’ l-Imgarr.
Qabel ma beda dan il-Kungress l-imsehbin imxew f’korteo tul Triq il-Kungress Ewkaristiku. Il-Banda Nicolo Isouard bid-daqq taghha mexxiet dan il-korteo sal-pjazza tar-Rotunda. Hamsin sena wara rega’ nzamm Kungress iehor tax-Xirka ta’ l-Isem Imqaddes t’Alla, fil-Knisja Arcipretali tal-Mosta. Kien is-sebgha u erbghin kungress, li nzamm nhar il-25 ta’ Mejju 1980. Ghal darb’ohra l-Banda Nicolo Isouard mexxiet il-korteo tul Triq il-Kungress Ewkaristiku bid-daqq taghha.
Barra l-kungressi, ix-Xirka ta’ l-Isem Imqaddes t’Alla torganizza hafna laqghat u konferenzi f’postijiet differenti madwar Malta. Fil-Kazin tal-Banda Nicolo Isouard saru diversi minn dawn il-laqghat matul is-snin. Bhala ezempju nsemmu dik li saret fl-1 ta’ Novembru 1985 minn Patri Angeliku Vella u li ghaliha kien hemm prezenti hafna membri tas-Socjeta.
Festa ta’ Kristu Re
(p.362) Il-festa ta’ Kristu Re giet imwaqqfa mill-Papa Piju XI fil-11 ta’ Dicembru 1925. Mis-sena 1926 ‘il quddiem il-festa bdiet tigi organizzata f’Malta fuq skala nazzjonali. Kien isir korteo li ghalih kienu jigu mistiedna jiehdu sehem kemm l-ghaqdiet civici u socjali kif ukoll dawk religjuzi.
L-Organizzaturi tal-Festa ta’ Kristu Re baghtu stampa ta’ Kristu Re b’kitba fuqha li ggib id-data tat-30 t’Ottubru 1932. Huma rringrazzjaw lill-Kumitat tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard u baghtu l-awguri taghhom wara s-sehem tas-Socjeta fil-festi ta’ Kristu Re ta’ dik is-sena.
Pellegrinagg Marjan
F’Dicembru ta’ l-1953, il-Malta Band Club Association kienet organizzat Pellegrinagg Marjan ghall-knisja ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni f’Bormla. Wara li s-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard hadet sehem f’dan il-pellegrinagg, l-Assistent Segretarju tal-Malta Band Club Association baghat ritratt ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni bhala tifkira tas-sehem tas-Socjeta f’din l-attivita ta’ natura religjuza.
L-ewwel Gimgha tax-Xahar
L-imhabba bejn il-Qalb Imqaddsa ta’ Gesu u d-devozzjoni ta’ l-Ewwel Gimgha tax-xahar rabbew gheruq sodi fi hdan is-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard. Dawn hadu spinta ’l quddiem madwar sittin sena ilu. L-ewwel, kif diga rajna, billi fl-1946 is-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard giet ikkonsagrata solennement lill-Qalb Imqaddsa ta’ Gesu, u imbaghad billi l-Banda bdiet tiehu sehem attiv fil-purcissjoni tal-Qalb ta’ Gesu. Tajjeb nghidu li barra li l-Banda kienet iddoqq wara s-Santissimu Sagrament taht il-baldakkin, il-kumitat u l-membri tas-Socjeta kienu jakkumpanjaw fil-purcissjoni wara l-Bandalora tas-Socjeta - u kienu jkunu numeruzi.
Qabel kull l-Ewwel Gimgha tax-Xahar kien jitpogga avviz f’post prominenti fil-Kazin biex ifakkar lill-membri fil-weghda li Gesu kien ghamel lil Santa Margerita Alacoque u jheggighom biex jitqarbnu. Dan l-avviz kien hareg bil-permess tal-Kurja nhar l-20 ta’ Settembru 1941. Kien jingieb konfessur fil-Kazin biex il-membri jkunu jistghu iqerru bl-akbar facilita. Izda din id-drawwa devota hadet spinta ohra ’l quddiem fl-1983, meta Dun Karm Mifsud lahaq Kappillan tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard.
Quddiesa fil-Kazin
Fl-ewwel laqgha li Dun Karm kellu mal-kumitat, hu hareg bil-proposta biex fl-ewwel Gimgha ta’ kull xahar tibda ssir quddiesa fil-Kazin li ghaliha jattendu l-membri tas-Socjeta. Gie miftiehem li jqaddes Dun Karm innifsu, u l-konfessur jibqa’ jigi xorta wahda. Aktar tard Dun Karm stess gab il-permess minghand l-Arcisqof Guzeppi Mercieca, biex din il-quddiesa li kienet qeghda thalli hafna gid fost il-membri, tkompli ssir. Illum iqaddes il-Kappillan tas-Socjeta - Mons. Bartilmew Bezzina - u l-quddiesa ta’ l-ewwel Gimgha tax-xahar tigi offruta b’suffragju ghall-erwieh tal-membri tas-Socjeta jew qraba taghhom li jkunu mietu fix-xhur ta’ qabel.
Kien hemm diversi okkazjonijiet ohra meta saret quddiesa fil-Kazin. Diga semmejna z-zewg quddisiet li kienu saru fil-bitha tal-Kazin - fit-13 t’Ottubru 1946 u fit-12 t’Awwissu 1956. Quddiesa ohra saret fil-bitha tal-Kazin nhar il-Hadd, 10 t’Ottubru 1971 fil-ghodu. Qaddes l-Arcipriet tal-Mosta Dun Bartilmew Bezzina li assistieh bhala djaknu Dun Pawl Calleja - il-Kappillan tas-Socjeta. Din id-darba ntrama artal mejda biex ic-celebrant iqaddes wiccu lejn il-kongregazzjoni. Il-quddiesa kienet il-ftuh tal-festi li saru biex ifakkru l-Ewwel Centinarju mit-twaqqif tal-Banda. Ghaliha attendew hafna bandisti u membri tas-Socjeta kif ukoll xi mistiedna distinti.
Quddiesa ta’ ringrazzjament ohra saret nhar il-Hadd, 13 t’Ottubru 1996. fl-okkazjoni tal-festi li saru biex ifakkru il-125 anniversarju mit-twaqqif (p.364) tal-Banda Nicolo Isouard fil-Mosta. Din ukoll saret fil-ghodu fil-bitha tal-Kazin. Intrama artal mejda ghall-okkazjoni u wara l-artal kien hemm il-kwadru tal-Qalb ta’ Gesu – l-istess wiehed li quddiemu saret il-Konsagrazzjoni tas-Socjeta, hamsin sena qabel. Il-quddiesa kienet ikkoncelebrata mill-Arcipriet tal-Mosta Dun Joe Carabott u l-Kappillan tas-Socjeta Dun Karm Mifsud. Ghal darb’ohra l-bitha tal-Kazin kienet mimlija bil-bandisti, membri tas-Socjeta u mistednin ohra.
Artal storiku
Kif ghidna, il-quddies fl-okkazjonijiet specjali li semmejna saru fil-bitha tal-Kazin. Izda l-quddiesa ta’ l-ewwel Gimgha tax-xahar kienet issir fil-ghaxija f'sala li kienet tigi armata ghall-okkazjoni. Din is-sala hadet xehta ohra mill-2004 ‘il quddiem. Nhar is-26 t’Ottubru 2004, is-Sur Ganni Gatt irregala artal ta’ l-irham abjad lis-Socjeta permezz ta’ kitba quddiem in-nutar Clinton Bellizzi. Dan l-artal kien fil-Kappella tal-Museum fil-Blata l-Bajda. Izda kellu jitnehha minn postu meta kien deciz li l-gisem ta’ San Gorg Preca jitpogga f’din il-kappella ghad-devozzjoni tal-poplu Malti kollu. Dan l-artal originarjament kien gie kkonsagrat mill-Isqof Mons. Mikiel Gonzi fis-26 t’Ottubru 1947. Wara li tnehha mill-kappella tal-Museum kien spicca ghand is-Sur Ganni Gatt li min-naha tieghu rregalah lis-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard. Intrama fis-sala li fiha kienet issir il-quddiesa (p.365) ta’ l-ewwel Gimgha tax-xahar. Kien gie mbierek mill-Arcipriet Dun Mario Tong qabel ma saret il-quddiesa ta’ l-ewwel Gimgha tax-xahar, nhar il-5 ta’ Novembru 2004. Fl-okkazjoni ta’ l-400 sena tal-Parrocca tal-Mosta, sar artal mejda tal-gewz biex jintuza ghall-quddiesa ta’ l-ewwel Gimgha tax-xahar.
Sala San Gorg Preca
Kif intrama l-artal ta’ l-irham, is-sala nghatat l-isem ta’ ‘Sala Beatu Gorg Preca.’ Imbaghad nhar is-16 ta’ Marzu 2005, is-sur Ivan Scerri pprezenta pittura tal-Beatu Gorg Preca, li saret mill-maghruf Raymond Pitre u tpoggiet fuq l-artal. Wara li nhar il-Hadd, 3 ta’ Gunju 2007, saret il-Kanonizzazzjoni tal-Beatu Dun Gorg Preca mill-Q.T. il-Papa Benedittu XVI fil-Vatikan, isem is-sala fil-Kazin inbidel u sar ‘Sala San Gorg Preca.’
Is-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard ghandha wkoll xi tifkiriet marbuta ma’ San Gorg Preca - l-ewwel qaddis Malti. Nhar il-Gimgha, 10 t'Awissu 1956, Dun Gorg Preca kien gie l-Kazin Nicolo Isouard biex fis-7:00 ta fil-ghaxija jaghmel konferenza lill-membri tas-Socjeta. Il-kumitat kien iddecieda li ssir din il-konferenza bi preparazzjoni ghat-tigdid tal-Konsagrazzjoni tas-Socjeta lill-Qalb Imqaddsa ta’ Gesu u l-Qalb bla Tebgha ta’ Marija li sehhet nhar it-12 t'Awwissu 1956.
Imbaghad nhar l-Erbgha, 9 ta’ Mejju 2007, tliet gimghat qabel ma San Gorg Preca gie ddikjarat qaddis, il-Kummissjoni Kultura fi hdan is-Socjeta organizzat serata muziko-letterarja bl-isem ‘Dun Gorg Preca - l-Ewwel Qaddis Malti,’ fis-Sala San Gorg Preca. Wiehed mill-kelliema kien Dr Anthony Abela Medici li kien responsabbli mill-ezumazzjoni fuq il-gisem ta’ Dun Gorg Preca. Fl-ahhar ta’ din is-serata Dr Abela Medici ghogbu jirregala lis-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard (p.366) relikwa tat-tielet grad ta’ San Gorg Preca. Din ir-relikwa tikkonsisti f’parti minn ingwanta li uza Dr Abela Medici stess waqt li kien jahdem fuq l-ezumazzjoni ta’ Dun Gorg. Skond id-data li hemm fuq l-istess relikwa l-ingwanta ntuzat nhar is-7 ta’ Lulju, 2000.
F’jum il-Festa ta’ Santa Marija 2007, Mons. Bartilmew Bezzina - Kappillan tas-Socjeta - ghogbu jirregala lis-Socjeta Nicolo Isouard relikwa ta’ l-ewwel grad ta’ San Gorg Preca li tikkonsisti fi troffa xahar ta’ San Gorg innifsu, kif ukoll parcmina bil-konferma ta’ l-awtenticita taghha. Din ir-relikwa, flimkien ma’ l-ohra tat-tielet grad li pprezentalna Dr Abela Medici, huma mizmuma b'qima kbira mis-Socjeta.
Uzanzi Ohra
Minn zmien ghal iehor isiru laqghat organizzati mill-Kummissjoni Kultura b'kelliema professjonali intizi fuq is-suggett maghzul. L-ahhar laqgha ta’ din ix-xorta saret fit-22 ta’ Frar 2008, meta l-Kanonku Dun Antoine Borg ghamel tahdita spiritwali ghal zmien ir-Randan.
Fi zmien il-Milied, matul il-Gimgha Mqaddsa u fil-festa ta’ Santa Marija l-artal fis-Sala San Gorg Preca jigi armat skond l-okkazjoni mill-Kummissjoni zghazagh fi hdan is-Socjeta. Barra minn hekk, fl-istess zminijiet jittellghu wirjiet marbuta ma’ kull zmien partikulari. Matul il-Gimgha Mqaddsa l-Kummissjoni Kultura tiehu hsieb ittella' wirja artistika b'xi tema marbuta mal-Passjoni ta’ Sidna Gesu Kristu. Imbaghad ghal zmien il-Milied Raymond Deguara jarma l-presepju kbir statiku fil-Kazin. Tajjeb li nghidu li Raymond rebah l-ewwel post fil-kompetizzjoni nazzjonali tal-presepji kemm-il darba.
Uzanza ohra marbuta mal-festi tal-Milied huwa l-programm ta’ Ghanjiet tal-Milied li ta’ kull sena, il-Banda Nicolo Isouard tipprezenta fl-Oratorju Qalb ta’ Gesu. F'dawn l-ahhar snin il-programm qieghed jillella’ fil-kappella ta’ l-Oratorju. Matulu jsir wkoll qari mill-Iskrittura Mqaddsa.
(p.367) Insemmu wkoll il-Visti lil Gesu Sagramentat fl-Artal tar-Ripozizzjoni li jigu organizzati mis-Socjeta Nicolo Isouard ta’ kull sena nhar il-Gimgha l-Kbira fil-ghodu. Ghalihom jattendu hafna nies u ghalhekk il-kumitat tas-Socjeta jkompli jsahhah id-determinazzjoni tieghu biex ikompli jorganizza attivitajiet bhal dawn.
F'Rabta mal-Papa, Isqfijiet u l-Kleru
Ahna l-Maltin konna xxurtjati li l-Papa Gwanni Pawlu II gie jzurna darbtejn. L-ewwel zjara kienet bejn il-25 u s-27 ta’ Mejju 1990. Kellu jghaddi mill-Mosta nhar is-Sibt, 26 ta’ Mejju, ghall-habta tat-8:00 ta’ fil-ghodu. Il-Mostin hargu bi hgarhom u kienu qeghdin jistennew li jaraw lill-Papa ghaddej bil-Popemobil, ghax hekk konna avzati. Izda gara li min kellu s-sahha li jiddeciedi, ried li l-Papa jghaddi mill-Mosta b'mod mohbi ghal kollox. Il-vjagg minn H'Attard sas-Santwarju tal-Mellieha li skond il-programm kellu jsir mit-8.00 sat-8.30 ta’ fil-ghodu, fil-verita sar bejn it-8:15 u t-8:30. Intuzat karozza maghluqa bi hgieg skur u kontra kull etika diplomatika lanqas (p.369) il-bandiera tal-Papa ma kellha. Ghall-kuntrarju, mis-Santwarju tal-Mellieha sal-Marfa, jigifieri fid-dizabitat, il-karozza tal-Papa kellha l-bandiera safra u bajda tperper!
Il-kumitat tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard kien fehem li l-migja tal-Papa fostna kellha tkun grajja singulari li thalli fostna hafna gid spiritwali. Ghalhekk, dakinhar tas-26 ta’ Mejju, il-Banda Nicolo Isouard harget fil-pjazza biex issellem lill-Q.T. il-Papa u fl-istess hin tferrah il-folol li kienu herqana jistennew il-migja tieghu fostna. Bejn is-7:45 u 8:15 ta’ fil-ghodu, il-Banda daqqet l-Innu Ufficjali tal-Papa li nkiteb ghall-okkazjoni, erba' darbiet. Kull darba n-nies bdiet tkanta mal-Banda u x’hin jispicca d-daqq tinfexx f’capcip li jtarrax. Izda fir-raba’ darba ma garax hekk. Ghaliex hekk kif il-karozza tal-Papa ghaddiet minn fostna b'velocita li qabzet il-hamsin kilometru fis-siegha, kulhadd baqa’ ccassat ma jistax jifhem x'kien gara. B’dan kollu, waqt li lill-Papa ghaddewh bhal lehha ta’ berqa, il-Banda Nicolo Isouard kienet qeghda ssellimlu bid-daqq ta’ l-innu ufficjali. Il-Banda, flimkien mal-poplu Mosti, wettqu dmirhom u biex tibqa’ mfakkra din il-grajja, fil-Kazin Nicolo Isouard hemm certifikat iffirmat mill-Arcisqof Mons. Guzeppi Mercieca.
It-tieni zjara tal-Papa fostna sehhet bil-ghan li nhar l-Erbgha, 9 ta’ Mejju 2001, il-Papa Gwanni Pawlu II jibbeatifika lit-tliet Maltin bhalna - Dun Gorg Preca, Nazju Falzon u Sor Marija Adeodata Pisani. Din id-darba il-Papa kien alloggjat fin-Nunzjatura f'tal-Virtu r-Rabat. Nhar it-8 ta’ Mejju, ghall-habta tas-6.00 ta’ fil-ghaxija, il-Papa ghadda mill-pjazza tal-Mosta fi triqtu min-Nunzjatura ghall-Belt Valletta. Din id-darba il-Papa kien fil-Popemobil u misjuq bil-mod, isellem bi tbissima u jbierek lil kulhadd. Il-pjazza u t-toroq tal-Mosta minfejn ghadda l-Papa kienu mzejna u mimlija bin-nies, herqana biex isellmu lill-Papa. Il-ferh u s-sens ta’ sodisfazzjon kien evideti fuq wicc kulhadd. Il-Bandisti tal-Banda Nicolo Isouard inghaqdu ma’ bandisti mill-Banda Santa Marija u mill-Banda ta’ l-Iskawts tal-Mosta biex giet iffurmata mass band ghall-okkazjoni. Din il-banda kienet fil-pjazza tal-knisja ddoqq muzika ferrieha biex tkompli zzid l-entuzjazmu tan-nies. X'hin il-Papa ghadda biswit ir-Rotunda, il-Banda sellmitlu bid-daqq ta’ l-Innu tal-Papa.
Nistghu nghidu li l-organizzaturi, li hdax-il sena qabel kienu ghaddew lill-Papa mill-Mosta bl-aktar mod umiljanti, din id-darba raw kif ghamlu biex lill-Papa jghadduh mill-qalba tal-Mosta allavolja tawlulu r-rotta sal-Belt. B’hekk saret gustizzja mal-Mostin u mal-Q.T. il-Papa nnifsu.
Prelati tal-Knisja
Wahda mill-uzanzi sbieh tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard hija li nhar il-festa ta’ Santa Marija, torganizza r-riceviment tal-festa wara l-Pontifikal Solenni gewwa r-Rotunda. Ghar-riceviment jigu mistiedna c-celebrant principali, l-Arcipriet u l-kleru flimkien ma' mistednin ohra. Matul is-snin dawn l-okkazjonijiet hallewlna (p.371) hafna tifkiriet sbieh. Kellna fostna diversi prelati tal-knisja sew Maltin kif ukoll barranin. Fosthom Kardinali u Isqfijiet li min-naha taghhom hallewlna l-kallotti b’tifkira taz-zjara taghhom fostna. Qeghdin nippubblikaw lista ta’ sittax-il kallotta li gew irregalati lis-Socjeta matul is-snin, sew fl-okkazjoni tal-festa ta’ Santa Marija kif ukoll f'okkazjonijiet ohra.
(p.370) L-Arcisqof ta’ Malta Mons. Guzeppi Mercieca jinawgura u jbierek l-Arkivju u s-Sala tal-Kumitat nhar id-9 t’Awwissu, 1985.
- 15 t’Awwissu 1960: Mons. Sir Michael Gonzi - Arcisqof ta’ Malta, mistieden fil-Kazin wara l-Pontifikal tal-Festa fl-okkazjoni ta’ l-ewwel centinarju minn meta tlesta l-bini tar-Rotunda. Aktar kmieni l-Banda Nicolo Isouard mexxiet lill-Mostin li ghamlu dimostrazzjoni kbira lill-Arcisqof matul Triq il-Kungress Ewkaristiku.
- 15 t'Awwissu 1975: Il-Kardinal Corrado Ursi - Arcisqof ta’ Napli, zar il-Kazin u kixef irhama kommemorattiva mal-faccata tal-Kazin wara li mexxa l-Pontifikal tal-Festa. Aktar kmieni l-Banda Nicolo Isouard kienet mexxiet lill-Mostin f'dimostrazzjom ad unur il-Kardinal.
- Il-Gimgha, 9 t'Awwissu 1985: Mons. Guzeppi Mercieca - Arcisqof ta’ Malta, mistieden il-Kazin fejn inawgura arkivju muzikali u l-ghamara gditla fis-Sala tal-Kumitat.
- 15 t'Awwissu 1985: Mons. Mariano Przykucki - Isqof ta’ Chelmo fil-Polonja, zar il-Kazin wara li aktar kmieni kien mexxa l-Pontifikal Solenni u ghamel il-panigierku tal-festa.
- 15 t'Awwissu 1988: Mons. Paolo Giglio - Nunzju Appostoliku fin-Nicaragua, mistieden ta’ l-unur fil-Kazin wara li kien mexxa l-Pontihkal Solenni tal-festa ta’ Santa Marija.
- 7 t'Awwissu 1990: Kardinal Mons. Giuseppe Casoria - Arcisqof Titulari ta’ San Giuseppe in Via Trionfale, mistieden ta’ l-unur ghall-esekuzzjoni ta’ l-Innu ‘Alla Beala Maria Vergine’ fir-Rotunda, fl-okkazjoni tal-hmistax-il anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Assunta u l-erbghin sena mid-Domma.
- 15 t'Awwissu 1993: Mons. Jan Kopiec - Isqof Awziljarju fid-Djoeesi ta’ Opole fil-Polonja, mistieden ta’ l-unur wara li qabel kien mexxa l-Pontifihkal Solenni tal-festa.
- 15 t'Awwissu 1995: Mons. Jose Sebastian Laboa - Nunzju Appostoliku ta’ Malta, zar il-Kazin wara li mexxa l-Koncelebrazzjoni Solenni tal-festa ta’ Santa Marija.
- 15 t'Awwissu 1996: Mons. Giacinto Boulos Marcuzzo - Isqof Titular ta’ Emmaus u Isqof Awziljarju ta’ Nazaret, mistieden ta’ l-unur wara l-Pontifikal Solenni fir-Rotunda.
- 15 t'Awwissu 1997: Mons. Arcisqof Zenon Grocholewski, mill-Polonja - Segretarju fis-Segnatura Appostolica, kien mistieden il-Kazin wara li aktar kmieni kien mexxa l-Pontihkal Solenni u ghamel il-Panigierku tal-festa.
- 15 t'Awwissu 1998: L-Arcisqof Spanjol, Mons. Francesco Gil Hellin - Segretarju tal-Kunsill Pontificju ghall-Familja, fil-Vatikan, zar il-Kazin wara li mexxa l-Pontifikal Solenni tal-festa.
- 15 t'Awwissu 1999: Mons. Annetto Depasquale - Isqof Titulari ta’ Aradi u Isqof Awziljarju ta’ Malta, mistieden ta’ l-unur wara li kien mexxa l-Koncelebrazzjoni Solenni tal-festa.
- 13 t'April 2001: Mons. Edward Michal Nowak, Pollakk - Arcisqof Titular ta’ Luni u s-Segretarju tal-Kongregazzjoni tal-Kawzi tal-Qaddisin, zar il-Kazin nhar il-Gimgha l-Kbira u apprezza hafna l-Wirja Sagra fl-okkazjoni tal-Gimgha Mqaddsa.
- 15 t'Awwissu 2002: Mons. Arcisqof Michel Sabbah - Patrijarka ta’ Gerusalem, mistieden ta’ l-unur wara li mexxa l-Pontifikal tal-Festa. Fil-kazin. Mons. Arcisqof bierek is-Sala Principali wara li giet rinnovata mill-gdid.
- 13 ta’ Dicembru 2006: Mons. Adeodato Micallef - Isqof Emeritus tal-Kuwajt, mistieden ta’ l-unur ghas-serata li fiha Mons. Isqof inawgura l-wirja ta’ presepji armati fil-Kazin.
- 27 ta’ Marzu 2007: Mons. Mario Grech - Isqof ta’ Ghawdex, mistieden ghas-serata fl-okkazjoni tal-Gimgha Mqaddsa. Imbaghad Mons. Isqof inawgura l-Wirja Sagra fil-Kazin Nicolo Isouard.
Aktar tifkiriet
Ghandna wkoll tifkiriet specjali ta’ l-E.T. l-Isqof Awziljarju, Mons. Emmanuel Galea. L-Isqof Galea ghex hajja qaddisa u llum qeghda ssir hidma bil-ghan li jigi bbeatifikat u mgholli ghall-qima fuq l-artali.
Fl-20 t’Ottubru 1946, huwa kien il-mistieden ta’ l-unur meta giet inawgurata l-bandalora biex tfakkar il-75 anniversarju mit-twaqqif tal-Banda Nicolo Isouard fil-Mosta. Dakinhar l-Isqof Galea kien bierek din il-bandalora bhala parti mill-festi li kienu saru biex ifakkru dan l-anniversarju.
L-lsqof Galea rega' kien fostna nhar il-Hadd, 17 t'Ottubru 1971, fl-okkazjoni tal-festi ta’ l-Ewwel Centinarju mit-twaqqif tal-Banda. Huwa kien mistieden bhala l-Vigarju Generali u assista ghall-inawgurazzjoni ta’ l-irhama kommemorattiva li nkixfet mill-Gvernatur Generali ta’ Malta Sir Anthony Mamo u li giet imbierka mill-Kardinal Corrado Ursi.
Esperjenza ohra sabiha kienet meta l-Kumitat tas-Socjeta mmexxi mill-President is-Sur Nazzareno Vassallo u l-Kappillan tas-Socjeta Mons. Bartilmew Bezzina ghamel zjara ta’ kortesija lill-Arcisqof Mons. Pawlu Cremona O.P. fl-okkazjoni ta’ l-erba’ mitt sena mit-twaqqif tal-Parrocca tal-Mosta. Il-laqgha saret nhar (p.373) it-Tlieta,
20 ta’ Novembru 2007 fil-ghodu, fil-Kurja u kienet kordjali ghall-ahhar. F'din l-okkazjoni l-Arcisqof gie pprezentat b’kopja tal-ktieb ‘Mustensia II’ u l-Annwal 2007 li gew ippubblikati mis-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard.
Arciprieti
Kull meta jilhaq Arcipriet gdid fil-Mosta, il-kumitat tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard jahtruh President Onorarju tas-Socjeta. Dan isir b'sens ta’ rispett lejn l-awtorita ta’ l-Arcipriet.
Bhala Socjeta li tinvolvi ruhha bis-shih fl-attivitajiet li jsiru fil-Mosta, specjalment fil-festa ta’ Santa Marija, is-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard tirsisti biex ikun hemm koperazzjoni shiha bejnha u l-Arcipriet li jkun qieghed imexxi l-Parrocca. L-attivitajiet li jsiru bil-koperazzjoni taz-zewg nahat huma minnhom innifishom tifkiriet li jaglimlulna unur. Izda fil-Kazin ghandna xi tifkiriet sentimentali li kontinwament ifakkruna fl-Arciprieti tal-Parrocca tal-Mosta.
L-Arcipriet Dun Girgor Borg kien Arcipriet tal-Mosta bejn l-14 t’Awwissu 1930 sa mewtu li grat fit-2 ta’ Gunju 1942. Ritratt awtografat tieghu, b’dedika lill-kumitat u l-membri tas-Socjeta u li jgib id-data ta’ l-20 Settembru 1930, huwa mizmum fil-Kazin b’ghozza kbira.
L-Arcipriet Dun Karm Sciberras ha l-pusses tal-Parrocca tal-Mosta nhar l-10 ta’ Frar 1943. Fl-1948 halla r-riedni tal-Parrocca minhabba sahhtu. Bejn l-1928 u l-1940 u bil-hidma tieghu nbena l-Oratorju Qalb ta’ Gesu.
Nhar it-28 ta’ Novembru 1993, il-Banda Nicolo Isouard tat sehemha fl-Akkademja li saret fis-sala ta’ l-Oratorju Qalb ta’ Gesu b’tifkira ta’ gheluq il-mitt sena mit-twelid tieghu. Id-direttur ta’ l-Oratorju Qalb ta’ Gesu, Dun Ang Camilleri, ipprezenta plakka lill-President tas-Socjeta, is-Sur Guze Cauchi, bhala apprezzament ghas-sehem tal-Banda Nicolo Isouard f’din l-okkazjoni.
L-Arcipriet Dun Pawlino Galea ha l-pusses tal-Parrocca tal-Mosta nhar il-5 ta’ Novembru 1948 u baqa’ Arcipriet sakemm f'Mejju 1960 inhatar Kanonku Kapitolari tal-Katidral. B'tifkira ta’ dan l-Arcipriet ghandna ritratt tieghu b'dedika lis-Socjeta. Dan ir-ritratt kien ipprezentat lis-Socjeta fl-1933, meta Dun Pawlin kien Kappillan f'Hal-Gharghur.
L-Arcipriet Dun Bartilmew Bezzina ha l-pussess tal-Parrocca tal-Mosta nhar is-Sibt, 13 t'Awwissu 1960. F'dik il-ghodwa l-Banda Nicolo Isouard akkumpanjat lill-Arcipriet il-gdid mill-Oratorju Qalb ta’ Gesu sal-Knisja Arcipretali. Imbaghad l-Arcidjaknu Mons. Joseph Apap Bologna mexxa c-cerimonja tal-Pussess. Dam f’din il-kariga sa Lulju 1981 meta gie mahtur Monsinjur Onorarju tal-Katidral Metropolita ta’ Malta. Illum Mons. Bartilmew Bezzina huwa l-Kappillan tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard u ghandna diversi tifkiriet sentimentali tieghu. Fil-15 t'Awwissu 1976, l-Arcipriet Bezzina gie milqugh fil-Kazin Nicolo Isouard mill-President u l-membri tal-Kumitat ghall-festin tal-festa li sar f’giehu, f’gheluq il-25 sena mill-Ordinazzjoni Sacerdotali tieghu. F’din l-okkazjoni l-President is-Sur Carmelo Schembri, pprezentalu gabarre sabih.
Nhar il-15 t’Ottubru 1996, Mons. Bezzina rregalalna plattin tal-fidda fl-okkazjoni tal-125 anniversarju mit-twaqqif tal-Banda Nicolo Isouard fil-Mosta. Fl-10 t'Awwissu 2003, Mons. Bezzina rregalalna l-mitra tieghu fl-okkazjoni tal-hatra (p.375) tieghu bhala Kapillan Onorarju tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard. U kif semmejna aktar qabel, Mons. Bezzina ghogbu jirregala wkoll lis-Socjeta relikwa ta’ l-ewwel grad ta’ San Gorg Preca.
Bhala parti mill-programm ta’ l-attivitajiet marbuta ma’ l-400 anniversarju tal-Mosta bhala parrocca, il-Banda Nicolo Isouard ipprezenlat il-Kuncert ta’ l-Epifanija nhar il-5 ta’ Jannar 2008, fis-sala ta’ l-iskola Gilju tal-Widien. Is-serata kienet iddedikata lill-Arcipriet ta’ l-Inkurunazzjoni, Mons. Bartilmew Bezzina, bhala eks-Arcipriet tal-Mosta. Dakinhar il-Monsinjur ghogbu jirregala lis-Socjeta pjaneta rumana rikka li kien juza hu. Din hija l-istess pjaneta li kien libes nhar l-10 t’Ottubru 1971, meta qaddes fil-Kazin fl-okkazjoni ta’ l-Ewwel Centinarju tal-Banda.
L-Arcipriet Dun Joe Carabott ha l-pussess tal-parrocca tal-Mosta fl-l ta’ Novembru 1981. Dakinhar fl-4:15 ta’ fil-ghaxija l-Banda Nicolo Isouard wasslitu mill-Oratorju Qalb ta’ Gesu sal-Knisja Arcipretali, fejn saret ic-cerimonja tal-pussess li kienet immexxijja mill-Vigarju Generali Mons. Carmelo Xuereb. Imbaghad il-Banda Nicolo Isouard regghet wasslitu sal-Museum tas-Subien fejn saret il-festa ta’ l-okkazjoni. Nhar il-Hadd, 22 ta’ Novembru 1981, l-Arcipriet il-gdid ghamel l-ewwel zjara tieghu fil-Kazin Nicolo Isouard u pprezentalna centru minn lewn il-fidda b’turija ta’ hbiberija bejnu u bejn is-Socjeta.
Nhar id-29 ta’ Lulju 1987, l-Arcipriet Dun Joe Carabott iccelebra quddiesa ta’ ringrazzjament f'gheluq il-25 sena mill-Ordinazzjoni Sacerdotali tieghu. Dakinhar il-Banda Nicolo Isouard ghamlet marc b’dedika ghalih. Min-naha tieghu l-Arcipriet Carabott ipprezentalna plattin tac-ceramika b’tifkira ta’ l-okkazjoni. L-Arcipriet Dun Joe Carabott temm il-parrokat tieghu fil-Mosta meta fis-26 ta’ Lulju 2003 ha l-pussess bhala l-Monsinjur tal-Katidral ta’ Malta.
Nhar it-18 ta’ Marzu 2008, il-Banda Nicolo Isouard interpretat l-iStabat Mater ta’ Gioacchino Rossini fit-Teatru Manuel bhala wahda mill-attivitajiet marbuta mar-Raba’ Centinarju tal-Parrocca tal-Mosta. Din is-serata kienet iddedikata lill-Mons Dun Joe Carabott bhala eks-Arcipriet tal-Mosta.
(376) Dun Mario Tong ha l-pusses bhala Arcipriet tal-Mosta nhar it-Tnejn, 8 ta’ Dicembru 2003. Dakinhar il-Banda Nicolo Isouard u l-Banda Santa Marija akkumpanjawh mill-Kunvent tas-Sorijiet Agostinjani sal-Knisja Arcipretali. Ic-cerimonja tal-pusses tmexxiet mill-Kancillier tal-Kurja Mons. Carmelo Zammit. Fost it-tifkiriet marbuta ma’ l-Arcipriet Dun Mario Tong insemmu l-mawra storika li s-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard ghamlet fl-Istati Uniti ta’ l-Amerka u l-Kanada bejn it-22 ta’ Settembru u t-8 t’Ottubru 2004. L-Arcipriet ghogbu jilqa' l-istedina biex jakkumpanjana f’din il-mawra. Ta’ kuljum l-Arcipriet kien iqaddsilna u pogga lilu nnifsu ghad-dispozizzjoni tal-htigijiet spiritwali ta’ kull individwu fil-grupp.
Fit-30 ta’ Lulju 2008, is-Socjeta kompliet bil-programm taghha marbut ma’ l-400 anniversarju tal-Parrocca tal-Mosta billi pprezentat il-Kuncert tal-Kwindicina. Dan il-Kuncert specjali gie ddedikat lill-Arcipriet prezenti Dun Mario Tong.
Qassisin Novelli
Hija uzanza tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard li meta xi zaghzugh Mosti joffri ruhu ghas-servizz ta’ l-ohrajn fis-Sagrament ta’ l-Ordni Sagri, il-Banda toffri s-servizz taghha fl-okkazjoni ta’ l-ewwel quddiesa solenni tieghu fil-Parrocca. Il-bicca l-kbira tas-sacerdoti novelli Mostin jaccettaw din l-offerta. Uhud minnhom, imbaghad, joffru rigal lis-Socjeta b’apprezzament ghall-atmosfera ferrieha u festiva li tohloq il-Banda. Dawn it-tifkiriet huma gheziez hafna ghas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard u jnisslu fina sentimenti profondi ta’ gratitudni.
Ser nippublikaw lista ta’ rigali li nghataw lis-Socjeta fl-okkazjonijiet ta’ l-ewwel quddiesa solenni ta’ sacerdoti Mostin.
- Tazza ta’ lewn il-fidda, moghtija minn Dun Salv Borg, Dun Alfred Camilleri u Dun Reggie Magri meta kkoncelebraw flimkien l-Ewwel Quddiesa Solenni taghhom nhar il-Hadd, 11 t'Awwissu 1974.
- Tazza lewn il-fidda, moghtija minn Dun Rafel Demartino li ghamel l-Ewwel Quddiesa tieghu nhar il-Hadd, 6 t’April 1975, u minn Dun Willy Vella li qaddes l-Ewwel Quddiesa tieghu nhar it-3 ta’ Mejju 1975 fl-Imgarr.
- Plattin tal-fidda, regalat minn Dun Gerald John Micallef li ghamel il-Quddiesa Solenni nhar il-Hadd, 27 ta’ Lulju 1997, minn Dun Rueben Deguara li qaddes nhar it-Tnejn, 4 t'Awwissu 1997, u minn Dun Joseph Sciberras li ccelebra l-Prima Messa nhar il-Hadd, 10 t’Awwissu 1997.
- Salib u zewg gandlieri tal-bronz, moghtija minn Dun Christopher Galea li qaddes l-Ewwel Quddiesa Solenni nhar it-Tlieta, 10 t'Awwissu 1999.
- Ikona tal-Madonna fi gwarnic tal-fidda, minn Dun Joseph Cilia li qaddes nhar il-Hadd, 12 t'Awwissu 2001.
- (p.377) Plattin tal-fidda, moghti minn Dun Antoine Borg meta qaddes l-Ewwel Quddiesa Solenni nhar l-10 t’Awwissu 2003.
- Plattin tal-fidda, irregalat minn Dun Brendan Mark Gatt meta qaddes l-Ewwel Quddiesa Solenni nhar il-Hadd, 8 t'Awwissu 2004.
- Arlogg tal-fidda, moghti minn Dun Darren Pace meta qaddes nhar il-Gimgha, 11 t’Awwissu 2006.
Il-Kappillani tas-Socjeta
Ma jistax ikun li nitkellmu dwar ir-rabta tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard mal-kleru minghajr ma nsemmu lil dawk is-sacerdoti li kellhom rabtiet mill-qrib fi hdan is-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard.
Dun Wistin Azzopardi ghex bejn l-1855 u l-1922. Kellu huh Ganni li kien hdax-il sena ikbar minnu. Dan Ganni kien dak li fl-1869 beda jghallem il-muzika liz-zghazagh Mostin bil-ghan li titwaqqaf ‘il-Banda tal-Mosta.’ Dun Wistin baqa’ maghruf ghall-karita li kien jaghmel mal-foqra u ghall-pinna tajba li kellu. Ghas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard kiteb il-kliem ta’ l-Innu l-Kbir - ‘Alla Beata Maria Vergine’ u l-innu maghruf tal-purcissjoni ‘O Del Ciel Regina.’ Dan li semmejna kienu kollha cirkustanzi li qarbuh lejn is-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard. Ghalhekk bl-aktar mod naturali hu kien jahdem biex igib il-quddiem il-gid spiritwali tal-membri tas-Socjeta.
Dun Gwann Fenech ghex bejn l-1852 u l-1934. Kien prokuratur tal-Knisja Arcipretali u kien jiehu hsieb il-festa ta’ barra ta’ Santa Marija. Kien president tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard bejn l-1903 u l-1908.
Dun Edgar Salomone twieled fl-1882. Aktar minn President lil Dun Edgar nistghu nikkunsidrawh bhala missier u protettur tal-Banda Nicolo Isouard. Dan ghaliex bejn l-1916 u l-1917 – fi zmien li l-Banda Nicolo Isouard ma kellhiex kazin taghha (p.379) Dun Edgar offra kamra fl-Oratorju Qalb ta’ Gesu li tieghu kien id-direttur, ghad-dispozizzjoni tal-Banda. Bil-hegga tieghu. Dun Edgar zamm il-Banda attiva fl-aktar zminijiet difficli taghha. Fl-1920, l-Arcisqof Dom. Mauro Caruana baghat lil Dun Edgar bhala Vicendarju l-Imgarr, u fl-1930 sar it-tieni Kappillan ta’ l-Imgarr. Miet fit-22 t’Awwissu 1969. Zgur li dawn iz-zewg qassisin barra li kienu Presidenti tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard, kien jimpurtahom hafna mill-ispiritwalita tal-membri tas-Socjeta.
Wara li fl-1922 infetah kazin gdid, l-amministrazzjoni tas-Socjeta setghet tigi organizzata ahjar. Minn dik id-data ‘l quddiem insibu numru ta’ sacerdoti li nghataw il-kariga specifika ta’ Kappillan tas-Socjeta.
Dun Guzepp Borg kien il-Kappillan tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard bejn l-1922 sa mewtu li grat fit-30 ta’ Lulju 1943.
Warajh lahaq neputih - Dun Anton Muscat li dam fil-kariga mill-1943 sa’ l-1961 meta lahaq Kappillan fil-parrocca ta’ Had-Dingli. Dun Anton kien membru fil-Missjoni l-Kbira. Fl-1969 sar Kanonku tal-Kolleggjata ta’ Bormla u wara gie nominat Kappillan tal-Papa bit-titlu ta’ Monsinjur. Miet fl-1 t'April 1999. B'tifkira tieghu ghandna t-terha u s-salib li kien jilbes ma qaddu bhala membru tal-Missjoni l-Kbira.
Dun Pawl Calleja kien Kappillan tas-Socjeta bejn l-1962 u l-1983. Dun Pawl kien ukoll Kanonku tal-Kolleggjata ta’ San Pawl tar-Rabat. Miet nhar il-Gimgha, 2 ta’ Gunju 1995. B’tifkira tieghu ghandna sett pjaneti rumani li kien iqaddes bihom u par bokkli tal-fidda ghaz-zarbun.
Wara lahaq Dun Karm Mifsud li dam Kappillan tas-Socjeta sa’ l-2001. Missier Dun Karm - Salvu - kien is-Surmast tal-Banda Nicolo Isouard fiz-zmien difficli meta s-Socjeta ma kellhiex kazin. Dun Karm li ghadu mimli bil-ghomor kien irregala lis-Socjeta pjaneta rrakkmata bid-deheb biex tibqa’ bhala tifkira.
Dun Salv Borg kien il-Kappillan tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard bejn l-2001 u l-2004. Qabel ma kien Kappillan tas-Socjeta, Dun Salv ghamel tnejn u ghoxrin sena jahdem bhala missjunarju fil-Brazil. F’Settembru ta’ l-2004, Arcisqof Mons. Guzeppi Mercieca hatar lil Dun Salv bhala Kappillan tal-parrocca tal-Kuncizzjoni, il-Hamrun.
Kappillan prezenti tas-Socjeta huwa Mons. Bartilmew Bezzina li kien Arcipriet tal-Mosta bejn l-1960 u l-1981.
Fl-okkazjoni tar-Raba’ Centinarju tal-Parrocca tal-Mosta, il-kumitat tas-Socjeta ddecieda li dawn is-sacerdoti kollha li kellhom rabta specjali mas-Socjeta jibqghu (p.381) mfakkra billi jsir ritratt taghhom impitter mill-pittur Mosti Dione Borg. Kienet decizjoni li turi r-rispett tas-Socjeta u l-gharfien tas-sehem taghhom b’risq l-ispiritwalita tal-membri.
Gheluq
Dawn il-grajjiet li semmejna jikkonfermaw li s-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard dejjem tat is-sehem taghha fl-attivitajiet important tal-Parrocca tal-Mosta. Missejna biss aspett wiehed - dak marbut mat-twemmin u l-ispiritwalita. B'danakollu juruna li fil-hajja tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard kien hemm grajjiet ta’ ferh li jnisslu sens qawwi ta’ sodisfazzjon. Kellna diffikultajiet u okkazjonijiet ta’ qtiegh il-qalb. Saru l-izbalji, izda minnhom harget taghlima. Kien hemm okkazjonijiet li weggghuna, izda b’xi mod saret tpattija ghalihom u ghalhekk inkisbet il-mahfra. Jinhass ir-rispett tas-Socjeta lejn l-awtoritajiet li hafna drabi kien irreciprokat u ghalhekk issarraf f’ghaqda akbar bejn iz-zewg nahat, li imbaghad gabet maghha s-successi. Sibna l-ghajnuna fl-aktar mumenti difficli. Insomma, nistghu nibqghu sejrin! F'kelma wahda nistghu nghidu li l-hajja tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard hija normali bhal kull hajja umana - bis-sabih taghha u b'dak li hu anqas sabih. Jalla ghall-quddiem inkomplu niehdu decizjonijiet tajbin biex is-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard tkompli tiffjorixxi u toffri servizz utli lill-Komunita Mostija.
Referenzi
- Storja tal-Mosta migbura minn E.B. Vella u ohrajn, Empire Press, 1972, p.18.
- Ibid., p.11.
- Ibid., p.15.
- Cassar George - Borg Joseph G.M., Il-Mosta, il-Mostin u r-Rotunda taghhom matul iz-zminijiet, Kunsill Lokali Mosta, 2007, p.4.
- Storja tal-Mosta migbura minn E.B. Vella u ohrajn, Empire Press, 1972, p.162.
- Ibid., p.202.
- Ibid., p.219.
- Ibid., p.222.
- Il-Mosta, Nru. 143, p.5.
- Il-Mosta, Nru. 77, p.2.
- Il-Mosta, Nru. 62, p.6.
- Il-Mosta, Nru. 113, p.10.
Hajr
- Lil Albert Cassar ghal-ghajnuna tieghu biex nikseb l-informazzjoni mill-Ufficcju Parrokkjali.
- Lil Joe Camilleri li pogga ghad-dispozizzjoni tieghi ricerki li kien ghamel huh il-mibki habib tieghi Tony.
- Lil Charles Vella ghall-informazzjoni dwar l-accident ta’ Dun Gwann Mallia Tabone.
Kotba u Rivisti kkonsultati
- Storja tal-Mosta migbura minn E.B. Vella u ohrajn, 1972.
- Cassar George - Borg Joseph G.M., Il-Mosta, il-Mostin u r-Rotunda taghhom matul iz-zmijiet, Kunsill Lokali Mosta, 2007.
- L-lstorja tal-Kazini tal-Banda - L-Ewwel Volum, PIN, 1997.
- L-istorja tal-Kazini tal-Banda - It-Tieni Volum, PIN. 1997.
- L-Istorja tal-Kazini tal-Banda - lt-Tielet Volum, PIN. 1998.
- Azzoppardi P.F. Domenico S. Theol. Lee. O.P., L'XXIV Congress Eucaristicu Intemazionali F'Malta, 1913.
- Attard Fr. Lawrence E. O.P., Ghall-Gieh t'Ismek Mulej! - Il-Grajja tax-Xirka ta’ l-Isem Imqadddes t'Alla, 1993.
- Il-Miraklu tal-Qawmien - Hajja u Hidma illi wasslet ghall-Kongress Djocesan ta’ l-Azzjoni Kattolika (Mosta - Valletta - Paola), 1947.
- Tifkira tal-Festi tal-Inkurunazzjoni ta’ l-Assunta, Il-Mosta, 10 t'Awissu, 1975.
- Diversi hargiet tal-gazzetta ‘Il-Mosta.’
- Registri tal-Minuti tal-laqghat tal-Kumitat tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard.
- Diversi hargiet ta’ l-Annwal ippublikat mis-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard fl-okkazjoni tal-festa ta’ Santa Marija.
- Diversi hargiet tal-fuIjett ‘Lehen il-Banda tal-Mosta’ ippubblikat mis-Socjela Filarmonika Nicolo Isouard.
- Dokumenti ohra mill-Arkivju tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard.
Kapitli ohra mill-ktieb
- Introduzzjoni
- Il-Parrocca fi hdan il-Knisja Kattolika Universali
- L-Isqof Tumas Gargallo
- Il-Kappillani u l-Arciprieti li kellha l-Parrocca tal-Mosta
- Il-Mosta - 400 sena Parrocca
- Dun Felic Calleja (1748-1833)
- Zvilupp tad-Devozzjoni jew Kult lejn il-Passjoni ta’ Sidna Gesu Kristu fil-parrocca tal-Mosta
- Pitturi fir-Rotunda tal-Mosta
- Min huma L-Mostin?
- ‘Il-Musta’ ssir ‘Mosta’
- Il-Mosta fil-Kamra tad-Deputati
- Il-Gvern Lokali fil-Mosta
- Ir-rabta tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard mal-Parrocca Tal-Mosta
- Aspett u Impenn Pulizjesk Mosti
- Eroj Socjali: Xi Mostin ta’ l-Imghoddi u Hidmiethom
- Minghand l-Ghaqdiet Mostin
- Immagini Mostin