The Mosta Archives Banner

Il-Mosta: Grajjietha u niesha

Frans Deguara, editur

Pubblikazzjoni tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard Mosta f'gheluq l-400 sena (1608-2008) bhala Parrocca.


Dan il-ktieb interessantissimu jinxtara mill-Kazin Nicolo Isouard. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


Eroj socjali

XI MOSTIN TA’ L-IMGHODDI U HIDMIETHOM

Paul P. Borg


L-ewwel uniformi tal-Kazin Santa Marija Mosta.(p.1) L-ewwel spalletti u l-arma tal-beritta tal-Banda Santa Marija

(p.405) L-ambjent u l-identita: l-ambjent hu dak kollu li hemm madwarna, kemm l-ambjent naturali bhall-bahar, il-blat, is-sigar, l-irdumijiet, il-hemda tal-kampanja, ix-xaghri, l-arja, is-smewwiet u l-bqija. Mill-banda l-ohra l-ambjent kulturali hu dak kollu li mess mieghu l-bniedem. Kull fejn indahal il-bniedem biex hadem u ghex, biex bena u zejjen, biex sebbah u rranga, u sahansitra wkoll biex kerrah u qered hu wkoll l-ambjent kulturali. Ghaldaqstant kull tiftixa dwar il-hidma ta’ missirijietna ma tistax tinfatam mill-kuntest ambjentali taghha, li jfisser li waqt li qed nitghallmu fuq hidmiet ta’ komunita partikulari nkunu qeghdin nixhtu dawl qawwi kemm fuq l-ambjenti kulturali u naturali, kif ukoll fuq il-qaghda socjali. Meta qed nitkellmu fuq ix-xoghol tat-tballit tad-deffun fuq il-bjut tad-djar Mostin, jew fuq il-bidwi fuq il-qiegha fit-tarf ta’ Wied il-Qlejja, qed nixhtu dawl ukoll fuq is-socjeta Maltija kollha kemm hi.


Ritratt: (p.405) Wied il-Qlejja (jew kif nafuhom ahjar, ic-Chadwick Lakes) wara halba xita sew. Xi gmiel ta’ ambjent - li hu dak kollu li hemm madwarna, blal, sigar, irdmuijiet, hemda tal-kampanja, xaghri, arja, smewwiet u l-bqija.


Bidwi fl-ghelieqi lejn il-Mosta.(p.407) Mad-dawra mejt tar-rahal tal-Mosta kien hemm il-bidwi gmielu mitluf fl-ghelieqi tieghu.

(p.406) Il-wirt taghna l-Maltin hu dak kollu li gej minghand missirijietna, minghand in-nanniet taghna, li huma dawk in-nies kollha li kienu jghixu qabilna fuq dawn il-gzejjer. Ghalhekk fil-Maltin tal-lum hemm ukoll il-Maltin li ghexu fuq dawn il-gzejjer matul is-sekli kollha. B'hekk, id-drawwiet tal-Mostin qodma ma jirtuhomx biss dawk il-Mostin godda li huma mnisslin minn Mostin ohrajn, izda wkoll dawk li mas-snin jaghzlu li jigu joqoghdu hawn u jintegraw irwiehhom mal-bqija hawn ukoll. Minghand dawn ta’ qabilna writna mhux biss il-grajja taghna, izda wkoll kemm l-ambjent naturali, kif ukoll dak kulturali. U huma dawn l-ambjenti li jghinu fit-tiswir tal-karattru u ta’ l-identita taghna lkoll. Dan ifisser li meta wiehed qieghed jikteb fuq xoghol il-Mostin ma jkunx fil-verita qieghed jikteb dwar il-Mosta biss, imma jkun qieghed jikteb dwar ilwien u laqtiet partikulari tal-bniedem Malti li ghex fuq dawn il-gzejjer u li rrifletta l-attivita, il-grajja, in-natura u l-qaghda ta’ Malta matul il-milja tas-snin. Ikun, mela, qieghed jixhet l-attenzjoni tieghu biex jislet dawk id-dettalji ta’ karatteristici partikulari li jaghtu lilna l-Maltin l-identita taghna u li fuq kollox juru l-attivita tal-bniedem universali fuq dawn il-gzejjer.


Aspetti ta’ ambjent naturali u kulturali huma zewg taqsimiet li mhux dejjem huma mifrudin minn xulxin, ghax hafna drabi jintisgu sewwa, jiddependu sewwa wiehed fuq l-iehor, u xi drabi wiehed jahasra jghaffeg lill-iehor. Il-Mosta tal-bierah mhix il-Mosta tal-lum. Tajjeb jew hazin tbiddlu mhux biss ix-xoghlijiet u l-hidmiet tal-Mostin, imma tbiddel ukoll il-bniedem, jigifieri tbiddlet is-socjeta kif ukoll tbiddel l-ambjent. Il-bniedem illum qieghed jara kif jaghmel u jzid ix-xoghol tieghu u l-effett tieghu fuq in-natura madwaru. Hafna drabi dan jaghmlu bla ma jaghti wisq kaz tal-hsara li tkun qed issirlu fl-ambjent naturali tieghu. U jista’ wiehed jghid minnufih li dan isir sewwasew ghaliex il-bniedem ma baqax jemmen li jehtieglu jistrieh hekk bil-qawwi fuq l-ambjent naturali madwaru biex ikun jista’ jghix kemm hu kif ukoll il-familja tieghu!


Hi haga ta’ l-ghageb kif il-bniedem Malti rnexxielu jithallat sewwa man-natura madwaru, sahansitra gieli wkoll ma’ l-istess geografija madwaru, biex ikun jista’ jimxi ’l quddiem. U skond dak li pprovdielu Alla madwaru, sawwar l-istess socjeta tieghu. Il-hajja ta’ kuljum, il-familja, ix-xoghol, l-ghajxien kienu marbutin sewwa kollha flimkien f’dan il-qafas ta’ pajsagg Malti, kollox interzjat bizzilla flimkien matul sekli shah, twemmin, trobbija ta’ l-ulied, hidmiet different, taghlim, hiliet, drawwiet u l-bqija. Harsa fuq fuq lejn il-kultura tax-xoghol fil-Mosta taghtina xhieda hajja ta’ din ir-rabta inevitabbli tal-bniedem ma’ l-ambjent u man-natura.


Zerriegha tal-qoton li fl-antik il-Mosta kienet maghrufa ghalih.(p.407) Iz-zerriegha tal-qoton. Il-Mosta maghrufa ghalih u fl-antik kien hawn ghelieqi kbar mimlijin bil-qoton.

Dan ifisser li minhabba l-qaghda taghha f’Malta u minhabba s-sura taghha geografika minghajr tlajja’ u nzul, il-Mosta setghet kienet aktar ta’ vantagg ghal xi xoghlijiet milli kienu bnadi ohrajn. Ikolli nghid, li mhux ta’ b’xejn nghidu ahna li l-Mosta kien hawn ghadd ta’ bennejja tal-karettuni, jew ta’ hwienet li jsewwu l-karettuni.


(p.407) Il-firxiet kbar u wietja tal-qoton li kien hemm lejn Ta’ Qali, kienu r-raguni ghaliex kien ghad fadal sahansitra daqqaq tal-qoton ukoll sa ftit snin ilu u li ftakar sewwa l-attivita kbira li kien hawn il-Mosta f’dan il-qasam. Mad-dawramejt tar-rahal kien hemm il-bidwi gmielu mitluf fl-ghelieqi. Il-Mosta kienet maghrufa sewwa ghal din il-hidma tal-qoton u ghal dawn l-ghelieqi kbar li ntemmu mas-snin. Kellhom ikunu s-servizzi Inglizi li ssuktaw iwaqqfu l-hidma kbira tat-tkabbir tal-qoton billi hadu hafna raba’ ghall-mitjar ta’ Ta’ Qali. Niftakar lil Frangisk Fenech ta’ Vangiela u lil Ganni Saliba jirrakkuntaw li l-attivita kbira tax-xoghol tal-qoton li kien hemm.


Il-hidma u l-wirt


Il-karrettun kien mezz ta’ transport ghall-bidwi(p.408) Il-karrettun kien mezz ta’ transport ghall-bidwi. Mhux ta’ b’xejn li fil-Mosta kien hawn ghadd ta’ bennejja tal-karrettuni.

Il-bniedem Malti, gralu bhalma gralu l-bniedem madwar id-dinja kollha. Il-Maltin, ta’ nies intelligenti li kienu sewwasew bhalma kien haddiehor, ma setghux jibqghu biss bil-kultura tal-hidma u tax-xoghol u xejn iktar. Il-bniedem intebah li hu mhux annimal li jahdem u jiekol u xejn aktar. Il-bniedem li ghex fuq dawn il-gzejjer tghallem mill-ewwel li hu mhux bil-hobz biss jghix. Il-hidma taghtik il-hobz u timlielek zaqqqek, imma bniedem mohhu hemm tghallem li ma tistax tghix biss billi timla zaqqek!


Barra l-uzu ta’ l-idejn, il-hidma u x-xoghol, kellu wkoll jidhol il-hsieb u kellhom ukoll jidhlu l-emozzjonijiet f’dak kollu li kellu jaghmel. L-idejn kellhom tabilfors jithalltu mal-qalb. Dak kollu li ghamlu l-Maltin li ghexu fil-Mosta ta’ l-imghoddi bis-sahha ta’ jdejhom u ta’ hsiebhom, illum nistghu narawh billi nistudjaw (p.408) il-grajja ta’ dak kollu li ghaddejna minnu, u billi ngharblu sewwa xoghlijiet taghhom. Mhux biss l-istudju tal-wirt arkitettoniku fil-binjiet li hawn madwama, l-istudju ta’ l-arkeologija u tat-tempji li hawn, izda wkoll studju tal-hidma tar-ragel semplici ghaddej fit-triq, tal-bidwi fl-ghelieqi u fuq il-qiegha, tal-mastrudaxxa tal-gallariji, tal-bennej tal-karettuni, tal-kissier taz-zrar, tan-nisa jballtu d-deffun fuq il-bjut, u ta’ hafna ohrajn. Dawn kienu kollha nies semplici mill-Mosta, eroj socjali li ghamlu gieh kbir lilhom infushom u lis-socjeta taghhom bla daqq ta’ trombi xejn fl-oqsma tax-xjenzi, ta’ l-arti, tax-xoghol. Kollha juru fuq kollox kemm il-Maltin hadu sehem shih fl-izvilupp tal-bniedem fl-ambjent tieghu skond dak li Alla baghatlu!


Mhux bil-hobz biss


Girna kenn ghall-bidwi(p.408) Il-girna kienet u ghadha d-dar il-bidwi fl-ghelieqi, u trid sengha kbira biex tinbena. Il-bidwi juzaha biex jistkenn mill-qilla tax-xemx jew ghall-kenn mill-maltemp.

(p.409) B'hekk il-bniedem Malti ghamel bhalma ghamel il-bniedem kull fejn kien. Il-bniedem hass il-bzonn li l-attivita biex jaqla’ x’jiekol, l-attivita ta’ l-idejn wahedha mhix kultura tal-bniedem biss. L-annimali wkoll jahdmu u jibnu djarhom, jimxu u jtiru mili shah u jistinkaw biex jghixu. Imma l-bniedem li jghix fuq roqgha art, ikun irid izewwaq dak kollu li jaghmel u dak kollu li jahseb ma’ hwejjeg ohrajn. Mela bhalma gara madwar id-dinja kollha l-bniedem Malti zewwaq hajtu bit-Twemmin, bl-Arti u bil-Grajja. Il-lavur ta’ Gilormu Deguara, l-ilbiesi ta’ Ganna l-hajjata, it-tberfi1 tal-karettuni Ta’ Soks, il-mudelli fil-fliexken tal-hgieg ta’ Frans Sammut u ohrajn huma xhieda ta’ dan kollu. Fil-kultura taghna l-Maltin, mela, zdiedet il-bixra spiritwali f’ghemielna, jigifieri f’dak kollu li ghamel il-bniedem Malti dahhal ukoll hsibijiet ohrajn iktar minn semplici hsieb ta’ ghajxien ahjar.


Kull Mosti, mela, hass li kien marbut ma’ l-ambjent madwaru ta’ rahal u ta’ socjeta fil-qalba ta’ Malta, u dan il-hsieb twessa’ u tfisser sewwasew li l-Malti beda jhoss li hu marbut ma’ dawn il-blatiet li nghixu fuqhom. Imma mhux marbut sempliciment bhalma torbot kelb b’cinga ma’ hajt. Izda marbut b'dik il-katina msejha mhabba. Beda diehel dak is-sens fil-qalb tal-bniedem li issa sar hu nnifsu wkoll bicca mill-ambjent, mic-civilta u mit-tradizzjonijiet madwaru.


Bdiewa u rahlin fuq zuntier tar-Rotunda Mosta(p.409) Bdiewa Mostin jghidu kelma fuq iz-zuntier tal-knisja, waqt il-hin ta’ mistrieh.

Dan kollu jintiseg f’katina wahda li gejja minn zmien qadim sewwa. Din hi l-katina ta’ l-identita li tista’ wkoll tissejjah il-katina ta’ l-imhabba. Hi torbotna kemm mar-ralihal taghna kif ukoll mal-pajjiz taghna. U din hi r-raguni li fil-Mosta hemm kilba minn ghaqdiet different, ghal taghlim fuq il-wirt ambjentali, fuq l-ilsien u l-letteratura, fuq it-twemmin taghna, fuq l-arti, fuq il-muzika, fuq il-grajja, fuq xoghlijiet u fuq snajja’ qodma u l-bqija.


It-taghlim dwar oqsma tal-hajja taghna u dwar hidmiet fil-Mosta hu mehtieg sewwa u mhux harsa nostalgika u bikja ghalxejn. Izda jfisser li nsiru nafu iktar min konna u min sirna u min irridu nsiru. Nitghallmu dwar l-imghoddi taghna mhux biex insiru moffa fil-qedem, imma biex naraw il-gejjieni ohjar. L-imghoddi hu mehtieg ghalina sakemm jurina dak li gej. L-imghoddi hu mehtieg ghalina ghax inissel f’qalbna mhabba ghal pajjizna. Taghlim fuq il-Mosta hu mhabba ghal Malta. Bit-taghlim dwar dak kollu li konna, u dak kollu li ghaddejna minnu, inkunu nafu ahjar min nistghu nkunu fil-gejjieni. Min ma jitghallem qatt l-imghoddi tieghu, ikollu jerga’ jgarrbu bit-tbatijiet kollha li jkun ghadda minnhom. Taghlim dwar dak li garrabna jurina t-tigrib li jehtieg nevitaw.


L-ilwien fl-ilsien


Gallarija Maltija(p.408) Il-gallarija Maltija - xoghol li jirrekjedi sengha kbira mill-mastrudaxxa Malti. Hasra li tradizzjoni bhal din qed tinqata’ bil-mod il-mod.

(p.410) Hi haga tassew tqila li wiehed jaghzel sewwa haga minn ohra, dak kollu li holoq il-bniedem ukoll fuq dawn il-gzejjer. Missirijietna rabtu wkoll xogholhom man-natura madwarhom, fehmu l-holqien madwarhom, holqu wkoll leggendi u stejjer, holqu kliem gdid u idjomi godda biex ifissru hsibijieihom ahjar. U dawn il-leggendi, miti, ghajdut, qwiel, kelmiet u l-bqija nholqu bhala riflessjoni mhux biss tal-hidma fuq il-lant tax-xoghol, jew tat-twemmin u tal-bezghat tal-bniedem universali, izda wkoll bhala riflessjoni ta’ l-ambjent ta’ l-inhawi. Il-leggendi marbutin ma’ Wied il-Ghasel ma setghux inholqu bnadi ohrajn, l-espressjonijiet marbutin max-xoghol tal-karettuni ma setghux inholqu f’ambjent is-sajjied.


Madankollu l-haddiem Mosti fuq il-lant tax-xoghol tieghu jew inkella l-omm Mostija fil-hidma taghha fil-familja, hadu sehem ukoll f'dak kollu li kien qieghed jigri mhux biss madwar Malta u madwar Ghawdex, izda sahansitra dak li kien qieghed isehh f’ambjenti madwar il-Mediterran u madwar kull fejn kien hemm socjeta li f’daqqa wahda trid thabbat ma’ wiccha tibdiliet kbar kemm socjali kif ukoll ekonomici. Xorta wahda, kienu bnedmin li hassew il-htiega li jghallmu u jghaddu gherfhom lil ta’ warajhom. Fehmu l-htiega tat-taghlim sahansitra fi zmien meta kienu ghadhom ma tghallmux jiktbu. L-ilsien Malti mhux biss hu Lsien li ghandu Letteratura Orali ghanja u qadima, izda hu Lsien mitkellem u haj, li llum ghandu Letteratura miktuba, qawwija u shiha. Izda ma kienx hekk minn dejjem. Mal-holqien ta’ xoghol gdid bl-idejn, u mal-wasla ta’ zmien gdid fost il-bnedmin li kienu jghixu fuq dawn il-gzejjer, zdiedu xoghlijiet godda, nies godda, kelmiet godda, ghajdut godda, qwiel godda. Illum il-Malti hu Lsien qadim mitkellem u b’Letteratura miktuba li turi l-Grajja u l-Identita ta’ poplu shih, u hu l-holqa bejn l-imghoddi u l-gejjieni.


L-ghar taht il-Kappella tal-Isperanza l-Mosta(p.411) Il-leggenda maghrufa ‘Ta’ l-Isperanza’ tghid li xebba Mostija kienet giet mehlusa minn taht idejn il-furbani bl-intercessjoni tal-Madonna.

Il-hrejjef u l-leggendi marbutin mal-lokal huma l-ilwien fl-ilsien sabih u qadim taghna l-Maltin. Haddiema aktarx bdiewa holqu miti, hrejjef u leggendi, holqu ghanjiet, qwiel u ghajdut fit-tahdit taghhom biex ikunu jistghu jfissru ahjar dak kollu li jiltaqghu mieghu fil-hajja. Hsibijiet qosra u koncizi. Ekonomija shiha ta’ kliem, imma hsieb u sentiment imfissrin b’mod qawwi li ma jintnesiex kif gieb u lahaq. Dawk kienu l-ilwien fil-ilsien taghna. Il-gmiel fil-kliem tal-hajja ta’ kuljum. Ta’ min wiehed isemmi hawnhekk leggendi Mostin bhalma huma dawk ta’ l-lsperanza, u ta’ San Kurradu. Hemm hafna u hafna ghajdut li llum intesew, bhalma huma dik tal-Hamiem il-Kbir tal-Pellegrin, tal-Hamiem tat-Tawwalija, u ohrajn. (Ara ‘Nismaghem Jghidu,’ it-tieni ktieb, pagna 49).


Wiehed ma jridx jinsa li l-aktar li l-Maltin holqu hrejjef u qwiel kien fi zminijiet ta’ xoghol iebes, u tbatija socjali meta l-kbar jew ix-xjuh kienu jhossu l-htiega li jghallmu u jwissu, jew iwiddbu u jikkoregu lill-generazzjoni izghar minnhom. (p.411) Il-mit, li tnibbet minn grajja nazzjonali aktar wiesa’, jew minn incident partikulari sahansitra fil-qalba tar-rahal (ara ‘Snajja’ u Xoghol il-Maltin’ it-tieni ktieb, pagna 229, ‘Qari Malti’ pagna 101, ‘Nismaghhem Jghidu’ it-tieni ktieb, pagna 33) xorta wahda ntuza mis-socjeta biex irrifletta kemm l-istat tal-kuxjenza taghha kif ukoll biex jghinha twassal messagg ta’ taghlim jew twiddib lil dawk li kienu gejjin warajha.


Il-bniedem li ghex il-Mosta wkoll ghadda minn zmien meta skejjel ma kinux jezistu, u ghalhekk it-taghlim ghall-hajja kien isir biss mill-genituri, kemm id-dar kif ukoll fuq il-lant tax-xoghol. U kull komunita f'Malta hadet sehem biex ziedet izzejjen lill-Malti b’tant u tant tirqim. Dawn l-ilwien fl-Ilsien Malti kellhom iwasslu taghlim mislut mill-Grajja mghoddija ta’ l-istess Maltin, kull rahal skond dak li qieghed isehh fl-ambjent tieghu u jirrifletti sewwa dak li qieghed isehh f’dik il-komunita, biex il-Maltin jifthu ghajnejhom dejjem ghal dak li jkun qieghed isehh madwarhom kemm issa kif ukoll fil-gejjieni.


Bidliet socjali u haddiema nisa


Bdiewa jidirsu l-qamh(p.413) Bdiewa jidirsu l-qamh, jigifieri jaghzlu l-qamha mill-karfa li tmur ghall-bhejjem.

F'Malta kien ftit qabel it-Tieni Gwerra Dinjija li kien beda jsir sforz qawwi biex il-mara temancipa ruhha. Dan kien ifisser li l-mara kienet riedet tbiddel l-istatus taghha u flok tibqa’ biss id-dar, tiehu wkoll id-drittijiet taghha.


Jekk wiehed ihares imqar lejn dak li gara fl-ambjent Mosti biss, isib li l-mara Mostija kienet mara quddiemnett fl-emancipazzjoni taghha. Harsa lejn xi hidmiet fil-Mosta f'din il-kitba, naraw kemm il-mara kienet ukoll eroj socjali. Hi kienet taghzaq u tahrat, tbiegh il-biegha, kienet tgharbel fuq il-qiegha, gejja u sejra ghand tal-forn taghgen jew tahmi, tahleb u taghmel il-baqta ghall-gbejniet, tahdem in-newl u fuq il-bjut tballat id-deffun, tkisser il-gebel irqiq irqiq fi zrara. Il-mara kienet tmidd idejha l-hin kollu, u wiehed jistaghgeb meta jisma’ ‘l min jghid li l-mara harget tahdem illum. Il-mara Mostija ilha li harget tahdem minn zmien zemzem! Hu minnu li certu xoghol dejjem jaqa’ fuq ragel sewwasew bhalma (p.412) hidmiet ohrajn donnhom maqtughin ghalih in-nisa biss! Imma fl-imghoddi n-nisa kienu jaghmlu kollox sewwasew bhalma jaghmel ragel. Mhux biss, imma l-mara kellha wkoll xoghol iehor u xoghol akbar x’taghmel: kull sena jew kull sentejn wara li taghlaq l-ghoxrin kienet tinghalaq f’amritha m’ommha u ma’ majjistra biex iggib fid-dinja xi tarbija gdida!


Xi xoghlijiet


Bdiewa jgharblu l-qamh qabel jintahan gol-mithna(p.413) ... u hawn qedghin jgharblu l-qamh qabel jintahan gol-mithna.

Dan li gej hu taghrif fil-qosor ibbazat fuq intervisti awtentici ma’ Mostin li llum uhud minnhom mejtin, dwar xoghol li kien isir fil-Mosta u dwar l-ambjent Mosti. Jien inqis lil dawn il-Mostin bhala l-eroj tas-socjeta. Uhud minnhom huma mdahhlin fil-kotba tieghi ‘Snajja’ u Xoghol il-Maltin,’ ‘Nismaghhem Jghidu,’ u f’kitbiet ohrajn. M'humiex il-bnedmin li naqraw fuqhom fil-gazzetti, jew li huma mfakkrin fil-kotba tal-grajja ta’ nazzjon. Imma jiena nqishom bhala dawk illi matul is-snin sawwru l-hajja tas-socjeta taghna u li ftit ftit waslu biex ahna dak li ahna llum. Nemmen li huma n-nies li jitwieldu, jghixu, jaghtu l-kontribut umli taghhom bla ebda daqq ta’ trombi, b’ghajxien umli kemm jista’ jkun. Imbaghad imutu bla ma hadd donnu jintebah bil-mewt taghhom ghajr cirku zghir ta’ nies li jibqghu jiftakru xi ftit fihom imqar ghal ftit snin. Ganni Saliba hu xhieda qawwija ta’ dan kollu ghax litteralment ma kienx jezisti imqar bhala numru fis-socjeta u miet bla ma hadd intebah li naqas u m’ghadux hemm.


Nifhem li min jaf kemm kien hemm aktar attivitajiet ta’ hidma u kemm eroj socjali Mostin minn dawk li se jirnexxili nsemmi jiena, kemm aktar irqaqat ta’ snajja’ u ta’ hidmiet. Il-kittieb imidd ghonqu ghax-xoghol, u aktar ma jaqdef f’dan il-bahar ta’ ricerka aktar jintebah kemm ghad fadallu bahar miftuh quddiemu!


Il-bniedem u l-art


Il-bidwi f'armonija man-natura(p.414) Fil-bidwi tinsab fl-eqqel taghha l-armonija bejn il-bniedem u n-natura, u huwa rrassenjat ma’ dak kollu li jibghatlu Alla permezz tan-natura madwaru.

Ir-rabta tal-bniedem ma’ l-art u ma’ l-ambjent madwaru geghlitu jqim sewwa dak kollu li Alla baghatlu sewwasew biex ikun jista’ juza l-istess natura halli jghix komdu u ahjar. Il-bidwi Mosti, ukoll kif ilhaqnih ahna, kellu dik il-karatteristika li jaqsam ma’ bdiewa ohrajn madwar id-dinja kollha u li hi mnissla mir-rassenjazzjoni tieghu ghal dak kollu li jibghatlu Alla permezz tan-natura madwam. Fil-bidwi tinstab fl-eqqel taghha l-armonija bejn il-bniedem u n-natura sewwasew ghaliex il-bniedem fil-biedja marbut hekk qrib man-natura u mal-forzi taghha. Minn hawnhekk gejja l-hemda tal-bniedem quddiem l-ghadab tan-natura meta jitfaccaw terremoti, nuqqas ta’ xita, irjieh qawwija, dilluvji, u l-bqija. U minn hawnhekk ukoll gej is-sabar tal-bidwi li jahdem ghal snin shah fi tbatija kbira u b’hafna sagrificcji bla protesta ta’ xejn. U fuq kollox dan hu l-gherq kbir li jaghti l-hajja lir-rabta tal-bniedem ma’ Alla fit-twemmin taghna, u li fi zminijiet bikrin kien jorbot lill-bniedem ma’ twemmin pagan bhalma kienet l-adorazzjoni lill-art, lix-xemx, lill-irjieh, lill-vulkani u l-bqija.


(p.414) F’ambjenti fejn ir-religjon ikollha gheruq imxettlin u mqabbdin sewwa fil-hajja ta’ kuljum bhalma ma setax jonqos kienet il-hajja f'Malta, it-tiftixa ghal hajja materjali ahjar kienet tista’ sahansitra tfisser tiftixa ghal mezz kif tnehhi l-istess mezzi li jwasslu aktar malajr ghat-tgawdija ta’ hajja eterna. Fi ftit kliem, il-bidwi kien hafna drabi dak il-bniedem gwejjed li jaccetta dak kollu li jsib ghal wiccu bl-aktar mod rassenjat, ghax kien jinterpreta din l-istess tbatija bhala s-sellum li l-aktar jista’ jwasslu l-genna malajr. Aktar ma jbati, aktar jista’ jmur igawdi ’l Alla ghal dejjem, aktar ikollu postu qrib Alla li sahansitra miet imsallab u kollu dmija msammar ma’ salib. Is-salvazzjoni bla sagrificcji hi impossibbli: it-tbatija hi mehtiega matul il-hajja tal-bniedem; it-tgawdija u l-lussu mhux bilfors sinjali tajbin; il-kumdita u l-hajja paxxuta mhux bilfors twassal ghall-hajja ta’ dejjem.


Il-bniedem tghallem josserva l-irjieh u x-xita, il-hamrija u z-zrieragh, ix-xemx u l-istaguni, il-bhejjem u x-xtieli, il-bahar u l-hut, u dak kollu madwaru li seta’ ta hajja lilu u lill-uliedu. U minn hawn gejjin it-tiftix u l-gharfien tal-bidwi tas-sigrieti tal-hxejjex u tal-hamrija, tal-bhejjem u tal-bqija biex tghallem jaghmel il-qiegha biex jaghzel il-qamha miz-zbula, jahrat bil-bhejjem, jizra’ f’waqtu, jibni l-irziezet u jsaqqafhom sewwa bid-deffun, iqatta’ l-gebel mill-barrieri, jahdem l-injam ghall-karettuni, jahsad il-qoton u jdoqqu u jahilgu.


Daqqa t’ghajn hafifa lejn il-Mosta llum mill-ewwel turik l-oqsma kbar ta’ binjiet li telghu ma’ l-inhawi kollha. Mhux biss il-popolazzjoni kibret minhabba li gew jghixu qalb il-Mostin nies minn barra r-rahal, imma kellhom ukoll jizdiedu d-djar fejn qabel kien hemm biss xaghri jew sahansitra ghelieqi. Kibru bla qies oqsma lejn Ta’ Mlit, Fuq Blata l-Gholja, Santa Margerita u nhawi ohrajn li lanqas biss jintgharfu mill-ambjent ghal kollox rustiku li kellhom sa ftit snin ilu. Il-haddiem fir-raba’ hadulu r-raba’ u spicca u ma jidher imkien aktar. Ir-raghaj bil-merhla ghaddej sahansitra mit-toroq ewlenin inqata’ wkoll. Sewwasew qrib l-istess qalba tar-rahal, ftit lil hemm minn Pjazza San Anard, kif taqbez Triq il-Kbira, sa qisu erbghin sena ilu kien ghadu rqajja’ ta’ ghelieqi u raba’ li jibqa’ sejjer sa Wied il-Ghasel u sa l-Isperanza. Il-haddiem tar-raba’ miet. Spicca. Floku dahal il-bniedem modern li fittex qligh il-hobz minn band’ohra.


(p.415) Nixtieq insemmi xi persunaggi li tafhom il-Mosta kollha u li hadmu mill-qalb fl-ambjent qadim, izda sabu ma’ wicchom dan it-tibdil kollu bla ma setghu jaghmlu xejn biex iwaqqfuh. Cikku Vella, imlaqqam iz-Zikkin, Frangisku Fenech ta’ Vangiela u Ganni Saliba ta’ Kristofnu kellhom jaraw kif jaddattaw il-hidma u l-hajja taghhom biex takkomoda dan il-tibdil li wasal fuqhom hekk f'salt bla ma tahom hin wisq jahsbuha. Filwaqt li fehmu l-inevitabilta ta’ dak kollu li kien qieghed isehh madwarhom, kemm f’dak li hu ambjent kif ukoll f'dak li hu xoghol u hidma ghall-ghajxien, baqghu aktarx jirrezistu ghal dan it-tibdil. F’hadd minnhom it-tlieta ma kien hemm dik ir-ras iebsa ta’ min ma jrid ebda tibdil, imma kienu fost l-unici bnedmin intelligenti li rrezistew ghax kienu l-eccezzjoni li fehmu sewwa li bidla ma tfissirx dejjem titjib. Ganni issa ilu xi snin li halliena, imma l-istil ta’ hajja li kien baqa’ jghix u l-istil ta’ hajja li ghadhom jghixu Cikku u Karmnu, l-ilbies, it-tahdit, l-imgieba, juri haddiema marbutin ma’ l-art mhux biss bhala mezz ta’ ghajxien, imma bhala l-mezz wahdieni li jorbothom man-natura u ma’ identita socjali u kulturali qadima.


L-ghadab li xi drabi juru ftit minn dawk li jarawhom, jifhmuh. Dik it-tendenza evidenti lejn l-izolament socjali xi drabi tinftihem hazin mill-bqija tan-nies li jqisuha biss bhala mibgheda lejn is-socjeta bla ma jqisu sewwa l-fond veru ta’ dak li qieghed isehh madwarhom. Dawn huma haddiema qodma fl-ambjent Mosti li mhux biss jafu zminijiet ohrajn, imma jafu wkoll rabtiet spiritwali ohrajn ma’ l-art u mal-hidma ghall-ghajxien. Jafu filosofija li l-Mosti llum la jafha u lanqas jobsorha. Jafu rabtiet kbar ma’ kull rokna tal-Mosta u ma’ kull triq li m’ghadhiex hemm ghax twessghet, ma’ kull hajt tas-sejjieh li twaqqa’, ma’ kull palma li tqacctet, ma’ kull drawwa li nqatghet. Cikku, Ganni u Karmnu huma nies li forsi bla ma jafu huma u bla ma jintebhu hafna, ihossu sewwa l-polz socjali u jafu sewwa ‘l fejn sejrin u fejn sa naslu jekk nitilfu dawk ir-rabtiet ta’ mhabba lejn l-art u lejn valuri li writna minghand ta’ qabilna. Huma jafu sewwa kemm hi haga hazina u ta’ ghajb li s-socjeta moderna tinfatam minn drawwiet u mill-filosofiji li kienu dari jorbtuha ma’ l-imhabba ambjentali. Bil-mod individwali taghhom jafu sewwa l-htiega li ma tinqatax il-katina socjali li hi s-sinsla ta’ kull socjeta li tghallmet minn ta’ qabilha u li taf fejn qieghda u fuq kollox li taf fejn sejra.


Il-bidwi: Frangisku Fenech, Ta’ Vangiela


Frangisku Fenech Ta' Vangiela (Musrum) mill-Mosta(p.416) Frangisku Fenech, Ta’ Vangiela – wiccu mimli u ferhan bil-gmiel taz-zebbug. Bidwi Mosti ta’ Malta qadima fit-toroq tal-Mosta moderna!

Il-Mostin kollha jafuh. Hafna minnhom iharsulu b’kurzita mill-boghod u ma jazzardawx ikellmuh. Il-bixra tieghu tista’ tbezzaghhom sewwa, ukoll jekk m’ghandhomx ghal fejn ghax hu bniedem ta’ qalb kbira. Hafna ohrajn jixtru l-haxix minghandu. Cikku qalbu tajba, u li jrid jaghtik ikollok tiehdu ghax qalb il-bidwi hekk taf. Jilbes fit-triq sewwasew kif jilbes waqt li qieghed fl-ghalqa jahrat u jaghzaq u jsaqqi. Ir-riha tal-bidwi ta’ dari, il-qmejsa bil-kmiem imqacctin, il-qalziet bil-qliezi maqtughin mill-irkoppa, il-buz imgerrem sa l-ghaksa, kollu hamrija u haxix imwahhal.


(p.416) Bidwi Mosti ta’ Malta qadima fit-toroq tal-Mosta moderna. Bniedem ghadu marbut mal-hidma fir-raba’. Sa ftit ilu kont tista’ tarah b'maktur imgezwer ma’ rasu, jew kappell tat-tibna. Tulliera jew naghniegha fuq widintu. Cikku wiccu mimli, mixjietu bil-mod, aktarx qawwi, lehnu gholi u bixra zorra, hugbejh mibrumin ’il fuq mghaqqdin f’xulxin, harsa iebsa u qalila li ma thallikx temmen li hemm bniedem medhi biss f’xoghlu, mimli hsibijiet dwar Malta tieghu, jaf madankollu jinkwieta ghal dak kollu li qieghed jigri fil-pajjiz, bidwi li fl-istess waqt ma jimpurtah minn hadd aktar, jerfa' salibu, jixtri u jikri xi dar jew appartament, negozjant harstu fuq il-qaghda fil-pajjiz u madwaru, bniedem jaf jahseb, tghallem jinnegozja l-bini, u jaf jahdem l-art, jaqra l-gazzetti, jaqra lil Charles Dickens u l-kotba tal-gografija. Dak hu Cikku Fenech ta’ Vangiela.


Jien lil Cikku Fenech sirt nafu madwar tlieta u ghoxrin sena ilu meta ghamel ghalija ghax bla ma kont naf dhalt f’ghalqa fejn ma kellix nidhol. Minn dakinhar sa llum sirna hbieb. Darba Cikku hadni lejn Wied il-Qlejja u wrieni ambjent ftit lil hemm mill-karozzi moderni ghaddejjin kollhom dhahen fil-qrib. Rajt madwari art wietja sewwa, iccangjata bi gmiel qadim u b’sengha kbira dawramejt. Kienet qiegha qadima f’art li kienet tan-nobbli qodma Maltin. Il-qiegha kienet tintuza mill-bidwi Malti biex ikun jista’ jaghzel il-qamha jew ix-xghira miz-zbula taghhom halli jkun jista’ jerfa’ l-frotta ghat-thin u ghall-hobz matul is-sena sakemm jasal hsad iehor.


“Il-qatgha tieghew il-bidwi ken li jkilliw in-nes jahdmiw mieghew u mite jigi hejn l-ikil, ma jkillhimx x’jiekliw l-heddieme!” qalli Cikku. “U l-bidwi ken minn zmen awl id-dinje, sinjiwr bla fliws! Sinjiwr bla fliws! Ghax ken jehzen il-qamh ghal matulek ja sena, jehzen tant modd ir-ros, u jehzen l-afforijet ta’ l-ikel u l-gwez, zebbuwg u majjol immellah! Imme mhux zebbuwg biss ghax iz-zebbuwg jiftehlek l-aptit! Imme muddajn qemh kill ros, u don fi zmieni to, u kinne mmurru ghand it-tahhon ta’ Burmarrod ghax tal-Musta ken ghalaq u ken igibhulna dqiq u nahhola... qed tifhem?”


(p.417) Il-bidwi fil-Mosta kien jara hafna qtigh il-qalb u tbatijiet. Nanntu kellha l-qoton, kienet tkabbar il-qoton u tahleg. Il-bdiewa kienu jaqtghu qoffa qoffa meta jsirlu l-hin, jahsluh, ihassluh u jnixxfuh fuq il-hitan u jdoqquh u fl-ahhar jaghmlu lozor u drapp u hwejjeg li kienu sahansitra jibaghtu lil hemm minn xtutna. Imma vvintaw il-magni f’artijiet ohrajn, u l-qoton Malti miet u spicca ghal kollox. Il-bidwi Malti baqa’ lura. U l-bidwi Malti ma kellu qatt hin jitghallem juza l-magni bhal haddiehor. Ma kellu qatt hin ikabbar aktar qoton, u jbiddlu fi drapp ghalih stess u ghall-barranin. U hafna hbula mbieghda bdew jahasra jintelqu. Imtlew xewk u hatab niexef ghax qoton aktar ma kellhomx. Il-bidwi tilef bicca mill-istess hajtu u maz-zmien mietet u ntesiet is-sengha tal-qoton.


Frangisku Fenech Ta' Vangiela (Musrum) l-ghalqa l-Mosta(p.417) Frangisku Fenech tghallem jahdem l-art, tghallem jahseb, tghallem jinnegozja l-bini, izda tghallem ukoll jaqra l-gazzetti, lil Charles Dickens u l-kotba tal-gografija.

Cikku jiftakar lil missieru jghidlu li kienu wkoll ikabbru l-kemmun ghax il-hamrija Maltija hi tajba, imma din is-sengha wkoll intelqet. U t-tabakk kien ukoll ihallilu qligh lill-bidwi Malti, imma mbaghad l-ghonja gheru, riedu aktar ghalihom, bdew ikabbru aktar huma f’oqsma akbar fejn it-tabakk sehh aktar, u bdew ibighuh lil tal-hwienet huma. U mill-gdid bata l-bidwi Malti. Mank werqtejn ghalih ma seta’ jkabbar. Kien jaf li artu kienet maghmula minn trab ghani bil-gir li jkabbar il-patata, u l-kannamieli u l-fraxxnu jissahhah aktar b’dil-hamrija. Kien hemm ukoll il-laring ta’ Malta. Il-bidwi Malti tal-qedem kien jal illi l-laring tieghu kien l-itjeb laring. Il-kbarat Francizi laring ta’ Malta kienu jkunu jridu. U kien hemm iz-zebbuga u z-zejt taghha li kienu minn dejjem meqjuma wisq mill-bdiewa ta’ (p.418) madwar il-Mediterran, sahansitra minn zmien ir-Rumani. Il-bidwi Malti wkoll kien jaf bil-htiega taz-zebbug. Cikku Fenech jemmen hafna fit-tkabbir tas-sigar taz-zebbug u hawwel hafna u hafna sigar f’hafna nhawi fil-Mosta u madwarha.


Bhal xi bdiewa ohrajn, Cikku ssokta jqawwi fija dik il-kilba kbira ghall-ambjent Malti, u t-tradizzjonijiet taghna li kienu nibbtu fija qabel xejn il-bdiewa qodma li kienu jghixu f’Selmun qadim. Sirt naf kemm il-bdiewa Mostin kienu marbutin sewwa ma’ l-art bhalma kienu l-bdiewa tal-Mellieha. Sirt naf ukoll permezz tieghu u ta’ bdiewa bhalu, kemm il-bidwi kien iqis l-art bhala sagra u jqim in-natura stess hekk bil-kbir li ma tistax ma tiftakarx fl-adorazzjoni li kellu l-bniedem bikri lejn ommu n-natura. F’Cikku jidher il-kobor ta’ din il-gibda li l-bniedem li jahdem ir-raba’ ghandu lejn l-ghelieqi tieghu. Lejn it-tradizzjonijiet u lejn l-gheruq socjali. Il-bidwi qadim Malti iressaqna ahjar lejn l-gharfien ta’ l-identita taghna.


Id-daqqaq: Ganni Saliba, Ta’ Kristofnu


Ganni Saliba Ta’ Kristofru mill-Mosta(p.418) Ganni Saliba, Ta’ Kristofru - ix-xih b’ghajnejn kbar grizi, dejjem wahdu niezel minn Ta’ Vnezja u jdur mat-toroq tal-Mosta bil-hatab niexef mghobbi fuq ir-rota.

Ga rajna kif il-Mosta kienet imdawra b’ghelieqi oqsma u wesghat fejn kien jitkabbar il-qoton. Nies xjuh minn madwar il-Mosta qaluli li jiftakru sewwa lil nieshom jitkellmu dwar xoghol li kien isir fit-tkabbir u fil-hsad tal-‘gewza’ li fiha n-natura kienet tghaqqad u ddeffes il-qoton. Wiehed irid isemmi hawnhekk illi dan kollu ma setax jonqos illi kien hawn hafna u hafna nies u familji shah mehdijin f’din il-hidma mhux biss ta’ hsieb dawn l-oqsma imma wkoll tal-hidma tal-qoton wara l-hsad sakemm minn daqsxejn ta’ fosdqa jasal sa l-imliewi bil-hajt ghan-newl.


Lil Ganni Saliba Ta’ Kristofnu nafu bhala xih b'ghajnejn kbar grizi dejjem wahdu aktarx niezel minn Ta’ Vnezja u jdur mat-toroq dojoq u qodma tal-Mosta bil-hatab niexef mghobbi fuq ir-rota. Id-dar tieghu mort kemm-il darba u ma domtx ma ntbaht li ma kien jitkellem ma’ hadd, hbieb ma’ hadd, eremit qalb socjeta li kienet qed tikber. Kien isajjar fuq il-hatab dawk il-hxejjex li kien jaf jaghzel u jlaqqat. F’daru la dawl u lanqas ilma. L-ilma kien jigbru fil-laned u fil-flixken li kellu mdawrin (p.419) mal-bitha kollha meta taghmel ix-xita. Ikollu wkoll ilma bizzejjed ghal bniedem wahdu biex jahzen ghas-sajf. Ghalih is-socjeta ma kinitx tezisti, kien jghix f’dinja mghoddija li ma kien jemmen qatt li kienet intemmet u nqatghet. Id-dinja tax-xoghol li kien trabba fiha kienet ghalih ghadha ghaddejja sewwasew bhalma kienet dari meta kien izghar. Meta miet kienet qisha nqatghet u tbielet haxixa f’genb ta’ triq.


Ganni kien xih li ma kienx jaf sewwa kemm snin kellu, qalli li missieru kien ragel xih u kien romol xi darbtejn qabel ma zzewweg lill-ommu.


“Jien kent daqqoq zmien ilu,” qalli. “Kent indoqq il-qoton fis-setah. Ikollok il-watar u ddoqq il-qoton hekk... Il-watar ikun il-kurda tal-kuntrabaxx u tkun ferma to! U jfetthuh u jpehilhuh il-quton... Igibuh tajjor ta’ l-ispizjor. Jinfetah u jitpahpah. Imbaghad jaghzluh hajt bl-irdieden u jinsguh u jaghmluh drapp ghall-hjota.”


“Jien daqqoq kent, kenna nahdmu fl-art, banketta baxxa u jkollna qasab bhal qaws ikun... jigbed ’il fuq, mulla. U l-watar ikun gal-quton u jibda jitrieghed u jitla’ ’l fuq imbaghad il-quton. Dejjem traqqu ’l fuq u teqilbu lura. Jingabar killu fuq xulxin.”


“Konna naghtu daqqa bic-cikk fuq il-watar, fuq il-kurda, bil-qutna ga fiha imbaghad tinfetah hekk... Imbaghad jigbruhem iz-zkuk u jsajru bihem. Il-quton imbaghad jehilguh u z-zerriegha jtuha jew lill-bhejjem jew ghaz-zargha.”


“Kienu jixhtuh fl-art ... ghand id-daqqoq... nixhtu xi wizna fl-art mal-hajt killu f’salt u nfetthuh bid-daqqa. Wizna quton taghmel tmien balal deqshekk ta’ tajjor. Kennu nifthuh bl-irqiq ahna l-quton. Imbaghad jigu ghalih u jaghzluh hajt u jinbaram bil-marden, idur hekk, mar-raddiena jinbaram u jitkebbeb u jaghmluh imroden, kibeb tal-hajt.”


Ganni hadem ta’ daqqaq aktarx lejn Haz-Zebbug fejn skond ma qalli l-bdiewa Zebbugin kienu “jkissru... sitt wizniet quton kill wiehed bl-ohxon biex jaghmlu d-drapp ghall-militur.”


“Meta kelli mas-sebgha u ghoxrin sena... waqaft minn daqqoq ghax id-dinja gheliet u mort nitghallem nungor. Fix-xitwa kien l-aqwa tal-quton imma bdew igibu ftit u mort nitghallem nungor il-gebel ma’ wiehed jismu Pacik. U mort nungor ix-xirek. Kent naqla’ giex xelini kiljum u lil ummi kent naghmlilha, ‘Ma, jekk naqilghew giex xelini kiljum ghandna bizzejjed biex nghixu!”


“Meta miet missieri zammejtha jien lil ummi u trid taghtiha x'tiekel xoghol ma kienx hawn u kent dejjem nara ndurx ghal xa hoga, daqqa ndur mal-gabillutti, (p.420) daqqa nahsdu s-silla, inbaqqnu, inhaffru, daqqa fil-gebel... u fix-xitwa kenna nbotu ghax trid tiekel...”


“mma mhux sewwa jkillek zewg xoghlijiet dok iz-zmien... mete killi ghoxrin kent irrid nitma’ lix-xih ghax missieri kien ghodu haj, u rrid nitma’ lil ummi wkill. U rrid nahdem... Dejjem bil-hatab sajjarna... U meta qabduni b’zewg xoghlijiet... rabtubni ma’ planka, fil-barriera, sallbuni tabilhaqq b’zewg gebliet kbor fuq idejja u fuq saqajja u iehor inghaqad maghhem imbaghad u qieghed kantun wiehed fuq muhhi u iehor fuq sidri. U ghax kien ghod kelli ghoxrin sena ghax kieku kent immut! U demt siegha hekk!”


Ftit minn kollox: Karmnu Vella, Iz-Zikkin


Karmnu Vella z-Zikkin mill-Mosta(p.420) Karmnu, Iz-Zikkin, biz-ziemel tieghu flimkien ma’ huh Zaren u l-awtur fin-nofs. Karmnu dejjem ghaddej, jaf biss il-htiega naturali li jibqa’ jahdem, u baqa’ bniedem misterjuz.

Karmnu Vella jghidulu z-Zikkin, tafu l-Mosta kollha wkoll. Simpatiku ghall-ahhar! Jien ilni snin shah narah dejjem ghaddej bil-hidma li llum tidher li hi hierga minn sekli ohrajn u ma baqax min jaghmel dak ix-xoghol il-mod kif jaghmlu hu. Bhalu ma baqa' mkien. La jintemm hu jkun intemm zmien iehor darba ghal dejjem. Sa ftit snin ilu, kien ghadu ghaddej bil-karetun mghobbi bicciet ta’ l-injam ghal tal-forn, friskaturi msaddin u borom imtaqqbin, u mbarazz iehor. Karmnu kien idur mhux biss il-Mosta, imma sahansitra kien jasal ilaqqat li jista’ anki mill-Imsida, mill-Hamrun, minn Birkirkara, minn Tas-Sliema... dejjem ghaddej sajf u xitwa, xita u bnazzi, lejl jew nhar... Imma dak kien xogholu fi zmien meta l-haddiem Malti kien irid jara x’jaqbad jaghmel biex jghix u ma kien hawn la industriji, la agenziji’ ta’ xoghlijiet, la servizzi socjali, la hlas ghal zmien il-mard... u hafna nies jittallbu fit-toroq taghna. Mhux qed nitkellmu dwar mijiet ta’ snin ilu, imma ftit ghaxriet ta’ snin ilu... erbghin, hamsin sena ilu.


(p.421) Ghalija Karmnu baqa' misterjuz ghax qatt ma fhimt kif bniedem ikollu jqatta hajtu fit-tbatija, ukoll issa fi xjuhitu, dejjem fix-xoghol. Tarah ma’ l-art iqatta’ l-hobz niexef ghall-bhejjem, ikisser bicciet ta’ l-injam b’mazza daqshiex. Dejjem ghaddej. Jaf biss il-htiega naturali li jibqa’ jahdem. Sewwasew bhalma kienu n-nies ta’ dari. Dlam u xemx, xita u bard, rih u mhux, tarah dejjem tiela - issa qajl qajl - minn Ta’ Mlit, jigbed lejn ‘Ir-Ruh,’ ghal Triq Durumblat u lejn ir-razzett tieghu. Pinzellata qadima, s’issa hajja, tal-Mosta qadima li qed tintemm ftit ftit.


Karmnu bhal missieru, jaghmel hafna trufijiet ‘lhemm u 'l hawn, jara fejn idabbar rasu jaqla’ xi haga ghal familja. Missieru, kien jahdem ix-xatt ihott il-faham jew inkella jmur lejn il-Marfa fejn jidhol il-vapur t’Ghawdex, inizzel xi bhejjem ghal xi rahhal Malti. Missieru kien jitlaq jimbotta karettun kull fil-ghodu jara jsibx siegha xoghol xi mkien. U min jaf kemm gie lura d-dar bla flus xejn!


Karmnu qatt ma mar skola ghax meta mar qatt ma fehem xejn, u ghax lanqas zarbun qatt ma kellu. T’ghaxar snin kien ihammel ghall-basla tal-haxixa ingliza, jinkaljaha u jmur ibieghha mal-karawett ‘fuq il-banjijiet’ San Pawl il-Bahar.


Meta kiber mar jahdem fil-barriera, ikisser iz-zrar ghat-toroq, ghax xoghol li kien isir minn ringiela haddiema fil-barrieri kien sewwasew dak ta’ kissier iz-zrar. Kien ukoll jigbor il-fliexken biex jara jdabbarx ukoll xi haga aktar billi mbaghad jghaddihom lil tal-pitrolju. Aktar tard xtara hmara u kien igorr xi katusi, siment jew gir jew materjal iehor m’ghand tal-hanut ghal ghand il-bajjad. Jiftakar il-vjaggi li kien jaghmel lejn Bugibba fejn hafna Mostin kienu qed jibnu djar ghall-villeggjatura.


“Imbaghad niltaqa’ ma’ Friedu l-Gellux, missieru kien bennej, ghax hawn kien waqa, killu bil-gwerra u kent indahhallu l-gebel, mhux tal-barriera, imma bejniet, fil-mestizz... u kien itini tmintox irbieghi kull kaxxa l-Gellux... u Friedu qalli, ‘Ha hames liri, mur biegh il-haxix!’ U vieru, il-hamsa gibthem sebgha...” Karmnu baqa' mbaghad jbiegh il-frott bil-karettun ghal hafna snin.


“Imbaghad gie wiehed, jew wahda, u qoltli, ‘Iftahli d-drejn,’ issa ghalija iftahli l-fussa tfisser. U totni hemes xelini! U gietni tajba ghax f'gurnota biss qlajt giex liri mill-haxix u l-bqija mill-fussa... U ummi bdiet tirtafa’ mqor bija biss! Bhal meta ghandek tifel ghall-iskula u la ghandek biex tixtrilu zarbun u la basket u la qmis, u jigi n-nannu u jghidlek. ‘Ha, mur ixtrilu basket u buz ghax-xita!”


Karmnu baqa’ ghaddej jigbor l-imbarazz tan-nies, xi gwardarrobba, xi lavaman, ikisser jew jahraq jew ibiegh. Ikisser ic-caqquf ghad-deffun, jiftah xi fossa, igorr xi taghbija.


(p.422) Hu Karmnu kien jismu Zaren, li jien nafu dejjem ir-razzett. Fi xjuhitu kien maghluq ir-razzett, wahdu, ma jdejjaq lil hadd, ma jrid jaf b’ebda nies, irid jibqa’ jghix stil ta’ hamsin sena qabel meta l-bniedem kien aktar marbut man-natura, imma dejjem gentili, bi tbissima fuq fommu kull meta kellimtu. Zaren kien tilef ghajn wahda meta kien ghadu tifel.


“Jien bdejt nahdem il-Birguma,” qalli darba Zaren. “Imbaghad haduni Ta’ Qali fil-balal u tlaqtilhem u gie l-pulizija ghalija u kent il-knisja imme hoduni xorta wahda u tefghewni l-Mosta Fort jghidulha, hemm, fl-ammnixin, tof x'inhu ammnixin? Ingorru l-ballal... Imma meta kent zghir, ghajni mardet u missieri kien bahri u kien jiehu hsiebi l-militor imma ummi kienet tghidli ‘Kemm thobatt bik...’ U vieru miskina ghax kienet taghmilli ‘Hutek jahdmu u inti mqoreb!’ ”


Darba giet il-mara u qaltli li kien miet Zaren. Ghal haddiehor ma kien ifisser xejn. Bhallikieku tqacctet haxixa hazina li biha u minghajrha s-socjeta tibqa’ ghaddejja qisu ma gara xejn. Hadd ma kien ta kaz li kien miet Zaren. Imma lili kienet qabzitli demgha. Kien miet lewn iehor mill-hajja qadima tal-Mosta li turi r-rabta man-natura fl-eqqel taghha. Kien intemm lewn iehor, jew forsi dell iehor uman bhal hafna u hafna qablu. Kien miet xih iehor li hadd ma hass in-nuqqas tieghu f’dan l-univers. Imma bil-mod umli u mwarrab ta’ l-ezistenza tieghu xorta wahda kien hajta hajja tmekkek biex tintiseg ix-xoqqa ta’ dak li hi s-socjeta taghna llum.


Tal-halib tal-moghoz


Bejjiegh tal-halib(p.422) Il-bejjiegh tal-halib - xena tipika fit-toroq Mostin u Maltin meta l-bejjiegh kien ihabbat bieb bieb.

Ir-riha tal-hmieg u tas-sapun tal-hwejjeg. Il-kafe qieghed jaghli u jbaqbaq u t-tfal ixarrbu fih il-ftiet fl-iskutelli. Il-faham u l-hatab jittantaw jaqbdu halli l-gara ssajjar il-minestra, l-hena ta’ l-ghodwa gdida, l-hena ta’ xemx gdida u rih gdid, il-haxix qieghed issa jbaqbaq, il-merhla ta’ Ganni tielgha mill-isqaq San Tumas, minn quddiem San Anard u ghal fejn l-Erba’ Hwienet, is-serbut awrina u hmieg niezel inkiss inkiss madwar kollox, ic-caflis tal-bhejjem, l-insetti jtiru. Ir-riha tas-sapuna hadra tac-cavetta tipprova tqawwi qalb l-umanita.


(p.423) Ganni jghajjat biex il-merhla ma titferrixx u l-bhejjem ma jinxterdulux. Imbaghad il-moghoz bhal jifhmu dak li qieghed jigri, bhal jifhmu dak li jmissu jsir issa f’din ic-cerimonja fuq dan il-palk tal-hajja Maltija. Il-moghoz, ta’ moghoz li hu, il-liturgija tghallimha bl-amment. Is-sagrificcju tal-hajja jafu sewwa u drah sewwa. Il-moghoz jaghzel id-djar, jaghzel il-bieb, jersaq wahdu lejn xi djar. Kull moghza bhal taf fejn hi dik il-mara li se tixtri l-halib taghha. L-ohrajn jistennew bis-sabar sakemm imiss lilhom, ghonqhom marbut b'golgol ckejken li jdoqq helu ‘l fuq mill-beq-beq taghhom. Ix-xaqra tersaq lejn bieb ta’ dar, il-bajda tersaq u tieqaf quddiem remissa ohra. Issa l-bhejjem bla sabar li jersaq Ganni, tiftah kemm kemm saqajha ghal-lest, tlesti drieghha li diga qieghed iqattar il-halib abjad abjad. Id-dubbien li jtir minn fuq il-hmieg li niezel jisserrep mat-triq, itir ghal ma’ driegh il-moghza u jdejjaqha sewwa, u tferfru b'denbha kif tista’.


Ganni jghajjat biex in-nisa ifittxu johorgu bil-bottijiet u bil-ktieli taghhom u hu jarma jahleb u jahleb u jahleb u l-halib ifexfex u jfexfex u jbaqbaq ma’ qiegh il-bott tal-hadid. Ganni jnewwel, il-mara thallas, sold, zewg soldi, tliet karnijiet. Bott jew tnejn halib li twaddab mill-ewwel fil-kafe. Il-mara ta’ Pacik issa tqila, iresqulha bott halib shun shun minn driegh il-bhima, il-mara tixorbu, tixorbu f’kolp wiehed, tmeclaq xufftejha, titfewwaq bil-mod, thoss lil binha jitmattar go gufha.


It-triq ta’ l-Isperanza mimlija traffiku ta’ karozzi u bhejjem dehlin u hergin mill-Mosta. It-tfajjel jaf li t-toroq l-ohrajn ghadhom maghmulin bit-trab u biz-zrar biss u bla qatran. Meta jghaddu minnhom il-merhliet, dawn ikissru l-wicc tar-ramel sewwa, iqallghu z-zrar li rrumblaw il-magni tqal, ihalltu t-trab mar-rih u mar-redus niezel gliegel minn taht denbhom, itellghu shab iswed ta’ ntiena u tajn li jithallat ma’ shab abjad ta’ trab u ramel irqiq li jibqa’ diehel sewwa sal-pulmun u l-istonku.


It-tahhan u l-furnar


Kaxxa tal-bejjiegh tal-hobz(p.425) Il-kaxxa tal-bejjiegh tal-hobz ta’ dari. Jidher ukoll il-mizien biex jizen il-hobz bl-ezatt, anki jekk ikun jonqos xi gonta!

Fil-Mosta ghad fadal zewg imtiehen tar-rih li kienu jintuzaw biex jithnu l-qamh, u sa naghti taghrif fuq dan ix-xoghol li kien ghaddhieli Manwel Sammut, illum mejjet, kien maghruf bhala ‘Il-Kaptin’ - l-ahhar tahhan taz-Zurrieq, ghax ma rnexxilix insib bniedem li kellu xoghol ta’ tahhan fil-Mosta.


Barra minn hekk waqt it-tahdit tieghi ma’ Frangisku ta’ Vangiela li joqghod f’wahda mill-imtiehen li hemm f’Ta’ Mlit sirt naf li l-ahhar bniedma li kienet tahhana fil-Mosta kien jisimha Kuncetta. Din kienet ukoll trabbi l-hniezer u bhejjem ohra, kienet xebba tghix ma’ Marozz.


In-naha ta’ fuq fil-mithna tal-Mosta fejn jghammar Ta’ Vangiela, kien hemm taqsima apposta msejha ‘r-raff tan-nisa.’ Dan ir-raff kien jintuza biex jintahan imqar ftit qamh b'ghodda ohra meta ma jkunx rih tajjeb. Isfel hemm ukoll (p.424) il-lok fejn kien ikun hemm il-mithna ‘tal-miexi,’ li kienet tithaddem bil-bhima ddur dawra bhalma taghmel fis-sienja. Fi zminijiet qabel il-mithna ‘tal-miexi’ kienet tithaddem minn bniedem minflok il-bhima.


Ix-xoghol tat-thin kien isir billi jiddawru zewg gebliet tondi u kbar fuq xulxin u l-qamh jitqieghed bejniethom. Id-dawrien kien isir jew bil-bniedem fil-mithna ‘tal-miexi,’ jew bil-bhima ddur id-dawrien taghha bhal fis-sienja, jew bis-sahha tar-rih, jew inkella bhalma mbaghad gara aktar tard, bis-sahha tal-muturi. Dari l-imtiehen kienu centru ta’ hidma kbira minhabba li kienu jithnu l-qmuh u zrieragh ohrajn li l-bniedem ikollu bzonn ghall-ikel ta’ kuljum. Ghaldaqstant wiehed ma jistaghgibx jekk ikun hemm marbutin maghhom ghajdut u stejjer dwar nies li kienu jghammru fihom u l-ghemejjel taghhom.


“Il-gebliet il-kbor kiniw minn Sqallija” qalli Cikku, meta dan l-ahhar waqa’ l-kliem fuqhom waqt li kien l-isptar. “U lili serquli wahda minnhim kemm ilni l-isptor! U ken hemm wihid fil-gwerra u kin gej bil-lejl u jora hmor qiddiemu u dal-hmor imbaghad baqa’ diehil mill-beb tal-mithna! Imme mite resaq dar-rogel biex jora, ma sob xejn! Imma Kuncett fil-gwerra kinit marret fix-xelter flok fil-mithna, u helmet li gidimha hmor! U baqghet mugugha sakemm huduha turqod il-mithna!”


Guzeppi Gatt Tal-Gandlier kien rama bil-magna tat-thin f’Burmarrad(p.425) Guzeppi Gatt (imlaqqam ‘Tal-Gandlier’) li kien mir-Rabat u rama l-magna tat-thin ta’ Burmarrad. Il-laqam biz-zmien intilef u saru maghrufin bil-laqam ‘Tal-magna’ f’Burmarrad. Tidher ukoll mart Guzeppi, Rozina, u binhom Patri Manwel (Minuri Konventwali) li llum jinsab l-Awstralja.

Biex iddur il-mithna trid tkun faccata tar-rih li jahkmilha s-sitt antenni li jkunu xi tmien piedi ‘l barra minnha. It-tahhan u l-assistenti tieghu jkunu jridu jdawru l-mithna faccata ta’ l-infih tar-rih. Hekk. biex il-piz ma jkunx tqil fuq in-naha ta’ l-antinni, il-mithna kien ikollha erba’ mazzri fuq wara bhala kontrapiz. It-tahhan u l-assistent tieghu kienu mbaghad idawwruha billi jimbuttaw zewg manwelli - wiehed kull naha - imqabbdin ma’ l-imghazel li hemm fuq u jdawruha bla tbatija. Meta jkun rih tajjeb kienu jghidulu ‘rih fortuna’ izda meta jkun rih iehor, kienu jghidulu ‘rih batut’ u ma jahdmux. Fis-sajf gieli jaghmlu xhur shah ma jahdmux it-tahhana, u l-knisja lit-tahhan kienet taghtih il-permess jahdem ukoll fil-Hdud u l-festi bhalma kienet taghmel mal-bdiewa li jkollhom il-qamh u zargha iehor ghad-dris.


Il-qamh kien jittalla’ fuq fi xkejjer qrib il-gebliet, u jintefa’ fid-delu malli jibda d-dawrien. Minn hemm il-qamh mithun johrog ghal gol-kavetta u t-tahhan iqieghed il-mithun kollu fi xkejjer fuq ir-raff ta’ fuq nett. Imbaghad inizzel dawn l-ixkejjer isfel biex jintgharblu. L-gheriebel kienu jifirdu l-ewwel n-nuhhala mis-smida u mid-dqiq, imbaghad b’gharbiel fin li jifred id-dqiq mis-smida. Kellu t-tomna u kellu n-nofs tomna u qabel ma jixhet il-qamh ghat-thin, kien jikteb sewwa fuq bicca karta kull bidwi x’qamh tah. U lil kulhadd kien jaghtih dak li haqqu.


It-tahhan kien imur jigbor il-qamh mill-irziezet, jew ihalli lill-bdiewa stess igibuhulu biex jiffrankaw xi haga. Kull xkora kienet tigihom tliet soldi biex jithanhielhom, waqt li l-ohrajn li jgorrilhom l-ixkejjer it-tahhan, kienet tigihom erba’ soldi kull xkora.


(p.426) Meta jkollu l-qamh lest u mithun it-tahhan kien jaqbad il-bronja u jitla’ fit-tieqa ta’ fuq nett, jew fuq il-bejt u jibda jdoqqha biex il-bdiewa jiehdu l-frott taghhom. Meta tahhan idoqq il-bronja, mhux l-ewwel darba li kienu jarmaw idoqqu wkoll l-ohrajn, ukoll jekk ma kienx ikollhom xoghol bizzejjed u lest! Wiehed jista’ jahseb x’effelt kien ikollhom dawk il-bronji kollha jdoqqu f’dik il-hemda!


Furnar tal-hobz(p.426) Fornata hobz lesta biex tittiekel! Il-benna tal-hobza Maltija frott il-qamha mabbra mill-bidwi Malti.

Il-furnar kien xoghol ta’ importanza kbira fl-irhula ta’ Malta u ta’ Ghawdex u ma jistax jonqos li fil-Mosta kien hawn hafna furnara bil-hila kbira li jahmu l-hobza Maltija, ftajjar, qaghaq u hwejjeg ohrajn. Il-furnar Mosti wkoll kien ghadu sa ftit snin ilu, jahmi wkoll ghan-nies kulma jehdulu ghall-forn - patata, majjal, brungiel mimli u l-bqija. Il-furnar kien jaghti c-comba bin-numru fuqha lil sid id-dixx bl-ikel u jqieghed wahda pariggha fl-ikel.


Ghall-ghagna tal-hobz il-mara tad-dar kienet fl-imghoddi tmur taghgen il-hobz hi stess ghand tal-forn u wara terfghu fuq il-farxa - xkaffa apposta fuq bieb - halli jservuha ghal ftit jiem mhux hazin. Il-kampanja madwar il-Mosta, ix-xaghri, il-wileg u l-widien sbieh, nisthajjel kienu jkunu mimlijin tfal fis-sajf ilaqtu x-xewk niexef halli jkollu biex jahmi tal-forn.


Hekk naraw cirku shih ta’ attivita fis-socjeta bikrija, il-bniedem juza l-ambjent kif xieraq, jiehu li jista’ min-natura bla ma jkiddha u bla ma jnaqqas mill-qima tieghu lejha, u mill-banda l-ohra hi toffrilu l-ghajnuna taghha kollha biex taghtih mhux biss ix-xita ghall-qamh u r-rih biex jidirsu u biex jithnu, imma wkoll il-qamha stess biex ikun jista’ jbiddilha f’hobz halli jghix ahjar.


Tad-deffun: Pacik Vella ‘Tal-Bazwank’


Pacik Vella Ta’ Bazwank mill-Mosta(p.427) Pacik Vella, Ta’ Bazwank, ma’ l-awtur (lemin) - tghallem is-sengha tal-karettuni u wara dik ta’ bajjad. Fil-gwerra kien ikahhal ix-xeIters u ghassies izda xoghlu kien jiehdu bl-akbar serjeta.

(p.427) Meta Pacik Vella kien zghir ommu qabbditu ma’ mghallem tal-karettuni minn dawk li kien hemm fejn Sant’Anton. Kien qabad is-sengha sewwa, imma bdielu u mar tghallem is-sengha ta’ bajjad. Matul hajtu hadem bhala kahhal tax-xelters fil-gwerra, kif ukoll kahhal tas-salini tal-melh u meta skarsa x-xoghol anki hadem bhala xufier u ghassies. Pacik kien jiehu xoghlu bl-akbar serjeta aktar u aktar meta l-kisi kien jinkludi wkoll il-kisi tas-saqaf hekk kif jitlesta mill-bennej tax-xorok. Kienet attivita li tkun tinhtieg sengha kbira u xoghol mirqum biex malli jitlesta s-saqaf la jkun joqtor u lanqas ihalli ilma qieghed. Pacik kien iqabbad mieghu hafna nisa li kien jibghat ghalihom biex jaghmlu xoghol ta’ ballata meta jkollu bzonn.


“Gieli kienu jkunu ixjeh minni l-ballata,” qalli darba. “Imma jkunu tal-lant bicca minnhem tafx... Imma dik il-habta mhux hekk kienu jahdmu n-nisa? Jew jahslu mas-sinjur, jew fir-raba’, jew id-dar. Ma kienx hawn fejn il-bqija. Imma kienu tajbin uhud minnhom. Dak ix-xoghol tad-deffun ahjar minn tal-konkos. Hawn konkos wara ftit jaqsam u hawn bjut qodma ilhom mijiet ta’ snin bid-deffun.”


Kien jiehu x-xoghol jew bl-imqieta, jew isir il-kejl bil-qasba wara skond it-tikhil, it-tibjid u l-bjut. Kien ikollu l-ispejjez tan-nies jahdmu mieghu u tal-materjal li jrid jaliseb ghalih.


“Ghall-bjut l-ewwel l-irgiel jigbru t-turba li jhallu n-naggara ghax mill-istess gebel li jinbena l-post isir il-bejt. Allura dak meta nkunu sa naghmluh, gieli qabbadt wiehed biss jahdem u mill-post kollu jigbor u jaghmel it-turba gozz wiehed. Isib xi gebla kbira jnehhiha u jhalli t-tajjeb. Imbaghad iggib xi tnejn ohra, jew tlieta, biex jghinuh jifirxuh, hekk, jaghmluh soda, jixhtulu l-ilma u jaghgnuh jaghmluh tajn, jghazquh tajjeb - flok konkos tas-siment, konkos tat-turba. Imbaghad jibdew itellghuli lili fuq ix-xorok tal-bejt. Ghax jien kont inkun fuq u huma jtellghuli.”


Fuq ix-xorok titqieghed dritt kisja bsisa - li kienet torba tina u xotta, imbaghad, hu kien jifrex it-torba l-imxarrba bil-marzebba u bl-invell u jaghtina l-qlib li jrid (p.428) ikollu l-bejt halli l-ilma jingabar f’bir jew giebja. Qabel ma n-nisa jibdew iballtu, hu jipprepara ftit tajn ghalli jista’ jinqala’ ghax uhud jintilfu jparlaw u ma jahdmulux sewwa! Jekk wahda taghti erba’ daqqiet fl-istess post kienet taghmillu hofra li ma tissewwiex malajr. Il-marzebba trid tmexxiha ‘l hemm u 'l hawn u trikkeb harga fuq ohra. Imma xi nisa kienu ditturi u esperti fil-hidma taghhom. U kienu jghadduh il-bejt xi darbtejn jew tlieta, wahda hdejn l-ohra. Moghdija hekk u ohra bil-maqlub. Sakemm isir dan ix-xoghol fuq bejt Pacik ikun qieghed diga jahdem fuq bejt iehor.


Ghat-twittija bl-imriezeb tan-nisa, Pacik kien idum jaghzaq il-maghgna hin twil fil-ghaxija u gieli hallat id-deffun maghha mill-ewwel. Deffun ikun bicciet tac-caqquf imkisser irqiq. Fil-ghodu jinbeda x-xoghol mill-gdid. In-nisa kienu jkun jafu sewwa dak li jkollhom jaghmlu: min jitfa’ t-tajn u min iraxxax id-deffun, min jimla t-tajn mit-tankijiet u min inewwel. It-twittija kienet tkun xi nofs pulzier jew tliet kwarti hoxna. Pacik kien jaghmilha bil-flawt hu stess.


“Issa jballtu t-tajn,” komplieli z-ziju Pacik. “Ghax fuq it-tutija mbaghad inroxxu d-deffun u n-nisa jballtuh fit-tajn u trid thalli d-deffun joghdos go dik it-tutija tat-tajn sewwa. Dak irid jintradam u ma jhallix ponot. U waqt li jahdmu fuq it-tajn in-nisa jridu jwittu fejn jghaffgu. Imma hu kien jibbies wara ftit, kien jibbies. U kont inballat wahda lejn il-qlib ta’ l-ilma, u ohra kontra u ohra bil-maqlub. U dejjem iwittu bir-raxxiet tad-deffun bil-marzebba.”


Meta jitlesta dan ix-xoghol xorta kien ikun baqaghlhom gurnata u nofs ohra xoghol bil-qeghda fuq banketta jballtu l-istess saqaf sakemm kwazi jinxef. Wahda kienet troxx id-deffun bil-fardal u ohra tbixx ftit halli l-bejt ma jaqsamx. Bhala l-imghallem iz-ziju Pacik kien ikun irid illi l-ahhar raxxa jaghmilha hu.


Is-saqaf s’issa jkun niexef lest ghax-xita. Ghax il-bejt ikun marbut imbaghad. Tutija niexfa bil-bsisa, tutija torba mxarrba u mballta xi darbtejn kontra xulxin, u tutija tajn b’xi tliet raxxiet deffun. U kollox imballat sewwa. U wara kienu jergghu jghadduh bil-kzazel, kulhadd joqghod fuq xkora gharkubbtejhom ghax issa jkun niexef.


“U kien jigi ikhal, hekk sabih il-bejt,” temm jghidli kburi z-ziju Pacik. “Harga harga, qishom raddiet bil-hargiet ghat-tond nofs qamar matul il-bejt. Ghax kull mara thalli l-harga warajha.”


Tad-drenagg


Fi zminijiet ohrajn, fl-ghoxrinijiet u fit-tletinijiet tas-seklu li hareg, meta ma kienx hawn la popolazzjoni daqs illum u lanqas il-bini li hawn illum, kif ukoll meta l-indafa ma kinitx ghadha hsieb ewlieni ghall-ghajxien tajjeb u b’sahhtu, mhux kull familja u mhux kull dar kellhom mezzi kif jehilsu mill-hmieg u miz-zibel (p.429) li l-bniedem jiggenera madwaru. Il-familji kienu jirriciklaw iz-zibel billi jitfghuh jew direttament f’gallinar fejn jiekluh it-tigieg jew f’maqjel ghall-hniezer, jew inkella jispicca f’xi mizbla biex jerga’ jsib ruhu fl-art bhala demel.


Replika t'ghajn tal-ilma fi Triq il-Kurat Calleja l-Mosta(p.429) Ghajn ta’ l-ilma li llum insibu simbolikament fi Triq il-Kurat Calleja ma Triq it-Torri (ghalkemm ma hallewhiex bi kwieta!). Dari madwar l-ghajn kien ikun hemm hafna nisa jparlaw flimkien, waqt li jimlew l-ilma halli jahslu bicctejn hwejjeg.

Is-sistema tad-drenagg ukoll kienet wahda mill-aktar primittiva. Kienet drawwa fl-irziezet fejn ikun hemm il-mizbla bid-demel tal-bhejjem, li jkun hemm rokna ghall-hmieg uman li aktarx ma kienx jintuza ghar-raba’. Aktarx li l-familji lejn l-ibliet jew lejn il-qalba tar-rahal bhalma kienet il-Mosta, kien ikollhom il-fossa taghhom li titbattal meta jigi bawser. Kien ukoll hawn ambjenti fejn kien jitwaddab il-likwidu matul kanali fit-toroq, imma din kienet drawwa li mhux biss kienet kontra l-ligi, imma sahansitra ma kienet qatt denja ta drawwa civili.


Mit-toroq ewlenin tal-Mosta, madankollu kien jghaddi trakk imdaqqas b'tank fuq wara b’toqba kbira mghottija b'ghatu tqil, u kien ikun hemm ragel fuq it-trakk ibattal il-bramel li jnewlulu n-nies minn djarhom. Ix-xufier u r-ragel li kien hemm fuq it-trakk kellhom xoghol kiefer, xoghol ta’ tbatija u ta’ periku kbir ghal sahhithom li mhux kulhadd kien ikun jista’ jaghmlu. Imma xi hadd ried iwettqu!


It-trakk niezel bil-mod minn fejn l-Erba’ Hwienet, qieghed ‘il boghod. Wahda mara tohrog bi slopp ta’ l-enamel li xtrat m’ilux. Jiswa iktar minn barmil taz-zingu li jigi bix-xaham. Hi tnewwel lir-ragel tat-trakk, li jbattlu fit-toqba tat-tank fuq it-trakk bla ma jqarras wiccu. Dwejjaq ta’ l-umanita. Ragel ta’ qlubija kbira. Jew ragel bhal bqija, bla gharfien bizzejjed ta’ xi ttisser sahha. Din hi Malta, mhux il-Mosta biss. Din hi artna. Aktar ma jghaddi l-hin id-dehra titbiddel. In-nisa bil-fradal ma’ zaqqhom ma jafux li jista’ jezisti mod iehor. lt-tfal jigru hafjin fuq it-trab. In-nisa bil-kenur quddiem id-dar, filghodu jahslu l-hwejjeg fuq banju taz-zingu kbir. Hemm min ga qieghed iqatta’ l-haxix ghall-bomta. Uhud ghandhom galdarun kbir fuq il-hatab, jghallu l-hwejjeg bojod fuq kenur imkebbes quddiem id-dar. Meta jghaddu aktar snin kulhadd ikollu l-fossa, jew iqabbduh ma sistema ta’ tubi mqeghdin f'gandotti fl-art.


(p.430) Ftit ‘l isfel hemm ghajn ta’ l-ilma, pompa qadima ta’ l-idejn. Madwar l-ghajn hemm hafna nisa. In-nisa gmielhom iparlaw flimkien, hafna minnhom jaqilbu l-barmil rasu ‘l isfel, u joqoghdu fuqu jistennew lil xulxin. Kollha jridu jimlew l-ilma halli jahslu bicctejn. Hemm ringiela nisa jistennew l-ilma niezel bhal zejt mill-bezzula fil-konkos. Madwar l-ghajn hemm dawra siment kbira halli l-ilma ma jixxerridx ‘il barra u jerga’ jmur lura f’giebja ohra. Dan l-ilma minn din il-giebja ma jinheliex ghax jergghu juzawh ghat-tisqija fir-raba’.


Frans Sammut ‘Tal-Mutral’


Frans Sammut Tal-Mutral jew Ta’ Prufan mill-Mosta(p.430) Frans Sammut, Tal-Mutral jew Ta’ Prufan - bniedem kwiet, riservat u aktarx misthi, izda kellu l-hila jmidd idejh ghal kollox u kellu mhabba kbira lejn kull xoghol ta’ l-arti.

Frans Sammut kien bniedem kwiet, riservat u aktarx misthi. Kienu minn tal-familja ‘Ta’ Mutran,’ jew ‘Ta’ Mutral,’ u wara saru jafuh ‘Ta’ Prufan’ ghal hatnu li kien jismu Epifanju u li kellu hanut taz-zebgha fil-genb tal-blokka bini fejn illum hemm il-hanut tax-xorb tas-‘City.’ Frans kien missier marti Mary u jigi hu Ganna l-hajjata. Sa minn meta sirt nafu ntbaht li kien bniedem mhux biss li kellu l-hila jmidd idejh ghal kollox, ukoll biex jaqla’ x’jiekol u jghajjex il-familja, imma sahansitra kellu mhabba kbira lejn kull xoghol ta’ l-arti. Kien jaf jaghraf bicca muzika sabiha u litteralment jinghalaq fil-kwiet wahdu wahdu f’rokna fl-intrata jew fil-bitha, jitpaxxa biha. Ihares lejn tpingija u jaghraf sewwa liema sigrieti uza l-pittur biex lilu geghlitu jhares lejha darbtejn.


Frans kien jahdem fl-iskola tal-Gvern tal-Mosta u bosta jiftakruh inaddaf, jaqdi u jqassam il-halib lit-tfal. Qabel kien qatta’ snin shah jahdem ma’ tas-sapun - fabbrika li kienet taghmel is-sapun lejn Santa Vendra. Matul is-snin medd idejh ghal kollox. Ukoll minn bicciet tal-majka ta’ ajruplani Germanizi mwaqqa’ fil-gwerra, lill-gharusa Stella kien jonqxilha gizirajjen, crieket u brazzuletti kollha disinni nterzjati flimkien u go xulxin. U aktar tard ma qatax qalbu jsewwi xi arlogg, jahdem il-fanali tal-landa ghal wara l-bieb ta’ barra li martu kienet tmur tbiegh lil tal-hwienet jew lin-nies diretlament.


“Il-fanal kien jiswa’ hames xelini,” qalli. “Kollu disinni, bic-cappetta, bil-howlder tal-bozza, bil-pajp tar-ram halli ma (p.431) jissaddadx, bil-hgieg, u kelli wiehed forma tal-knisja tal-Mosta... Kont naghmel l-aktar wiehed u nofs kuljum, ghax trid ’ofstanhar biex laghmel wiehed... kien zmien ta’ tbatija... U bdejt naghmel il-kapbords ukoll jien u xi kcina... u bdejt insewwi... imma kellna bilfors immiddu jdejna ghal xi bicca xoghol ghax ma tlahhaqx... kif tista’ tlahhaq inkella...”


Niftakar fil-garaxx hdejjed tal-moghdija ghat-tiswija, xi spiritiera, xi basket mimli bicciet tac-caqquf ta’ vazun imkisser li xi hadd gieblu biex isewwilu. U xi gastra mzegilga biex jissoda, xi garra biex ipingi xena fuqha, siggu ghal wicc gdid, zverjalin li ma baqax idoqq, radju jtextex, tork mibrux, Madonna ghaz-zebgha, pasturi u presepji, hiter ma jixghelx, sopraporta li nbarmet... Mas-snin fettillu jahdem ukoll armi tal-kunjomijiet impittrin b’sabar kbir fuq il-hgieg b'disinn ahmar fuq l-iswed u bil-fidda tleqq minn taht. Kienu zminijiet ohrajn, u kien ukoll jintasab f’rokna nhar ta’ Hadd fuq il-Monti l-Belt ibiegh l-armi tal-kunjomijiet.


Mhux biss. Imma la jibda riesaq il-Milied jibdew gejjin tfal u kbar ghall-presepji u ghall-grotti, u hu jxarrab il-kartapesta u jsahhan il-kolla u jaghti sura lil grotta wara l-ohra. U fil-Gimgha l-Kbira jdawwar il-hidma tieghu ghall-vari u ghall-kurcifissi u slaleb ghal mal-gallariji.


Frans Sammut tal-mutral mill-Mosta u mudell ta’ dghajsa fi flixkun zghir(p.431) Hidma ta’ sabar kbir ta’ Frans Sammut – mudell ta’ dghajsa fi flixkun zghir.

Madankollu l-aktar hidma li kienet tghaggibni kienet il-hila tieghu li jibni mudell ta’ oggett kbir bhalma kienet ir-Rotunda tal-Mosta, imdahhal bicca bicca go flixkun zghir. Kull bicca kien ikun irid jarmaha u jghaqqadha gol-flixkun imdahhla mill-ghonq dejjaq tieghu b’ghodda specjali, u mwahhla bil-kolla f’postha gol-flixkun. Wiehed irid jifhem li kien zmien meta t-teknologija ta’ kolla li tghaqad u tinxef malajr ma kienx hawn. Kien ikollu jkun hawn bil-fors swaba kollha sabar u bla treghid xejn sakemm oggett jehel ma' iehor!


(p.432) In-nies kienu drawh lil hatni Frans. Hekk kienet il-hajja socjali dari sa madwar ghoxrin, tletin sena ilu: kulma jista’ jissewwa, tarmihx, tixtrix iehor minfloku - filosofija ta’ ghaqal u reqqa li tghidlek li dak li xtrajt xtrajtu ghal ghomrok, ara ssibx min isewwihulek! Kien hawn fuq kollox aktar spazju ghall-kreattivita ta’ dawk li kienu jridu jmiddu jdejhom ghax-xoghol mhux biss bhala qliegh ta’ ghajxien, imma wkoll bhala gost u hena ta’ moghdija ta’ zmien. U Frans kien wiehed minn dawk il-Mostin umli li qatt ma daqq trombi, imma mghaddas f’attivita li kien ihobb mhux biss ghax tehdih, imma ghaliex apprezzata minn socjeta daqstant iehor umli.


Il-hajjata: Govanna Sammut ‘Tal-Mutral’


Giovanna Sammut tal-Mutral mill-Mosta, hajjata maghrufa(p.432) Giovanna Sammut, Tal-Mutral - hajjata maghrufa sewwa mhux biss fil-Mosta. Ir-reqqa ta’ xogholha, il-qawwa ta’ l-originalita kif ukoll is-sabar taghha kienu maghrufin sewwa.

Govanna l-hajjata kienet maghrufa sewwa mhux biss mal-Mosta imma ‘l barra wkoll. Kienet wahda minn dawk il-bnedmin rari li qatt ma hadmet bl-igri u gerri, ghax kollox jghaddi. Ir-reqqa ta’ xogholha, il-qawwa ta’ originalita kif ukoll is-sabar taghha kienu maghrufin sewwa. It-tul ta’ hin il-hidma kien ghaliha sekondarju meta mqabbel mal-htiega ta’ bicca xoghol suret in-nies.


Kont ilni nafha ftit snin mhux hazin ghax kienet tigi zijjet marti Mary, oht missierha Frans. Razza ta’ nies li jaghmlu b’idejhom jorqmuh u jziduh! Il-gentilezza f’ghemilha u l-heffa fi hsiebha li kienu joqoghdulha sewwa ghas-sengha li kellha. Meta kellha tnax-il sena ommha qabbditha ma’ Katarin tal-Ballut biex titghallem thit. Kienet thallihom jarawha tfassal, u taghtihom ixellu u jxekku... “tixkik biex il-hajta tad-drapp ma tohrogx, dak iz-zmien kollox b’idejna konna naghmlu. Illum hawn l-aggorn u hwejjeg ohrajn biex id-drapp ma jizzarradx. Konna naghmlu l-accetti, nghaddu... U nhar ta’ Sibt konna nahslulha l-art...”


“Jien il-kliem waqt ix-xoghol ma tantx ihallini nahdem sewwa,” qaltli. “Gieli kelli xi lavranta mieghi, imma x-xoghol tqil bil-paroli ma jsirx. Allura ikolli xi libsa tqila tat-tieg dejjem bil-lejl infassal, f’dak il-kwiet la nisma’ kliem u lanqas nitkellem.”


(p.433) Ommha Karmena kienet tghinha u tqawwilha qalbha ghax hi wkoll kienet taf thit sewwa. Bint is-sengha ghandha nofsha. Karmena kienet taf il-ganc u thit sahansitra l-papocci, sandlijiet ghal uliedha u l-brieret li kien juza zewgha. Kollox kienet taf taghmel, u bir-riha taghha Govanna mxiet ‘il quddiem malajr. Ftit ftit bdiet thit l-ilbiesi taghha u ta’ hutha. Karmena kienet ukoll bir-raba’ u kienet issib hin ukoll tiehu hsieb xitel, ghaziq, ful, patata, frott u l-bqija. Dawn huma kollha sinjali cari ta’ attivita tan-nisa fil-kampanja Maltija u xhieda qawwija ta’ kemm il-mara kienet pern importanti fis-socjeta u lesta ghal dak il-pass inevitabbli li llum insejhu emancipazzjoni tal-mara.


L-ewwel libsa tat-tieg li hietet Ganna, kienet t'ohtha Marija, u wara bdew gejjin tigijiet wiehed wara l-iehor ma jaqtghu xejn. Malli l-gharusa taghzel il-libsa minn fuq il-figurin, hi kienet taqta’ l-faccata mill-ewwel biex zgur ma jaraha hadd aktar, u zgur ma ssirx ohra bhalha. Madwar xahar qabel it-tieg, Govanna kienet taghmel mudell tal-libsa mix-xoqqa u tghid lill-gharusa tigi ggarrab l-mudell. Mill-mudell u l-qisien tieghu tinhadem il-libsa propja u meta din tkun ghoddha lesta, il-hajjata tghid lill-gharusa tigi ghall-ahhar prova. U mat-tieni prova jkunu lesti... gieli jkun jonqos biss ftit irqaqat bhal buttuni u disinni. Ikun jonqos l-ahhar irtokki, it-twahhil tal-bicciet tal-libsa flimkien, il-moghdija u xi gimgha qabel l-gharusa u niesha jkollhom l-ilbiesi lesti.


L-akbar sodisfazzjon ta’ Govanna l-hajjata tal-Mosta, kien li l-libsa jirnexxilha mhux biss tlibbes lill-gharusa izda li ggieghelha tidher l-isbah dak in-nhar, tixghel u tarmi l-gmiel. L-akbar sodisfazzjon meta thit xi haga, mhux il-hlas li jigi u jmur, izda l-gmiel li tkun holqot minn ftit drapp catt. U tifkira ta’ hena fil-mohh u fil-qalb.


Tal-presepji: Guzeppi Sciberras, u ohrajn


Guzeppi Sciberras tal-presepju mekkaniku ta' Triq il-Parrocca l-Mosta(p.434) Guzeppi Sciberras kien irnexxielu jaghmel presepju mekkaniku mill-aklar originali. Mix-xejn jew mill-imbarazz li jintrama kien jirnexxilu johloq tant hwejjeg sbieh, caqliqiet u mekkanizmi, kull pastur jiccaqlaq. Mijiet ta’ pasturi. Mijiet ta’ caqliqiet.

Guzeppi Sciberras, ragel ta’ sebghin sena li kien joqghod fi triq dejqa wara l-knisja tal-Mosta, kien bniedem li rnexxielu juri fil-presepju tieghu kif il-Maltin ta’ dari harsu lejn il-Milied: it-tqarrib tal-hajja ta’ kuljum ma’ dak li hemm gol-pmsepju. Il-boghod mill-artificjalita. Bhalu jaghmlu Nenu Camenzuli li jibni presepju bil-gebel u bit-tafal, Raymond Deguara bil-presepju mirqum li jahdem fil-Kazin tas-Socjeta Filarmonika Nicolo lsouard, Jimmy Mifsud fir-Razzett tal-Markiz Mallia Tabone, u hafna ohrajn. Kollha jirnexxilhom johorgu l-awtentiku tad-dehra tal-Mediterran li jdawwarna, mhux ic-criev u s-silg u s-slitta u s-sigra tal-Milied, u l-bqija! Kollha fihom dik il-laqta li tiddistingwihom fl-identita Maltija. Kollha jfittxu juru kemm l-ambjent Lhudi hu wiehed qabel xejn Mediterranju. Tiftixa ghad-dehriet ta’ zmien Kristu, kemm fil-Milied kif ukoll ghal zmien il-Gimgsha l-Kbira bil-vari tat-talal u tal-gibs li kienu jaghmlu Mostin bhalma kien taghmel (p.434) il-poeta Sammy Calleja, hi sewwasew tiftixa fl-ambjent Malti qadim. Dan hu gherq ta’ l-ghax u l-ghaliex il-presepji huma marbutin mhux ftit mal-flolkor taghna.


Nenu Camenzuli mill-Mosta jibni presepju bil-gebel u t-tafal(p.435) Nenu Camenzuli kapaci jibni presepju bil-gebel u t-tafal.

Il-presepju ta’ Guzeppi kien presepju mill-aktar originali u jehtieg wiehed jarah biex jemmen u jifhem ahjar dak li qed nghid jien. Wiehed jista’ jara l-hila ta’ jdejn dal-bniedem li mix-xejn, jew mill-imbarazz li haddiehor aktarx jarmi, kien jirnexxilu johloq tant hwejjeg sbieh, tant caqliqiet u mekkanizmi, kull pastur jiccaqlaq u attiv. Mijiet ta’ pasturi. Mijiet ta’ caqliqiet.


Guzeppi rrakkuntali li hu kien mal-Pulizija jsewwi l-muturi u bil-hila teknika li kellu kien jara li kull pastur li kellu fil-presepju, ikun jiccaqlaq. Kien iqatta’ sighat shah jara kif iqabbad kull caqliqa li kellu bzonn ma’ mutur wiehed li kien sab f’woxingmaxin mormija barra t-triq. Il-hila teknika tieghu tidher meta tara li kull moviment ta’ kull pastur hu meqjus, mhux mghaggel. Juza pasturi tal-plastik maqsumin minn nofshom, xi lenza twila twila ggebbed rumnell, xi rota kbira ddawwar rota izghar, cineg ta’ konvejers, ingranaggi, kammijiet, mekkanizmi kkumplikati... U kulma wiehed jara jkun biss ic-caqlieq grazzjuz tal-gwienah ta’ l-anglu jew id-daqqa soda ta’ l-imghazqa, jew tal-hmar idur fis-sienja...


Raymond Deguara mill-Mosta jibni presepju bil-gablo u l-gibs(p.435) … u Raymond Deguara huwa espert fil-bini ta’ presepju bil-gablo u l-gibs. Raymond jidher bejn l-Arcipriet Mario Tong u l-President Nazzareno Vassallo.

Dawn huma kollha nies iddedikati li jafu li l-hidma ta’ jdejhom hi unika. Forsi ma jafux li din il-hidma ta’ pacenzja u reqqa hi biss estensjoni ta’ dik l-imhabba li hemm fi qlubhom lejn l-identita taghhom. Mhux biss il-wirt kulturali tal-Mosta, imma wkoll tal-pajjiz kollu. Illum Guzeppi m’ghadux maghna. Bhal hafna persunaggi li qieghed nikteb dwarhom telaq lejn hajja ohra. Imma dak li kien iwettaq kien xhieda ta’ hajja u hidma kalma u hidma mimlija reqqa u mhux ta’ kafkaf. F’kollha hemm imrawwem l-ispirtu u s-sens ta’ l-identita Maltija.


Il-landier: Guzeppi Bonnici ‘Tal-Bilbli’


Il-landier fit-toroq Maltin(p.436) Il-landier fit-toroq Maltin - min gej bl-istanjata biz-zennuna mkissra, min b’xi barmil bil-ghalaq imqaccat, min b’xi borma jew kazzola mitqubin, min b’xi lembut mghawweg, insomma basta xi haga tal-landa!

Bhal fi bnadi ohrajn ta’ Malta, fil-Mosta kien ikun hawn il-htiega tal-hidma tal-landier isewwi meta t-teknologija ma kinitx ghadha vvintat recipjenti tal-plastik.


Kien ghadu zmien meta hadd ma kien ihalli li jintrema’ mqar bott imtaqqab. Kien zmien meta dak li wiehed jixtri ikun mehtieg li jservih ghomor.


Guzeppi Bonnici Tal-Bilbli kien haddiem it-Tarzna, imma b’dak li kien jaqla’ ma kienx ikun jista’ jghajjex familja sewwa. Kif sa jservuh ftit liri? Kif sa ggebbed ftit liri ghall-ikel u ghall-htigijiet tal-familja martu Terez? Imma l-akbar mistoqsija kienet aktar dik li wiehed jistaqsi madwar Malta kollha: min kien sa jifhem x’qieghed jigri mhux biss fil-Mosta imma madwar Malta kollha? Min kien sa jmidd l-ewwel passi biex is-socjeta Maltija fl-irhula tintrafa’ minn xagharha? Kif sa jservu hames liri, sitt liri f’gimgha? Ma kinitx qaghda ta’ familja wahda din, imma ta’ kull familja f’pajjizna.


Iben Guzeppi Bonnici hu Patri Richard li kellimni dwar ix-xoghol ta’ missieru l-landier. F’wahda mill-kmamar tad-dar, Guzeppi kien izomm il-hmar, jew il-baghal. Fil-bieb ta’ dik il-kamra jiftakar lil missieru bil-qeghda fuq banketta, bl-ixkora f’hogru, jillesti l-istann, l-ispirtu, joghrok idejh wara gurnata xoghol it-Tarzna. Jerga’ jibda jahdem, tabilfors, imma bi tbissima fuq fommu. Il-hidma tieghu kienet umli, imma l-komunita Mostija kienet tinhtiegha u tistenniha hafna.


(p.436) Il-missier kien isib xi borma, jew xi kazzola mitqubin, xi lembut mgbawweg, xi stanjata biz-zennuna mkissra, xi barmil bl-ghalaq imqaccat... ikun xi jkun, basta xi haga tal-landa li trid tissewwa jew tinhadem mill-gdid bil-landa. Jew bottijiet tal-halib vojta biex ikun jista’ jaghmlilhom il-manku halli jkollhom x’juzaw it-tfal l-iskola biex jixorbu l-halib. Imbaghad iqabbad l-ispiritiera ta’ l-istim, jonfoh mill-maqbad, iseffed bil-labra fil-gewza, l-ilsna tan-nar mad-dawra tat-toqob irqaq jivvampjaw, u l-landier jerga’ jonfoh sakemm il-fjamma tikhal.


Patri Richard kien daqsxejn ta’ tfajjel, imam ghadu jxomm l-istann u l-hadid jahraq. U nhar ta’ Sibt mas-sebh wara l-quddies, jaqbad l-ixkora minn wara l-bieb u jitlaq idur mat-toroq tal-Mosta ihabbat il-bibien, triq triq, jistaqsi min ghandu xi haga ghat-tiswija. Ifittex ix-xoghol ghal missieru. Dejjem is-Sibt fil-ghodu biex in-nies jidraw il-hin. U kien imur lejn id-dar mghobbi bi xkora twagen u kzazel u borom u bottijiet imtaqqbin. Hekk, missieru issa ghandu x’jaghmel ghal gimgha shiha. Imbaghad imur jistudja.


Humiex dawn l-eroj tas-socjeta taghna? Hiex il-hidma taghhom, ix-xoghol iebes biex imexxu l-hajja t’uliedhom ‘il quddiem li taghmel lil Guzeppi u lil martu Terez u hafna haddiema ohrajn tabilhaqq l-eroj umli tas-socjeta taghna?


Pietru Chetcuti ‘Tal-Monument’


Pietru Grech kien isuq il-Monument tal-Mosta(p.437) Pietru Chetcuti, Tal- Monument - kien jahdem ir-raba’ ma’ missieru u aktar tard fuq il-karozzi tal-linja, fil-gebel u bhala suldat.

Pietru Chetcuti, Mosti qsajjar ta’ ‘l fuq minn sebgha u sebghin sena. “Il-Gimgha l-Kbira nkun qieghed nistenniha minn sena ghal ohra,” qalli meta kellimtu fl-1997. “Jien minn dejjem kont dilettant tal-vari u tal-knisja u rbatt qalbi mal-Gimgha l-Kbira... ilni tlieta u hamsin sena... kull sena nsuq il-Monument tal-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira jien... 53 sena ilni! Tliet snin ilu tawni tifkira ta’ din il-bicca xoghol... Ma fallejtha qatt jien... illum xjaht u ghadni nistenniha.”


(p.437) Missier Pietru kien bejjiegh tal-hobz izda forn taghhom ma kellhomx. Ommu taghgen u tahmi l-jum kollu u missieru jghabbi l-hobz fil-kaxxa kbira ta’ l-injam mahduma bhala bicca mill-karettun, u jitlaq ghal ghonq it-triq lejn Birkirkara u l-Hamrun halli jaqla’ sold.


“Konna nqumu kmieni biex naghgnu, ommi taghgen u missieri jbiegh. Imma meta jigi mid-dawra missieri kien imur jahdem ir-raba’ wkoll, lejn il-Bizbizija u lejn it-Torri Falka. Lil missieri kienu jghidulu ‘Boroz,’ u kont dejjem mieghu jien, nara kif nista’ nghinu. Ommi dejjem sejra u missieri dejjem idur biz-ziemel ibiegh il-hobz...”


Skola qatt ma mar Pietru, ghax kien jahdem ir-raba’ ma missieru. Aktar tard hadem ukoll fuq il-karozzi tal-linja, fil-gebel u bhala suldat. Meta kien zghir kien jerfa’ l-vari u jiehu hsieb ukoll jaghti daqqa t’id fl-armar tal-festi. Fl-1945, kien hemm Dun Anton Muscat - Prokuratur tal-Purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira tal-Mosta - u Pietru talbu biex isuq il-Monument. Dun Anton ma qallux le. U dik is-sena stess hareg l-ewwel darba.


Pietru Grech mal-Monument tal-Mosta li ilu snin isuq(p.437) Pietru mal-Monument – li beda jiehu hsiebu mill-1945 u dam aktar minn 60 sena! Dejjem jimbotta bil-pass mehtieg u kemm jista’ jkun izommu fin-nofs tat-triq.

Taht il-Monument ikun hemm gheluq kbir. Ikun hemm l-istruttura ta’ l-injam li ggorr il-Monument, mqeghda fuq erba’ roti mdaqqsin gmielhom. Xoghol Pietru hu li jibqa’ bil-wieqfa l-hin kollu hemm taht u jsuq il-Monument. Hsiebu jkun illi jsuq bil-pass mehtieg u kemm jista’ jkun lejn nofs it-triq. Mieghu ikun hemm tlett irgiel ohrajn, hadd minnhom twil hafna izda b’sahhithom ghax iridu jimbuttaw. Pietru ma jhossx li hemm xoghol ta’ tbatija kbira, izda s-shana u l-gheluq ikiddu lil min ma jkunx imdorri.


“Hadd ma jara u hadd ma jkun jaf fejn qeghdin,” qalli. “U trid attenzjoni kbira inti u ssuqu. Inti u hiereg mill-knisja, attent li ma tirrukkahx, la hsara mhi tajba, u lanqas ghan-nies hux! Imma jien drajtlu l-hazen tieghu. Allura ahna u hergin, nigbed lejn taht il-lampier u mbaghad naqbad il-fil fl-irham, u nghid, ‘Ara dan jiehu dritt ghal nofs il-bieb ta’ barra!’ U nibqa’ miexi mieghu mbaghad. Hadtu s-sens?”


“U malli nohrog fuq iz-zuntier l-istess. Izzomm il-fil ta’ l-intavlar ta’ l-armar. U jkollu l-brejkijiet tafx, il-Monument. Ahna u nezlin ir-roti ta’ wara jibdew (p.438) jitkaxkru u ahna nzommuh sewwa halli ma jehodniex. Trid toqghod attent fejn inti sejjer u kemm tghaggel u kif tmexxi. Per ezempju fil-kantunieri minn dawk iz-zewg toqbiet dejjem nara fuq in-nies, dejjem attent li ma nirrukkuhomx, u nibqa’ ndur sakemm nigi ghad-dritt mill-gdid. U tuza s-sens li dejjem izzomm fin-nofs. U meta jieqfu ta’ quddiemek trid tieqaf inti.”


“U l-istess meta tasal lura fil-knisja, jien naha minnhom ma nkunx qieghed nara, imma nibqa’ ghaddej man-nies sa ma ngib il-bieb tal-knisja quddiemi mbaghad. Imma biex nitilghu l-intavlar jigu xi tlieta min-nies apposta biex jghinuna nitilghu, ghax ikun tqil u ahna nkunu ghajjenin... U l-istess, inzomm dejjem il-fil fin-nofs... imam jkun irid jitla’ fin-nofs...”


Tal-karettuni: Guzeppi Grech ‘Ta’ Soks’


Guzeppi Grech Ta Soks mill-Mosta kienu jahdmu l-karettuni(p.438) Guzeppi Grech, Ta’ Soks - trabba fost nies li jahdmu l-karettuni, ghax kemm missieru kif ukoll nannietu kellhom din is-sengha.

Il-Mosta kien hawn koncentrazzjoni ta’ hwienet tal-karettuni li jahdmu kemm karettuni godda kif ukoll ghaddejjin dejjem bit-tiswijiet ta’ karettuni ohrajn. Dari kien hawn hafna ghamliet ta’ karettuni minhabba li kien mezz ta’ trasport ewlieni f’pajjizna. Kull ghamla ta’ karettun kien ikun mehtieg biex il-bniedem jaqdi funzjonijiet differenti, nghidu ahna jghabbi gebel tqil u kbir imtalla’ mill-banieri u mehud fuq il-lant tax-xoghol, jew biex imqar igorr il-biegha mill-ghalqa ghal ghand il-pitkal, jew biex igorr in-nies, jew biex igorr oggett hafif min-naha ghal ohra.


Ilhaqt kellimt tnejn min-nies li kienu midhla sewwa ta’ dan ix-xoghol. Wiehed kien Pacik Vella li qatta’ hafna snin flimkien ma’ zghazagh ohrajn ma’ l-imghallem tal-hanut, u l-iehor kien Guzeppi Grech Ta’ Soks, li kellu l-hanut tax-xoghol tieghu.


L-ewwel haga li qalli Guzeppi meta ltqajt mieghu, kienet li hu trabba fost nies jahdmu l-karettuni, ghax kemm missieru kif ukoll in-nanniet tieghu kollha kienu b’din is-sengha fil-Mosta. Dak il-hin bla ma ridt kont qieghed nara quddiemi l-mewt ta’ tradizzjoni ohra Maltija - xoghol hekk sabih u sengha hekk imprezzabbli naraha tispicca minn hawn il-Mosta ghaliex l-ahhar nies li kienu jhaddmuha issa xjahi u ghax ta’ warajhom ma jinhtiguhiex aktar galadarba s-socjcta ma tinhtighiex!


(p.439) Xoghol il-bniedem hu sewwasew dak f’socjeta organizzata fejn il-bnedmin jghixu flimkien f’armonija shiha bejniethom: li jara x’hemm bzonnjuz madwaru biex hu jaghmlu u jaqla’ l-ghajxien tieghu minnu. Kemm iz-ziju Pacik kif ukoll Guzeppi Ta’ Soks kienu xjuh sewwa meta tkellimna fuq dan, u ma kinux jahdmu aktar. Mhux biss ghax id-dghif ta’ gisimhom m’ghadux dak li kien hamsin, sittin sena ilu matul is-seklu ghoxrin, imma ghaliex dawk ta’ madwarhom ma kellhomx aktar bzonn dak li kienu jafu jaghmlu huma. Dak kollu li jafu nizel maghhom darba ghal dejjem fil-qabar!


“Jien sakemm niftakar in-nanniet tieghi dejjem karettuni hadmu,” bdieli Guzeppi malli ltqajt mieghu. “In-nannu tieghi kien bil-hanut il-pjazza imma mbaghad gie hawn, fi Triq il-Kungress Ewkaristiku. Imma meta gie hawnhekk qatt ma hadem iktar ghax imbaghad kien hemm missieri u huh jahdmu hawnhekk. Huh kien iz-ziju Pawlu, li kien surmast tal-Banda ta’ Santa Marija. Imbaghad mar l-Awstralja. Tghallmu minn ghandu u jien tghallimt minn ghandhom imbaghad.”


KarettunMalti(p.439) Il-karettun Malti - xoghol hekk sabih u sangha ohra imprezzabbli spiccat mill-Mosta ghax in-nices li jahdmuha issa xjahu u ghax ta’warajhom ma jinhtiguhiex aktar galadarba s-socjcta ma tehtigiex aktar!

“Ommi kienet minn tal-Barbett u qabel konna noqoghdu fejn il-Pitkalija, ilu tafx. U niftakar illi ghall-ewwel fil-Gwerra ma kienx hawn xoghol ghax injam ma kienx hawn. Darba kienu qalu li raw bicca njama fil-bahar ix-Xemxija u marru jaraw tghoddx ghalina. Imma ma kinitx tajba ghall-karettuni... Kien hawn hafna ghaks dak iz-zmien...”


“Kien hawn hafna tal-karettuni hawn il-Mosta,” qalli. Imbaghad tbissem. “L-ewwel wiehed jien hux... Ta’ Soks, ahna. U kien hawn ohrajn... Ta’ Wiza, Ta’ Gannikol, kienu tnejn dawk u ma kellhomx x'jaqsmu ma' xulxin... kienu zewg mghallmin. Kien hawn Tat-Tajra.... kien hawn Bastjan, kien hawn Ta’ Sus, Ta’ Lippu... kien hawn xi ghaxra jew iktar. Dana bhal mekkanik illum. Kien hawn bnadi ohrajn, imma hawn kien hawn l-impika min jaghmel l-ahjar karettun.”


Il-prezz tal-karettun kien ivarja skond id-daqs, jew hux ghal ziemel jew ghal baghal. Qies ta’ karettun zghir ta’ hmara kien jiswa’ tmien liri. Guzeppi l-aktar li hadem kienu karettuni ghall-gabillotti u karettuni ghal tax-xatt u f’sena gieli ghamel hmistax-il wiehed, barra t-tiswijiet.


Malli miet missieru Guzeppi qabad mill-ewwel jahdem ghal rasu ghaliex kellu l-molljiet jew il-forom ta’ kull bicca u ta’ kull daqs biex jahdem kull karettun. L-injam kienu jtellghuh mix-xatt, u jnixxfuh ghal hafna zmien qabel ikunu jistghu (p.440) jahdmuh. Il-karettun kellu hafna bicciet - kollha mahdumin minn injam aktarx ta’ sahha differenti. Il-buttun, is-salib, il-lasti, id-dlieghi, l-imghazel u l-bqija kollha kellhom xoghol ta’ toqol differenti x’jaghmlu u ghalhekk kien ikun mehtieg injam differenti. Il-karettun kien ukoll jehtieg bicciet tal-hadid li jrid jahdimhom il-haddied. Dawn kienu l-krikk li Guzeppi kien jarma taht is-salib tal-karettun biex is-sewwieq ikun jista’ jdawru halli l-bhima ma tbatix hi u niezla xi nizla bit-taghbija, kif ukoll ic-crieki tal-hadid ta’ madwar ir-roti li kienu jissahhnu sewwa halli jikbru u jissikkaw fuq ir-rota meta jikshu.


Il-haddied kien ukoll jahdem il-boxxla billi jdewweb il-hadid u jferrghu go forma tar-ramel apposta. Kien ihalliha vojta fin-nofs halli jqieghed iz-zejt ghal mal-fus imbaghad. Il-haddied kien juza t-torn li kien idawwarlu hmar bhalma jaghmel fis-sienja billi kien zmien meta ma kienx ghad hawn elettriku.


L-ahhar haga li kienet issir kien it-tberfil. L-ewwel kienu jistukkjaw sewwa l-karettun, jizbghuh bil-minju u jberfluh sabih bil-ward u bid-disinni sewwasew bhalma dilettanti llum ifittxu li jkollhom karozza tleqq u mimlija accessorji zejda.


Tal-karozzi tal-linja: Guzeppi Grech ‘Il-Paramount’


Guzeppi Grech il-Paramount mill-Mosta maghruf ghall-karozzi tal-linja(p.440) Guzeppi Grech, Il-Paramount - kien imprenditur li matul hajtu ghadda minn hafna xoghlijiet differenti dejjem skond il-htigijiet ta’ madwaru, izda jibqa’ maghruf ghall-karozzi tal-linja.

Ma tistax issemmi l-karozzi tal-linja u ma ssemmix lill-Paramount tal-Mosta. Guzeppi Grech, Mosti mlaqqam il-Paramount, kien intraprenditur li matul hajtu ghadda minn hafna xoghlijiet differenti dejjem skond il-htigijiet ta’ madwaru.


Il-gwerra sfrattatlu l-hajra li kellu jidhol writer it-Tarzna, u minflok qabad ma’ missieru bin-negozju tal-gwiez. Missieru tah in-negozju u tah it-trakk. Tah ukoll mitejn u hamsin lira. Dan kien l-ewwel xoghol ta’ Guzeppi.


Imma l-gwerra regghet biddlet ghal kollox dak kollu li kellu jaghmel Guzeppi. Kien baghat ghalih il-Protection Officer il-Markiz Barbara Sant u qabbdu jibda jgorr l-ghamara tar-refugjati mill-Isla, Bormla u l-Birgu bit-trakk ghall-Mosta. Guzeppi xierek mieghu lil Karmnu mlaqqam ‘Busidi,’ li kien ihaffer ix-xelters, u bdew dan ix-xoghol flimkien. Kull vjegg kienu jithallsu tieghu lira u hames xelini.


Fil-gwerra anki l-harrub kien jittiekel, u Guzeppi beda jixtri l-harrub m’ghand il-bdiewa u jbieghu sold il-harrubu. Kull regjun ta’ Malta kellu bniedem iqassam (p.441) oggetti tal-merca u ta’ l-ikel bhal zejt, ghagin, dqiq, butir lil tal-hwienet u Guzeppi ndahal ukoll ghat-tqassim ta’ dan biex jinghata lin-nies bir-raxin.


“Kont qieghed inlesti t-trakk biex immur bir-raxin u gie wiehed u qalli, ‘Inti Guzeppi?’ Ghidtlu, ‘Iwa.’ Qalli, ‘Ghandi trakk tal-linja fuq Bormla?’ Kien it-3217. Qalli, ‘Irrid sbatax-il mija.’ Ghidtlu, ‘Naghtik hmistax.’ U kkurdajna ghal sittax-il mija. U kelli xufier u kunduttur fuqu u jahdmuli huma.’


Dan kien il-bidu tal-hidma tieghu fil-qasam tal-karozzi tal-linja. Ftit ftit beda jkabbar in-negozju, jixtri u jbiegh il-karozzi, jirranga, isewwi, u sahansitra kien ukoll rama jibni t-trakkijiet tal-linja. Il-Mosta kien hemm Karmnu z-Zerzur, maghruf mhux ftit u mqabbad sewwa biex jibni l-karozzi tal-linja. Meta zarma, wiehed mil-lavranti tieghu, certu Gelardu, mar mal-Paramount u bdew jibnu l-karozzi tal-linja mieghu. Hi hasra li din is-sengha nqatghet minn Malta!


Karozzi tal-linja(p.441) Ma tistax issemmi tal-linja u ma ssemmix lill-‘Paramount’ tal-Mosta. Guzeppi Grech.

Imma kif qalghuhielu l-Paramount? “Mhux minn dejjem kienu jghiduli hekk tafx,” qalli. "Jiena Guzeppi ta’ Leone kont qabel, ghax missieri kien jismu Leone... imma mbaghad qalghuhieli l-Paramount. Dik kont ghamilt xarabank gdid il-garaxx tieghi, hadimuli lavrant tieghi... kien jaghmel kollox hu, Karmnu Sammut, iz-Zerzur, intelligent hafna u dan it-trakk tant gie sabih! Gie lussuz, bis-saqaf tal-kewba kien... kien fuq Birkirkara. Jien kont insemmi kollox ‘Assumption’ ghall-Madonna.


“Imbaghad kien hemm ir-ragel t’ohti u qalli. ‘Kemm hu sabih dan ix-xarabank!’ U ggennen fuqu! U riedni nbiddillu ismu u naghmillu isem mhux bhall-ohrajn. Qalli dan Zaren, ‘Semmieh Paramount!’ Kien ghadu gej min-New York u kien mimli bil-Paramount tat-tokis. U lili ghogobni u mort ghand Pawlu z-Zebbiegh ta’ (p.442) Hal Tarxien u ghedtlu, ‘Pawl! Ibdillu ismu!’ Qalli, ‘Daz-zgur! Mhux hekk! Ma tafx kemm fih xoghol!’ Ghedtlu, ‘Iwa kemm fih xoghol mela!’ Qalli, ‘Ghodni kif ghamiltu! Ma tarax mhux sa noborxu, ara kemm gie sabih!’ Ghedtlu, ‘Iwa kemm trid biex tibdlu? Kemm fih xoghol?’ Qalli, ‘Fih hames liri xoghol!’ Ghedtlu, ‘Imma issa qalbi tiksirilix! Ha l-hames liri u obrox kollox, u ikteb Paramount! Hekk hi x-xewqa tieghi issa!’ Qalli, 'Iwa jahasra ghax m’ghidtlix qabel... ara x’giex wardiet fih... sa jkilli nobrox kollox nerga!’ Imma hallastu minn qabel u pinga Paramount. U baqeghtli tal-Paramount sal-lum! Dan gara fl-1944.”


In-naggar: Gilormu Deguara


Glormu Deguara naggar mill-Mosta(p.442) Gilormu Deguara beda jongor il-gebel fil-Mosta meta kien zghir, u qatta’ ghomru kollu jongor il-gebel.

Illum wiehed jara bini tiela’ f’radda ta’ salib bil-gebel jew briks jittella’ minn isfel sas-sulari ta’ fuq, u kull gebla titqieghed fuq l-ohra b’heffa li ma titwemminx. Mhux biss, imma l-gebel ckien hafna, u m’ghadekx tara dawk il-kantuni kbar u goffi tal-bierah. Il-kmamar ukoll ckienu u x-xoghol hfief bosta. Gilormu Deguara llum jghodd ‘il fuq minn 85 sena sewwa u qatta’ hajtu jongor il-gebel.


Mill-barrieri l-gebel ma kienx jitqatta’ knaten bil-magni wahda ezatt daqs l-ohra ghal-lest biex jitqeghdu fejn suppost, lanqas kien hawn il-forom tal-konkos li joholqu l-briksa wahda daqs l-ohra. Imma kull gebla kienet titqatta’ fil-barriera bid-daqqiet tal-mazza fuq l-ispnajjar, li kienu bhal imsiemer kbar imdahhlin fi trinek apposta, u mad-daqqiet ritmici jinferaq il-blat u jkollok il-blokki ghac-cnagen. Wiehed jifhem li c-cangun ma kienx ikun il-kantun lest biex jitqieghed f’loku, imma kien ikun jonqsu hafna xoghol biex jigi suret in-nies u kif trid is-sengha. Ghandna hafna u hafna binjiet l-aktar ta’ rziezet u bini ta’ sekli ilu, illi kien isir sewwasew bil-gebel kif maqtugh kbir u goff mill-barrieri u li kien jissewwa kemm kemm biss bl-imtieraq. Imma binjiet ta’ palazzi jew ta’ min jiflah ihallas kienu jsiru b’hafna xoghol tan-naggar.


“Biex tongor gebla trid tkun tal-qatgha,” qalli Gilormu meta ltqajt mieghu. Beda din il-hidma ta’ naggar fil-Mosta meta kien zghir u qatta’ ghomru kollu jongor il-gebel. “Malli jgibulna l-gebel bil-baghal, kont naghzlu. Mhux kull gebla tkun daqs l-ohra, imma trid tillesti l-gebel halli l-bennej jibqa’ ghaddej.”


(p.443) In-naggar kien ihazzez il-gebla u jillesti l-wicc tal-kantun billi jizmarrah bid-daqqiet ta’ l-imterqa u wara jillixxah bir-raxketta u bil-lama.


“In-naha l-ohra tal-wicc,” komplieli Gilormu, “konna nsejhulha l-warrani tal-kantun, waqt li l-maqghad tal-kantun kien fejn iserrah fuq it-tajn ta’ tahtu u fuq kien il-faqqani tal-kantun. U biex intellghu lill-bennej kien xoghol il-manwali, skaluna skaluna jtella’ l-gebla fuq l-ispallejn! Malli jitla’ sular, ikun hemm il-manwal l-iehor u jiehu l-kantun minn fuq l-ispalla ta’ siehbu u jtellghu is-sular li jmiss... Aktar tard dahlu l-magni, bdejna nuzaw il-grabja u l-buzzell biex intellghu l-gebel.”


Gilormu jiftakar li x-xoghol ma kienx bhal-lum, tmien sighat biss, imma mis-sebh sad-dlam. Imma jiftakar ukoll kemm kien jitpaxxa jara xoghol sabih u mirqum, is-sabar u l-attenzjoni li kien ikollu jiehu halli jlesti fl-iqsar zmien possibbli bla ma jkisser fl-ahhar dak li jkun ghamel, kull waqt ikejjel bil-kartabun.


“In-naggar irid ikun jaf mhux biss jaghmel il-posta tax-xoghol tieghu,” qalli, “imma jara li jaqleb il-kantun fuq laqxa biex idawru bla tbatija u fuq ix-xahx biex ma jigrifx il-wicc li jkun hareg. Jien kelli wkoll il-furmaturi ghal-lavur... ara d-dar jiena bnejtha u l-lavur kollu jien ghamiltu...”


Gilormu issa qieghed bi kwietu d-dar jistrieh minn dik it-tbatija ta’ hidma. Naggar kien ikollu jintasab mghawweg tnejn jizmarra u jtektek bl-imterqa jew jirraxka jew idawwar kantun wara kantun, waqt li x-xemx tballat fuq dahru, jew bix-xita tlangas fuqu minkejja l-ilqugh tal-lizar li kien jaghmel. Kienet attivita ohra li zzid taghti dak il-lewn lill-hajja tar-rahal Malti li ftit ftit kiber u sar il-belt li hi l-Mosta llum.


Tal-magni tal-hasil: Guzeppi Vella ‘Il-Mesina’


Guzeppi Vella l-Mesina mill-Mosta kien jirranga l-magni tal-hasil(p.444) Guzeppi Vella, Il-Mesina — li fil-hanut li kellu kien isewwi kull kwalita ta’ magna tal-hasil, u ghalkemm marad meta kiber, baqa’ jhuf mat-toroq tal-Mosta fuq is-siggu tar-roti.

Karattru iehor li jitfa’ dawl fuq diversi xoghlijiet li kienu jsiru fil-Mosta hu Guzeppi Vella mlaqqam ‘il-Mesina.’ Lil Guzeppi l-Mesina hafna zgur jiftakruh idur mal-Mosta b’rasu mohbija taht kappell kbir biex jiskansa kemm xemx qawwija kif ukoll ix-xita niezla, ghaddej bil-mod fuq siggu tar-roti qalb il-karozzi. Lil Guzeppi kont immur narah kemm-il darba l-hanut li kellu fejn kien isewwi l-magni tal-hasil. Kull kwalita ta’ magna kien ikollu ghat-tiswija. Aktar tard, meta refa’ mix-xoghol kien marad, imma ta’ bniedem dejjem attiv, ma ried qatt jaccetta l-gheluq tad-dar. U hekk fittixtu wkoll waqt il-hargiet tieghu mat-toroq tal-Mosta fuq is-siggu tar-roti.


“Ommi mietet fil-gwerra, quddiem l-Oratorju tal-Mosta,” qalli Guzeppi. “Kienet nizlet bomba fuqha u tefghet il-bieb gewwa, u kienu mietu iktar nies, kien hemm wiehed biz-ziemel ukoll u miet... Jien kont sejjer ir-razzett tan-nannu imma mbaghad meta spicca l-errejd mort id-dar u ma sibt lil had, kemm seta’ kelli, (p.444) ghaxar snin... hdax... u qaluli biex immur il-kennierja u mort ma’ huti l-kennierja u kienet mejta... kemm kelli? Tnax-il sena? ... Kellha tqala ta’ seba’ xhur ommi, kien jisimha Evangelista...


“Missieri kien jaghmel it-teatrin l-Oratorju l-Mosta, kien id-direttur tal-kumpanija ta’ l-Oratorju. It-Tarzna kien jahdem fil-Fire Engine, u kien gwardjan. Huh kien Ganni Vella, kien johrog ma’ Mintoff fiz-zmien. Kien joqghod magenb il-kazin ta’ fejn is-City... Imbaghad missieri rega’ zzewweg u gabruna flimkien regghu, u kellu zewgt itfal ohra missieri... imma mbaghad hu miet ukoll... Missieri ghereq Ras Hanzir miskin...”


Lil Guzeppi qtajtu bniedem mghaddab kemm ghad-destin li messu fi ckunitu, u kemm ghax hajtu kellha tkun iebsa mieghu. Meta kellimtu fuq tfulitu ma ried jiftakar f’xejn; xjuh ohrajn li kellimt kienu jiftakru fi tbatija ta’ guh u ta’ xoghol. Imma dan il-bniedem kellu hafna aktar minbarra dawn.


“U ferh tat-tfal!” qalli. "M’intix tara! Lanqas lill-ommi ma naf sewwa... U l-gwerra, u wara l-gwerra mill-ewwel ghax-xoghol. Minn meta kelli tnax-il sena mill-ewwel dahhluni ma’ Rjolo tat-trakkijiet u tal-linja... u qattajt hajti hemmhekk imbaghad... Ghall-ewwel konna nduru mieghu, ma’ l-imghallem, nitghallmu, imbaghad konna tghallimna ntawlu xi chassis, niffitjaw il-magni, insewwu l-magni. Kienu jghidulu t-Tawru. Kien ihallasna... xi hames xelini... kont domt nahdem mieghu xi erbghin sena shah. Xjaht mieghu kont hemmhekk... imma mbaghad marad u kellna nitilqu. La marad hu xi tridu jaghmel miskin?”


“Imbaghad bdejt insewwi l-magni tal-hasil jien. Xi haga trid taghmel hux! Il-karozzi ma ridtx insewwihom aktar imbaghad. Dejjem titkaghabar! Ma ridtx nara karozzi aktar. U bdejt insewwi l-magni tal-hasil... U issa qieghed f’siggu tar-roti...”


Imbaghad hares lejja b’harsa li ma ninsa qatt. U qalli: “Nistenna.”


Il-mastrudaxxa: Gorg Gauci ‘Tal-Gallariji’


(p.445) Gorg Gauci kien mill-Marsa, u fetah hanut ta’ mastrudaxxa l-Mosta meta zzewweg hawn matul il-gwerra. Martu kienet mill-familja ‘Ta’ Reberbra.’


“Ommha,” qalli, “kienet tinzel minn Ta’ Mlit bi xkora haxix fuq rasha, kien fiha bicca ta’ mara daqshiex, ma baqax nies bhalhom dawk illum! Kienet b’sahhitha mhux ftit!”


Is-sengha ta’ mastrudaxxa kien ihobbha sa minn tfulitu Gorg. Quddiem id-dar kien hemm mastrudaxxa jahdem l-aperturi, u kull pass li kien jaghmel, dejjem ghandu! Minn tfulitu beda jaghmel xi mudell ta’ xi karettun jew ta’ xi karozza...


Ukoll fi xjuhitu, meta ma setax jimxi aktar, waqt li zewg bintu Lessju, mastrudaxxa prim u maghruf daqsu, ifassal u jqandel il-kewba u l-fraxxnu u l-gewz, Gorg bil-qeghda wara l-bank tax-xoghol jaghmel mudelli ta’ dghajjes u ta’ frejgati u xwieni kbar, kollha ta’ qies u proporzjon preciz. Xoghol fitt u ta’ sabar kbir. Sewwasew kif ghandu jsir kull xoghol. Gorg dejjem mitluf f’irqaqat u dettalji ta’ mincotti zghar fl-injam biex jaghmel il-majjieri u jingastahom sewwa mal-bqija tal-qafas tax-xini li qed jahdem. Jisserra, idawwar, iqis, ikejjel, jaqta’, jincana u jifli. Is-sengha trid is-sabar, it-tirqim, l-attenzjoni u l-imhabba.


Ta’ sittax-il sena qieghed l-ewwel gallarija f’postha. Id-dar trabba dejjem jahdem il-mudelli tal-knejjes u altari. Fi tfulitu kien ukoll jahdem u jbiegh kaxxi ta’ l-injam b’zewg lasti u zewg roti kull naha, u l-omm ghandha fejn trikkeb lit-tarbija taghha! Dak li llum insejhulu puxcer!


Wara l-gwerra gie jahdem ma’ wiehed mghallem il-Mosta, u meta dan miet. Gorg qataghha li kien wasal il-waqt li jibda ghal rasu. Ghall-ewwel kellu l-hanut lejn is-sorijiet, imbaghad rama band’ohra. Gorg ma kienx jemmen fil-magni u x-xoghol dejjem ghamlu bl-idejn. Imma kellu jimxi maz-zmien, hadem il-magni hu stess u kien ihalli l-lavranti juzawhom. Wiehed mil-lavranti, Lessju - lavrant tajjeb u ghal qalb Gorg hafna - izzewweg lil bintu.


Partijiet tal-gallarija Maltija(p.446) Il-partijiet tal-gallarija Maltija, li hi maghmula minn bicciet mahdumin sewwa fil-hanut. Dawn imbaghad jingastaw ruhhom sewwa b’mod li tintrabat soda mal-hajt u ma tkunx ta’ periklu la ghal min jittawwal minnha u lanqas ghal min ikun ghaddej minn tahtha!
1. Mizieb 2. Torba 3. Gwarnicjun 4. Paracqua 5. Kaxxa 6. Panew 7. Purtelli 8. Gwarnic 9. Guffuni 10. Kwartelli 11. Saljaturi 12. Zukklaturu 13. Kolorin 14. Kucbiena 15. Paranta 16. Stangetti 17. Logg 18. Battent 19. Canfrin 20. L-istatura 21. Mincjott 22. Kaptelli 23. Pumelli

“Imma x-xoghol beda gej u baqa’ gej!” qalli. U tant gie xoghol minn kullimkien li ma waqaf qatt - gallariji, bibien u twieqi ghal kullimkien.


Il-gallarija Maltija tkun maghmula minn bicciet mahdumin sewwa fil-hanut, u meta jittiehdu fuq il-post jintramaw flimkien u kollox jingasta ruhu sewwa b’mod li tintrabat soda mal-hajt u ma tkun ta’ ebda periklu, la ghal min jittawwal minnha u lanqas ghal min ikun ghaddej minn taht ir-rih!


ll-partijiet principali tal-gallarija huma: il-bazi, jew il-kaxxa, li hi l-parti t'isfel tal-gallarija li jkun fiha wkoll il-panewijiet. Fuqha jkun hemm l-istatura li hi l-parti li (p.446) jkun fiha l-purtelli. Imbaghad hemm il-gwarnicun ta’ fuq, jew il-kappell ta’ fuq. Il-kaxxa kienu jimmuntawha isfel u jtellghuha biex tiddahhal f’mincotti fil-hajt u jwahhluha wkoll b’imsiemer kbar. Il-koxxa tal-bieb fejn tehel il-gallarija kienet tissejjah minger. L-istatura kienet timbokka sewwa mal-kaxxa permezz tal-frieket li kienu pilastri twal minn fuq s’isfel. Fuq nett kien imbaghad jehel is-saqaf, jew pjanci taz-zingu jew ta’ l-asbestos.


(p.447) Illum xoghol tas-sengha tal-gallariji naqas sewwa u sar jiswa’ mitqlu deheb. Xoghol mirqum bhalma kien ta’ Gorg, u hatnu Lessju sar rari. U bil-mod biex issib min jaf jahdimlek gallarija! U hasra kbira li hafna Maltin telqu l-gmiel tal-gallarija ta’ l-injam li tant kienu jsebbhu d-dehriet tat-toroq taghna u ntilfu wara l-metall li ma jaqbel xejn mal-laqtiet tradizzjonali li nafu bihom. Xi drabi tajna dehra lid-djar taghna bhalma jaghmlu l-barranin fl-ambjenti taghhom flok irqomna u flok uzajna dawk l-irqaqat li kienu jaghzluna u jaghtuna identita u jaqblu maghna u ma’ ambjent u l-klima taghna. Fi kliem iehor, ippruvajna nikkupjaw lil haddiehor bla ma stajna, li bla ma nistghu, inkunu haddiehor!


Sajjieda u bennejja: Pietru u Leli ‘Tal-Maxxat’


Pietru Sant il-Maxxat mill-Mosta fuq it-tmun tal-luzzu(p.447) Pietru Sant Il-Maxxat fuq it-tmun tal-luzzu flimkien ma’ ibnu Leli fil-Qawra. Dun il-luzzu (St. Peter F 249) kien xtrah Pietru u kien l-ewwel wiehed f’Malta bil-magni. Pietru kien sajjied prim u bennej maghruf.

Il-familja Mostija ta’ Pietru Sant imlaqqam ‘Tal-Maxxat’ huma nies li hargu ta’ rgiel kemm bhala bennejja kif ukoll bhala sajjied. Haga li donnha tidher stramba, ghaliex il-Mosta m’hix qrib il-bahar. Imma gew cirkustanzi u minn sajjieda dilettanti ‘Tal-Maxxat’ saru sajjieda li kellhom il-hila jbiddlu x-xehta tas-sajd ghal-lampuki.


Il-hidma ‘Tal-Maxxat’ hi xhieda tal-kilba tal-bniedem biezel kemm ghax-xoghol kif ukoll ghall-bidla. It-tiftixa ma taqta’ xejn tal-bniedem biex dejjem izid imqar dik in-naqra biex ikun harira ahjar milli kien qabel, ibati anqas u jmur ahjar fir-relazzjoni tieghu mas-socjeta u man-natura bla ma jaghmel hsara, hi kwalita li ghollietu ‘l fuq mill-bhejjem madwaru u ghenitu jibni ftit ftit dinja dejjem ahjar.


Leli Sant il-Maxxat mill-Mosta bennej fix-xitwa(p.448) Leli Sant fuq sit tax-xoghol ta’ kostruzzjoni, jidher jarma x-sheeting ghat travu tal-konkos. Leli kien jahdem ma’ missieru Pietru l-Maxxat bhala bennej fix-xitwa u bhata sajjied fis-sajf.

“Ahna konna tlettax,” qalli Leli meta kellimtu xi snin ilu. “Hamsa hajjin u tmienja mejtin. Niftakarhom imutu whud minnhom. Imma kuljum bit-twiebet ghaddejjin kienu jkunu dak iz-zmien. Missieri kien bennej, kien jaqla’ x’jiekol bil-bini, dejjem jibni kien missieri. U kellu d-delizzju tas-sajd imma. Kien jibni djar shah, il-Mandragg aqta’ kemm bena! Dak il-Monument tal-Gwerra li hemm il-Furjana, hu bnieh hemmhekk. Dak kien mibni band’ohra, imma missieri kien qieghed jibni fejn il-knisja ta’ San Gwann il-Belt, fejn kien imwaqqa’ bil-gwerra. Imma kien mar biex icaqlaq il-Monument tal-Gwerra. Ma kienx hadu b’offerta. Kienet ta’ mitt lira l-offerta u missieri ha x-xoghol disgha u disghin biex ma tohrogx l-offerta! Jien niftakar sewwa ghax kont inkahhal. Il-Monument kienu hattewh minn post iehor, imma x-xoghol tal-gebel kien hadmu missieri Pietru u huh Salvu.”


“Ahna qabel kellna bicca frejgatina, imbaghad frejgatina akbar, imbaghad luzzu kbir! Il-luzzu li kien xtara missieri, Pietru l-Maxxat, kien luzzu kbir sewwa, kellu n-numru F249, u kien jismu ‘St. Peter.’ Kien l-ewwel luzzu bil-magni li kien hawn f’Malta. Ilu xi erbghin sena dan issa! Il-bieb tas-Salina, il-Qawra, wessajnieh xi hames darbiet dejjem inkabbru. Imbaghad kellna l-luzzu u kalajna l-ewwel rimja tal-lampuki fil-grigal. L-ewwel lanqas kienu se jaghtuna! Imma mbaghad fl-ahhar tawna! Imma ma kellna xejn lest! Apparat ma kellna xejn lest! Kemm grejna! Imbaghad iddubbajna ftit tankijiet minghand Cikku ‘Ta’ Bormla’ u ghedna, ‘B’tank biss ma taghmel xejn!’ Imbaghad ghamilna l-qasab u wara l-palm. Hadd ma kien juza palm qabel! Ahna hsibnieha. Kull min ikun magenbna kulhadd bix-xatba, u (p.449) ahna bil-palm! Imma l-palm jirbhilha ghax il-palma tkun mgharrqa taht l-ilma u l-hut, il-fanfri u l-lampuki, isibha ahjar biex imur tahtha.”


Tal-Maxxat mill-Mosta baqghu fis-sengha tas-sajd(p.449) Is-sengha tas-sajjied baqghet fil-familja tal-Maxxat ghax iben Leli, Peter, u huh Stephen, komplew jahdmu bhala sajjieda. Hawn Peter jidher jaghmel il-kannizzati tal-palm ghal-lampuki li kien ivvintahom propju nannuh Pietru.

B’hekk dahal il-palm ghas-sajd tal-lampuki! Leli jiftakar li kienu refghu fil-Lbic u stadu hemm bil-kannizzati godda, u minkejja li kellhom qalbhom maqtugha kulhadd kien jistaghgeb bil-qabdiet kbar li kienu jaghmlu meta jkalaw dawn il-kannizzati bil-weraq tal-palm.


It-tibdil li wettqet il-familja tieghu biex tfittex modi aktar tajbin kif taqbad dik il-huta li l-Maltin tant ihobbu - il-lampuka - hi attivita li lilna bhala Maltin u Ghawdxin taghmlilna gieh mhux ftit. Hu xieraq li z-zghazagh kemm Mostin kif ukoll il-Maltin, ikunu jafu li fil-gens taghhom, hemm bnedmin b’hila kbira fil-qasam taghhom li thabbatha mal-barrani u xi drabi sahansitra tisbqu bil-bosta wkoll. Hi hasra li bnedmin ohrajn ta’ gnus ohrajn li huma akbar minna mhux ftit, jinghataw gieh misthoqq tat-tajjeb li jkunu wettqu, filwaqt li min lilna ghamlilna gieh la naghrfuh, la nqimuh u lanqas niftakruh!


Ta’ kafkaf


Ir-ricerka etnografika li wettaqt dwar drawwiet u snajja’ qodma, urietni l-wirt kbir li qieghed jitbiddel jew jintilef ma’ kull xih u xiha li jmutu, jew jitbiddel ma’ l-ambjent li neqirdu. Mal-moghdija tas-snin ma domtx ma ntbaht li t-taghrif li kien qieghed jirnexxili nakkwista, kien qieghed ikun biss hjiel fuq fuq ta’ dak kollu li wiehed kien jitghallem jaghmel matul hajtu. L-irqaqat li l-haddiem qadim Mosti jkun tghallem matul hajja ta’ snin ta’ xoghol biex jillesti l-imghazel ghall-karetlun, jew biex iferrex il-bsisa fuq il-bejt, jew biex idoqq gewza qoton, ma tistax tifhimhom kollha f’radda ta’ salib. Jien inghid li trid sahansitra hajja shiha biex tifhem u biex tibda thoss kull lewn u kull dell ta’ kull sengha. Lanqas hi haga hafifa (p.450) twassal imqar hjiel lil haddiehor ta’ dak il-ftit li tkun tkixxift dwar il-bniedem bis-sengha jew bix-xoghol tieghu! Madankollu, dehra hafifa hafifa ta’ xi xoghol differenti li kien isir il-Mosta jitfa’ dawl qawwi fuq socjetajiet li llum intemmu ghal kollox.


Wiehed jifhem kemm xoghol u kemm gherf ikun qieghed jintilef meta jigi nieqes bniedem li ghex f’socjeta ohra u li spiccat, u hafna minn dak li jkun jaf ma jkollux l-opportunita jghaddih lil ta’ warajh. L-gherf catt, il-teoriji tal-kotba, u d-dettall tekniku wahidhom ma jfissru xejn. Wiehed irid izid l-emozzjonijiet, id-drawwiet u t-twemmin marbut mas-sengha. It-tahdit, l-idjoma, id-djalett, il-mossi, l-espressjoni, il-harsa tal-wicc. ‘Bin is-sengha ghandu nofsha,’ jghid il-Malti. Kollox bil-hin u bis-sabar. Is-sigriet kien ix-xoghol sewwa u bir-reqqa. Mhux il-hatfa u s-suq ha mmorru, jew il-kollox jghaddi. Imma l-imhabba. Is-sabar. Mhux il-flus biss.


Illum kollox produzzjoni tal-massa, bla ebda emozzjoni, bla ebda kburija fl-ghemil tal-bniedem. It-tektika mghaggla ta’ l-arlogg tal-fabbrika, jew id-dehra ta’ djar kbar u sbieh, jew l-oqsma tad-djar madwarna li jiffurmaw il-Mosta tal-lum flok it-toroq dojoq tal-Mosta qadima bil-karettuni mhux bilfors tfisser tektika ta’ mixja ‘l quddiem f’kull sens. Il-hwienet kbar u xinxilli u sbieh u moderni li wiehed jara llum b’haddiema moderni go fihom flok in-nitfa ta’ hanut, mhux bilfors hi mixja ‘l quddiem f’kollox. L-ghagla u n-nuqqas ta’ sabar fil-hajja tal-lum mhux bilfors jissarrfu fl-istess tektika mghaggla fl-arlogg ta’ l-izvilupp kulturali taghna l-Maltin. Lanqas fil-Mosta.


Dawn li ktibt fuqhom inqishom ftit fost il-hafna eroj tas-socjeta Maltija kif dehret fl-imghoddi fil-Mosta. Huma kienu n-nies komuni fit-triq matul is-snin u mexxew ‘il quddiem lis-socjeta taghna. Kien hemm hafna ohrajn li gew u marru bla ma nafu biss l-icken tifkira taghhom, imma li xorta wahda bil-hidma taghhom il-hajja ghaddiet minn generazzjoni ghal ohra sewwasew kif se tibqa’ taghmel ‘il quddiem. Qieghed niftakar bhalissa f’ohrajn aktar maghrufin, fosthom l-iskarpan Pacik Bonnici ‘ic-Cic,’ il-kuntrattur Piju Vassallo, Pietru l-Maxxat, sajjied gwapp li vvinta l-mod tas-sajd bil-kannizzati tal-palm ghal-lampuki u f’tant ohrajn. Il-Maltin tal-gejjieni lanqas wicchom m’ahna sa naraw ghax inkunu ghamilnielhom il-wisgha, imam jkunu Maltin daqsna. Jalla jkunu jhobbu lill-Arthom daqs kemm inhobbuha ahna u aktar minna wkoll! U fuq kollox jalla jkollhom hila jiehdu hsiebha aktar milli gharafna naghmlu dan ahna.


Ghejjun ta’ taghrif

  • Ghadd ta’ tahditiet ma’ karattri Mostin matul is-snin.
  • Snajja’ u Xoghol il-Maltin, (Vol. I u Vol. 2) ta’ Paul P Borg.
  • Nismaghhem Jghidu, (Vol. I u Vol. 2) ta’ Paul P. Borg.



Kapitli ohra mill-ktieb

  1. Introduzzjoni
  2. Il-Parrocca fi hdan il-Knisja Kattolika Universali
  3. L-Isqof Tumas Gargallo
  4. Il-Kappillani u l-Arciprieti li kellha l-Parrocca tal-Mosta
  5. Il-Mosta - 400 sena Parrocca
  6. Dun Felic Calleja (1748-1833)
  7. Zvilupp tad-Devozzjoni jew Kult lejn il-Passjoni ta’ Sidna Gesu Kristu fil-parrocca tal-Mosta
  8. Pitturi fir-Rotunda tal-Mosta
  9. Min huma L-Mostin?
  10. ‘Il-Musta’ ssir ‘Mosta’
  11. Il-Mosta fil-Kamra tad-Deputati
  12. Il-Gvern Lokali fil-Mosta
  13. Ir-rabta tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard mal-Parrocca Tal-Mosta
  14. Aspett u Impenn Pulizjesk Mosti
  15. Eroj Socjali: Xi Mostin ta’ l-Imghoddi u Hidmiethom
  16. Minghand l-Ghaqdiet Mostin
  17. Immagini Mostin