Il-Mosta: Grajjietha u niesha
Frans Deguara, editur
Pubblikazzjoni tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard Mosta f'gheluq l-400 sena (1608-2008) bhala Parrocca.
Dan il-ktieb interessantissimu jinxtara mill-Kazin Nicolo Isouard. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.
Il-Mosta - 400 sena Parrocca
Xi grajjiet liturgici mzewqin b’noti storici li sehhew matul dawn l-erba’ sekli
Mons. Bartolomeo Bezzina (Arcipriet tal-Mosta bejn l-1960 u l-1981)
(p.43) Nibdew biex nistaqsu: X’inhi Parrocca? Il-Katekizmu tal-Knisja Kattolika jaghtina din id-definizzjoni: Il-Parrocca hi b‘mod stabbli fi Knisja partikulari, u fiha l-kura pastorali hi fdata bhala raghaj propju taghha, taht l-awtorita ta’ l-Isqof djocesan. Hi l-post fejn l-insara kollha jistghu jingabru ghac-celebrazzjoniji ta’ l-Ewkaristija f’jumm il-Hadd. Il-parrocca ddahhal il-poplu nisrani fic-celebrazzjoni ordinarja tal-hajja liturgika taghha, tigbru ghal din ic-celebrazzjoni, tghallmu d-duttrina tas-salvazzjoni ta’ Kristu; taghti xhieda ta’ l-imhabba ta’ Kristu b’ghemejjel tajba u ta’ mhabba bejn l-ahwa.
Minn din id-definizzjoni johorgu tliet elementi principali li tajjeb nirriflettu fuqhom:
- il-membri li jiffurmaw il-komunita parrokkjali huma l-insara kollha tal-post, migburin taht il-kappillan, li bl-awtorita u taht id-decizjoni ta’ l-Isqof jiehu li jghallimhom dak kollu li huwa mehtieg ghas-salvazzjoni. Kull komunita nisranija ghandha d-dmir b’mandat dirett ta’ Kristu l-Imghallem taghha, li xxandar l-Ahbar it-Tajba billi taghti x-xhieda tat-twemmin taghha li Kristu qam mill-mewt u qieghed fostna;
- Gesu kien jaf li mhux facli taghti xhieda tieghu. Ried jaghtina l-ghajnuna. Din l-ghajnuna nsibuha principalment fic-celebrazzjoni tal-misteri qaddisa u b’mod partikolari fl-Ewkaristija. U l-komunita parrokkjali ghandha dan l-iskop ghaliex hija parti mill-Poplu t’Alla, il-gemgha liturgika migbura fil-Gisem Mistiku ta’ Kristu li hija mezz ta’ salvazzjoni u ta’ qdusija taghna u li taghha ahna lkoll niffurmaw parti minhabba l-Maghmudija taghna;
- fl-ahharnett il-parrocca sservi ta’ mezz ta’ taghlim tad-duttrina li twassal ghas-salvazzjoni u ta’ ghaqda bejn l-ahwa. Bhala komunita parrokkjali ahna fid-dmir li nitghallmu l-verita li Kristu rrivelalna dwar il-Missier, dwar l-Iben t’Alla u dwar l-Ispirtu s-Santu.
(p.44) Il-komunita parrokkjali hija fid-dmir mhux biss li titghallem u taghraf sewwa x’inhu dak li jwassalha ghas-salvazzjoni, izda wkoll li tipprova tghix lil-prattika dawn il-veritajiet.
1. Meta l-Mosta saret Parrocca
Wara li rajna sewwa x’inhi parrocca skond it-taghlim tal-Knisja Kattolika, issa nghaddu biex naraw meta saret parrocca l-Mosta.
Il-Mosta kienet ilha maghquda man-Naxxar ghal 172 sena, meta fl-1608 l-Isqof Tumas Gargallo gie jaghmel zjara pastorali u fil-ktieb taz-zjajjar kien hemm miktub: “Firda tal-Mosta mill-Parrocca tan-Naxxar - 16 ta’ Settembru 1608.” Imma l-kappillan tan-Naxxar baqa’ jinsisti li d-drittijiet ewlenin ma jmisshomlu hadd dment li jibqa’ haj. Fil-fatt il-Wisq Reverendu Dun Giljan Borg miet fl-14 ta’ Lulju, 1610. Filwaqt li n-Naxxar kien ghadu minghajr kappillan, in-nies tal-Mosta hasbu li ahjar ifakkru lill-Isqof fid-digriet ta’ sentejn ilu biex il-Mosta tigi mifruda min-Naxxar.
L-Isqof laqgha t-talba taghhom billi ordna li tigi mnizzla fl-atti ta’ l-ahhar zjara ta’ l-imsemmi rahal tal-Mosta - (moghti mill-Palazz taghna tal-Belt Valletta, fis-27 ta Lulju 1610, Tomasu, Isqof ta’ Malta).
(p.45) Il-Mostin kienu jiltaqghu fil-Knisja ta’ l-Assunzjoni, li meta zarha l-Isqof Dusina bhala Delegat tal-Papa Girgor XIII u Inkwizitur sejhilha ‘Knisja Parrokkjali,’ sejhilha ‘parrocchiali’ mhux ghax kienet Parrocca izda ghax dik il-knisja l-qadima kienet sabiha, wiesgha u xierqa bizzejjed u ghandha artal, qiegha (l-art iccangata bic-cangatura u bibien ta’ l-ghuda.
Fl-10 ta’ Novembru 1610, l-istess Isqof hatar lil Dun Gwann Bezzina bhala l-ewwel kappillan tal-Mosta wara li kien ilu 20 sena Vici-kappillan tal-parrocca tan-Naxxar.
2. Knisja akbar u isbah
Issa li l-Mostin infirdu min-Naxxar bdew jahsbu biex ikollhom knisja isbah u ikbar. Huma hallew f’idejn arkitett inginier Tomasu Dingli biex jiehu hsieb tax-xoghol tal-knisja l-gdida.
Skond manuskritti qodma, ix-xoghol tal-knisja l-gdida tlesta fl-1619. Forsi l-ikbar u l-eghzez festa liturgika fil-Mosta fis-seklu tmintax kienet il-konsagrazzjoni tal-knisja l-gdida wara li kienet ilha 155 sena li tlestiet mill-bini. Veru li l-knisja kienet imbierka u l-hitan taghha mraxxin bl-ilma mbierek, imma l-konsagrazzjoni ssir biz-zejt imqaddes mill-Isqof li jitla’ jikkonsagra dawk is-slabeb li jistghu jkunu tnax jew anqas u l-post isir post imqaddes iddedikat ghall-uzu esklussiv lil Alla.
Il-konsagrazzjoni saret mill-Isqof Gwann Pellerano fis-7 ta’ April 1774, u bhala tifkira ta’ din il-festa giet imqieghda fil-faccata tal-knisja lapida kbira u sabiha ta’ l-irham. F’din il-lapida kien hemm l-arma ta’ l-Isqof Pellerano maghquda f’wahda ma’ dik tal-Granmastru Pinto, li fi zmienu, Pellerano kien maghzul Isqof, u li llum tinsab fil-kuridur ta’ bejn iz-zewg sagristiji. Il-konsagrazzjoni saret fi zmien il-parrokat tal-kappillan Dun Salv Saver Bonnici li bit-thabrik tieghu ngieb il-fdal tal-gisem ta San Pacifiku Martri.
3. Il-Bini tar-Rotunda u l-Konsagrazzjoni taghha
(p.46) Billi l-popolazzjoni tal-Mosta kibret u lahqet kwazi t-3000 ruh inhass il-bzonn li tinbena knisja gdida u akbar.
a) Nota fuq il-bini taghha
Wara li ntrebhu d-diffikultajiet tal-bidu dwar il-ghazla tal-pjanta u l-post fejn kellha tinbena, intghazlet il-pjanta ta’ l-arkitett inginier George Grognet de Vasse, forma tonda li tant kienet ghal qalb il-kappillan Dun Felic Calleja li miet fl-20 ta’ Frar 1833, fl-eta ta’ 82 sena bla ma kellu x-xorti li jara t-tqeghid ta’ l-ewwel gebla li sar fl-30 ta’ Mejju 1833. Fil-bidu tal-Parrokat tal-kappillan Dun Ganmari Schembri li ghal 26 sena hadem kemm felah biex jinbena dan it-tempju, izda miet fit-28 ta’ Settembru 1859, fl-eta ta’ 60 sena ftit xhur qabel ma ghalqu koppla.
Il-koppla kienet maghluqa fil-bidu ta’ l-1860 fi zmien il-kappillan Dun Anton Mallia minn Birkirkara fis-16 ta’ Frar 1860, wara li huwa kien ha l-pussess fl-24 ta’ Ottubru 1859. Malajr giet imnehhija l-knisja l-qadima u tbierket il-gdida nhar il-Hamis, 16 ta’ Frar 1860, mill-kappillan Dun Anton Mallia u tqaddset l-ewwel quddiesa fuq l-artal tal-kor mill-Mons. Mikelang Mifsud.
Fil-1 ta’ Marzu, fit-tlieta ta’ wara nofsinhar, wasal il-Mosta l-Isqof Fra Gejtanu Pace Forno li gie milqugh mill-kappillan u l-kleru u dahal fir-Rotunda fost il-ferh (p.48) kbir tal-Mostin, u ntona l-innu ta’ ringrazzjament – it-Te Deum – bhala radd ta’ hajr lil Alla u lil Vergni Marija talli tlesta dak it-tempju meraviljuz wara 27 sena xoghol.
Fl-1889 inbniet il-lanterna fi zmien l-Arcipriet Dun Pawl Xuereb, u fiz-zmien li jien kont Arcipriet inbena l-frontispizju fuq in-naha ta’ wara tal-knisja fl-1968 mill-Kumpanija Gatt Brothers tal-Mosta.
b) Taghrif fuq il-konsagrazzjoni tat-tempju
(p.49) Il-frontispizju tar-Rotunda fuq in-naha ta’ wara li nbena fl-1968 fi zmien l-Arcipriet Dun Bartilmew Bezzina
Fil-ktieb ta’ l-Ezodu (kapitlu 19) insibu r-rakkont tal-Patt tas-Sinaj. Naraw kif Alla beda jghix mal-Poplu fit-tinda tal-laqgha u kif l-Arka tal-Patt kienet is-sinjal ghall-poplu li Alla kien jinsab f’nofshom (Ez. 25:8-23).
Aktar tard fiz-zmien is-sultan Salamun, bena t-Tempju f’Gerusalemm u l-glorja t’Alla dehret fih (1 Slaten 8:11). Kif jghid is-salm 122 (121) go dan it-Tempju kienu jitilghu t-tribu tal-Mulej, skond il-ligi ta’ Izrael ifahhru isem il-Mulej. Ghal-Lhud it-Tempju kien post per eccellenza tal-prezenza t’Alla fost il-bnedmin (1 Slaten 8:11).
(p.49) It-Tempju ta’ Salamun gie mgarraf minn Nebukadnessar u l-poplu ta’ Izrael gie mkaxkar fl-ezilju f’Babel. Dak iz-zmien ta’ l-ezilju (xi 70 sena) kien zmien ta’ riflessjoni ghall-poplu Lhudi u permezz tal-Profeti hareg hsieb gdid dwar it-Tempju t’Alla (Ezekjel 43:7). Wara l-ezilju, il-Lhud li regghu lura f’pajjizhom, fi zmien il-gvernatur Zorababel, bdew jibnu mill-gdid it-Tempju, imma wara r-riflessjoni li ghamlu l-Lhud dwar it-Tempju, l-idea ta’ tempju kienet tmur lilhinn mit-tempju tal-gebel. Forsi din kienet xi haga tqila ghal-Lhud biex jifhmuha.
Imma Gesu fid-djalogu li kellu mal-mara Samaritana hdejn il-bir ta’ Gakobb, fissrilha tajjeb dwar din il-verita, meta qalilha: “Tigi siegha u issa hi, meta dawk li tassew jaduraw, jibdew jaduraw lill-Missier fl-ispirtu u l-verita” (Gwanni 4:23). Gesu qalilha car li l-adorazzjoni lill-Alla la hemm ghalfejn issir fuq il-muntanja Garizim u lanqas f’Gerusalemm imma bl-ispirtu u l-verita.
Minkejja dan kollu, l-insara tal-bidu hassew il-htiega li l-post tal-laqgha tal-gemgha jkun imqaddes ghal Alla. San Ambrog, fl-ittra lill-ohtu Marcellina, jghidilha li d-dedikazzjoni tal-knisja hi drawwa qadima u mxerrda ma’ kullimkien. San Girgor Nazjanzenu fl-omelija tieghu fl-okkazjoni tad-dedikazzjoni tal-knisja gdida jghid li hi ligi antika u mill-aqwa li l-knejjes jigu ddedikati lil Alla. Ewsebju, Isqof ta’ Cesareja jidddeskrivi l-festi l-kbar li saru f’Tiru f’Gerusalemm dwar id-dedikazzjoni (p.50) tal-knejjes godda li bnew wara l-paci ta’ Konstantinu. Ewsebju, fil-klieb dwar il-hajja ta’ l-Imperatur Konstantinu jghidilna li meta ntemm il-bini tal-bazilka li telghet fuq il-qabar ta’ Kristu, l-lmperatur stieden lill-Isqfijiet kollha li kienu migburin f’Tir biex jitilghu Gerusalemm ghall-konsagrazzjoni ta’ din il-knisja.
c) Ir-Rit tal-Konsagrazzjoni tar-Rotunda
Kif smajna mill-Ktieb ta’ l-Ezodu u mill-Ewwel Ktieb tas-Slaten, kienet ir-rieda t’Alla li titwaqqaf it-tinda tal-laqgha fid-dezert u jinbena t-tempju tal-gebel bhala ghamajjar tal-prezenza tieghu fost il-poplu tieghu. Kienet ukoll ir-rieda t’Alla li l-imqades tieghu jigu kkonsagrati.
Halli nghaddu issa ghall-konsagrazzjoni tat-Tempju taghna. Il-Kappillan Dun Anton Mallia, il-Kleru u l-poplu tal-Mosta ghamlu talba lill-Isqof Gejtanu Pace Forno biex joghgbu jikkonsagra b’riti solenni t-tempju l-gdid tal-Mosta wara 11-il sena li kien ilu mbierek.
L-Isqof Pace Forno laqa’ bil-qalb it-talba tal-Kappillan Mallia u hareg digriet biex il-Knisja tigi kkonsagrata fil-15 t’Ottubru 1871. Fl-istess digriet, l-Isqof ordna li fl-14 t’Ottubru, lejlet il-konsagrazzjoni, ikun jum ta’ sawm ghan-nies tal-Mosta bhala thejjija xierqa ghall-festa tal-konsagrazzjoni.
Meta wasal il-jum ta’ l-14 t’Ottubru, il-Kappillan Mallia hejja s-sagristija - fejn hemm l-artal ta’ Santa Filomena - biex fiha ssir il-vgili solenni, lejla ta’ sahra. Fuq l-artal tas-sagristija gew esposti r-relikwi tal-qaddisin martri Fabjan, Sebastjan, Kozma u Damjan, li l-ghada kienu ser jitpoggew fil-qabar ta’ l-artal ewlieni tal-knisja.
Tard fl-ghaxija, bdiet is-sahra solenni bil-kant ta’ l-Ufficcju tal-Qari u l-Tifhir ta’ Sbieh il-Jum, mehudin mill-Festa tal-Qaddisin Martri. Imbaghad, il-Kleru, (p.51) qassis, qassis, kompla l-funzjonijiet tar-riti mqaddsa matul il-lejl kollu sa l-ghada fil-ghodu, quddiem ir-Relikwi tal-Martri.
Fegget l-ghodwa tal-15 t’Ottubru, meta kmieni, f’karozzella migbuda minn erba’ zwiemel, wasal l-Isqof Gejtanu Pace Forno msieheb minn zewg Kanonci tal-Katidral u mic-Cerimonjier, dahal fir-Rotunda u mar fis-sagristija fejn kien hemm ir-Relikwi tal-Martri maghluqin f’kaxxa zghira ta’ l-istann, issigillata - libes l-ilbies liturgiku u hejja ruhu biex jibda c-cerimonja twila u solenni.
(p.50) San Fabjan Papa u San Sebastjan martri
Bdiet processjoni mis-sagristija ghal quddiem il-bieb ewlieni tal-knisja, bir-Relikwi tal-Martri merfugha mis-sacerdoti. Il-Kleru rrecta s-Salmi Penitenzjali u t-talb l-iehor kollu kif preskritt fil-Pontifikal Ruman. Quddiem il-bieb ewlieni tal-knisja, l-Isqof ghamel diskors ta’ l-okkazjoni.
Wara d-diskors, l-Isqof habbat bil-baklu li kien izomm f’idu, fuq il-bieb tal-Knisja li kien maghluq u qal: “Infethu intom bibien ta’ dejjem halli jidhol is-Sultan tal-Glorja.” Id-Djaknu, minn gewwa l-knisja, staqsa: “Min hu dan is-Sultan tal-Glorja?” L-Isqof wiegeb: “Il-Mulej hu s-Sultan tal-Glorja,” il-bieb infetah u l-processjoni dahlet gewwa l-knisja.
L-Isqof, kif dahal fil-knisja, nizel gharkubbtejh quddiem l-artal waqt li l-Kor kanta l-Litanija tal-Qaddisin kollha. Fl-art, fil-knisja, saru zewg faxex ta’ l-irmied, forma ta’ salib ta’ Sant’ Andrija, minn tarf ghall-iehor tal-knisja u l-Isqof bil-baklu, kiteb l-ittri ta’ l-alfabet latin u ta’ l-alfabett grieg, waqt li l-Kor kanta l-Kantiku ta’ Zakkarija: “Imbierek il-Mulej Alla ta’ Izrael.”
(p.52) Thejja l-ilma ghat-tberik ta’ l-artal u l-knisja - ilma li kien issejjah ‘Ilma Gregorjan’ - li huwa tahlita ta’ ilma, melh, irmied u inbid. B’dan l-ilma, l-Isqof l-ewwel ghamel sinjal tas-salib fl-erba’ rkejjen ta’ l-artal u wara dar 7 darbiet madwar l-artal iroxx bl-ilma mbierek il-wicc u l-gnub ta’ l-artal. Wara li raxx il-hitan tal-knisja minn gewwa, rega’ raxx bl-ilma mbierek il-wicc u l-gnub ta’ l-artal. Imbaghad waqt li l-Isqof kien qed ibierek il-paviment tal-knisja, l-ewwel it-tul u wara l-wisgha tieghu, xi qassisin kienu jroxxu bl-ilma mbierek il-hitan tal-knisja minn barra. Wara li l-artal kien imbierek, l-Isqof qieghed fil-qabar tieghu r-Relikwi tal-Qaddisin Martri. Dak il-qabar kien hofra fil-mejda ta’ l-artal mghottija b’ghatu zghir ta’ l-irham.
Il-konsagrazzjoni ta’ l-artal saret billi l-Isqof ghamel hames sinjali tas-salib fuq l-artal. Salib fin-nofs u erbgha ohra fl-irkejjen tieghu, imbaghad dilek il-wicc kollu ta’ l-artal ghal tliet darbiet - darbtejn biz-zejt imbierek u darba biz-zejt tal-Grizma. Waqt dan id-dlik, sacerdot kien jincensa l-artal u fl-ahhar incensah l-Isqof stess.
L-artal jindilek biz-zejt tal-Grizma biex isir simbolu ta’ Kristu li hu fuq kulhadd u jissejjah tassew “Il-Midluk,” ghax Alla l-Missier dilku bl-Ispirtu s-Santu u ghamlu l-Qassis il-Kbir biex joffri s-sagrificcju ta’ hajtu fuq l-artal ta’ gismu ghas-salvazzjoni ta’ kulhadd.
Wara l-konsagrazzjoni ta’ l-artal, l-Isqof ikkonsagra l-knisja billi dilek biz-zejt tal-Grizma t-12-il salib ta’ l-irham li hemm mal-hitan taghha. Id-dlik tal-knisja jfisser li ser tkun ddedikata kollha kemm hi ghall-kult nisrani. Id-dlik tat-12-il salib ifisser li l-knisja hija xhieda tal-belt qaddisa, Gerusalemm tas-sema.
Il-konsagrazzjoni ta’ l-artal ghalqet bil-hruq ta’ l-incens fuq il-postijiet fejn qabel l-Isqof kien ghamel il-hames slaleb biz-zejt fuq l-artal. L-incens jinharaq fuq l-artal biex ifisser li s-sagrificcju ta’ Kristu jitla’ quddiem Alla b’riha li tfuh u biex juri wkoll li t-talb tal-fidili hu milqugh quddiem Alla u jtaffi l-korla tieghu.
Wara li l-artal kien mimsuh tajjeb miz-zejt li bih kien midluk, gie mlibbes bit-triehi u mhejji b’dak kollu li hu mehtieg ghall-quddiesa. Il-vestizzjoni ta’ l-artal bit-triehi tfisser li l-artal nisrani hu Artal tas-Sagrificcju Ewkaristiku u l-Mejda tal-Mulej li madwarha jingabru s-sacerdoti u l-fidili biex bl-istess ghemil wiehed jaqdu dmirijiet differenti.
(p.53) Huma jiccelebraw t-tifkira tal-mewt u l-qawmien ta’ Kristu ghall-hajja u jieklu l-ikla tal-Mulej. Ghalhekk l-artal jithejja bhala mejda ghal ikla sagrificcjali u jizzejjen ghall-festa. B’hekk jidher car li l-artal hu l-Mejda tal-Mulej li ghaliha jersqu ferhana l-fidili kollha biex jitmantnu bl-ikel tas-sema, bil-Gisem u d-Demm tal-Mulej.
Il-mixghela ta’ l-artal issir wara l-mixghela tal-knisja, biex turina li Kristu hu d-dawl li jdawwal il-gnus, li bid-dija tieghu tiddi l-knisja u permezz taghha tiddi l-familja kollha tal-bnedmin. L-Isqof imbaghad iccelebra l-quddiesa li hija l-qofol tar-rit tal-Konsagrazzjoni.
Hekk ghalqet dik ic-celebrazzjoni solenni tal-Konsagrazzjoni tar-Rotunda tal-Mosta u ta’ l-artal ewlieni taghha - konsagrazzjoni li biha t-Tempju Monumentali tal-Mosta gie ddedikat ghal dejjem lill-Alla b’qima lill-Vergni Omm Alla Mtellgha s-sema bir-ruh u l-gisem.
Ma rridx naghlaq bla ma nsemmi li dakinhar tal-Konsagrazzjoni, izzanznet ukoll “il-Banda tal-Mosta’ - li llum hija s-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard - billi fl-ghaxija esegwiet programm muzikali biex tkompli tferrah il-qalb tal-Mostin diga mfawwra bil-ferh ghal dak li esperimentat matul il-jum tal-15 t’Ottubru - jum memorabbli li jibqa’ miktub bl-ittri tad-deheb fl-istorja tal-Mosta.
4. Il-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali fl-1913
Kienu diga saru 23 Kungress Ewkaristiku Internazzjonali iehor f’diversi bliet ta’ pajjizi kbar fid-dinja. Wiehed jista’ jistaqsi: kif intghazlet Malta, pajjiz hekk zghir biex fiha jsir l-24 Kungress Internazzjonali? Ghandna twegiba tajba ghal din il-mistoqsija.
F’Dicembru ta’ l-1911 f’Ruma kien sar Koncistorju mill-Papa Piju X li fih l-Arcisqof ta’ Westminster Francis Bourne kien gie maghzul Kardinal. Fi triqtu lejn Londra, ghadda Malta u kull fejn mar kien moghti merhba kbira. Kommoss minn din il-hbiberija tal-Maltin, kif ukoll mill-knejjes sbieh li ra f’Malta, issuggerixxa li l-XXIV Kungress Internazzjonali li jmissu jsir, isir f’Malta.
(p.54) Huwa wieghed lill-Arcisqof ta’ Malta, Mons. Pietru Pace, li ser jissuggerixxi lill-Kumitat Permanenti li jorganizza dawn il-Kungressi, biex il-Kungress li jmiss isir Malta.
Il-Kardinal Bourne zamm kelmtu u ressaq it-talba tieghu biex l-XXIV Ewkaristiku jsir Malta. Inqalghu hafna diffikultajiet bhalma huma n-nuqqas ta’ lukandi, ta’ mezzi tat-trasport u fuq kollox li Malta ma kinitx f’post centrali li jintlahaq mill-kungressisti. Wara l-istudju bir-reqqa li ghamel il-Kumitat Permanenti, warrab id-diffikultajiet kollha li nqalghu u lejn it-tmiem it-23 Kungress Internazzjonali li nzamm li Vjenna fil-21 ta’ Settembru 1912, thabbar ufficjalment li l-XXIV Kungress Internazzjonali li jmiss se jsir f’Malta mit-23 sas-27 t’April 1913. Il-poplu ta’ Malta xeghel bil-ferh ghal din l-ahbar u l-Arcisqof Pietru Pace, li issa kellu mat-80 sena, waqqaf kumitat nazzjonali biex jorganizza dan il-kungress. Kien kumitat ta’ 300 ruh, li wara qasmu f’sotto kumitati responsabbli mid-diversi attivitajiet li kellhom isiru. Imma r-ruh ta’ din il-hidma kollha kien l-Isqof Awziljarju ta’ Malta, id-Dumnikan Mons. Angelo Portelli 0.P.
Problema li nqalghet kienet dwar il-post tal-Kungress. Issemmiet il-bitha l-kbira tal-loghob tal-Kullegg San Alwigi ta’ Birkirkara, imma kienu mehtiega hafna spejjez biex isaqqfu bitha bhal dik. Imbaghad isemmgha l-Istitut tas-Salezjani ta’ Tas-Sliema, li twarrab ukoll. Kien hemm xi hadd li semma’ r-Rotunda tal-Mosta, izda tqanqlu wkoll xi oggezzjonijiet. Fl-ahhar, fil-laqgha tal-Kumitat generali ta’ l-24 ta’ Frar 1913 giet maghzula r-Rotunda biex fiha jsir il-Kungress.
Kulhadd ferah b’din ghazla, imma l-ikbar ferh kien dak tal-Mostin li raw x’gieh kbir u rari kien gej ghall-knisja (p.55) u r-rahal taghhom. Imbaghad twaqqaf kumitat ta’ nies mill-Mosta biex jiehdu hsieb jarmaw u jzarmaw il-knisja u r-rahal taghhom biex ikunu xierqa li jilqghu dawk il-kungressisti kollha Maltin u barranin li kienu se jattendu dik il-festa ghaziza. F’dan ir-rakkont se jissemmgha mill-grajja tal-Kungress dak li ghandu x’jaqsam mal-Mostin biss.
Wasal fl-ahhar il-jum tant mixtieq u mistenni ta’ l-Erbgha, 23 t’April 1913, meta l-Mosta kienet lesta biex tilqa’ l-Legat tal-Papa - il-Kardinal Domenico Ferrata - u l-Kungressisti l-ohra kollha, li kien wasal Malta fit-22 t’April fuq HMS Hussar.
It-triq ta’ quddiem il-Knisja kienet imsaqqfa b’festuni, bandieri tal-gnus kollha, armi u kitba fuq l-Ewkaristija, kollox fuq stil li kien gdid ghal Malta. L-istess tizjin sebbah il-pjazza ta’ quddiem il-knisja. Ma’ dan inzidu kif kienu mzejna l-bjut bil-bandieri u djar imzejna b’damask mal-galleriji, fjuri, kitba u simboli ta’ l-Ewkaristija.
Il-knisja kienet imzejna minn barra u minn gewwa u kienet lesta biex tilqa’ kif jixraq il-Legat u l-Kungressisti l-ohra. Kmieni wara nofsinhar bdew jaslu n-nies biex jaraw il-bidu solenni tal-Kungress. Bdew jaslu wkoll il-kungressisti minn kull klassi tal-kleru u sekulari Maltin u barranin.
Ghall-habta tat-tlieta u nofs dehret il-karozella migbuda minn erbat izwiemel li fiha kien il-Legat tal-Papa l-Kardinal Domenico Ferrata, li kien milqugh bl-akbar entuzjazmu, ghajjat ta’ ferh, capcip u bi fjuri nezlin minn fuq il-bjut u l-galleriji, bid-daqq ta’ l-Innu tal-Papa mill-Banda Nicolo Isouard tal-Mosta, bid-daqq ferriehi tal-qniepen.
Il-Kardinal Legat tal-Papa zar l-ewwel l-Arcipriet Dun Pawl Mallia, fejn migburin ghandu kien hemm il-Kardinal Nava u l-Kardinal Leraldi, kif ukoll hafna Isqfijiet u l-Kumitat tal-Mosta.
Mid-dar tal-kappillan, il-Legat hareg taht il-baldakkin sabih tal-Mosta flimkien ma’ l-Isqfijiet u l-Kumitat tal-Mosta ghall-knisja Rotunda. Minn fuq it-tarag taz-zuntier tal-knisja gew milqugha mill-Isqof Angelo Portelli O.P., Awziljarju ta’ Malta u mill-Kumitat Ezekuttiv. Malli dahlu l-knisja, il-kongressisti li kien hemm jistennew, qamu lkoll bil-wieqfa. Fuq il-presbiterju, in-naha ta’ (p.56) fejn qabel konna nsejhulu ‘n-naha ta’ l-Epistola’ kien hemm postijiet ghall-Isqfijiet u n-naha l-ohra (tal-vangelu) ghall-Kumitat Permanenti tal-Kungressi Ewkaristici. F’dan il-genb tal-vangelu kien hemm tribuna ghal dawk li kellhom jitkellmu, filwaqt li l-Kardinali kellhom il-pultruni homor fuq it-tarag ta’ l-artal maggur.
Mhux se nsemmi x’kienu d-diskorsi sbieh li saru, imma se nsemmi xi whud mill-oraturi li tkellmu.
Fl-ewwel laqgha tat-23 t’April insibu li:
- Mons. Thomas Heylen, President tal-Kumitat Kungressi, jiftah il-Kungress u kiteb telegramm lill-Papa;
- Mons. Pawlu Gauci, Segretarju tal-Kungress ta’ Malta;
- Il-Kardinal Domenico Ferrata, Legat tal-Papa;
- Mons. Pietru Pace, Isqof ta’ Malta;
- Mons. Angelo Portelli, Isqof Awziljarju ta’ Malta/li>
Fit-tieni laqgha ta’ l-24 t’April tkellmu:
- Mons. Thomas Heylen, President tal-Kungressi;
- Mons. Luigi Farrugia;
- Profs. Anastasju Cuschieri O.C.
Fit-tielet laqgha tal-25 t’April tkellmu:
- Mons. Thomas Heylen, President tal-Kungressi u qara t-twegiba tal-Papa;
- Il-Kardinal Francis Bourne, Primat ta’ l-Ingilterra;
- It-Tabib Gianfelice Inglott.
Fir-raba’ laqgha tas-26 t’April tkellmu:
- Il-Magistrat Guzeppi Cremona;
- Il-Kardinal Almarezz Santos, Arcisqof ta’ Sivilja;
- Il-Kardinal Domenico Ferrata, li ghalaq id-diskorsi fuq l-Ewkaristija.
L-ewwel tliet laqghat saru wara nofsinhar, imma l-ahhar wahda saret fil-hdax ta’ fil-ghodu. Wara li l-Legat tal-Papa spicca jaqra d-diskors tieghu f’din l-ahhar laqgha, l-Isqof Pietru Pace mal-Kumitat Ezekuttiv, resaq lejn il-Legat tal-Papa qralu indirizz u offrielu kalci tad-deheb imzejjen b’hagar prezzjuz u disinji sbieh. Ghal din il-qima u mhabba, il-Legat wiegeb bil-Latin bi kliem ta’ apprezzament u ta’ hajr.
(p.57) Dakinhar, 26 t’April, qabel l-ahhar laqgha li ghadna kif semmejna, fir-Rotunda saret Quddiesa Pontifikali mill-Kardinal Francis Bourne. Ir-Rotunda kienet mimlija b’lnglizi u Maltin u nies ta’ nazzjonijiet ohra, fosthom id-Duka ta’ Norfolk, Lord Walter Kerr, Lord Clifford, Isqfijiet u kbarat ohra. Ghal dan il-Pontifikat ha sehem kor kbir tas-Salezjani mghejjun minn hafna kantanti Maltin u Inglizi taht id-direzzjoni tas-Surmast ta’ banda ta’ regiment Ingliz.
Malli spicca l-Pontifikal, Mons. Alfred Mifsud resaq lejn it-tron tal-Kardinal Bourne u l-President Onorarju, u qralu l-indirizz bl-Ingliz, offrewlu bukkett fjuri u tawh ktieb fuq l-Istorja tal-Mosta miktub minn Dun Edgar Salomone.
Bhala tifkira ta’ dan il-Kungress, it-triq ta’ quddiem ir-Rotunda ssemmiet ‘Triq il-Kungress Ewkaristiku’ u mal-faccata tal-knisja twahhlet lapida mnaqqxa bl-istorja tal-Kungress.
5. Il-hamsin sena mill-XXIV Kungress Ewkaristiku Internazzjonali fl-1963
Fil-Mosta saru celebrazzjonijiet u festi bejn id-19 u t-23 ta’ Mejju 1963 biex ifakkru l-50 sena mill-XXIV Kungress Ewkaristiku Internazzjonali.
Il-festi bdew il-Hadd fil-ghodu, 19 ta’ Mejju, b’Quddiesa Pontifikali mmexxija mill-E.T. Mons. Guzeppi Pace, Isqof ta’ Ghawdex. Wara nofsinhar inzammet Akkademja Muziko-Letterarja taht il-Presidenza ta’ l-E.T. Mons. Emmanuel Galea, Vigarju Generali.
Fil-20, 21 u 22 kienu granet ta’ Tridu. Fil-ghaxija ccelebraw quddiesa solenni dawn il-Monsinjuri: Mons. Edgar Salomone, Mons. Paolino Galea u Mons. Antonio Buhagiar. Il-Predikaturi kienu: il-Pirjol Patri Salv. Portelli O.E.S.A., Patri Leone Buhagiar O.C. u Patri Arkanglu O.F.M. Kapp. Nhar il-Hamis, 23 ta’ Mejju u festa ta’ Lapsi, l-Arcisqof Mons. Mikiel Gonzi, fid-9 a.m. iccelebra Quddiesa Pontifikali solenni. Wara nofsinhar kien hemm l-Ghasar solenni mmexxi mill-Wisq Rev. Provincjal Elia Caruana O.C. Wara l-Ghasar, harget il-purcissjoni bis-sagrament immexxija mill-E.T. Mons. Emmanuel Galea. Meta l-purcissjoni regghet lura fil-knisja, tkanta t-Te Deum u nghatat il-Barka Sagramentali.
6. Ic-Centinarju tal-konsagrazzjoni tar-Rotunda: 1871 - 1971
(p.58) Sar programm shih ta’ celebrazzjonijiet biex jitfakkar l-Ewwel Centinarju mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja Arcipretali tal-Mosta.
Il-Hadd, 10 t’Ottubru u ftuh solenni tal-festi. Fil-5.00 p.m. saret Translazzjoni Solenni bir-Relikwa tal-Madonna mmexxija mill-E.T. Mons. Isqof Kugitur Emanuel Gerada, u wara mexxa koncelebrazzjoni solenni mas-sacerdoti Mostin, djocesani u regulari. Wara l-Evangelju l-E.T. Mons. Gerada ghamel l-omelija.
lt-Tnejn, 11 t’Ottubru, fis-6.00 p.m. gie rrectat ir-Ruzarju quddiem Gesu Espost u Celebrazzjoni Ewkaristika. Fis-6.30 p.m. saret Quddiesa mill-E.T. Mons. Emanuel Gerada, li fiha saret ic-celebrazzjoni tal-Maghmudija bir-rit il-gdid.
It-Tlieta, 12 t’Ottubru, fis-6.00 p.m. kollox bhall-jum ta’ qabel. Fis-6.30 p.m. saret Quddiesa Kantata solenni mill-W.R. Pirjol Patri PierTumas Gatt O.C. assistit mill-Komunita tieghu. Wara l-Evangelju ghamel l-omelija fuq il-hsieb ‘1l-Knisja hija d-Dar t’Alla.’
L-Erbgha, 13 t’Ottubru, fis-6.00 p.m. kollox bhall-jum ta’ qabel. Fis-6.30 p.m. saret Quddiesa Kantata solenni mill-W.R. Provincjal Patri Wistin Portelli Ph D., O.F.M. assistit mill-Komunita tieghu. Wara l-Evangelju ghamel l-omelija fuq il-hsieb ‘Il-Knisja hija d-Dar tat-Talb.’
Il-Hamis, 14 t’Ottubru, fis-6.00 p.m. kollox bhall-jum ta’ qabel. Fis-6.30 p.m. saret Quddiesa Kantata solenni mill-W.R. Patri Salv. Portelli O.S.A. assistit mill-Komunita tieghu. Wara l-Evangelju ghamel l-omelija fuq il-hsieb ‘Il-Knisja hija d-Dar tas-Sagrificcju.’
Il-Gimgha, 15 t’Ottubru u Jum il-Konsagrazzjoni tar-Rotunda. Fil-ghodu sar it-Tqarbin tal-Morda. Fil-11.00 a.m. saret Quddiesa mill-W.R. Dun Eddie Borg Olivier B.A., Lic.D., ghat-tfal subien u bniet ta’ l-Iskola Primarja tal-Mosta. Fis-6.00 p.m. kollox bhall-jum ta’ qabel. Fis-6.30 p.m. koncelebrazzjoni minn Dun Salv. Magro, Dun Pawl Buhagiar, Dun Karm Mifsud u Dun Salv Zammit fl-okkazjoni ta’ gheluq il-25 sena mill-Ordinazzjoni Sacerdotali taghhom flimkien mar-Rev.mu Mons. Giovanni Mifsud D.D., J.C.D, Ph.D. bhala Koncelebrant principali. Fis-7.00 p.m. saret Akkademja taht il-Presidenza ta’ E.T. Mons. Emmanuel Galea, Vigarju Generali.
Is-Sibt, 16 t’Ottubru, fil-5.30 p.m. sar Ghasar Pontifikali mill-E.T. l-Kardinal Corrado Ursi Arcisqof ta’ Napli assistit mir-Rev.mu Kapitlu tal-Katidral. Fis-6.30 p.m. saret Quddiesa bl-Omelija.
(p.61) Il-Hadd, 17 t’Ottubru u Gheluq tal-Festi Centinarji. Fid-9.30 a.m. saret Quddiesa Pontifikali mill-Eminenza Tieghu l-Kardinal Corrado Ursi assistit mir-Rev.mu Kapitlu tal-Katidral. Wara l-Evangelju saret l-omelija mill-istess Kardinal. Fil-4.45 p.m. sar Ghasar minn Mons. Paolino Galea, u wara harget il-Purcissjoni bis-Sagrament li fiha hadu sehem il-Komunitajiet tal-Patrijiet li ffunzjonaw matul il-gimgha, flimkien mar-Rev.mu Kapitlu ta’ Birkirkara. Wara, tkanta t-Te Deum u saret Celebrazzjoni Ewkaristika.
It-Tlieta, 19 t’Ottubru, fis-6.30 p.m. gie rrectat ir-Ruzarju, u saret Quddiesa solenni ghall-benefatturi mejtin tal-Knisja tal-Mosta.
7. Il-Festi ta’ l-Inkurunazzjoni tat-Titular fl-1975
(p.60) Mument mill-Konsagrazzjoni waqt il-koncelebrazzjoni ta’ Mons. G. Mercieca flimkien mal-Kleru tal-Mosta, l-Erbgha, 30 ta’ Lulju 1975
Il-grajjiet imfasslin fil-programm twettqu kollha tajjeb hafna ghax kienu organizzati bid-dettalji taghhom. Minn dawn il-grajjiet ghazilt li nsemmi t-tlieta principali: Il-Lejl Marjan, Jum l-Inkurunazzjoni u Jum l-Assunta.
A. Il-Lejl Marjan
(p.62) L-Arcisqof Mikiel Gonzi u l-Vigarju Generali G. Mercieca, flimkien mas-Sacerdoti waqt il-koncelebrazzjoni quddiem il-poplu migbur bl-eluf tieghu fil-pjazza waqt il-Lejl Marjan fit-2 t’Awwissu 1975
(p.62) Xellug: Mons. Arcisqof Mikiel Gonzi u l-Vigarju Generali Mons. Guzeppi Mercieca waqt il-Lejl Marjan tas-Sibt 2 t’Awwissu 1975; Lemin: It-tribuna li nbniet apposta ghall-okkazjoni ta’ l-Inkurunazzjoni fuq iz-zuntier tar-Rotunda. Jidhru (mix-xellug): Joseph J. Camilleri, Dun Ang Camilleri u Frangisku Tonna
(p.63) L-udjenza distinta waqt l-Akkademja Muziko-Letterarja li saret fir-Rotunda fit-8 t’Awwissu 1975, taht il-patrocinju tal-Vigarju Generali Mons. G. Mercieca
Nhar is-Sibt, 2 t’Awwissu, waqt li l-poplu minn diversi bliet u rhula ta’ Malta kien qed jingabar in-naha fejn kien hemm il-fabbrika tal-Phoenix, il-poplu tal-Mosta fit-8.30 p.m. ingabar fil-pjazza tal-Mosta, biex f’korteo jwassal l-istatwa ta’ Santa Marija, bit-talb tar-Ruzarju u bil-kant ta’ l-innijiet, sal-bidu ta’ Triq il-Kungress Ewkaristiku (Il-Kbira, San Gwann, Grognet, it-Torri, Cassar, u Vjal l-Indipendenza). Kif il-Korteo wasal fil-bidu ta’ Triq il-Kungress Ewkaristiku, il-poplu migbur minn diversi bliet u rhula mexa wara l-istatwa ta’ Santa Marija, kulhadd wara t-tabella tal-parrocca tieghu, waqt li l-poplu tal-Mosta mexa quddiem.
(p.63) Kif il-pellegrinagg wasal fil-pjazza,l-istatwa ta’ Santa Marija, tqieghdet fuq bradella f’nofs il-Portiku, u Mons. Arcisqof Mikiel Gonzi, mal-Vigarju Generali Mons. Guzeppi Mercieca, mal-Kappillan u mas-Sacerdoti bdew il-Koncelebrazzjoni quddiem il-poplu migbur bl-eluf tieghu. Kienet lejla memorabbli li matulha dehret devozzjoni sinciera u gie moghti gieh gholi lill-Vergni Omm Alla mtellgha s-sema.
B. Jum l-Inkurunazzjoni
Lemin: (p.64) L-E.T. il-President tar-Repubblika Sir Anthony Mamo (li halliena fl-1 ta’ Mejju, 2008) u s-Sinjura tieghu fuq iz-zuntier tal-Knisja Arcipretali waqt l-lnkurunazzjoni
(p.65) Il-korteo impressjonanti ta’ aktar minn mitt sacerdot qabel l-Inkurunazzjoni fl-10 t’Awwissu, 1975
Il-jum tant mistenni mill-Mostin kien il-Hadd, 10 t’Awwissu. 1975. Dakinhar fil-Mosta zernaq jum ta’ arja friska, ta’ ferh u hegga.
(p.65) Mons. Arcisqof M. Gonzi flimkien maz-zewg isqfijiet Mons. Nikol Cauchi u Mons. G. Mercieca akkumpanjati mill-Kapitlu tal-Katidral fuq iz-zuntier tar-Rotunda
Fil-ghodu saret il-festa ta’ l-Ewwel Tqarbina lil 192 tifel u tifla - 108 bniet u 84 subien. Dak il-hin, il-Vergni Assunta sthajlet lil dawk it-tfal bhala l-kuruna l-hajja li zejjnet ir-ras taghha u nisthajlu li dak il-hin hija harset lejhom b’harsa ta’ mhabba materna u qaltilhom: “Intom il-kuruna tieghi, intom il-ferh tieghi. intom il-ghaxqa tieghi.” Dakinhar, il-Banda Nicolo Isouard, minn fuq iz-zuntier, laqghet lil dawk it-tfal, huma u dehlin il-Knisja, bid-daqq ta’ marci ferrieha.
(p.66) Il-koncelebrazzjoni solenni li giet iccelebrata fuq it-tribuna fuq iz-zuntier tar-Rotunda minn Mons. Mikiel Gonzi flimkien mal-mitt sacerdot iehor. L-omelija ta’ l-Arcisqof kienet interrotta diversi drabi minhabba l-applawsi tal-pubbliku
Jekk fil-ghodu kien il-jum tant mistenni, wara nofsinhar kien wasal il-hin tant mistenni - il-hin ta’ l-Inkurunazzjoni. Minn kmieni bdew jingabru n-nies fil-pjazza. Fis-6.30 p.m. l-Arcisqof Mons. Mikiel Gonzi (skurtat mill-Kavallerija) wasal fl-Oratorju Qalb ta’ Gesu, fejn kien hemm jistennewh l-Isqof Vigarju Generali Mons. Guzeppi Mercieca, l-Isqof Nikol Cauchi, flimkien ma’ diversi Monsinjuri u ghadd kbir ta’ sacerdoti sekulari u religjuzi.
(p.67) L-Arcipriet Dun Bert Bezzina bil-kuruna li tpoggiet fuq ras l-Assunta tal-Mosta
(p.64) Il-purcissjoni tal-bidu tal-koncelebrazzjoni kienet wahda grandjuza ghall-ahhar. Il-Kavallerija tal-Pulizija fethet il-purcissjoni, u l-Prim Imhallef ta’ dak iz-zmien, il-Prof. JJ. Cremona zamm il-kuruna tad-deheb fuq imhadda tal-bellus blu skur. Warajh zewg fillieri twal ta’ sacerdoti, sekulari u religjuzi, u fl-ahhar l-Arcisqof Mons. Mikiel Gonzi assistit mill-Vigarju Generali Mons. G. Mercieca u mill-Isqof t’Ghawdex Nikol Cauchi kif ukoll minn diversi Monsinjuri. Fuq post specjali, fuq iz-zuntier tal-knisja, kienu prezenti l-E.T. il-President ta’ Malta Sir Anthony Mamo u s-Sinjura tieghu.
(p.67) Il-mument indimentikabbli ta’ l-Inkurunazzjoni solenni – is-7:40 ta’ fl-ghaxija – meta Mons. Arcisqof M. Gonzi pogga l-kuruna tad-deheb fuq ras ix-xbieha ta’ l-Assunta fost il-kant tas-Salve Regina u l-ferh tal-pubbliku prezenti, partikolarment tal-Mostin
Il-Koncelebrazzjoni solenni zvolgiet ruhha fuq tribuna fuq iz-zuntier tal-knisja. Wara l-Evangelju, l-Arcisqof ghamel omelija li marulha kemm-il darba kien milqugh minn capcip qawwi. Wara l-omelija, l-Arcisqof bierek il-kuruna tad-deheb, u pprezentaha lill-Arcipriet - li taht gurament dahal responsabbli ghaliha - berikha b’talba sabiha u fit-7.40 p.m. poggieha fuq ras ix-xbieha ta’ l-Assunta fost il-kant tas-Salve Regina u l-ferh ta’ kulhadd.
(p.68) Il-grupp responsabbli mill-organizzjoni tal-festi kbar ta’ l-Inkurunazzjoni li saru f’Awwissu 1975 – flimkien ma’ l-Arcipriet Dun Bert Bezzina, jidher mal-kwadru titulari wara l-Inkurunazzjoni u ftit qabel ma gie mdawwar mat-toroq tal-Mosta
Wara l-Koncelebrazzjoni, il-Kwadru ta’ l-Assunta Inkurunata gie mdawwar mat-toroq tal-Mosta fost il-kant ta’ l-Innijiet Marjani u t-talba tar-Ruzarju. X’hin il-kwadru ta’ l-Assunta Inkurunata dahal fir-Rotunda tkantat l-Antifona ta’ Santa Marija, tkanta l-innu ta’ ringrazzjament it-Te Deum u nghatat il-Barka ta’ Gesu Sagramentat.
C. Jum l-Assunta
Il-festi ta l-Inkurunazzjoni kellhom gheluq mill-isbah fil-festa ta’ Santa Marija li kienet immexxija mill-Kardinal Corrado Ursi. Bil-manjieri dhulin tieghu gibed lejh il-poplu kollu u dan deher fid-dimostrazzjoni li saritlu nhar il-festa ta’ Santa Marija fil-ghodu qabel il-Quddiesa Pontifikali.
Fil-quddiesa solenni huwa niseg omelija mill-isbah imsejsa fuq hsibijiet biblici; rega fisser it-tifsira simbolika u spiritwali tar-Rit ta’ l-Inkurunazzjoni u habbar x’kien se jaghmel fl-ahhar tal-quddiesa - haga li l-poplu ma kienx jaf biha ghax ma kinitx fil-programm. Habbar li kien ser ipoggi curkett prezzjuz f’wiehed mis-swaba tal-vara ta’ Santa Marija. Difatti, wara li spiccat il-quddiesa, il-Kardinal tela’ fuq il-pulptu filwaqt li l-vara ta’ Santa Marija giet merfugha u mwassla sa hdejh, u xeddilha curkett f’wiehed mis-swaba ta’ idejha fost il-kant tas-Salve Regina u l-ferh tal-poplu. Il-festi ghalqu bil-purcissjoni bl-istatwa ta’ Santa Marija mmexxija mill-istess Kardinal Corrado Ursi, bis-sehem tal-Banda Nicolo Isouard.
(p.70) Il-jum ta’ l-10 t’Awwissu 1975 - jum l-Inkurunazzjoni tal-Vergni Assunta meqjuma fil-kwadru principali fil-Knisja tal-Mosta - ilu jitfakkar b’solennita kbira matul dawn it-33 sena u nawgura li jkompli jitfakkar bl-istess solennita fis-snin kollha li ghad jigu. Jalla l-Vergni Assunta, bil-qalb materna taghha, izzomm il-poplu tal-Mosta, li ghazilha bhala Sultana specjali tieghu, dejjem maghqud fi mhabba ferrieha u solidali.
8. Il-75 Sena mill-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali fl-1988
Matul il-gimgha ta’ qabel saru konferenzi, laqghat ta’ preparazzjoni u esibizzjoni ta’ ritratti u diversi oggetti li jfakkru l-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li kien sar fil-Mosta fl-1913. Il-ftuh ufficjali sar mill-E.T. Dr Alexander Cachia Zammit, Ambaxxatur ta’ Malta ghas–Santa Sede, fis-Sala Parrokkjali.
Il-Hadd, 24 t’April 1988, fid-9.00 ta’ fil-ghodu saret Quddiesa Pontifikali mmexxija mill-Arcisqof Mons. Guzeppi Mercieca li ghaliha attendew folol kbar ta’ nies li hafna minnhom gew minn diversi nhawi ta’ Malta. Minhabba x-xita, il-purcissjoni ma hargitx barra, izda daret gewwa l-knisja mmexxija minn Monsinjur Arcisqof li wara ta l-Barka Sagramentali. Il-purcissjoni li ma hargitx dakinhar, harget fil-5 ta’ Gunju - festa ta’ Corpus Christi - wara l-quddiesa solenni ta’ fil-ghaxija, bis-sehem tal-Banda Nicolo Isouard u l-Banda Santa Marija.
9. Il-25 Anniversarju ta’ l-Inkurunazzjoni fl-2000
Lemin: (p.71) L-E.T Mons. Cosmo Ruppi, Arcisqof ta’ Lecce - li kien il-mistieden specjali biex imexxi l-festa tal-25 anniversarju ta’ l-Inkurunazzjoni fl-10 t’ Awissu, 2000
Biex jitfakkru l-festi li kienu saru fil-Mosta ghall-Inkurunazzjoni tax-xbieha ta’ l-Assunta fil-kwadru tal-Kor, kien imhejji programm shih ta’ festi mid-29 ta’ Lulju sal-15 ta’ Awwissu 2000.
Is-Sibt, 29 ta’ Lulju 2000: Il-festi fethu b’Quddiesa mill-Isqof Mons. Silvestru Magro, Amministratur Appostoliku ta’ Bengazi. Wara. saret Celebrazzjoni Marjana mmexxija mill-istess Isqof li matulha nghata gieh lill-Assunta bl-Innu Akathistos.
Matul il-Kwindicina sar quddies ghal diversi ghaqdiet, kategoriji ta’ nies, ghaqdiet kulturali, sportivi, politici u rikreattivi, ghat-tfal u ghall-morda.
(p.72) Il-Hamis, 10 ta’ Awwissu - Il-25 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni: Il-purcissjoni tad-dhul tal-quddiesa harget mill-Katekumenju ghal fuq it-tribuna li kienet dominata mill-kwadru titulari ta’ l-Assunta Inkurunata. Wara li l-koncelebranti hadu posthom hdejn it-tribuna, l-Arcipriet Dun Joe Carabott ta merhba lill-E.T. Mons. Cosmo Ruppi - Arcisqof ta’ Lecce - li kien il-mistieden biex imexxi l-festa tal-25 anniversarju ta’ l-Inkurunazzjoni. Wara l-Evangelju, Mons. Dun Bartilmew Bezzina ghamel id-diskors ta’ l-okkazjoni li fih fisser il-vizjoni li ra Gwanni l-Evangelista f’dik il-mara liebsa x-xemx, bil-qamar taht riglejha u b’kuruna ta’ 12-il kewkba fuq rasha. Imbaghad saret ic-cerimonja tat-tqeghid ta’ 12-il kewkba tad-deheb ma’ ras l-Assunta. Wara l-quddiesa, il-kwadru ta’ l-Assunta, Inkurunata tmexxa f’purcissjoni mmexxija mill-istess Arcisqof Mons. Cosmo Ruppi, bis-sehem taz-zewg Baned Mostin – Nicolo Isouard u Santa Marija - u fi tmiemha nghatat il-Barka Sagramentali minn fuq it-tribuna.
(p.73) It-Tlieta, 15 ta’ Awwissu - Jum L-Assunta 2000: Fid-9.15 a.m. il-parrocca laqghet lill-E.T. Mons. Guzeppi Mercieca, Arcisqof ta’ Malta, li mexxa l-Koncelebrazzjoni u ghamel l-omelija panegerika. Wara nofsinhar Mons. Carmelo Cauchi, Arcipriet ta’ l-Gharb, mexxa l-purcissjoni u ta l-Barka Sagramentali.
10. Il-Ftuh tal-Festi tar-Raba’ Centinarju tal-Parrocca tal-Mosta
Naturalment thejja programm shih ta’ celebrazzjonijiet biex jitfakkru kif jixraq l-Erba’ Mitt Sena minn meta l-Mosta saret Parrocca.
Il-Hadd, 16 ta’ Settembru 2007 sar il-ftuh tal-Festi Centinarji. Sar korteo mill-Oratorju Qalb ta’ Gesu sar-Rotunda fejn hadu sehem fih l-Ghaqdiet Religjuzi u Civili mmexxijin mill-Arcipriet u s-sacerdoti tal-Parrocca. Wara l-korteo, saret Koncelebrazzjoni mmexxija mill-Arcipriet Rev. Dun Mario Tong, flimkien ma’ ghadd ta’ sacerdoti u ohrajn li jahdmu kemm fil-parrocca kif ukoll barra. Fl-ahhar tpoggiet skrizzjoni fuq il-bieb il-kbir tar-Rotunda biex tfakkar din il-grajja. Gew mixghulin bid-dawl elettriku s-snin ‘1608’ u ‘2008’ mal-faccata tal-knisja.
It-Tnejn, 5 ta’ Novembru 2007, fl-ghaxija saret quddiesa mill-Arcipriet b’suffragju tal-benefatturi kollha li kellha l-parrocca matul dawn l-erba’ sekli.
(p.75) Il-Hadd, 6 ta’ Jannar 2008, sar kuncert ta’ l-Epifanija b’tifkira tar-Raba’ Centinarju b’muzika u kant marbuta mat-tema tat-twelid tal-Feddej mis-Saint Paul Choral Society. Gie nawgurat ukoll il-logo tal-festi centinarji fuq id-disinn ta’ Dun Edgar Vella. Sar l-lnnu tac-Centinarju fuq versi ta’ Dun Brendan Gatt u muzika ta’ Maestro Edwin Zammit.
Lemin: (p.76) L-iskrizzjoni li tpoggiet fuq il-bieb il-kbir tar-Rotunda biex tfakkar din il-grajja, tghid: Lil Alla ghani fil-hniena, kull radd ta hajr u gieh u qima f’gheluq l-erba mitt sena ta’ din il-Parrocca ta’ Ommna Marija mtellgha s-sema, il-Kleru u l-Poplu tal-Mosta ferhanin, ifakkru l-grajja ta' meta bir-rieda tal-Papa Pawlu V, l-Isqof ta' Malta Tumas Gargallo waqqaf il-Mosta bhala parrocca, nhar is-16 ta settembru 1608
Hemm il-hsieb li jsir iz-zuntier mill-gdid biz-zewg statwi tal-bronz, kif ukoll fit-30 ta’ Mejju 2008 jerga’ jsir kuncert biex ifakkar gheluq il-175 sena mit-tqeghid ta’ l-ewwel gebla tar-Rotunda.
(p.76) Hemm imhejjija festi specjali fl-okkazjoni tal-festa titulari ta’ Santa Marija, kif ukoll festi specjali li jimmarkaw u jaghlqu l-jum propju tat-twaqqif tal-Parrocca tal-Mosta - nhar is-16 ta’ Settembru 2008 li gej - fosthom il-kxif ta’ lapida kommemorattiva gewwa l-Knisja Arcipretali.
28 t'April 2008
Kapitli ohra mill-ktieb
- Introduzzjoni
- Il-Parrocca fi hdan il-Knisja Kattolika Universali
- L-Isqof Tumas Gargallo
- Il-Kappillani u l-Arciprieti li kellha l-Parrocca tal-Mosta
- Il-Mosta - 400 sena Parrocca
- Dun Felic Calleja (1748-1833)
- Zvilupp tad-Devozzjoni jew Kult lejn il-Passjoni ta’ Sidna Gesu Kristu fil-parrocca tal-Mosta
- Pitturi fir-Rotunda tal-Mosta
- Min huma l-Mostin?
- ‘Il-Musta’ ssir ‘Mosta’
- Il-Mosta fil-Kamra tad-Deputati
- Il-Gvern Lokali fil-Mosta
- Ir-rabta tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard mal-Parrocca tal-Mosta
- Aspett u Impenn Pulizjesk Mosti
- Eroj Socjali: Xi Mostin ta’ l-Imghoddi u Hidmiethom
- Minghand l-Ghaqdiet Mostin
- Immagini Mostin