The Mosta Archives Banner

EX ANNALIBUS MUSTAE

George Cassar, editur

Pubblikazzjoni tas-Socjeta Filarmonika Santa Marija Mosta f'gheluq l-100 sena (1905-2005) mit-twaqqif tas-Socjeta.


Dan il-ktieb interessantissimu jinxtara mill-Kazin Santa Marija. Din il-verzjoni digitali ma fihiex il-parti bl-Ingliz, u dik bil-Malti taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


5. Il-Mosta Nisranija

Alexander Bonnici


Nicca tal-Qalb ta' Gesu fil-Mosta.(p.101) Nicca ta-Qalb ta’ Gesu fi Triq il-Kungress Ewkaristiku

(p.103) Din il-kitba tigbor fiha dawk il-grajjiet li ghenu biex il-Mosta tkun izjed nisranija. Naqraw fuq l-impenn ta’ dawk li mexxewha, biex il-Mosta tghix izjed twemminha. Huma grajjiet li jippenetraw fil-hajja ta’ poplu semplici u juruna li ma kenux ftit dawk li ghamlu hilithom biex jghixu dak li kienu jemmnu fih. Hi l-istorja ta’ hajja nisranija li hafna ghexuha anki minghajr ma fethu fommhom. Imma naraw ukoll li anki l-opri li saru kienu ta’ ghajnuna biex il-poplu nisrani jintrabat izjed ma twemminu. Kollox hu xhieda li l-imhabba lejn Alla kienet tinhass f’kull zmien, minkejja d-diffikultajiet tal-hajja u l-faqar li tant drabi, fl-imghoddi, il-poplu hassu maghfus bih. Hi harsa pjuttost hafifa, ghalkemm tinzel fil-fond, li turina li l-poplu emmen li hajtu ma tintrabatx biss ma dak li jghaddi minnu f’din id-dinja. Hemm rabta ma’ dak li juri li l-Mostin ihossuhom certi li mal-mewt ma jispiccax kollox.


Sinjali bikrin


Providenzjalment, f’Novembru tas-sena 60, ix-xini li fuqu kien hemm San Pawl tfarrak fi xtajta incerta, li ma kenitx imbieghda wisq mill-Mosta. Malli lil Pawlu rawh jehles mill-mewt wara l-gdim tal-lifgha, il-Maltin malajr hasbuh xi alla. Meta, imbaghad, fejjaq lil missier Publiju, il-princep tal-gzira, tressqu quddiem l-appostlu morda ohrajn tal-gzira, u hu fejjaqhom.1 Xejn ma hu improbabbli li n-nies tal-Mosta wkoll ressqulu xi morda taghhom halli jfejjaqhom.2


L-arma tal-Mosta matul iz-zmien.(p.102) Ir-Rotunda tal-Mosta u l-istatwa titulari ta’ Santa Marija

Jekk dan hu biss suppozizzjoni probabbli, il-prezenza nisranija fil-Mosta hi certa ghax ippruvata mill-arkeologija. L-ewwel insara, bhal missirijiethom pagani, baqghu jaqtghu l-oqbra fil-blat. Il-pagani kienu jaqtghu biss bicca fejn iqieghdu l-mejjet. Imma l-insara kienu jaqtghu wkoll wesgha (p.104) biswit il-qabar fejn kienu jingabru biex jitolbu ghal ruh il-mejjet fil-hin tad-difna u fl-anniversarji tal-mewt. Fic-cens ta’ Sqaq tat-Tuta, mhux ‘il boghod minfejn maz-zmien inbniet il-knisja tal-Madonna ta’ l-Isperanza tqattghu hemm lejn ir-raba’ seklu oqbra li huma ta’ familji nsara.3 Fil-Mosta, hemm fost l-isbah oqbra nsara. Hemm dawk fil-gnien tat-Torri Cumbo u ohrajn f’Misrah Ghonoq. L-oqbra tal-familji u xi katakombi jinstabu f’xi nhawi. Imma, ghal hafna mijiet ta’ snin, ghandna dalma fl-istorja. Ghal madwar il-hames mitt sena ta’ zmien il-Bizantini (395-870), it-taghrif hu xott ghal kollox. Jidher ukoll li lejn is-seklu disgha u ghaxra, fi zmien l-Gharab ghandu mnejn Malta kienet tbattlet ghal kollox, minhabba l-biza’ ta’ attakki mill-misilmin, li tefghu lil hafna mill-antenati taghna fil-jasar.


Mill-vizta ta’ Dusina


Il-Mosta ghandha hafna rabtiet man-Naxxar. Meta n-Naxxar, f’xi zmien qabel l-1436, gie mgholli ghall-gieh ta’ parrocca, il-Mosta, bhala territorju kienet tiddependi min-Naxxar. Imma bdew jinbnew bosta knejjes ckejknin fl-inhawi ta’ dan il-post.


L-arma ta' Mons. Pietro Dusina(p.105) L-arma ta’ Mons. Pietro Dusina

Fil-vizta appostolika ta’ Mons. Pietro Dusina, li saret f’Malta fl-1575, jinghad li fil-Mosta ta’ dak iz-zmien kien hemm 116-il familja.4 Jissemmew knejjes ckejknin li kien hemm fil-Mosta. Tissemma l-knisja f’gieh San Mikiel. Imma kienet nieqsa minn kollox. Lanqas bieb ma kellha, is-saqaf kien joqtor, u ghalhekk kien jidhol l-ilma. Certu Leone Xerri kien jiehu hsieb li darba fis-sena ssir quddiesa fiha. Teramo Vassallo kien jara li ssir quddiesa ohra fil-festa. Minhabba l-istat hazin taghha il-vizitatur appostoliku ssospenda provizorjament il-quddies fiha.5


(p.105) Tissemma’ wkoll il-knisja ta’ Sant Anton Abbati. Imma ma kellhiex min jiehu hsiebha, u kienet nieqsa mill-bzonnijiet kollha. L-imsemmijin Xerri u Vassallo kienu jaraw li jsiru zewg quddisiet fil-festa. Dusina ordna li jissewwa l-paviment.6


Ghandna ftit taghrif dwar il-knisja ckejkna ta’ San Leonardu. Hi wkoll kienet nieqsa mill-bzonnijiet. Imma Pawlu Borge kellu xi djar li jinfdu ma’ dik il-knisja. Mir-renta li kien idahhal kien jiehu hsieb li jigi recitat l-ghasar u ssir quddiesa fil-festa. Bl-istess dhul, hu kien fid-dmir li jahseb ghall-bzonnijiet tal-knisja u, fuq kollox, li jsewwiha ghax lanqas paviment ma kellha.7


Knisja ohra kienet dik ta’ Santa Katarina. Imma hi wkoll kienet nieqsa minn kollox. Ma kellhiex la l-bieb ta’ barra u lanqas paviment. Imma Frangisk Bartholo kien fid-dmir li jahseb li nhar il-festa jigi recitat l-ghasar u tigi ccelebrata quddiesa.8


Il-knisja l-izjed importanti li kien hemm il-Mosta kienet iddedikata ghall-Assunzjoni tal-Vergni Marija. Kienet (p.106) knisja li ma kenitx titqies ckejkna ghax kienet wiesgha sewwa. Minn fost il-knejjes li ssemmew, din biss kellha izjed minn artali wiehed. Imma l-artali li kien hemm kienu zghar u dojoq. Ghalhekk, ma kienx hemm il-permess li jigi ccelebrat quddies fuqhom. Il-quddies sata’ jsir fuq l-altar maggur biss. Bhala dhul ma kellhiex hlief l-ghexur: imma kienu jinghataw lill-kappillan tan-Naxxar. Ir-rettur taghha ddikjara quddiem il-vizitatur appostoliku li ma kellu l-ebda obbligu hlief li jiccelebra quddiesa fil-festa ta’ l-Assunzjoni. lmma Dusina osserva li dik il-knisja kienet wahda importanti ghall-Mosta. Ghalhekk, issejhet ‘parrokkjali.’ Imma, ghalkemm tidher ahjar mill-ohrajn, lanqas dik il-knisja ma kellha rettur li jiehu hsiebha. Barra minn hekk, ma kellha l-ebda dhul li jibqa’ ghaliha, u ghalhekk ma kienx hemm pizijiet.9 Minkejja dan, Dusina wera l-apprezzament tieghu ghal dik il-knisja. ghalkemm xtaqha hafna ahjar. Fit-12 ta’ Marzu 1575, il-vizitatur ta’ bidu ghall-Fratellanza tas-Sagrament f’dik il-knisja. Certi formalitajiet konnessi mal-fratellanza, bhalma hi l-aggregazzjoni mas-sede primarja ta’ Ruma, saru fl-1629.10 Imma dik ma kenitx il-knisja ta’ Santa Marija li kellha tinbena mill-arkitett Tommaso Dingli.


It-twaqqif tal-parrocca


Vizta pastorali important fil-Mosta kienet dik ta’ l-Isqof Tommaso Gargallo li saret fit-30 ta’ Mejju. 1608. In-nies kienu qed jilmentaw ghax id-distanza min-Naxxar kienet qed tinhass sew. Tissemma d-distanza ta’ xi tliet mili ghalkemm ma hemmx daqshekk. Imma d-distanza kienet tinhass aktar milli kienet fir-realta ghaliex it-triq wahdanija li kienet twassal ghan-Naxxar kienet imharbta kollha gebel u fi stat hazin. Mid-digriet nafu li, fil-Mosta, kien hemm 180 familja li kienu jigbru fihom xi 900 (p.107) ruh.11 Il-knisja wahdanija li setghet issir parrocca kienet dik iddedikata ghall-Assunzjoni ta’ Marija. L-altar maggur ta’ dik il-knisja kellu warajh kwadru li juri l-misteru ta’ l-Assunzjoni ta’ Marija. Mad-dawra tal-knisja kien hemm cimiterju kbir. Il-kappillan tan-Naxxar ta’ dak iz-zmien kien Dun Giljan Borg, li ma tantx kien ta’ min ifahhru. Kellu bosta problemi anki ma’ l-Inkwizizzjoni ta’ Malta. Fost l-ohrajn kien waqqa’ fuqu s-suspett ta’ erezija ghax kien ghammed tarbija ghat-tieni darba.12 Dak il-kappillan lin-nies tal-Mosta kien ippermettielhom li jkollhom xi quddies fil-knisja ta’ l-Assunta, imma b’kundizzjoni li l-gbir imur kollu ghall-knisja parrokkjali tieghu.13


Dik il-knisja tal-Mosta, li Dusina diga kien sejhilha parrokkjali bla ma kienet, saret parrocca tassew b’digriet ta’ l-Isqof Gargallo li hareg fis-16 ta’ Settembru, 1608. Imma, ghalkemm giet moghtija l-jeddijiet taghha, kappillan ma satax jitqieghed mill-ewwel ghax kien hemm oppozizzjoni qawwija min-naha tal-Kappillan Borg tan-Naxxar. Ghalhekk, id-digriet ma giex esegwit ghalkemm l-Isqof ma rtirahx.14


Fl-14 ta’ Lulju 1610, Dun Giljan Borg miet.15 Ghalhekk, l-Isqof Gargallo, fis-16 ta’ Lulju, 1610, hareg digriet gdid biex jigi esegwit dak ta’ l-1608. Bhala l-ewwel kappillan gie maghzul Dun Gwann Bezina, li kien ilu madwar ghoxrin sena bhala vici-parrokku ghall-Mosta. Lill-kappillan, skond id-drawwa, kienu se jibdew jinghatawlu l-ewwel prodotti ta’ l-ghelieqi, li kienu se jinghataw lilu f’qoton, qamh, u xghir. F’dak iz-zmien, l-ghajxien tal-Mosta kien mill-biedja. Il-kappillan kellu jinghata wkoll ir-renta ta’ tliet ghelieqi zghar, li kienet titla’ ghal ftit izjed minn hames skudi.16 Kien zmien ta’ faqar kbir. Imma, xorta wahda, hu beda jahseb biex tinbena knisja parrokkjali (p.108) gdida. L-ewwel att ta’ Bezina bhala kappillan kien iz-zwieg bejn Antonio Fenech u Duminka Aquilina, fid-29 ta’ lulju 1611.17 Imbaghad, fit-3 ta’ Novembru, il-kappillan amimnistra is-sagrament tal-maghmudija lil Kola Galea18 u fit-3 ta’ Mejju 1612, gie registrat il-funeral ta’ Baskal Galea, li ndifen fil-knisja parrokkjali.19 Il-Mosta, bhala parrocca gdida, saret bhal tifla mfissda bejn ommha minn naha u n-nanna min-naha l-ohra sa ma mbaghad kibret u halliethom it-tnejn biex hadet l-istat taghha.20 Naturalment ir-referenza hi ghall-katidral fl-Imdina u l-parrocca tan-Naxxar.


Il-kappillan Bezina qabbad lil Tumas Dingli, arkitett maghruf dak iz-zmien, biex ifassal pjanta ghal knisja parrokkjali gdida. Bilkemm jitwemmen meta nghidu li Dingli, arkitett minn H’Attard, ma kellux hlief dsatax-il sena meta fl-1610 dahal ghall-impenn tal-bini tal-knisja parrokkjali.21 Inbdiet fi zmien il-kappillan Bezina imma ma rahiex lesta ghaliex hu miet fid-29 ta’ Novembru 1617, u ndifen fil-knisja parrokkjali.22 L-ewwel kappillan miet wara marda qasira ghaliex sa l-20 ta’ Novembru, kien ghadu jghammed.23


L-ewwel zmien bil-knisja ta’ Tommaso Dingli


L-arkitett Tumas Dingli.(p.109) Tommaso Dingli

Il-tieni kappillan kien Dun Salv Muscat (1618-1647). Fl-1619, tlesta ghal kollox il-bini tal-knisja parrokkjali taht id-direzzjoni ta’ l-arkitett Dingli, imma damet sa l-1774 biex giet ikkonsagrata mill-lsqof Giovanni Carmelo Pellerano. Tal-knisja ta’ l-arkitett Dingli, hemm xi taghrif ‘l hawn u ‘l hinn. Xi disinn tal-knisja gie ppubblikat.24 Il-vizti pastorali huma l-ghajn ewlenija ta’ taghrif ghall-istorja. Kienet knisja mdaqqsa mibnija fi stil ta’ salib latin. Kellha bieb wiehed fil-faccata taghha, u zewg kampnari fl-istess faccata. (p.109) Mal-kampnar tax-xellug, kien hemm arlogg li kien idoqq is-sighat u l-kwarti b’zewg qniepen. Il-knisja kellha wkoll koppla. Fil-paviment tal-knisja, kien hemm l-oqbra, li nzammu tajjeb hafna. Il-knisja biz-zmien tkabbret min-naha tal-kor u twessa’ wkoll il-presbiterju. Fil-kor, kien hemm sedili superjuri u inferjuri ghas-sacerdoti u l-kjerici. Fuq in-naha li, fl-imghoddi, kienet tissejjah ‘ta’ l-Evangelju,’ mal-pilastru principali fit-tarf tan-navata centrali qrib il-presbiterju, kien hemm pulptu ta’ l-ghuda ta’ pregju artistiku. Kien b’salib fuqu. Kif tidhol fil-knisja, fuq il-lemin, kien hemm il-fonti tal-maghmudija, li kien tlesta fl-1557. Fuqu kienet tidher l-istemma gentilizia ta’ l-Isqof Domenico Cubelles (1541-1566). Hu xhieda li fil-Mosta kienet tigi amministrata l-maghmudija qabel ma saret it-twaqqif tal-parrocca.25


Il-hajja ta’ parrocca fl-ewwel zmien


Il-knisja kien fiha ghaxar artali: il-maggur u tal-kor, flimkien ma’ tmienja ohra fiz-zewg kappelluni u fin-navata. L-artal maggur kien bejn il-presbiterju u l-kor. Kellu targa wahda u bradella ta’ l-injam. Fin-nofs tieghu kellu tabernaklu. L-ornamenti tal-knisja baqghu dejjem jizdiedu. F’dik il-knisja ta’ l-arkitett Dingli, wara li kienu ghaddew fuq mitt sena mill-bini taghha, fil-gholi fuq l-artal maggur, kellha tuzell b’damask ahmar. Sa mill-bidu nett tal-parrocca, twaqqfet it-tieni fratellanza, li kienet dik tar-Ruzarju. Fit-12 ta’ Frar 1612, (p.111) il-fratellanza giet affiljata ma l-arcikonfraternita li hi wkoll ghandha s-sede taghha f’Santa Maria sopra Minerva f’Ruma. L-artal kien fic-centru tal-kappellun fuq il-lemin tal-maggur. Il-kwadru kien juri l-Madonna b’Gesu ckejken f’idejha. Fuq in-naha ta’ isfel kienu jidhru San Duminku u Santa Katarina ta’ Siena. Mad-dawra ta’ l-altar, kien hemm hmistax-il kwadru ckejken li juru l-misteri tar-ruzarju. Il-fratellanza kienet ghall-irgiel biss. Il-festa kienet tigi ccelebrata fl-ewwel Hadd ta’ Ottubru. Minbarra l-kant ta’ l-ewwel ghasar u c-celebrazzjoni ta’ quddiesa bi priedka, kienet tohrog purcissjoni solenni. L-istess fratellanza malajr bdiet tiehu hsieb li jsir quddies kantat tul in-novena kollha tal-Milied u l-ghada tal-festi tal-Purifikazzjoni tal-Madonna (il-Gandlora), Santa Marija Assunta, il-Milied, u l-Madonna tar-Ruzarju.26


Tul l-ewwel zmien tal-parrocca, tliet kappillani hadmu hafna ghall-knisja ddisinjata minn Tumas Dingli. Wara l-mewt ta’ Bezina fl-1617 u ta’ Dun Salv Muscat fl-1647, it-tielet kappillan kien Dun Karlu Schembri (1647-1671).


Hasbu f’min kien fil-bzonn


Il-knisja l-qadima tal-Mosta(p.110) Il-knisja l-qadima ta’ l-Arkitett Tommaso Dingli

Ghall-gid tal-Mosta, ma hadmux il-kappillani biss. Saru opri ma’ persuni foqra li kienu japprezzaw kull ghajnuna. Ghalhekk, huma ghajnuniet insara tassew. Saru fi zmien it-tieni u t-tielet kappillan - Dun Salv Muscat u Dun Karlu Schembri.


Fit-2 ta’ Marzu 1641, sar kuntratt quddiem in-Nutar Domenico Conti. Bis-sahha tieghu, Gorg Muscat halla bicca art biex, mill-imghax taghha, tigi ccelebrata quddiesa kull nhar ta’ Gimgha f’gieh il-passjoni tal-Mulej fuq l-altar tal-Madonna tal-Grazzja. Imma gie stabbilit ukoll li dak li jifdal (p.112) mill-imghax jitqassam f’karita lill-foqra tal-Mosta.27


Fis-17 ta’ Mejju 1644, b’kuntratt quddiem in-Nutar Damjan Bonnici, thalliet bicca art imsejha ‘Ic-Cens ta’ Giegu’ biex, bl-imghax taghha, titqaddes ghal dejjem quddiesa fil-Hdud u l-festi fi sbih il-jum ghall-kumdita tal-poplu.28


Fl-14 ta’ Menu 1654, b’testment quddiem in-Nutar Pawlu Fenech. Dumink Vassallo halla kulma kellu lill-parrocca tal-Mosta, biex mill-imghax tigi ddotata kull sena tfajla fqira Mostija, b’kundizzjoni li ticcelebra t-tieg taghha nhar il-festa ta’ l-Assunta. Hu ddispona wkoll li jigu ccelebrati tliet quddisiet fil-Milied u ohra nhar Santa Marija.29


Ghal xi raguni, gieli kien ikun hemni xi traskuragni. Fil-21 ta’ Marzu 1656, Sebastjan Busuttil, mill-belt Valletta, b’kuntratt quddiem in-Nutar Mikiel Ralli, halla l-imghax ta’ dak li kellu (li kien jikkonsisti fi 850 skud) biex, darba fis-sena, tigi ddotata ghaz-zwieg tfajla fqira mill-Mosta, b’kundizzjoni li din tizzewweg fil-parrocca fil-festa tal-Purifikazzjoni tal-Madonna jew f’dik tar-Ruzarju. Imma, wara ftit snin, dak il-legat ma kienx qed jigi esegwit.30


Dawn il-legati huma xhieda ta’ kemm kien hemm min kien tassew nisrani. Biz-zmien, intilef il-valur kollu ta’ dawk il-legati minhabba l-izvalutar tal-flus. Imma nibqghu nsibu ghajnuniet ta’ din ix-xorta fiz-zmien ta’ wara wkoll.


Xaqq iehor ta’ dawl


Fl-1666, fi zmien ta’ episkopat vakanti, Mons. Dumink Attard, li kien il-vigarju kapitulari, ghamel zjara pastorali fid-djocesi, u ghalhekk mar il-Mosta wkoll. Hu ma sab xejn x’jikkritika fl-istruttura tal-knisja parrokkjali; imma kellu xi (p.113) Iment dwar il-post ta’ l-artal tal-kor fejn kien hemm l-ewwel kwadru ta’ l-Assunta. Taht dak l-artal kien hemm xi twieqi jarmu d-dawl. Il-vigarju ordna li jigu mbarrati u, sakemm l-ordni tieghu ma jigix esegwit, fuq dak l-artal ma kellux isir quddies.31


Vizta pastorali imprezzabbli hi dik ta’ l-Isqof Luqa Buenos. Kien episkopat qasir hafna - 1666-1668 - imma l-vizta tieghu titfa’ hafna dawl fuq il-hajja nisranija fil-Mosta. Billi, f’xi dettalji, il-vizta tal-Vigarju Kapitulari Attard u dik ta’ l-Isqof Buenos jixxiebhu, jistghu jittiehdu flimkien ghad-deskrizzjoni ta’ l-altari. Kull min jahseb fil-Mosta ma jistax ma jgibx quddiem ghajnejh l-imhabba tal-Mostin lejn Santa Marija Assunta. Hu taghrif ta’ zmien l-ewwel zewg kappillani, u jwassal ukoll xi hjiel dwar zmien it-tielet wiehed ukoll.


L-Assunta bejn l-1634 u l-1654


Il-festa titulari, ghalkemm kienet ghadha wahda ckejkna, kienet iggib hafna spejjez li, fi zmien ta’ faqar, kienu jinhassu hafna. Rendikont tal-prokura tal-knisja parrokkjali, fi zmien meta l-prokuratur ewlieni kien Mastru Dumink Galea, jintrabat mas-snin 1634-1654. Galea kellu mieghu zewg prokuraturi ohra li kienu Dun Gamri Galea u Mikiel Busuttil. Ir-rendikont li gie pprezentat fil-Kurja Djocesana ta’ Malta jitkellem dwar dak kollu li kien isir fil-knisja, imma hawn se jigi inkluz biss dak li nkiteb dwar l-ispejjez tal-festa titulari.32


Meta jissemma d-dhul li kellha l-knisja, kien hemm fost l-ohrajn ‘Offerte per l’Assunta.’ B’xi mod, il-prokuraturi kienu jahsbu biex il-knisja jkollha dhul li jmur dejjem ghall-festa ta’ Santa Marija. F’tul ta’ ghoxrin sena, il-prokura dahhlet total ta’ 654 skud u 14-il habba. It-total kien jigbor fih kulma kien jithalla ghall-knisja, il-legati, ir-renti, u (p.114) l-elemozina. L-offerti ghall-festa ta’ Santa Marija kienu percentwal ckejken minn dak it-total. Mieghu jridu jizdiedu fuq 14-il skud iehor.


L-artal maggur tal-Knisja l-Qadima tal-Mosta(p.114) L-artal maggur tal-knisja l-qadima, illum fil-kor tar-Rotunda

Sa zmien l-ewwel zewg kappillani, il-festa kienet ghadha wahda ckejkna. Kienet tigi ccelebrata b’quddiesa solenni u bil-kant taz-zewg ghosrien. Gieli ma tissemma l-ebda spiza ghall-festa. Dan juri li dawk li offrew is-servizzi taghhom irrinunzjaw ghal kull rikompensa. Imma gieli tissemma spiza ta’ zewg skudi (1635), u gieli telghet ghal hames skudi (1637). Fl-1645, il-popolazzioni kienet ta’ 1,214-il ruh. Ghalkemm parrocca gdida, ma tantx kienet icken min-Naxxar.33 Il-festa setghet tikber daqs kemm kien jiflah jaghti l-poplu. Ma l-ghazla tat-tielet kappillan, li kien Dun Karlu Schembri, fl-1647, il-festa hadet xejra ohra. Mill-1648, il-festa titulari bdiet tigi ccelebrata b’solennita akbar. Bdew jinxteghlu (p.115) hafna xemghat biex izejnu u jdawlu l-knisja. Bdew jingiebu wkoll xi muzicisti ghad-daqq ta’ strumenti, u maghhom kien ikun hemm il-kantanti. Beda jissejjah ukoll xi predikatur maghruf halli jinseg il-panigierku.


Fi zmien meta ma kienx hawn trasport pubbliku u mezzi privati, parti mill-ispiza tal-festa kienet tmur ghall-mezzi li kienu jipprovdu halli jwasslu lejn il-Mosta lil dawk li ssejhu mill-boghod. Kienu jahsbulhom ghal xi kaless migbud minn ziemel. B’kaless wiehed, kienu jaraw kif jigbru aktar minn persuna wahda. Kien hemm spejjez zghar ohrajn li dwarhom il-prokuraturi ma nizlux f’dettalji. B’xebh ma’ postijiet ohra, jista’ jinghad li dawn kienu spejjez ghal ikel, inbid, xorb, helu, u kafe. Ghal x’uhud, specjalment ghall-muzicisti, kienu jipprovdu post fejn jorqdu ghal-lejl ta’ bejn lejliet u nhar il-festa. Lejn l-ahhar ta’ dak iz-zmien, l-ispejjez telghu ghal xi hames darbiet izjed. L-oghla spiza kienet fl-1649 meta, ghall-festa, intefqu ghoxrin skud. Fi snin ohrajn, l-ispiza kienet tkun bejn tnax u tmintax-il skud.34


L-Gharbi, il-Missjoni u l-Mostin


Waqt li Dun Salv Muscat, it-tieni kappillan, kien qieghed imut fid-9 ta’ Gunju, 1647, hu kellu jassistih qassis Mosti zaghzugh. Dan kien Dun Salv Fenech; qassis li ghen biex il-Mosta tkun izjed nisranija. Twieled fis-16 ta’ Novembru, 1620, u tghammed fil-knisja parrokkjali fid-19 tax-xahar.35 Hu wkoll kellu s-sehem tieghu fil-festa ta’ Santa Marija. Dan gara ghaliex kellu f’idejh bicca art tal-knisja f’qasam imsejjah ‘Tal-Halja.’ Mir-renta li kien idahhal, hu kien obbligat jahseb ghall-kant ta’ l-ewwel ghasar f’lejliet il-festa titulari. Kien obbligat ukoll li jqaddes quddiesa semplici nhar il-festa.36 Izjed tard, Fenech kellu jkun wiehed mill-qassisin (p.116) Mostin l-izjed maghrufin ghaliex, ghal hafna snin, kien inkarigat mit-taghlim ta’ l-Gharbi ghal dawk li kienu jkunu sejrin f’xi art ta’ missjoni fost il-Misilmin. Hu ntlaqat ukoll minn hafna nkwiet ghaliex, filwaqt li fl-1676 lahaq kappillan ta’ l-Isla, tnehha fl-1678. Baqa’ jithabat permezz ta’ kawza biex jerga’ jsir. Fil-fatt, raga’ sar fl-1688, imma miet malajr fil-5 ta’ Jannar 1689, u ndifen fil-knisja parrokkjali tal-Mosta.37


Il-kwadru titulari ta’ Baskal Buhagiar

(m'hilux instab li hu ta' Stefano Erardi)


It-titular tal-Assunta kif kien jidher fil-Knisja l-Qadima tal-Mosta(p.116) Il-Pittura titulari ta’ l-Assunta kif kienet tidher originarjament

Il-venerazzjoni tal-Mostin lejn Marija Assunta bdiet tinhass sewwa. Kien hemm kwadru ta’ l-Assunta sa mill-bidunett, u diga tfakkar fil-vizta ta’ Dusina. Imma ma kienx f’qaghda tajba, ghalkemm fl-1668 inkiteb li dak il-kwadru kien mizmum b’qima.38 Imbaghad, ghaxar snin wara, jigifieri fl-1678, Baskal Buhagiar, artist li ma halliex (p.117) isem, pitter il-kwadru li nafu bih illum.39 Dan il-kwadru titulari hu maqsum fi tnejn: il-parti ta’ fuq tirrapprezenta s-sema, u l-parti t’isfel turi l-art. Il-Madonna tiddomina l-kwadru kollu. Tidher bilqieghda fuq shaba li tghaddi minn naha ghal ohra tal-kwadru. Fuq kull naha ta’ din is-shaba jidhru zewg angli, minn qaddhom ‘il fuq, li b’devozzjoni jharsu lejn il-Madonna qed tintrafa minn angli ohra lejn is-sema. Il-libsa tal-Madonna hi ta’ lewn roza car, b’mant ikhal jittajjar. Zewg angli ckejknin, wiehed taht kull driegh tal-Madonna, ifiggu minn taht shaba skura. Huma jibbilancjaw il-movimenti ta’ l-id merfugha u l-mant itir fuq il-lemin. Fil-kwadru jidhru tlettax-il anglu. Fil-parti t’isfel, naraw l-appostli mdawrin mal-qabar vojt. Jispikkaw l-izjed, il-figuri ta’ San Pietru u San Pawl.40


Bhala frott ta’ legati u devozzjonijiet, fil-knisja bdew jiddendlu lampieri quddiem l-artali kollha. Kienu jixeghluhom biz-zejt fi granet stabbiliti. Imma dak ta’ quddiem il-maggur kien jinzamm mixghul dejjem ghax kien quddiem l-artal tas-sagrament. Quddiem il-maggur, il-lampieri, minn wiehed kienu se jsiru tlieta ghaliex Dun Lawrenz Abela, li kellu jkun is-seba kappillan, haseb biex iqieghed tnejn ohra.41


Artali u kwadri ohrajn


Fi zmien iz-zewg vizti tas-snin 1666 u 1668, il-kwadri ta’ San Kozma u San Damjan ma kenux f’genb ta’ artal iehor kif narawhom izjed tard. Kien hemm artal iddedikat ghalihom. Biz-zmien, l-artal spicca. L-artal li, izjed tard, kien maghruf bhala ta’ San Rokku, sa dak iz-zmien issejjah ta’ San Sebastjan u San Rokku.42 Sa l-1666, kien hemm l-artal imsejjah ta’ Santa Marija ta’ l-Egittu ghax il-kwadru kien juri lil San Guzepp, il-Madonna, u l-Bambin Gesu qed jaharbu (p.118) lejn l-Egittu.43 Imma, fl-1668, issejjah semplicement ta’ San Guzepp. F’din is-sena, zewg artali ma kenux f’qaghda tajba. Dawn kienu dak ta’ San Sebastjan u San Rokku u dak tal-Madonna tal-Grazzja. Ghalhekk, il-quddiesa fuqhom giet provizorjament sospiza.44


Il-knejjes mitt sena wara Dusina


Fi zmien Dusina, fl-1575, il-Mosta kollha kemm hi kienet ghadha taht in-Naxxar. Imma, fi zmien il-vizta pastorali ta’ l-Isqof Buenos, il-knejjes ckejknin li kien hemm kienu saru filjali tal-parrocca ta’ l-Assunta.


Fl-1664, il-Kavallier Silvestru Fiteni ha hsieb jibni knisja li semmieha ghall-qaddis li kien igib ismu – San Silvestru.45 Fid-deskrizzjoni tal-knejjes ta’ l-1668, din ma titqiesx fost dawk li kienu jiddependu mill-kappillan tal-Mosta. Imma l-Kappillan Dun Karlu Schembri tkellem dwarha meta ltaqa’ ma’ l-Isqof Buenos. Qallu li kien hemm numru ta’ nies li kienu jmorru fil-knisja ta’ San Silvestru ghall-qrar u l-quddies.46 Billi ma kenitx filjali tal-parrocca, lil din il-knisja ma narawhiex lanqas fil-pjanta ta’ l-1783, li hi ta’ zmien il-Kappillan Dun Salv Saver Bonnici. Il-pjanta msemmija tindika bhala filjali hames knejjes li diga kienu jezistu fl-1668.47


Buenos, fil-vizta, nizzel ftit taghrif dwarhom:

  1. (i) San Leonardu – kellha bhala amministratur lil Dun Gwann Mangion, imma tnehhielu l-permess li jibqa’ jqaddes fiha.
  2. (ii) Il-Vizitazzjoni tal-Vergni Mbierka - kien jiehu hsiebha certu Gakbu Busuttil, imma ma kienx hemm permess li jsir quddies fiha.
  3. (iii) Il-Kuncizzjoni tal-Vergni Marija - kienet fit-tarf tat-territorju tal-parrocca, in-naha ta’ Andar il-Blat, qrib il-limiti tal-Katidral. Bartilmew Busuttil kien (p.119) il-fundatur u l-prokuratur taghha. Ghalkemm ma kenitx ilha mibnija hlief xi ghaxar snin, il-qaghda tagha kienet hazina, u ghalhekk Buenos iddikjaraha skonsagrata; imma, izjed tard, regghet infethet.
  4. (iv) Sant’Anton Abbati - kienet wahda mill-knejjes il-qodma tal-Mosta, u kienet fit-triq li taghti ghan-Naxxar. Ta’ dan il-qaddis kien hemm knisja izjed qadima li kienet iggarrfet, imma nbniet ohra gdida minn Dun Salv Fenech u Florio Borg.
  5. (v) Santa Margerita qrib Wied il-Ghasel - hi wkoll kienet f’tarf it-territorju tal-Mosta, fejn jibdew il-limiti tal-Katidral. Fil-knisja, kien hemm hafna oqbra u responsabbli minnha kien il-kjerku Xmuni Fenech, minn Haz-Zebbug, li, fi granet stabbiliti, kien jixghel il-lampier. Fil-qrib taghha, kien hemm cimiterju, li fih gew midfunin dawk li kienu mietu bil-pesta jew b’xi mard iehor li jittiehed; imma l-Kappillan Schembri lmenta li ma kienx qed jinghata d-drittijiet tieghu.48


Il-Mosta kellha knejjes filjali ohrajn li, fl-1668, kienu diga skonsagrati. Kienu msemmijin ghal San Nikola, San Pawl, San Gakbu, San Rokku, San Mikiel, u l-Annunzjata.49


It-tmexxija tal-parrocca u l-hajja tal-poplu


Fl-1668, il-parrocca kienet titmexxa mill-Kappillan Dun Karlu Schembri, li kellu mieghu disa’ qassisin.50 Fost l-osservazzjonijiet li saru lill-qassisin, insibu dawn: (i) fil-Hdud u l-festi, kien obbligatorju li jkun hemm quddiesa kantata, u l-qassisin kollha kellhom jattendu ghaliha, bil-berrettin f’rashom u bl-ispellizza; (ii) l-ebda qassis ma sata’ johrog idur mar-rahal minghajr il-berrettin f’rasu, u naturalment liebes is-suttana.51


(p.120) Il-poplazzjoni ssoktat tikber ghax, sa l-1668, telghet ghal 1,280 ruh, imqassmin fi 319-il familja. Hafna minnhom kienu bdiewa, li kienu jghammru lejn it-tramuntana tal-Mosta li kienet tasal sal-Mellieha. Imma kien hemm ukoll numru mdaqqas ta’ persuni mitfughin fuq il-kummerc. Bosta kienu jmorru ghall-quddiesa ta’ l-ewwel, imsejha ‘tas-sebh’; imma ghall-quddiesa parrokkjali, li kienet tkun izjed solenni, ftit kienu jmorru. Ma kenux hafna dawk li ttraskuraw milli jisimghu quddiesa fil-festi l-izjed kbar. L-akbar festi kienu il-Milied, l-Ghid il-Kbir, Ghid il-Hamsin, Korpus, u ghall-Mosta tizdied b’mod specjalissimu l-festa ta’ Santa Marija Assunta. Imma, fil-festi l-ohrajn tal-qaddisin, li kienu numeruzi, ftit biss resqu lejn il-knisja biex jisimghu quddiesa. In-nies tal-Mosta kienu jqerru u jitqarbnu dejjem fi zmien il-Ghid. Imma kien hemm hafna li kien haqqhom tbezbiza ghaliex ittraskuraw il-katekizmu. Il-kappillan kien qed jishaq l-izjed mal-genituri ghax ghaqdiet ma kienx hemm. Il-katekizmu kien jigi mghallem l-izjed waqt il-quddiesa parrokkjali.52


F’dak iz-zmien zewg fratellanzi kienu ta’ ghajnuna ghal-lajci tal-Mosta. Dawk li kienu f’xi fratellanza nghaqdu flimkien fit-talb, fl-opri tajba, fil-funzjonijiet, u f’xi purcissjoni.53 Fil-11 ta’ Frar, 1629, il-Fratellanza tas-Sagrament giet aggregata ma’ l-Arcikonfraternita ta’ Santa Maria sopra Minerva f’Ruma. Il-fratelli kienu jikkumpanjaw lebsin il-konfratija fil-purcissjoni tat-tielet Hadd ta’ kull xahar u f’purcissjonijiet ohrajn. Il-Hadd fost l-ottava ta’ Korpus, il-fratellanza kienet torganizza purcissjoni li ddur mat-toroq tal-Mosta.54


Htijiet gravi


Il-kriminalita kienet tezisti fil-Mosta (p.121) wkoll. F’dan l-istudju se jissemma’ biss kaz li gie iggudikat mill-awtoritajiet tal-Knisja. Waqt il-vizta pastorali ta’ l-1668, kien hemm ammonizzjoni wahda fil-Mosta li saret b’severita kbira. Pietru Dimech kien qed jghix mifrud minn martu Katarin, u jidher li l-imgieba taghhom xejn ma kienet ta’ min ifahharha. Huma gew akkuzati li kienu qed jaghtu skandlu. Ghalhekk, Dun Merkurju Attard, bhala promotur-fiskali generali, f’isem l-Isqof Buenos, ghamlilhom twissija b’theddida severa. Pietru u Katarin gew moghtijin l-ordni biex jergghu jibdew jghixu taht saqaf wiehed. Kien mistenni li huma jghixu hajja tajba. Pietru gie mwissi li, jekk ikun hati ta’ xi skandlu f’imgiebtu, jigi kkundannat biex jaqdef ghal tliet snin shah fuq xini ta’ l-Ordni ta’ San Gwann, minghajr ebda hlas, u b’riglejh marbutin bil-ktajjen. Katarin giet imwissija li, jekk ma ggibx ruhha tajjeb, tissawwat bil-hbula u tigi eziljata minn Malta ghal erba’ snin shah.55


Matul iz-zmien tat-tielet kappillan, Dun Karlu Schembri (1647-1671), it-tmexxija tal-parrocca ma kenitx facli. Schembri kien maghzul kappillan darbtejn, b’intervall ta’ ftit snin li matulhom il-Mosta tmexxiet minn Schembri iehor - Dun Gwann Battista.56 Mal-mewt ta’ Gio Battista Schembri, il-Mosta kienet diga ghalqet 60 sena bhala parrocca. Dun Karlu Schembri, li kien serva ta’ kappillan qabel, rega’ gie maghzul biex imexxi l-parrocca u dam biss tliet snin ghax, fl-1678, l-isqof baghtu kappillan f’Hal Qormi.57


1679-1744: snin ta’ hidma mohbija


L-aktar li nsibu taghrif dwar il-hajja nisranija fil-Mosta hu fil-vizti pastorali ta’ l-isqfijiet. Imma ma hux mehtieg li wiehed jinzel fil-fond ghal kull wahda ghaliex it-tibdil jew zieda minn wahda ghal ohra kien ikun ftit. Ghalhekk, (p.122) nitfghu harsitna fuq tliet kappillani li kienu Dun Salv Dimech (1679-1697), Dun Lawrenz Abela (1697-1742), u Dun Gwann Anglu Sammut (1742-1758).


Dwar il-Mosta nisranija, niehdu ftit taghrif mill-vista pastorali ta’ l-Isqof Paolo Alpheran de Bussan, li saret fil-Mosta fil-31 ta’ Mejju 1742. Il-Kappillan Sammut kien ghadu fil-bidu tieghu.


Hu zmien il-knisja mibnija bil-hila ta’ l-arkitett Tommaso Dingli. Kollox juri kemm il-knisja fl-istruttura taghha kienet apprezzata. Ma kenitx tehtieg hlief xi tiswijiet jew tibdil f’dak li biz-zmien kien qed jitgharraq. Il-Mosta kellha popolazzjoni ta’ madwar 2,000 ruh. Il-festa titulari ta’ Santa Marija kienet tigi ccelebrata bil-kant ta’ l-ewwel u t-tieni ghasar, u b’quddiesa kantata bil-panigierku. Purcissjoni ma kienx hemm.58 Imma baqghu jsiru purcissjonijiet fil-festi ta’ Korpus u tal-Madonna tar-Ruzarju ghax kien hemm ukoll fratellanza. Imma, sa mill-1 ta’ Awissu 1721, kien hemm ukoll il-fratellanza tal-Madonna tal-Konsolazzjoni, maghrufa bhala Tac-Cintura. Din ma kellhiex purcissjoni. Fis-26 ta’ Novembru 1686, kienet twaqqfet ukoll is-Sodalita tal-Moribondi.59


Il-knejjes ckejknin kienu f’qaghda ahjar minn kif kien sabhom il-Vizitatur Appostoliku Mons. Pietro Dusina fl-1575, u l-Isqof Buenos fl-1668. Alpheran, fl-1744 halliehom kollha jiffunzjonaw. X’uhud jissemmew ghall-ewwel darba. Nafu bi tmien knejjes, imma l-ebda wahda ma kienet importanti.60 Minbarra l-Kappillan Sammut, fl-1744 kien hemm disa’ qassisin ohra. Imma kien hemm ukoll tliet seminaristi li kienu qed jithejjew biex isiru sacerdoti. Skond id-drawwa taz-zmien, kien hemm erba’ kjerici li kienu mizzewgin.61


(p.123) Baqa’ jkun hemm dawk li lill-Mosta ghamluha izjed nisranija ghaliex hasbu f’min kien fil-bzonn. Mill-atti tan-Nutar Bartilmew Mangion, nafu li Gianni Sammut, fl-1708, halla bicca art u xi djar f’ ‘Ta’ Xerri’ biex terz ta’ l-imghax jitqassam lill-foqra u z-zewg terzi l-ohra jmorru ghall-bzonnijiet tal-knisja parrokkjali.62 Ohrajn, fis-snin 1738 u 1742, hallew elemozina ta’ quddies ghall-parrocca skond l-intenzjonijiet taghhom u b’ghajnuniet ghal qassisin ta’ l-istess parrocca.63


1758-1797: hames parrokkati


Il-knisja parrokkjali baqghet tiffunzjona tajjeb. Imma, billi l-popolazzjoni kienet qed tikber, inhass li kienet saret ckejkna biex taqdi lill-poplu nisrani. Din hi daqqa t’ghajn hafifa lejn il-parrokkati. Dun Salv Pace mexxa ghal sena wahda (1758-59) ghax mar kappillan is-Siggiewi. Warajh, lahaq Dun Enriku Audibert (1759-64), li ghadda hames snin il-Mosta, mill-1759 sa l-1764, u mbaghad telaq lejn l-Isla fejn kien twieled. Is-successur kien Dun Filippu Guliermu Seychell li mexxa ghal seba’ snin (1764-71) u miet f’zoghzitu ta’ 39 sena. Kien hemm, imbaghad, Dun Salv Saver Bonnici, li beda l-parrokkat twil tieghu fl-1771. Fi zmien dan il-kappillan, fl-1774, il-knisja parrokkjali giet ikkonsagrata mill-lsqof Giovanni Carmine Pellerano. Dan il-kappillan thabat biex ikabbar il-limiti tal-parrocca. Bonnici mexxa l-parrocca sal-mewt li grat fl-1794.64 Kappillan iehor kien Dun Salv Farrugia, li ma damx hlief tliet snin imexxi l-parrocca (1794-97).65


Fil-hajja nisranija, ma dehrux affarijiet kbar. Minbarra wiehed, il-parrokkati kienu qed ikunu qosra. Il-knisja parrokkjali, minbarra li kienet ckejkna, deher li kienet inbniet b’xi difetti. Fil-funzjonijiet important ta’ matul is-sena, hafna kienu qed jibqghu barra. Dawk (p.124) ta’ gol-knisja, kienu mrassin fuq xulxin. Knisja gdida kienet mixtieqa. Imma flus ma kienx hemm bizzejjed.66


Il-holma u l-bini tar-Rotunda


Fl-1797 beda l-parrokkat li ma ntesa qatt. Gie maghzul Dun Felic Calleja bhala kappillan tal-Mosta. Il-kostruzzjoni tal-knisja ta’ Dingli ma kenitx ta’ sahha kbira. Il-bzonn ta’ wahda gdida beda jinhass dejjem izjed. Il-kappillan Calleja, li kien ghamel zmien Ruma, beda jahseb fil-Pantheon ta’ Ruma, it-tempju pagan li nbidel fi knisja nisranija. Numru ta’ arkitetti ghamlu xi pjanti, imma giet maghzula dik ta’ George Grongnet de Vasse.67 L-istorja hi maghrufa tajjeb ghax hafna kitbu dwarha. Skond kif xtaq il-kappillan, kienet sejra tinbena madwar il-qadima. Grongnet innifsu kien ta’ l-istess fehma tal-kappillan u wriehom il-vantaggi ta’ knisja li tkun madwar dik ta’ l-arkitett Dingli.68 Kien ippjanat li tkun tesa’ madwar 6,000 ruh. Imma l-Kappillan Calleja miet fl-20 ta’ Frar 1833 qabel ma tqieghdet l-ewwel gebla. Is-successur, mill-10 ta’ Marzu 1833, kien Dun GannMari Schembri. Fit-30 ta’ Mejju ta’ l-istess sena, tqieghdet l-ewwel gebla tar-Rotunda li ttamaw li tkun monumentali. Ghalkemm hafna offrew ix-xoghol taghhom gratwitament, l-ispejjez kienu kbar. Koppla maestuza kienet sejra zzejjen dan it-tempju. Il-Kappillan Schembri miet fit-28 ta’ Settembru 1850, meta ma kienx fadal wisq biex jitlesta l-bini tar-Rotunda.


Il-bust ta' Grognet fir-Rotunda tal-Mosta(p.124) Il-bust ta’ Grongnet fir-Rotunda

Dun Anton Mallia ha l-pussess bhala (p.125) kappillan fl-24 ta’ Ottubru 1859. Kien fi zmienu li r-Rotunda tlestiet. Tbierket minnu stess fis-16 ta’ Frar 1860. Malajr bdiet tinhatt il-qadima. Fil-11 ta’ Marzu 1860, tbierket mill-Isqof ta’ Malta Mans Gaetano Pace Forno. L-ispiza kienet telghet ghal madwar £21,000.69 Grongnet, l-arkitett tar-Rotunda, miet fil-5 ta’ Settembru 1862.70 Imma x-xoghol fuq dettalji zghar baqa’ sejjer fir-Rotunda. Ftit wara t-tberik taghha, u aktarx li kien fis-sena 1866, giet organizzata l-ewwel purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira. Dak li habrek hafna ghaliha kien certu Girgor, is-sagristan tal-parrocca. Imma kien ghad hemm zewg statwi biss - ‘Kristu fl-Ort’ u ‘il-Marbut.’ Fi zmien l-istess kappillan, fl-1869, saru l-istatwi ta’ ‘l-Imghobbi’ u ‘il-Vara l-Kbira.’ Izjed tard, zdiedu l-istatwi ta’ ‘l-Ecce Homo’, ‘il-Veronika’, ‘il-Monument’, u ‘id-Duluri’. Dawn l-ahhar erba’ statwi gew mibdula fl-ohrajn li hemm illum, li huma izjed artistici.71


Mallia temm il-parrokkat fl-1876. Mexxew warajh Dun Frangisk Camilleri (1876-85) u Dun Lawrenz Sciberras (1886). Il-knisja parrokkjali giet mghollija fil-gieh ghax saret arcipretali. L-ewwel arcipriet kien Dun Pawl Xuereb (1887-94). Dan ha hsieb li ssir lanterna fuq disinn ta’ Gorg Schinas, u ghalhekk b’varjazzjoni ckejkna minn dik li ppropona Grongnet, u giet inawgurata fl-1889.72


Beda jidher dejjem izjed kemm kien ta’ gid ghall-pastorali fil-Mosta meta bdew jinqdew bir-Rotunda. Barra minn hekk, il-bini tar-Rotunda kien opra artistika ta’ pregju kbir. Fil-fatt, il-hajja nisranija tal-Mosta baqghet tintrabat kontinwament ma’ din ir-Rotunda. Hi monument ta’ mhabba lejn ir-religjon nisranija.73


L-istatwa titulari ta’ Santa Marija


(p.126) Il-Kappillan Dun Anton Mallia, minbarra li ra l-inawgurazzjoni tar-Rotunda, fi zmienu saret ukoll l-istatwa titulari ta’ Santa Marija (1868). Giet skolpita fl-injam mill-iskultur Salvatore Dimech, Mosti maghruf bhala ‘is-Sartx’.74 Saret minn zokk ta’ zebbuga. Naqqaxha f’remissa fil-Mosta, fi triq li illum iggib ismu. Xoghol ta’ min japprezzah kien il-mant li kellha. Kienet statwa tispira hafna d-devozzjoni.75


Biz-zmien, l-istatwa ta’ Santa Maria ma baqghetx tinghogob minn kulhadd. Kien hemm dawk li riedu li ssir statwa gdida. Lil ohrajn dehrilhom li kien bizzejjed li l-istatwa tigi rrangata. Dun Karm Sciberras, fl-1948, fl-ahhar zmien tal-parrokkat tieghu, iddecieda li jafda x-xoghol xejn hafif tar-restawr f’idejn l-iskultur maghruf Censu Apap. Mill-istatwa l-qadima, hu hareg l-istatwa artistika li hemm illum. L-iskultura, il-pittura u l-induratura qamu £600. Izzanznet fit-8 ta’ Awissu 1948. Fl-1985, l-istatwa giet indurata mill-gdid minn Manwel Darmanin mill-Belt.76


Statwi u pittura li jixhdu ghal twemminna


Il-bust ta' Grognet fir-Rotunda tal-Mosta(p.127) Il-Marbut

It-tieni arcipriet, li kien Dun Gwann Sareo, ghaqqad is-seklu dsatax u ghoxrin ghax hu beda jmexxi l-parrocca fl-1895 u spicca fl-1907. Is-seklu ghoxrin jurina bdil ta’ statwi u ohrajn li saru godda. Statwarji maghrufin hadmu fil-Mosta. Karlu Darmanin (1825-1909), l-aqwa statwarju fil-kartapesta, hadem seba’ statwi ghall-Mosta. Dawn huma ‘Kristu fl-Ort,’ ‘il-Marbut,’ ‘l-Ecce Homo,’ ‘il-Veronika,’ ‘l-Imghobbi,’ ‘il-Vara l-Kbira’ u ‘id-Duluri.’ Imma d-Duluri regghet saret mil-lavrant ta’ Darmanin xi ghaxar snin wara mewtu. ‘Il-Monument’, imbaghad, jissemma minn kulhadd id-disinn hu ta’ (p.127) l-istatwarju Wistin Camilleri (1885-1979). Dan hadem ukoll il-korp ta’ Kristu mejjet flimkien mat-tmien angli li jzejnu l-urna ndurata, li hija xoghol ta’ l-iskultur Antonio Agius. Dawn l-istatwi gew moghtija l-kulur, b’mod artistiku hafna, fl-1952 minn Rafel Boanici Cali. L-ahhar statwa hi ‘it-Tradiment ta’ Guda,’ li saret fl-1963 minn Glormu Dingli.77 Ma dawn tizdied l-istatwa ta’ Kristu Rxoxt’.78


Il-knisja parrokkjali kienet imzejna bi kwadri sa mis-seklu sbatax.79 Imma, jekk inharsu lejn il-pittura li saret fil-bidunett tas-seklu ghoxrin, kulhadd jitghaxxaq bil-lunetti li tpittru minn Guzeppi Cali. Wara hafna tilwim dwar x’kellu jigi ffigurat fil-lunetti, ftiehmu li jitpittru xeni mill-hajja ta’ Kristu bi profeti fin-naha t’isfel. Dawn saru bejn is-snin 1900 u 1903. It-tmien lunetti qamu b’kollox £200.80


1942: ir-Rotunda milquta minn bombi


Sa l-ewwel snin tat-Tieni Gwerra Dinjija, il-Mosta rat imexxuha fil-hajja nisranija zewg arciprieti ohra - Dun Pawl Mallia (1907-30) u Dun Girgor Borg (1930-42). Iz-zmien kien ghadu difficli. Il-faqar kien ghadu jinhass. Hafna kienu ghadhom bla skola. Imma kienu bdew l-ghaqdiet ghaz-zghar u (p.128) ghall-kbar. Dawn kabbru t-taghlim nisrani u heggu lil kulhadd biex jghix twemminu ahjar.


Fl-ahhar xhur ta’ l-Arcipriet Borg, il-Mosta ghaddiet minn esperjenza kerha li ma ntesiet qatt. Il-Mosta nisranija, fid-9 ta’ April 1942, raddet hajr lil Alla doppjament. Il-Mostin dejjem hassewhom kburin bir-Rotunda taghhom. Mhux biss ghax il-koppla kienet tghaxxaq lil kulhadd bis-sbuhija artistika taghha, imma wkoll minhabba l-kobor taghha li jaghmel minnha t-tielet wahda fid-dinja, wara San Pietru f’Ruma u l-Katidral ta’ San Pawl f’Londra.


Il-Mostin kienu jitolbu lil Alla bla waqfien tul it-Tieni Gwerra Dinjija. Il-mitjar fil-qrib, f’Ta’ Vnezja fil-limiti tal-Mosta, kien il-kawza li l-bumbardamenti fuq il-Mosta kienu ta’ sikwit. Ma kenux ftit dawk li waqghulhom djarhom u mietu mirdumin. Is-sena 1942 kienet l-aghar wahda. Hu bizzejjed li nfakkru li, fil-21 ta’ Marzu 1942, tilfu hajjithom mal-hamsin ruh minhabba zewg bombi li dabbar ix-xelter fi Triq Gafa, wahda f’kull bokka tieghu.


Ghaddew biss tliet gimghat. Fil-gumata tad-9 ta’ April fl-4.30 p.m., 400 ruh kienu migburin jitolbu fil-knisja parrokkjali. Imma, f’dak il-waqt, tliet bombi Germanizi gew iccentrati fuq ir-Rotunda, u t-tlieta laqtuha. Imma ebda wahda minnhom ma splodiet. Wahda dahlet mill-koppla. Kulhadd ra li kienet grazzja kbira ta’ Alla li hadd minnhom ma ndarab. B’hekk, ir-Rotunda helsitha hafif. Il-Mostin kienu certi li Alla dak in-nhar habbhom b’mod specjali.


Dakinhar, il-Gvernatur u l-Kmandant Generali Sir William Dobbie, Protestant prattikanti, mill-palazz tieghu ta’ Sant Anton, lemah il-bomba tinzel u tinfed il-koppla tal-Mosta. Hu dritt (p.129) erhielha lejn il-Mosta. Fit-triq, quddiem ghajnejh, ma bediex jimmagina ghajr herba u mwiet. Imma ma kienx hekk. Meta dahal fil-knisja, il-gvernatur ra l-bomba ta’ kalibru kbir u hass li kellu jinghaqad mal-poplu tal-Mosta fis-serhan tal-qalb u tal-mohh, u fl-ghoti ta’ radd il-hajr lil Alla talli kien heles lill-knisja u lill-Mostin mill-qerda.81 Imma l-koppla kienet garrbet xi hsarat. Kienet thezzet meta ttaqqbet b’dik il-bomba Germaniza. Inhasset il-htiega biex, flok il-konkrit, issir qoxra mad-dawra kollha bir-ramm. Din saret fl-1960, u giet tqum £6,000.82


Il-fratellanzi li ghenu ha jsahhu l-fidi


Il-poplu ta’ zmien ilu hass ruhu izjed nisrani meta nghaqad ma’ ohrajn f’xi ghaqda. Fl-imghoddi, fil-Mosta wkoll, dan kien importanti izjed milli fi zmienna. Ma kenux jezistu mezzi ta’ komunikazzjoni waqt li hafna kienu bla skola. Ghalhekk, l-ghaqdiet taw kontribut enormi biex il-Mostin hassew ruhhom izjed insara. Kull ghaqda hi frott ta’ zmienha. L-ghaqdiet insara ma jistghux jitwaqqfu hlief fil-parrocca, mill-kappillan jew minn xi qassis iehor. Kull wiehed mill-erba’ arciprieti ta’ wara l-gwerra ghandu s-sehem tieghu. Meta l-paci regghet bdiet issaltan fostna, il-parrocca tal-Mosta kienet bdiet titmexxa mill-arcipriet Mosti Dun Pawl Galea (1948-1960).


L-izjed qodma fost l-ghaqdiet huma l-fratellanzi. Sa mill-ewwel zmien tal-parrocca kien hemm il-Fratellanzi tas-Sagrament u tar-Ruzarju li, minbarra l-festa, kienu jorganizzaw purcissjoni wkoll, u kellhom id-devozzjonijiet taghhom stabbiliti fl-istatuti. Sa tmiem is-seklu dsatax, dawn kienu sitta ghaliex kienu zdiedu (i) tal-Konsolazzjoni (Tac-Cintura), b’digriet ta’ l-1721; (ii) ta’ San Guzepp; (iii) tal-Qalb ta’ Gesu; u (iv) tad-Duluri mill-1886. Dawn kienu (p.130) jzejnu kull purcissjoni. Sa tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija kien hemm 15-il purcissjoni. Min kien fratell kien jigi mghallem li kellu jaghti ezempju ta’ hajja nisranija billi ma jonqosx milli jitlob, jiffrekwenta s-sagramenti, u jaghmel opri ta’ karita. Illum, ma fadlilhomx hlief tnemnim ta’ hajja ghax kwazi spiccaw fix-xejn. L-Arcisqof Gonzi naqqsilhom il-purcissjonijiet ghax kienu wisq.83 Post il-fratellanzi haduh ghaqdiet ta’ zmienna.


L-istituti ta’ hajja kkonsagrata


Wisq aktar milli bil-fratellanzi, il-hajja nisranijia tal-Mosta nhasset bil-prezenza attiva ta’ ghadd ta’ istituti ta’ hajja kkonsagrata. Il-Gizwiti bnew dar kbira ghall-irtiri f’San Guzepp tat-Targa, limiti tal-Mosta. Tissejjah Mount Saint Joseph u giet inawgurata fl-1964.84


Hemm ukoll tliet kongregazzjonijiet ta’ sorijiet. Il-prezenza taghhom tinhass fost il-poplu ghaliex huma kongregazzjonijiet ta’ hajja attiva. Huma kienu u ghadhom ta’ servizz ghal kulhadd, mit-tfal sa l-anzjani. Huma kollha dahlu f’din il-parrocca fis-seklu ghoxrin. L-ewwel ma narawhom kien lejn l-ahhar zmien ta’ l-Arcipriet Dun Pawl Galea. Imma mbaghad, zdiedu fi zmien l-Arciprieti Dun Bartilmew Bezzina (1960-81) u Dun Joe Carabott (1981-2003). Zgur li jibqa’ japprezza l-prezenza taghhom l-Arcipriet Dun Mario Tong, li mill-2003 beda jmexxi l-parrocca.


Insibu s-Sorijiet Frangiskani tal-Qalb ta’ Gesu imwaqqfin fir-Rabat ta’ Ghawdex fl-1880 minn Dun Guzepp Diacono, u mbaghad moghtijin hajja gdida mill-Venerabbli Madre Margerita De Brincat.85 Huma kellhom l-ewwel kuntatti mal-Mosta ghaliex fl-1959 bdew izuru u jghinu lill-qassis bl-isem Dun Frangisku Saverju Theuma Castelletti, (p.131) li kien konti. Il-qassis halla gidu lil Karmela Agius, li assistietu ghal hafna snin. Wara mewtu, din ix-xbejba ghamlet opra ta’ karita, billi xtrat dar u tatha lil dawn is-sorijijet. Huma akkwistaw djar fil-qrib, u waqqfu ospizju ghan-nisa anzjani, u lid-dar tawha l-isem ta’ ‘Pax et Bonum.’ Bil-pacenzja kollha, is-sorijiet jaghtu lill-anzjani l-kura mehtiega u mistennija. Huma wkoll ta’ ghajnuna fit-taghlim tal-katekizmu fil-parrocca.86


Is-Sorijiet tal-Bon Pastur twaqqfu f’Angers fi Franza, fl-1835, minn Santa Marija Ewfrasja Pellettier. Bdew u baqghu f’hidma fost nisa u zghazagh f’diffikulta. Dahlu f’Malta fl-1858.87 Marru l-Mosta fi zmien l-Arcipriet Dun Bartilmew Bezzina. Jaghtu servizz lill-gruppi ta’ tfajliet u nisa mizzewgin. Izuru nies li jghixu wehidhom u familji li jkollhom bzonn ta’ l-ghajnuna taghhom. Id-dar taghhom hi dejjem miftuha ghal kulhadd. Jixtiequ jkunu ta’ servizz ghall-Mostin kollha.88


L-ahhar li dahlu fil-Mosta huma s-Sorijiet tal-Karita. Waqqfithom f’Besancon fi Franza, fl-1799, Santa Govanna Antida Thouret. Gew Malta fl-1868. Huma dahlu l-Mosta fl -1991. Ghalkemm id-dar hi ghal sorijiet pjuttost anzjani, huma jaghtu s-servizzi taghhom f’oqsma differenti. Insibuhom joffru assistenza socjali, jghallmu l-katekizmu u affarijiet bzonnjuzi lill-bniet, u jzuru persuni anzjani. Huma jaghtu xhieda nisranija li hi apprezzata. Hemm min iwwassal it-tqarbin lill-morda u min jghallem xi xoghlijiet lix-xbejbiet ta’ l-inhawi taghhom.89


L-ghaqdiet insara tal-lajci


L-ezistenza ta’ dawn l-ghaqdiet fil-Mosta se jinghataw skond l-ordni kronologiku tad-dhul taghhom fil-Mosta. Fl-imghoddi, ghal-lajci, l-akbar kontribut (p.132) nisrani gie mill-fratellanzi. Gieli kien hemm ukoll xi ghaqdiet marbutin ma’ xi talb ghall-moribondi jew ta’ suffragju ghall-mejtin. Illum, il-hajja nisranija, fost il-lajci hadet xejra ohra. Fi zmien meta hafna qed jinqatghu mill-Knisja wisq izjed milli fl-imghoddi, bosta huma l-ghaqdiet li, fil-Mosta wkoll, jaghtu kontribut nisrani, socjali, jew rikreattivi.


Il-Kongregazzjont ta’ ‘L-Ulied ta’ Marija’ bdiet f’Ruma bhala Kongregazzjoni Marjana fl-1865. L-iskop hu li tinghata ghajnuna lill-bniet u xebbiet biex jghixu dejjem ahjar u jersqu izjed ghas-sagramenti. Huma bdew fil-Mosta bil-hidma ta’ Dun Kami Gauci fl-1914. Aktarx li jissejhu bl-isem bit-Taljan ‘Figlie di Maria.’ L-ewwel direttrici kienet Filomena Galea. Hafna minnhom kienu ghalliema fl-iskola. Lit-tfal tal-Mosta, ippreparawhom ghall-Ewwel Tqarbina u l-Grizma ta’ l-Isqof. Mill-1960, bdew jissejhu ‘Kongregazzjoni Marjana’.90


Il-’Konferenza ta’ San Vincenz’ twaqqfet bl-iskop li taghti l-ghajnuna temporali u spiritwali lill-foqra u batuti ta’ kull xorta. Bdiet fil-Mosta fl-1919. L-ewwel president kien it-Tabib Ruzar Mizzi. Il-membri dejjem dahhlu jdejhom f’buthom biex jghinu.91


Ix-’Xirka ta’ l-Isem Imqaddes ta’ Alla’ twaqqfet biex tkabbar il-qima lejn l-isem imqaddes ta’ Alla, specjalment billi theggeg lil kulhadd biex jaqta’ l-vizzju ikrah tad-dagha kontra Alla, il-Madonna, u l-qaddisin. Dahlet fil-Mosta fl-1930. L-ewwel direttur kien il-vigarju tal-parrocca Dun Karm Sciberras.92


L-’Azzjoni Kattolika,’ f’cirkli ghal kull kategorija, taghti formazzjoni nisranija permezz tal-lajci. Kien mixtieq li tinhass bhala l-id il-leminija ta’ kull mexxej ta’ parrocca. Dahlet fil-Mosta fl-1936. (p.133) L-ewwel wiehed li hadem ghal hafna snin biex jorganizzaha kien Dun (wara Monsinjur) Salv Sammut. Bdiet fil-Mosta bil-guvintur.93


Is-’Socjeta tad-Duttrina Nisranija,’ maghrufa bhala MUSEUM giet imwaqqfa mill-Beatu Gorg Preca fl-1907 bl-iskop ewlieni li tghallem kemm lit-tfal kif ukoll lill-kbar. Fil-Mosta, l-ewwel qasam fetah ghan-nisa fl-1941. Imbaghad, fetah qasam ghall-irgiel fl-1945.94


Iz-’Zghazagh Haddiema Nsara’ twaqqfu fil-Belgju mill-fundatur, is-sacerdot Dun Guzepp Cardijn. L-iskop taghhom kien l-appostolat u l-edukazzjoni tal-haddiema zghazagh. Sezzjoni tal-guvintur fethet fil-Mosta fl-1946. L-ewwel president kien Philip Caruana. Hadmu hafna biex itejbu l-kundizzjonijiet tax-xoghol taghhom. Izjed tard, fethet is-sezzjoni tax-xebbiet.95


Il-’Legjun ta’ Marija’ beda fl-lrlanda bl-iskop li l-imsehbin jitqaddsu bit-talb taghhom flimkien u b’hidma attiva taht id-direzzjoni tal-Knisja. Fil-Mosta, il-Legjun beda fl-1949 bi praesidium ghall-irgiel bl-isem ‘Omni Imtellgha s-Sema.’ L-ewwel president kien Nazzareno Abela li, ghall-ewwel, laqqaghhom f’daru. Wara xi zmien, infetah praesidium ghat-tfal li ssejjah ‘Sidtna Marija tar-Rebhiet.’ Fl-1953, infetah praesidium ghan-nisa taht l-isem ta’ ‘Omm Taghna.’ Fl-1959, infetah praesidium iehor ghan-nisa li ssejjah ‘Omm is-Sacerdoti.’ Il-membri zdiedu. Ghalhekk, infethu tliet praesidia ohra ghall-bniet bl-ismijiet ‘Omm ta’ l-Imhabba,’ ‘Regina tal-Paci’, u ‘Madonna ta’ l-Isperanza’.96


Barra dawn l-ghaqdiet insara tal-lajci hemm numru iehor ta’ ghaqdiet li Ikoll jahdmu fost il-Mostin.


1975: inkwatru inkurunat


(p.134) L-inkwatru titulari tal-Mosta, impitter minn Baskal Buhagiar, qatt ma kien meqjum hafna fih innifsu. Imma fih tingabar l-imhabba tal-Mostin lejn il-Madonna, li huma jqimuha taht it-titlu ta’ l-Assunta. Biz-zmien, l-ilwien tieghu kienu skuraw. Imma, wara r-restawr minn Guzeppi Hyzler fl-1827, deher tajjeb li Buhagiar ma hux pittur li haqqu jitwarrab. L-elementi klassici u l-istil barokk hargu jaqtghu hafna. Dan it-titular ghadda mill-knisja parrokkjali ta’ Tumas Dingli ghar-Rotunda ta’ Grongnet de Vassè. Madanakollu, kellu jigi addattat ghall-ispazju li kien hemm ghalih fil-gwarnic tal-kor. Ghalhekk, lill-inkwatru kellha ssirlu xi zieda. Gie fdat f’idejn il-pittur Salvu Barbara. L-addattament sar minnufih fl-1860.97


Fl-1950 il-Papa Piju XII iddikjara bhala domma tal-fidi t-twemmin li l-gisem tal-Madonna ma sarx trab ghaliex hi giet mghollija fis-sema bir-ruh u l-gisem. Kien zmien l-Arcipriet Dun Pawl Galea.98 Minn dak iz-zmien, il-Mostin bdew jixxennqu ghall-inkoronazzjoni ta’ l-inkwatru titulari taghhom. Madankollu, kien fl-1973 li r-rikors ghall-inkurunazzjoni sar mill-Arcipriet Dun Bartilmew Bezzina, f’isem il-poplu tal-parrocca. Hu kiteb: ‘Dak li qanqalna biex nitolbu dan hu l-fatt li ma jichdu hadd li, matul is-sekli, kemm il-kleru kif ukoll il-poplu tal-Mosta dejjem raw lill-Assunta bhala dik li, quddiem Alla, hi l-patruna singulari taghhom.” Ir-rikors tressaq quddiem il-kapitlu tal-Vatikan b’rakkomandazzjoni mill-Arcisqof Mikiel Gonzi. Il-Papa Pawlu VI laqa’ r-rikors. Id-dokument tal-Vatikan igib id-data tat-12 ta’ Dicembru, 1973.99


Il-kwadru rega’ gie restawrat minn Maurice Cordina. Guzeppi Galea, mir-Rabat gie mitlub jaghmel id-disinn (p.135) tal-kuruna tad-deheb. Din giet mahduma minn Roger Mizzi ta’ Birkirkara. L-ispejjez tal-kuruna ngabru minn fost il-poplu tal-Mosta u minn fost l-emigranti Maltin. Offrew ghall-kuruna flus jew oggetti tad-deheb. L-Arcisqof Gonzi ried li l-Assunta tal-Mosta tigi inkurunata f’gheluq il-25 sena mid-definizzjoni tad-domma. Il-gurnata ta’ l-inkurunazzjoni kienet fl-10 ta’ Awissu, 1975. Kienet l-ahhar inkurunazzjoni ta’ l-Arcisqof Gonzi. Wara dik tal-Mosta, f’Malta ma sarux inkurunazzjonijiet ohrajn.100


Ritratt: (p.135) Il-kuruna (1975) u l-istellarju (2000) li jinkurunaw lill-Assunta.


Din l-inkurunazzjoni kienet xhieda ohra tal-hajja nisranija tal-Mosta. Fil-Mostin kibret l-imhabba lejn il-Madonna li zgur li twassalhom izjed qrib ta’ Alla.101


Il-hajja nisranija, anki f’dawn iz-zminijiet moderni u kultant b’indifferenza lejn ir-religjon, ghadha tinhass hafna fil-Mosta. Fil-Mosta wkoll hemm izjed minn banda wahda. Dawn huma Nicolo Isouard u Santa Marija. Imma, ghalkemm il-herqa taghhom biex ma jkunux inferjuri ghal xulxin ma tistax ma ggibx xi ftit tal-pika bejniethom, (p.136) madankollu ma hemmx dak il-fanatizmu li nsibu f’postijiet ohrajn.


Is-successur ta’ l-Arcipriet Bezzina kien Dun Joe Carabott (1981-2003). Hu ghandu l-mertu kbir tieghu biex lill-Mosta ghamilha izjed nisranija ghaliex hadem b’imhabba, dedikazzjoni, u dixxiplina. Il-Mosta. b’differenza minn hafna postijiet ohra, tat importanza kbira anki ghall-vokazzjonijiet sacerdotali. Hu fatt cert li, minghajr sacerdoti, il-Mosta ma tistax tkun tassew nisranija. Sacerdoti Mostin iservu, mhux biss fil-Mosta, imma wkoll f’parrocci ohrajn fejn in-nuqqas ta’ sacerdoti jinhass hafna. Illum hafna huma fiducjuzi li bit-tmexxija ta’ l-Arcipriet Dun Mario Tong, il-Mosta tibqa’ nisranija tassew, minkejja t-tigrib li s-seklu wiehed u ghoxrin igib mieghu, u taghmel passi ohrajn ‘il quddiem.


Riferenzi

  1. Atti ta’ l-Appostli, 28, 7-10.
  2. E.B. Vella et al, Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta, 1972 / 1986), Taqsima IV, 39-40.
  3. E.B. Vella et al, Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta, 1972 / 1986), Taqsima IV, 41-42.
  4. A(rchivium) S(ecretum) V(aticanum), Vescovi e Regolari, Visitatio Apostolica, n. 51: Dusina, 1575, f.37r-v; D. De Lucca & H. Bonnici, ‘Urban Development in Mosta,’ L. Scerri (ed.), Mosta: The Heart of Malta (Malta: 1996), 61.
  5. A(rchivium) S(ecretum) V(aticanum), Dusina, f.37r.
  6. Ibid.; vide R. Bellia, ‘Ir-rahal tal-Mosta fl-ahhar hamsin sena tas-seklu sittax,’ Socjeta Filarmonika Santa Marija, Mosta: Programm tal-festa 1998 (Malta: 1998), 75-8.
  7. A(rchivium) S(ecretum) V(aticanum), Dusina, f.37v.
  8. Ibid., ff.37v-38r.
  9. Ibid., f.37r-v.
  10. M(alta) C(athedral) M(dina), A(rchivium) C(athedralis) M(elitae), Misc., 190, f.141r-v.
  11. A(rkivju) P(arrokkjali) N(axxar), Mem. Apol., f.36r-v.
  12. A(rchivium) I(nquisitionis) M(elitensis), Processi,12A, f.2r, A. Bonnici, Storja ta’ l-Inkizizzjoni ta’ (p.137) Malta, i (Malta: 1990), 130.
  13. A(rchivium) A(rchiepiscopale) M(elitense), V(isitationes) P(astorales), Gargallo: 1608, ff.336r-357r.
  14. A. Bonnici, ‘Id-digriet ta’ l-erezzjoni tal-parrocca tal-Mosta li fl-1608 ma satax jigi esegwit,’ Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard Mosta: Programm tal-Festa 1995 (Malta: 1995), 43-52.
  15. Info. Re. Rev. Giljan Borg, vide A. Bonnici, ‘In-Naxxar bejn is-sekli sittax u sbatax,’ Programm Festa Marija Bambina, Naxxar (Malta: 1995), 11-7.
  16. A(rkivju) P(arrokkjali) N(axxar), Mem. Apol., ff.42r-44r.
  17. A(rkivju) P(arrokkjali) M(osta), Bapt., Matr., Def., I, Matr., 1611-1640, 29.vii.1611.
  18. Ibid., Bapt., 1611-1630, 3.xi.1611.
  19. Ibid., Def., 1611-1644, 3.v.1612.
  20. E.B. Vella et al, Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta, 1972 / 1986), Taqsima V, 55.
  21. D. De Lucca & H. Bonnici, ‘Urban Development in Mosta,’ L. Scerri (ed.), Mosta: The Heart of Malta (Malta: 1996), 64-65.
  22. Ibid., f.11.
  23. A(rkivju) P(arrokkjali) M(osta), Bapt., 20.11.1617.
  24. Vide E.B. Vella et al, Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta, 1972 / 1986), Taqsima VII, 81. Ghal disinn tal-knisja bis-sulfarini: vide ‘Joe Spiteri u Tumas Dingli,’ Socjeta Filarmonika Santa Marija, Mosta: Festa 2001 (Malta 2001), 107.
  25. M(alta) C(athedral) M(dina), A(rchivium) C(athedralis) M(elitae), Misc., 190, ff. 140v, 145v-146r.
  26. Ibid., f.141r-v; vide R. Bellia, ‘Ir-rahal tal-Mosta fl-ewwel snin tas-seklu sbatax,’ Socjeta Filarmonika Santa Marija, Mosta: Festa 2001 (Malta: 2001), 23-6.
  27. M(alta) C(athedral) M(dina), A(rchivium) C(athedralis) M(elitae), Misc., 190, f.146v.
  28. Ibid.
  29. Ibid., f.146r.
  30. Ibid., ff.146v-147r.
  31. A(rchivium) A(rchiepiscopale) M(elitense), V(isitationes) P(astorales), 19, f.250v
  32. Vide A(rchivium) A(rchiepiscopale) M(elitense), Conti, 48 (Mosta: 1654-1752), n.1, ‘Procura Chiesa,’ n.p., dwar il-kontenut tieghu: vide A. Bonnici, ‘Il-Festa ta’ Santa Marija fil-Mosta u l-Amministrazzjoni tal-Parrocca lejn nofs is-seklu sbatax: 1634-1654,’ Socjeta Filarmonika Nicolo lsouard Mosta: Programm tal-Festa 1996 (Malta: 1996).
  33. A(rchivium) S(ecretum) V(aticanum), S(ecretaria) S(tatus) Malta, 186, ff.403r-406v: Mosta: pop 1,214; Naxxar: pop 1,412. Vide A. Bonnici, Maltin u l-Inkizizzjoni f’nofs is-seklu sbatax (Malta: 1977), 216.
  34. A(rchivium) A(rchiepiscopale) M(elitense), Conti, 48.
  35. A(rkivju) P(arrokkjali) M(osta), Bapt. et Def., I (1611-1640), 19.xi.1620.
  36. A(rchivium) A(rchiepiscopale) M(elitense), V(isitationes) P(astorales), 20 (Buenos), f.739v.
  37. A. Cremona, “L’antica fondazione della Scuola di Lingua Araba in Malta,” Melita Historica, i/2 (Malta: 1953), 93-94; A. Bonnici, Storja ta’ l-Inkizizzjoni ta’ Malta, ii (Malta 1992), 246; A Bonnici, L-Isla, ii (Malta: 1986), 115-120, 150-1; A(rkivju) P(arrokkjali) M(osta), Def., II, ff. 104-105.
  38. A(rchivium) A(rchiepiscopale) M(elitense), V(isitationes) P(astorales), 20, f.740r: “venerabiliter detentum.”
  39. M.D. Schembri, ‘Min pitter il-kwadru titulari ta’ l-Assunta meqjum fir-Rotunda tal-Mosta?,’ Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard Mosta: Programm tal-Festa 1993 (Malta: 1993), 91-5; A. Bonnici, Kwadri u Statwi Inkurunati f’Malta u Ghawdex (Malta: 2002), 131-9.
  40. G. Bugeja, ‘The Rotunda and its artistic treasures,’ L. Scerri (ed.), Mosta: The Heart of Malta (Malta: 1996), 88-9.
  41. M(alta) C(athedral) M(dina), A(rchivium) C(athedralis) M(elitae), Misc., 190, f.141r.
  42. A(rchivium) A(rchiepiscopale) M(elitense), V(isitationes) P(astorales), 20, f.740v.
  43. Ibid., 19, f.251r.
  44. Ibid., 20, ff. 711r-, 740r-741r; G. Bugeja, ‘The Rotunda and its artistic treasures,’ L. Scerri (ed.), Mosta: The Heart of Malta (Malta: 1996), 83-7.
  45. Vella, 86.
  46. A(rchivium) A(rchiepiscopale) M(elitense), V(isitationes) P(astorales), 20, f.475r.
  47. A(rkivju) P(arrokkjali) N(axxar), Mem. Apol., ff.143v-144r.
  48. A(rchivium) A(rchiepiscopale) M(elitense), V(isitationes) P(astorales), 20, ff.741r-742v.
  49. Il-knejjes skonsagrati huma indikati fi pjanta dwar il-Mosta: vide A(rkivju) P(arrokkjali) N(axxar), Mem. Apol., ff.143v-144r.
  50. A(rchivium) A(rchiepiscopale) M(elitense), V(isitationes) P(astorales), 20, f.744r-v.
  51. Ibid., f.743r.
  52. Ibid., f.745r.
  53. M(alta) C(athedral) M(dina), A(rchivium) C(athedralis) M(elitae), Misc., 190, f.141r-v.
  54. Ibid.
  55. A(rchivium) A(rchiepiscopale) M(elitense), V(isitationes) P(astorales), 20, f.743r.
  56. Ibid., f.744r.
  57. A Ferres, Descrizione Storica delle Chiese (Malta: 1866), 469-70; vide A. Bonnici, ‘Il-Mosta u l-Parrocca f’Gieh l-Assunta,’ Storja ta’ Malta fi grajjiet il-Knisja, (Malta: 1996), 117-31.
  58. M(alta) C(athedral) M(dina), A(rchivium) C(athedralis) M(elitae), 190, f.141v.
  59. Ibid., ff.141v, 142v, 143r, 144r.
  60. (p.138) Ibid., ff.152v-157r.
  61. Ibid., ff.158v-159r.
  62. Ibid., f.146r-v.
  63. Ibid., f.147r-v. Vide T. Terribile, ‘L-Isqof Paolo Alpheran de Bussan jzur il-Parrocca tal-Mosta fl-1744,’ Filarmonika Santa Marija, Mosta: Programm tal-Festa 1996 (Malta: 1996), 103; Filarmonika Santa Marija, Mosta: Programm tal-Festa 1997 (Malta: 1997), 22-3.
  64. E.B. Vella et al, Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta: 1972 / 1986), Taqsima IX, 104-5.
  65. A Ferres, Descrizione Storica delle Chiese (Malta: 1866), 174.
  66. E.B. Vella et al, Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta: 1972 / 1986), Taqsima XII, 133.
  67. Vide A. Camilleri, ‘Gorg Grognet (1774-1862),’ Socjeta Filarmonika Santa Marija, Mosta: Festa 2000 (Malta: 2000), 38-43; R. Cauchi, ‘George Grongnet de Vassè u r-Rotunda tal-Mosta,’ M.D. Schembri (ed.), Mustensia, i (Malta: 2002), 191-5.
  68. D. De Lucca & H. Bonnici, ‘Urban Development in Mosta,’ L. Scerri (ed.), Mosta: The Heart of Malta (Malta: 1996), 69-76.
  69. ‘Ir-Rotunda tal-Mosta u r-restawr taghha,’ Socjeta Filarmonika Santa Marija, Mosta: Annwal 2003 (Malta 2003), 117.
  70. E.B. Vella et al, Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta: 1972 / 1986), Taqsima XII, 165.
  71. J. Borg, ‘Fil-Mosta,’ M. Schiavone (ed.), Il-Purcissjonijiet tal-Gimgha l-Kbira f’Malta u Ghawdex, (Malta: 1992), 161-2.
  72. E.B. Vella et al, Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta: 1972 / 1986), Taqsima XII, 168-70
  73. G. Cassar, ‘Zewg Anniversarji ghall-Mosta,’ Socjeta Filarmonika Santa Marija, Mosta, Annwal 2003 (Malta: 2003), 83-7.
  74. Vide J.J. Camilleri, ‘Fl-anniversarju tal-mewt tas-Sartx,’ Filarmonika Santa Marija, Mosta: Programm tal-Festa 1997 (Malta: 1997), 27; L.J. Dalli, ‘L-iskultur Mosti Salvatore Dimech,’ Filarmonika Santa Marija, Mosta: Festa: 2000 (Malta: 2000), 86-9.
  75. J. Borg, ‘Min kienu l-protagonisti ta’ meta nbidlet l-istatwa titolari u dawk li zejnuha tul is-snin,’ M.D. Schembri (ed.), 162; J. Grech, Vari ta’ Malta u Ghawdex (Malta: 1998), 50.
  76. J. Borg, ‘Opri u Grajjiet fir-Rotunda,’ Zieda XII, Vella, 451-2; V. Caruana, ‘Mosta: Santa Marija,’ M. Schiavone (ed.), Il-Knejjes Parrokkjali ta’ Malta u l-Festi taghhom, (Malta: 1993), 173.
  77. Borg, ‘Fil-Mosta,’ 161-2.
  78. G. Bugeja, ‘The Rotunda and its artistic treasures,’ L. Scerri (ed.), Mosta: The Heart of Malta (Malta: 1996), 101-3; J. Grech, Il-Vari ta’ Kristu Rxoxt fil-Knejjes ta’ Malta u Ghawdex, (Malta: 2000), 27.
  79. G. Bugeja, ‘The Rotunda and its artistic treasures,’ L. Scerri (ed.), Mosta: The Heart of Malta (Malta: 1996), 82-98.
  80. J. Borg, ‘Il-Pittura tat-Tmien Lunetti,’ Socjeta Filarmonika Santa Marija, Mosta: Festa 2001 (Malta: 2001). 18-20; M. Muscat, ‘Il-Pittura ta’ bejn il-lunetti fir-Rotunda,’ Filarmonika Santa Marija, Mosta: Programm tal-Festa 1998, (Malta: 1998), 41-5.
  81. A. Camilleri, ‘Meta l-hagar sfida l-azzar: L-attakk mill-ajru fuq il-knisja tal-Mosta, il-Hamis, 9 ta’ April, 1942,’ M.D. Schembri (ed.), 94-5; Il-Berqa, 17.iv.1944.
  82. ‘Ir-Rotunda tal-Mosta u r-restawr taghha,’ Socjeta Filarmonika Santa Marija, Mosta: Annwal 2003 (Malta: 2003), 117.
  83. F. Mangion, ‘Il-Fratellanzi,’ Zieda IX, Vella, 303-6; J. Borg, ‘Il-Fratellanzi fil-Parrocca tal-Mosta,’ Socjeta Filarmonika Santa Marija, Mosta: Annwal 2003 (Malta: 2003), 45-7; J.J. Camilleri, ‘Il-Fratellanzi,’ Socjeta Filarmonika Santa Marija, Mosta: Festa 2001 (Malta: 2001), 81-3.
  84. A. Bonnici, L-Istituti ta’ Hajja Kkonsagrata (Malta: 2000), 75-6.
  85. Ibid., 137-42.
  86. F. Mangion, ‘Is-Sorijiet Frangiskani tal-Qalb ta’ Gesu’, Zieda IX, Vella, 331-6.
  87. A. Bonnici, L-Istituti ta’ Hajja Kkonsagrata (Malta: 2000), 127-30.
  88. Mangion, ‘Is-Sorijiet Frangiskani tal-Qalb ta’ Gesu’, Zieda IX, 336.
  89. A. Bonnici, Is-Sorijiet tal-Karita u l-Hidma taghhom f’Malta (Malta, 2002), 310-3.
  90. M.A. Buhagiar, ‘L-Ulied ta’ Marija,’ Zieda IX, Vella, 324-6.
  91. F. Mangion, ‘Il-Konferenza ta’ San Vincenz,’ Zieda IX, Vella, 314.
  92. F. Mangion, ‘Xirka ta’l-Isem Imqaddes t’Alla,’ Zieda IX, Vella, 306-9.
  93. F. Mangion, ‘L-Azzjoni Kattolika,’ Zieda IX, Vella, 309-13.
  94. F. Mangion, ‘Museum: Socjeta tad-Duttrina Nisranija,’ Zieda IX, Vella, 315-20.
  95. D. Borg, ‘Zghazagh Haddiema Nsara,’ Zieda IX, Vella, 322-3.
  96. N. Abela, ‘Legjun ta’ Marija,’ Zieda IX, Vella, 321-2.
  97. A. Bonnici, Kwadri u Statwi Inkurunati f’Malta u Ghawdex, (Malta: 2003), 134-5.
  98. P.P. Borg, ‘Id-Domma ta’ l-Assunta - 46 sena ilu,’ Filarmonika Santa Marija, Mosta: Programm tal-Festa 1996 (Malta: 1996), 76-7.
  99. D.A.C., ‘Id-Dokument ta’ l-lnkurunazzjoni,’ Zieda XVI, Vella, 616-7.
  100. A. Bonnici, Kwadri u Statwi Inkurunati f’Malta u Ghawdex, (Malta: 2003), 136-8.
  101. Vide G. Grech, ‘F’gheluq il-25 sena mill-lnkurunazzjoni tal-kwadru titolari,’ Socjeta Filarmonika Santa Marija, Mosta: Festa 2000 (Malta: 2000), 10-1.



Kapitli ohra mill-ktieb

  1. Introduzzjoni.
  2. Il-bidu u l-ewwel zminijiet tas-Socjeta Filarmonika Santa Marija tal-Mosta.
  3. Is-Socjeta Santa Marija: minn Kazin ghal Socjeta Filarmonika.
  4. In-nisga urbana u rurali tal-Mosta.
  5. Il-Mosta u l-inhawi ta’ madwar fiz-Zmien tan-Nofs.
  6. Il-Mosta Nisranija.
  7. Il-Gvern lokali fil-Mosta (1773 – 1896).
  8. Rahal fi gwerra: il-Mosta matul it-Tieni Gwerra Dinjija.
  9. Iz-zamma ta’ l-ordni fil-Mosta mill-1800.
  10. Mill-hajja tal-Mosta fl-ewwel nofs tas-seklu ghoxrin.
  11. Graffiti fil-Mosta: Il-hitan tal-kappella ta’ San Pawl Nawfragu.