The Mosta Archives Banner

EX ANNALIBUS MUSTAE

George Cassar, editur

Pubblikazzjoni tas-Socjeta Filarmonika Santa Marija Mosta f'gheluq l-100 sena (1905-2005) mit-twaqqif tas-Socjeta.


Dan il-ktieb interessantissimu jinxtara mill-Kazin Santa Marija. Din il-verzjoni digitali ma fihiex il-parti bl-Ingliz, u dik bil-Malti taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


9. Mill-hajja tal-Mosta fl-ewwel nofs tas-seklu ghoxrin

Guido Lanfranco


Tberik tal-annimali fil-Mosta zmien Dun Bert Bezzina(p.241) It-tberik ta’ l-annimali quddiem il-knisja ta’ San Anton Abbati fil-Mosta

(p.243) F’dawn il-ftit faccati ma nistghux nistennew li nidhlu fid-dettalji kollha tal-hajja, drawwiet u folklor tal-Mostin. Ghalhekk se nhalli barra xi aspetti biex nikkoncentra fuq ohrajn li forsi huma inqas maghrufin. L-attivitajiet numeruzi, intensi u spettakolari tal-Gimgha l-Kbira, l-festa titulari ta’ Santa Marija, il-festi tal-Milied u tal-Karnival, bil-hafna manifestazzjonijiet taghhom, jiehdu volumi wahedhom, u tabilhaqq ga nkiteb hafna dwarhom.1 Ghalhekk fejn stajt, minbarra l-kummenti tieghi, aktar ghazilt dak li hareg minn fomm l-abitanti tal-Mosta nnifishom biex nersqu aktar qrib lejn il-hajja ta’ kuljum kif rawha u ghexuha.2 Ta’ min ifakkar li x-xoghol li jaghmlu l-abitanti ta’ belt jew rahal, minbarra li jipprovdi l-bzonnijiet bazici ta’ l-abitanti, jirrifletti l-ambjent u cirkustanzi li fihom ikunu qed jahdmu. Dawk ta’ madwar il-portijiet ikollhom xoghol li aktar jaqdi id-diversi htigijiet marittimi u kummercjali, filwaqt li dawk aktar lejn il-qalba ta’ gziritna, bhal Mosta, imdawrin bil-blat u r-raba’, jkunu aktar mixhutin fuq il-hidma ta’ l-art u prodotti tal-biedja.


Ic-censimenti tal-popolazzjoni sa nofs is-seklu ghoxrin juru car li l-hidma tal-bdiewa, bix-xoghol assocjat ma’ l-ipprocessar tal-prodotti bhaIl-qamh u l-qoton, kienu jokkupaw lill-maggoranza tal-popolazzjoni tal-Mosta. Mhux l-iskop taghna li f’din il-kitba nikkummentaw fuq is-snajja u x-xogholijiet kollha fil-Mosta imma naraw dawk biss li tkellmu dwarhom uhud mil-Mostin.3


Faqar


Mostin ghall-festa fil-bidu tas-seklu 20(p.242) Mostin ta’ l-ewwel zmien tas-seklu XX waqt il-festa tar-rahal

Sa nofs is-seklu ghoxrin il-faqar kien jirrenja kullimkien, rifless fl-ilbies, l-ikel semplici, bosta jimxu hafjin, u tallaba fit-toroq li fic-censimenti ghadd minnhom kienu definiti bhala (p.244) ‘mendicants by profession’! Kemm il-Knisja, il-fratellanzi, kif ukoll il-poplu, kellhom diversi sistemi ta’ karita. Fil-gzejjer taghna tista’ tghid li minn dejjem kien hawn devozzjoni kbira lejn l-erwieh tal-purgatorju u kienet il-fehma generali li jekk taghmel karita mal-fqar, u toffriha b’suffragju ghall-erwieh, ikollok mertu fis-sema. Ghalhekk it-tallaba u l-foqra kellhom aktar attenzjoni f’Novembru u mhux biss kienu jittalbu fit-toroq imma fl-Ghid ta’ l-Erwieh kienu aktar ihabbtu l-bibien tan-nies biex jittalbu. Sadattant, matul is-sena xorta wahda t-tallaba kienu jkunu fi hsieb kulhadd ghall-istess skop, u l-bdiewa wkoll kellhom il-mezz taghom kif jaghmlu dan.


“Il-bdiewa, meta kienu jahsdu, kienu jhallu. ... skond kemm ikunu generuzi, ... kienu jhallu warajhom. Kien maghruf li l-fqar kienu jidhlu (fl-ghalqa jew fuq il-qiegha) u jigbru dak li jkun halla l-gabillott. Niftakarha min-nanna tieghi; ... jien anzjana ... Kienu jhallu hafna apposta ... aktar kemm kien ikun generuz aktar ihalli; generalment wara li jidirsu. U missieri kien semaghhom, ... kien hemm corma jigbru, ... jitkellmu fuq il-bidwi.


“Il-hamrija ma kinux jghidulha hamrija, imma trab. U jekk xi hadd tal-bdiewa jkun irid jizzewweg jghidu: “Ghandu trab?” ’ (Mara anzjana, Mosta, 22.xi.1995)


Hobz


Il-qamh kien wisq prezzjuz ghax kien jipprovdi l-bazi ta’ l-ikel ta’ kuljum, jigifieri l-hobz. Minn dejjem, fl-istorja taghna l-qamh prodott f’Malta qatt ma kien ikun bizzejjed u kien jigi impurtat regolarment u, fi zmien ta’ karestija, sahansitra l-istess galeri ta’ l-Ordni ta’ San Gwann kienu jahtfu taghbijiet ta’ haddiehor. Wara l-hsad u d-dris, (p.245) it-tahhan mill-qamh kien jipprovdi d-dqiq, smid u nuhhala, kollha bzonnjuzi fir-rahal. Imtiehen fil-gzejjer taghna kien hemm kullimkien, imam l-bicca l-kbira dawn ma kinux jidhru ghax kienu minn dawk li nghidulhom ‘tal-miexi’ (mhux tal-mixi!), ghax kienu jithaddmu minn bhima mghammda, timxi kontinwament dawra tond, thaddem il-makkinarju. Bhal dawn kien ikun hemm ukoll fid-djar private kbar ta’ xi sinjuri u f’xi kunventi, minbarra fil-fran ta’ l-Ordni. Biz-zmien dahlu l-imtiehen tar-rih. Fil-Mosta kien hemm imtiehen tar-rih u ghadna naraw il-fdalijiet ta’ tnejn qrib ic-cimiterju; wahda minnhom ghandha d-data ‘1757.’ Jidher li kienet l-ahhar wahda li waqfet mix-xoghol fl-1925 u wara xi snin inkissrulha l-antinni f’maltempata.4 Wara t-tahhan, id-dqiq kien imur ghand il-furnar u jsir hobz.


Il-mithna l-gdida fil-Mosta(p.245) Wahda mill-imtiehen tar-rih li baqa’ fil-Mosta li tinsab kantuniera ma ‘ Vjal l-Indipendenza

“Kont immur ma’ hija l-kbir inbieghu l-hobz Tas-Sliema. Nitilqu fis-sitta, nergghu lura fis-saghtejn jew fis-siegha u nofs. Induru Tas-Sliema kollha, nibdew minn fejn il-pont ta’ San Giljan … Nigu minn Birkirkara ghall-Imsierah, indawru ghall-Qaliet, induru lura, immorru Ghar id-Dud ghax-xatt tal-Gzira.


“Ahna konna nghagnu bl-idejn. Konna nghagnu l-hobz imhallat bil-patata ... (p.246) qabel il-gwerra ... kien zmien il-ghaks fis-snin ghoxrin. Il-patata konna nghalluha u nghagnuha ma’ l-ghagina. Kull lenbija tmien wizniet .... 40 wizna go hames linjiebi ... Id-dqiq kien jigi mill-Awstralja u mill-Kanada u jhalltuhom”.5 (Manwel Quattrotmmi, 89 sena, 18.vi.1996)


“Ma nofs lenbi patata maxx titfa’ nofs lenbi dqiq ... iqaxxruha, jaghmluha maxx. Jien kont nahdem ma’ tal-hobz Hal Qormi. Missieri kien jaghmel il-hobz ukoll, u ghedtlu ‘Missier, il-hobz ta’ Hal Qormi isbah minn tieghek.’ Qalli ‘Ma jistghax ikun!’ Ghedtlu “meta jtini wahda ta’ Hal-Qormi ngibhielek.’ Ma tixtrix hobza taf ... lira hobza .... Meta tahieli mort, u missieri qalli ‘Veru ... Tieghi prosit, imma dan jirbahli!’ Iddawwar il-magna bidek biex taghgen (fejn kont jien), ghax hekk kienu jridu tas-sanita. ... Wara kont taqtghu bis-sikkina fit-tilari. Konna nhallu hobza ghall-hmira ... tinqasam go hames lenbi. Meta jitla’ tqatta’ hobza hobza. Ommi u missieri kienu jahmuh, u jien innaddaf. Gie li kien jimradlu r-ragel (li jghinu), u naghmluh ahna b’idejna. Jekk jarah tas-sanita ... kien iharrku ... u missieri qallu ‘Allura nhalli n-nies ta’ Tas-Sliema bla hobz... min tridu jaghginuli?’...


“Dak li jbiegh il-hobz konna naghmlulu xi mija ... Ghall-familji nahmuh u naghmlulu sinjal bl-ghagina tal-hobz stess, daqqa naghmlu qaghqa, l-ohra ottu, ta’ l-ohra salib ... ikun ghadu nej. Ghal gimgha kienu jaghmluh. Il-mahlut jizdied bix-xghir … kienu jaghtuh liz-zwiemel ukoll, u bin-nuhhala. Il-Mosta ghad hawn il-Mithna l-Gdida u l-Mithna l-Qadima; dawk kienu jithnu ghan-nies, mhux ghalina tal-fran. Il-mithna ... kont narah hiereg in-nuhhala, smida rqiqa, smid u dqiq … Bugharrat ghad hemm wiehed jithan bil-magni.


(p.247) “Pawlu taghna, hija l-kbir, Alla jahfirlu, kien hemm wahda kien imur jghidilha biex taghgen, fl-erbgha ta’ filghodu, darba fil-gimgha, biex taghmel il-hobz taghha ... Kienet taghgen id-dar. Konna mmorru kienet ttina bicca ghagina daqs kwart u nofs talli mar ghaliha u biha. Missieri kien ikollu xi tmien hobziet barra biex jaqla’ xi haga. Meta ma jbieghux kollu kien jistenna ‘l tal-haxix u jpartat: “Ha ntik giex hobziet ... tini ftit haxix.” U jtih bicca qargha, gidra u dan ... Jigi tar-rkotta jtih qaleb irkotta, li jghidlu ‘Tini hames hobziet, issa ...’ Konna nbatu, imma konna sinjuri ghax kellna kollox ...”.6 (Saverja Quattromani, 88 sena, 18. v. 1996)


Qoton


Id-daqqaq tat-tajjar(p.247) Id-daqqaq tat-tajjar

Mic-censimenti naraw li l-akbar industrija li kien hawn fil-gzejjer taghna kienet dik tal-qoton li kienet thaddem mijiet ta’ familji. Wara l-hsad il-qoton kien jitqassam fost bosta familji biex jahilguh fuq ir-raddiena tal-halg jew halliega, biex titnehha z-zerriegha mit-tajjar. Dan it-tajjar kienu jehduh ghand id-daqqaq biex idoqqu u jhaffu. Jghidulu daqqaq ghax kien jaghti daqqiet fuq lenza stirata ma’ qaws mdendel ghal hdejh. Id-daqqiet kien jaghtihom fuq il-lenza bic-ciek b’injama b’zewgt irjus. Il-lenza jew korda tibda tvenven u tivvibra qalb it-tajjar migmugh quddiemu u dan jithaffef biex jistghu jaghzluh u jaghmluh hajt ghan-newl.7


“Id-doqqaq taf x inhu? Dari kienu jizirghu l-qoton u mill-qoton kien isir (p.248) qisu zerriegha, mbaghad johrog qisu tajjar. Dan qisu blanzun; ... kienu jaghzluh u z-zerriegha kienu jtuha lill-annimali. Id-doqqaq, dan niftakar wiehed minnhom; ... u dan kien ikollu hafna qasab marbutin f’rokna tal-kamra, ... hekk. ... hafna flimkien, u jigbidhom, u jaghmillhom qisu lenza hoxna u jkollu martell b’giex injamiet, ... hekk ... u jaghti fuq il-lenza. Mbaghad dak it-tajjar iqallbu, jqallbu, jqallbu ... u jigi miftuh, ... hekk ... Flok joqghod jifthu b’idejh ... jigi fin fin.” (Ragel, Mosta, 1.vi.1994)


Qabel ma kienu jiehdu marelli tas-suf jew tat-tajjar ghand in-nissiega, kienu jehduhom ghand iz-zebbiegha biex jaghtuhom il-kulur.


“(Hija) kien jigbor il-qxur tar-rummien biex isir il-lanke ... il-kaccaturi jkollhom il-libsa hekk, tal-lanke. Il-Mosta kienu jaghtu l-kulur ... Kien joqghod fejn It-Trombina, Oratory Street ... Konna mmorru ntuh il-qxur tar-rummien”.8 (Saverja, msemmija fuq)


Manwel


Manwel, li ga semmejnieh qabel, kompla jitkellem dwar xi tifkiriet mill-hajja twila u mzewqa tieghu. “Konna noqoghdu hdejn il-pitkali tal-Mosta ... u kienu jigu jorbtu l-baghal jew iz-ziemel. Dawk li jigu jixtru l-haxix jorbtuh mal-habbata taghna tad-dar. Allura kont inkun qed nilghab gewwa b’xi kelb jew qattus u karrettun (tal-loghob). Ommi kienet tahdem in-newl, u taghmilli “Min gie? Mur ara min gie.” Immur, ma nsib lil hadd ... u nibda nirrabja. Darba giet zija xiha li tigi xbint ommi ... (jigifieri tkun ghammditilha lil xi hadd minn uliedha ... parrina ... hekk kienu jghidulhom dak iz-zmien) ... Habbat il-bieb, u ommi qalet ‘Ghaddi xbin …’ u lili ‘Mur iftah.’ ... Ghedtilha (p.249) ‘Marridx, ghax hlief xi baghal jew xi ziemel ma nsibx!’ ....


“Mill-iskola hrigt fl-1920, ta’ tlettax ... Missieri kien bennej il-Mosta ... qalli ‘Issa x’se taghmel?’...Ghedtlu ‘Mhux bhal huti?’ ... (kelli huti zewg teachers, mara u ragel, il-Mosta) ... qalli ‘Kont se nghidlek x’taghmel! ... Taf kemm ghandhom hutek?... six pence kuljum! ... Hmistax il-xelin kull xahar ...’ U qalli ‘Ejja mieghi...’ Kien qed jahdem il-kampnar tal-Birgu ... u dam il-qorti fuqu tlettax il-sena dak ... ta’ San Lawrenz ... Meta konna nahdmu l-Birgu kienu jgibu gebel mis-Siggiewi ... U mort mieghu naghgen it-tajn. Meta spiccajt minn hemm qbadt hmar, inbiegh il-frott ... Kollox ghamilt. Konna bil-forn fejn il-ghassa tal-Mosta, allura kont immur inbiegh il-hobz Tas-Sliema ... Bdejt nongor ma’ missieri, u naghmel il-lavur fil-gebel. Id-disinn bl-iskarpell ... bl-isgogg, bid-dent, ... skond l-angolu; id-dent huwa x-xifer. Meta zzewwigt, mort l-Awstralja u hadt il-pensjoni minn hemm.”


Ballata


Il-ballata jballtu bejt(p.247) Il-ballata jballtru bejt

Fil-bini taghna kien hawn is-sistema tal-hnejja u tat-travi ta’ l-injam biex izommu x-xorok. Meta jsir il-bini, ix-xorok tal-bejt kienu jghattuhom b’saff xahx u wara kienu jaghmlu fuqu d-deffun, maghmul minn tahlita ta’ bcejjec tal-fuhhar imkisser irqiq imhallat ma’ gir jew ma’ l-hekk imsejjah gir iswed (p.250) tal-kalkara. Dan kollu kienu jhalltuh bil-marzebba ta’ l-injam biex jitbattam sewwa halli x-xita ma tinfidx u tibqa’ sejra ghal-genb. Il-ballata kienu ikunu l-aktar nisa.9


“Qabel id-deffun jaghmlu l-bsisa, li jongor mill-gebel, dak ix-xahx ... biex jghattu x-xorok. Wara. il-ballata jaghmlu d-deffun.” (Manwel, msemmi fuq)


“Hija kien isib xi qasrija mkissra, ... kollox ... biex itih lil dik il-mara (il-ballata) biex ittih sold." (Saverja, msemmija fuq)


Saverja ftakret ukoll ghanja tal-ballata li kitbithieli bintha Tessie Cremona, (24. vi. 1966).


Tlikki tlikki tloppi tloppi,
Is-sengha taghna ta’ tbatija,
Tlikki tlikki tloppi tloppi,
Minn filghodu sa filghaxija.
Ix-xoghol taghna dejjem barra,
Fuq il-bejt inkella fl-art,
Fis-sajf bix-xemx ninharqu,
Fix-xitwa ntertru bil-bard.
F’nofsinhar xi hobza sewda,
Daqsxejn zejt u xi kurrada,
Filghaxija d-dar ningabru,
U insibu platt kawlata.
Issa xbajt minn din il-hajja;
Sal-ponta tal-mniehri xbajt;
Naqbad qoffa go dirghajja,
Immur L-Isla nbiegh il-bajd.”


Xoghol iehor


Fost il-hafna snajja’ u xogholijiet fil-Mosta kien hemm dawk li jaghmlu u jsewwu l-karrettuni. F’Malta ghad baqa’ min jahdem dan ix-xoghol imma qabel it-Tieni Gwerra Dinjija kien hawn bosta minnhom, l-aktar f’toroq minn fejn jghaddu l-aktar karrettuni, bhalma kienet il-Mosta. Tajjeb niftakru li bhalma issa ghandna l-mekkaniks, tellara u ohrajn biex jaqdu l-bzonnijiet (p.251) tal-karrozzi, hekk kien hemm ghall-karrettuni.


“M’ghadx hawn min jaghmel partijiet tal-karrettuni (f’Ghawdex); min irid isewwi karrettun irid imur Malta bih. ... Il-Mosta kien hemm partita jaghmlu l-karrettuni.” (Lawrence Camilleri, anzjan, Xewkija, 24.i. 1996)


Ghax-xoghol tal-karrettuni u tal-mastrudaxxi kien hemm dejjem il-bzonn tal-haddieda. Dawn kont issibhom jahdmu flimkien maghhom u jaghmlu wkoll l-ghodda huma stess ghax-xogholijiet l-ohra, bhalma kienu dawk tal-barrieri u tal-biedja.


“Kien hemm haddied kien jaghmel is-sienja. Kollox irid jaghmel b’idejh, ... dak il-hxuna ta’ metall kollu. Kien jaghmel qisu katina tar-roti ... hekk ... imma kull wahda wahda pied qisu, kien ikun; hadid ohxon ... giex pulzieri bin-nofs pulzier. Mbaghad kien jaghmel bhal katina mbieghda xi hmistax-il pulzier, ... hekk ... jew pied u nofs, u kull wahda kien jaghmilha dixx, dixx qisu tal-hobz, kbir, u di tibda tiela’ u niezla, ddawarha l-bhima, u hi ttella’ l-ilma u twaddbu gol-vaska. Kollox b’idejh, ... u dak il-qtugh ta’ hadid ohxon nofs pulzier. L-ghodda hu kien jaghmilhom, ukoll. U biex itaqqab ukoll it-trapan kien jaghmel hu.” (Ragel, Mosta, 1.vi.1994)


Saverja


Saverja, li semmejna qabel, ziedet tifkiriet ohra minn taghha.


“Kellna xaghra Ghajn Tuffieha ... Kien ikollna n-narcis, is-saghtar u l-berwieq ... Kien ikun hemm wahda qishom imsielet zghar... kien sabih ... meta kont zghira ... U jiena kont man-nanna ... Hemm ommi kellha ghar ... fi zmien il-gwerra kien xelter ... u jien kont niehu (p.252) gost insib il-bebbux abjad. Ommi kienet tibghat lil hija bil-hmara … kien ikbar minni … biex tibghatilna xi torta tal-qargha ahmar. Kont inqatta’ l-lejl hemm man-nanna.


“In-nanna kienet taghmel it-tiben u l-weraq tal-harrub u taghmel il-lizar ta’ l-ixkejjer bojod u anke l-imhadda fil-ghar. Kienet tqieghed il-borma wiccha ‘l isfel fuq karta taz-zokkor, u l-istanjata tal-kafe kienet taghmlilha qisu ras ta’ combin goz-zernuna, ghax kienet tibza minn xi hanfusa li tidhlilha fl-istanjata. U l-hobz go bicca ... Barra mill-ghar kellha zewg gebliet, u ssajjar il-minestra ... bil-hatab ... Meta jidlam kienet tixghel il-lampa tal-pitrolju. (Hemm) kellha kus taz-zejt, gbejniet tal bzar. ... Gie li konna ndumu hmistax.”


Il-Lissija10 u jum il-hasla


Il-hasil tal-hwejjeg kien xoghol li jrid isir kontinwament, ghalkemm kien hemm min izomm jum fil-gimgha ghalhekk biss. Kien hemm ukoll diversi nisa li xogholhom kien dak tal-hasil u l-moghdija tal-hwejjeg, ghalhekk kienu jmorru jigbru x-xoghol mid-djar u wara jirritornawh lest. Imma l-ilma ta’ Malta, billi l-blat taghna huwa bazikament kompost mill-kalcju, mhux wisq tajjeb biex is-sapun jirgha fih. Ghalhekk biex jghinu fil-kwalita ta’ l-ilma kienu juzaw l-irmied ma’ l-ilma. Aktar lejn nofs is-seklu ghoxrin konna nuzaw is-soder, nixtruh bl-uzin kristalli minghand taz-zebgha jew tal-merca.11


“In-nanna tieghi kellha qisha bellija ta’ l-injam imbaghad, billi kienu jsajru kollox bil-hatab jaqa’ l-irmied. Tigbru u twaddbu fil-lissija, imbaghad tilfa’ l-ilma fiha. Il-qiegh ta’ l-irmied jibqa’ fil-qiegh, qisu fond tal-kafe ... taqbad hekk mill-qiegh, u jigi minn lewn il-bahar. Jigu sbieh il-hwejjeg. Ghat-tlahlih biss kienet taghmlu. Il-blu wkoll kienet tuza. (p.253) L-irmied kien jibqa’dejjem fil-qiegh ...” (Saverja, msemmija qabel)


“Xi hamsa u sittin sena ilu kont immur ghand in-nanna, u darba rajtulha ... (fil-) friskatur... kellha l-irmied li jibqa’ tal-kenur, li tahraq, u bil-qxur tal-bajd go fih. U ghedtilha: ‘Dan x’inhu?’, jien ... Kont tifel zghir. Qaltli: ‘Dik lissija’ ... Juzawha flok soder kienu. Jahslu l-hwejjeg biha, bl-ilma, ... flok soder. Jiehdu l-ilma minnha u juzawha flok is-soder. Taz-zkuk tad-dwieli li kienet tahraq bihom.” (Ragel, Mosta, 1.vi.1994)


Ghana


Kif seminejna l-hasil tal-hwejjeg, hawn nistghu nirreferu ghall-ghana ghax, bhalma kienu jaghmlu l-ballata u haddiema ohra waqt xogholhom, waqt il-hasil kien isir hafna ghana. Il-hasil hafna drabi kien isir f’banju kbir, wara t-toghlija f’kaldarun fuq il-hatab. L-ghana kien ikun bcejjec qosra ta’ erba’ versi mqabblin (quatraines), xi drabi spontanji, imma aktar dawk li jiftakru minn haddiehor. Xi drabi n-nisa kienu jghannu biex jghajjru lil xi wahda mill-girien li aktarx tkun qed tismaghhom. Ghana hemm diversi ghamliet imma hawn naraw ftit mill-Mosta fost il-mijiet li ghad hawn f’halq l-anzjani.12


“Kelli 'l ommi ta’ 87 sena f’Has-Serh ghadha taf hafna minn dan l-ghana.” (Mara, Mosta, 27.iv.1994)


Saverja, msemmija qabel, kienet taf dawn il-versi li kitbithom bintha Tessie Cremona kif semghatha tghannihom. (24.vi.1996)


Imbierek San Pawl il-Bahar,
Imbierek il-hut li fih,
Imbierka dik it-tfajla
Li ssib guvni sabih.


(p.254) Smajt tisfira f’nofs ta’ bahar.
Dawna kienu zewg hutiet;
Jinnamraw il-hut fil-bahar,
Ahseb u ara t-tfajliet.


F’xatt ta’ bahar immur noqghod,
Hemmhekk nghid li ghandi dari,
Meta jkolli qalbi sewda
Jitla’ l-hut biex jikkunslani.


Smajt tisfira f’nofs ta’ bahar,
Sthajjiltu hanini gej.
Din kienet ferha bla temma,
Ghax il-vapur baqa’ ghaddej.


Ix-xemx tal-bierah ghebet;
It-tfajla raqdet f’hogor ommha,
Ghalqet is-sbieh ghajnejha,
Bexxqet il-helu fommha.


Meta ommi kellha lili,
Missieri kemm ikkonfonda;
Qabad il-kitarra f’idu,
Daqq il-prima u s-sekonda.


Meta ommi kellha lili,
Kemm kienet ferhana bija,
Lili qeghdet gol-benniena,
u l-habel inqata’ bija.


Ommi w missieri keccewni,
Jien qbadt il-bieb u hrigt;
Kif ghalaqt tmintax il-sena,
Tajt il-kelma u zzewwigt.


Hanini kemm ihobbni,
Ganini krieli palazz,
Krieli l-mera tal-persuna,
U s-sodda bil-kurtinagg.


Hanini mar u hallieni,
Issa x’naghmel biex ninkih?
Insib wiehed aqwa minnu,
Minn quddiemu nghaddi bih.


Ismi w ismek xorta wahda,
Jien Ganni w int Gannina;
U li kont nikkmanda jiena,
Jiena re u int regina.


(p.255) Inti hemm u jiena hawna,
Fejn xulxin ma noqoghdux;
Nitkellmu bis-sinjali,
U mhabbitna ma nurux.


Inti tridni u jien irridek,
Imma niesna ma jridux;
Naqbdu l-vapur u nsiefru,
U lejn Malta ma nigux.


Tal-halib ahlibli b’sitta,
Ahlibhieli gewwa tazza;13
Halli n-nies jghidu li jridu,
Jiena mieghek hadtha l-grazzja.


Kont fit-tieqa nomxot xuxti,
Gietni daqqa ta’ lumija;
Kieku naf min waddabhieli
Kont nugzah lill-pulizija.


Pulizija gera wrajja,
Ghal tikka ma qabadnix;
Li qabadni x’kien jaghmilli?
Kalzrata ma jdahhalnix.
Idahhalni fabbatija,
L-abbatija m’hemmx kastig;
Hemm it-twieqi bil-purtelli,
Kollha cfuf u zigarelli.


Kont fit-tieqa qed nirrakkma,
Ghadda guvni wisq sabih;
Hu dahakli jiena dhaktlu,
Ma kellix qalb inhallih.


Qalbi habbet zewg namrati,
Wiehed twil wiehed qasir;
It-twil kellu ghoxrin sena,
Il-qasir wiehed u ghoxrin.


Hanini maghmul qasrani,
X’naghmillu sabiex jitwal?
Nixtrilu zarbun tal-lastku,
Bit-takkuna ta’ l-injam.


Kemm jidhirlek li int sabiha.
Mhux bhalek ikunu s-sbieh:
Ikunu bojod u homor,
Bhal kannestru tat-tuffieh.


(p.256) Fejnek tal-libsa hamra.
Tiela’ w niezla fuq il-bejt?
La tahsibx li jridek hija.
Ghax tarah ihares lejk.


Il-maktur li tajtek jiena,
Ghedtlek ma turih lil hadd;14
Int hallejtlu tarftu barra,
U xandartni ma’ kulhadd.


Fejnek tal-barumbara,
Rabbili par hamiem;
Rabbihomli t-tnejn bit-toppu.
Bhax-xbejbiet li hawn daz-zmien.


Fejnek tal-gallarija.
Idhol gewwa ahseb dnubietek;
Hutek koroh kollha zzewgu,
U int sabiha hadd ma jridek.


Il-leggendi u l-Mosta


Fil-Mosta hawn leggendi fost l-aktar sbieh, popolari u interessanti.


Irridu nghidu li l-hrejjef u l-leggendi huma wirt folkloristiku orali, jigifieri jitnissel mill-fomm ghall-widna. Ghalkemm il-qalba principal tibqa’ l-istess, biz-zmien ikollhom verzjonijiet varjanti, ghax billi l-folklor orali ma kienx jinkiteb, ir-repetizzjoni ma kinitx xi formola li jirrepetuha kelma b’kelma. Dan jigri l-istess f’xi qwiel u l-haga mohgaga li kemm-il darba jkollhom varjanti skond il-post fejn nisimghuhom u l-persuna li tghidhom, ghalhekk meta xi hadd jghidilna l-haga mohgaga, il-qawl, il-hrafa jew il-leggenda li mhix ezattament kif nafuha ahna, m ghandniex nghidu li qed jghid hazin, imma li qed jghid varjanti. Meta l-bniedem ivvinta l-mezzi ta’ l-istampa, l-istudjuzi bdew johorgu kitbiet li fihom kienu jigbru l-ghejdut, l-ghana, il-hrejjef u l-leggendi popolari li qabel kienu dejjem orali, u bosta minnhom lahqu ntesew u ntilfu. Fi zmienna dawn nirrepetuhom bil-kitba, imma dari kien (p.257) kollox bil-fomm. Dawn jiffurmaw il-bazi tal-folklor, ghax fit-tifsira taghha, il-kelma ‘Folklor’ tfisser litteralment ‘ghejdut il-poplu’, u l-poplu ta’ dari ma kienx jaf jikteb u jaqra.


Ghad hawn hafna tahwid popolari dwar xi tkun il-leggenda u xi tkun il-hrafa. Ghalkemm il-karatteristika principali tal-hrejjef hi li huma kollha assurdi u frott il-fantasija hemm punti ohrajn li jidhlu fid-definizzjoni ta’ hrafa. Il-hrejjef tista’ tghid li qatt ma jkunu qosra, fuq xi punt wiehed, imma dejjem fit-tul u gieli jtawwluhom aktar. Mhux biss, imma l-hrejjef jistghu jinxterdu ma’ bosta pajjizi, ghax jintghogbu u jibqghu jinghadu ghall-zmien twil.


Imma l-leggenda hi haga ohra. Tista’ tkun fantastika, tista’ tkun realistika, u tista’ tkun ukoll storja vera. Il-kelma leggenda ma tfissirx qlajja’ jew hrafa. Litteralment tfisser spjegazzjoni jew tifsira ta’ xi haga li tista’ tkun persuna, binja, aspett min-natura jew mill-istorja. Kemm-il darba nsibu l-kelma ‘leggenda’ (jew legend bl-Ingliz) taht xi mappa, ritratt jew disinn, l-aktar f’pubblikazzjonijiet ta’ l-imghoddi li tabilhaqq ma tkun xejn aktar hlief tindika l-caption jew il-kliem li jfisser dak li jkun qed jidher stampat. Ukoll fil-folklor, il-leggenda hija tifsira popolari dwar xi avveniment, bniedem, annimal jew aspett mill-hajja.


Il-leggenda tkun qasira, bi ftit kliem li jfissru s-suggett. Il-leggenda ma tkunx mifruxa mad-dinja kollha jekk ma tinzertax tkun dwar suggett maghruf. Leggendi li jinxterdu mad-dinja jkunu, nghidu ahna, bhal dawk assocjati ma diversi aspetti tal-Milied bhal dik tas-sider ahmar tal-pitirross, il-halliel it-tajjeb, u ohrajn popolari bhal dawn. Imma l-leggendi dwar grajjiet, persuni, binja ta’ kull pajjiz, ikollhom x’jaqsmu biss ma’ dak il-post.


(p.258) Fost leggendi Maltin u Ghawdxin ghandna bosta li jfissru xi haga dwar xi nicca, knisja ckejkna, hofra, ghar, gebla kbira, ghajn ta’ l-ilma, dehra ta’ xi qaddis, jew xi grajja jew persuna mill-istorja.


L-ghar assocjata mal-leggenda tal-Madonna tal-Isperanza(p.257) L-ghar assocjat mal-leggenda ta’ Wied Speranza

Hekk avveniment ikun parti mill-istorja u nsibu dokumenti li jsostnuh, it-tifsira taghhom tibda tissejjah leggenda jekk tibqa’ tinghad bhala ghajdut popolari. Fi kliem iehor, meta haga taqa’ f’halq il-poplu u jibqa’ jirrepetiha, generazzjoni wara ohra minghajr ma jaqra dwarha, din issir leggendarja u tibda tissejjah leggenda. Ezempju ta’ din ix-xorta hija l-leggenda ta’ l-Gharusa tal-Mosta, jew meta jissemma’ La Valette u l-Assedju l-Kbir li ghandhom bazi storika maghrufa, imma l-poplu jmexxihom minn generazzjoni ghall-ohra, u bhekk isiru leggendarji.


Minbarra dik ta’ l-Gharusa tal-Mosta l-aktar leggendi maghrufin huma dawk ta’ Wied Speranza u ta’ l-eremita ta’ Wied il-Ghasel li fuq il-post leggendarju taghhom inbniet knisja ckejkna. Ta’ Wied Speranza hija dik fejn tfajla stahbiet f’ghar biex ma jaqbduhiex il-furbani u brimba nisget ghanqbuta malajr fid-dahla. B’hekk il-pirati baqghu ghaddejjin u ma sabuhiex. L-eremita ta’ Wied il-Ghasel, jew San Pawl l-ewwel eremita, huwa maghruf ukoll bhala San Kurrew jew Korrado. Il-leggenda tieghu nfirxet sa Ghawdex ghax, kif tafu, il-leggenda tghid li mill-Mosta kien harab lil dawk li nassewh, qasam il-bahar fuq il-mantell u fl-ahhar spicca l-Qala f’Ghawdex fejn hemm devozzjoni lejh. Madankollu rrid inzid li dan li ghedt mhux kollox dwar il-leggendi, ghax hemm aktar x’wiehed jista’ jghid.


Letteratura tat-triq


Chapbooks bi storja assocjata mal-Mosta(p.259) Il-faccata ta’ quddiem tat-tliet chapbooks fuq il-Mosta

Il-leggendi jfakkruna fic-chapbooks jew fuljetti ckejknin popolari li jinbieghu (p.259) fit-toroq bhallikieku gazzetta, li kienu jittrattaw avvenimenti topici tal-mument. Qabel nofs is-seklu dsatax hadd ma kien jista’ jistampa xejn f’Malta ghax kien hawn ic-censura li, minhabba kwistjonijiet bejn l-isqof, l-inkwizitur u l-granmastru halliet kollox stagnat ghal snin twal. Imma meta l-gvern Ingliz, l-aktar biex ipaxxi lill-Inglizi f’Malta, dahhal il-liberta ta’ l-istampa, il-Maltin bdew jistampaw ghadd kbir ta’ gazzetti, kotba u fuljetti devozzjonali u politici.15 Sal-bidu tas-seklu ghoxrin saru popolari l-faxxikli li jiffurmaw kotba ghax, ghalkemm ftit kien hawn min jaf jaqra, bosta nies kienu jingabru biex jisimghu lil min jaqrahom u jistennew bil-herqa l-faxxiklu li jmiss.16 Minbarra l-faxxikli, fl-istess zminijiet, kienu johorgu bhal folja ta’ gazzetta mitnija biex tidher qisha fuljett jew ktejjeb ckejken, u fihom kienu jistampaw taqbiliet jew ballati li jistghu jinqraw jew jghannuhom, dwar xi grajja leggendarja jew tragedja li tkun f’ilsien in-nies.17 Ghalkemm fit-titolu taghhom dawn il-fuljetti sikwit isemmu bliet u rhula fejn isir l-avveniment, isem il-Mosta jitfacca mill-anqas erba’ darbiet.


L-gharusa tal-Mosta fatt li gara f’Malta (p.260) (fi zmien it-Torok) miktub minn G.C. stampawh aktar minn darba, u fih folja ta’ gazzetta mitnija f’sittax-il faccata b’kitba bil-versi mqabbla li fihom insibu l-istorja ta’ Marjanna maqbuda mill-furbani mit-Torri Gumbo, mehuda lejn Tripli, kif mar ghaliha l-gharus taghha Toni Manduca u gabha mieghu lura bl-ghajnuna ta’ Assena, bint is-sultan tal-Barbarija, u kif mardet u mietet meta waslet, imma l-qassis zewwighom u Toni spicca miet f’xi taqbida barra minn xtutna. Hemm diversi ohra jixtiebhu ma’ din l-istorja f’artijiet ta’ madwarna fil-Mediterran. Kittieb li ffirma ‘dilettant’ hareg Il-qerda ta’ Mari u Giamri, fatt li gara il-Mosta stampat il-Belt bil-faccata dekorata bi gwamic u figuri ta’ kostumi kampanjoli. Fl-1932 F. Caruana ppubblika fuljett iehor bi storja ta’ mhabba, Il-fatt tal-Mosta ta’ Alfredu u Marija. . . grajja veru antika. Imma l-aktar fuljett jew chapbook ckejken fid-daqs u bl-inqas faccati wkoll idahhal il-Mosta. Dan hu miktub minn Arturo Mifsud bl-isem Arturo u Marija ossia il-fatt tal-Mosta. Meta tifthu berah issib li fih kwart ta’ folja ta’ gazzetta u jintlewa biex jaghti tmien faccati. L-istorja versata ma fiha xejn originali ghax hi tragedja ta’ mhabba fuq linji mifruxa fl-istejjer ta’ zmien iehor. Tittratta dwar tfajla li missierha riedha tizzewweg wiehed li sabilha hu, imma hi ma ridetx. Tispicca billi dan il-missier joqtol lil Arturo b’daqqa ta’ sikkina u lil bintu Marija billi dawrilha habel m’ghonqha.


Meta bdiet tbatti xi ftit il-gwerra bdew hergin hafna minn dawn il-fuljetti (chaphooks) jew letteratura tat-triq fuq l-istess gwerra, ghax dak kien is-suggett tal-mument. Hafna minnhom kienu jitkantaw fuq melodija popolari tal-mument bhal ‘Lili Marlene’, ‘If you’re happy and you know it …’ u melodiji ta’ George Formby u ohrajn. Hafna minnhom kienu jkantawhom u ghad hawn anzjani li jiftakruhom bl-amment. (p.261) Saverja, msemmija qabel, kantat dan li gej; kitbithom bintha Tessi Cremona kif semghetha tghannihom (24.vi.1996).


Hitler, x’ghamilt b’idejk?
Ma gibtx il-Kajzer quddiem ghajnejk,
Mort tfattar din il-gwerra
Fiha rebh ma jkollokx zgur,
Se jigrilek bhal Napuljun
Jew Willie l-Imperatur.
Hitler ma basar qatt
Li sejra l-Ingilterra
Did-darba tghidlu stop,
Ticcalingjah ghall-gwerra.
Hu ried jidhol bilfors.
Mill-qiegh b’sottomarini,
‘Ma Churchill wiegbu fis
Qallu “Dolf, nini nini.”


Saverja ziedet bicciet ohra ta’ l-istess zmien.


Soldiers, sailors
fighting for the King,
With honour and with glory,
Make his name forever ring,
Marching onwards
Never looking back,
Always on to Victory,
With the British flag.18


Medicina popolari


Fid-dinja kollha, kemm fl-aktar zminijiet imbiegheda, kif ukoll issa, issib il-gwaj tal-mard u l-korrimenti, u ghal dawn issib ukoll ir-rimedji. Dawn ir-rimedji ta’ medicina popolari mhux bilfors li kellhom l-effett mehtieg imma l-bniedem jaghmel kull ma jista’ biex itaffi t-tbatijiet tieghu. Il-kotra tan-nies ma kinux imorru ghand it-tabib jew igibuh id-dar, imma kienu jpaspru medicina popolari tradizzjonali kif jidhrilhom, u ghad hawn min jippersisti jaghmel l-istess ghalkemm il-medicina moderna ghamlet passi ta’ ggant.19 Hawn naraw ghazla ckejkna minn dak li qalu l-Mostin.


(p.262) “… Kienet ittina hurrieq ghas-soghla, kamumella biex norqdu ... Ghall-ugigh ta’ ras patata mqatta’, bil-bicca tal-hall iddawarha, u meta tixxotta xxarrabhielek ... jidilku z-zejt ghat-tarbija b’naqra l-patata (il-warrani) hamra … Is-saghtar biz-zejt ghall-feriti dak ... Kienet taghmel l-ilma zahar, ftit qtar, fil-kafe ... kellha flixkun.” (Saverja, msemmija qabel)


“Fi tfuliti kien hemm ir-rubarbru ghal min jiehu l-qtajja’ ... Allura kont nigi d-dar mill-iskola, kont nghidilha ‘Ma, ma ... gera warajja kelb ... tani qatgha genninni ...’ Ir-rubarbru kienu jixtruh minn fejn il-knisja ... kien hemm hanut tal-medicini. (Immur u nghidlu) ‘Sitta rubarbru.’ ... B’sitt habbiet rubarbru go flixkun. ... likwidu. Mhux veru kont inkun hadt qatgha ... ghax kont inhobbu!" (Manwel. Imsemmi qabel)


“Meta kien ikun hemm bzonn ta’ xi porga konna nghallu bicca lumija, thalliha barra ghas-sirda mbaghad tixrob il-meraq l-ewwel haga filghodu.


Ritratt: (p.262)


Il-fintusa: tpoggi tazza fuq ix-xemgha u taghfas l-isfel fuq id-dahar tal-marid(p.262) Il-fintusa kienet rimedju popolari

“Meta kien ikun hemm xi hadd b’xi rih konna naghmlu l-fintusa. Issa l-fintusi jsiru billi taghmel xemgha zghira tixghel fuq dahar il-marid u tpoggi tazza fuq ix-xemgha u taghfas l-isfel fuq id-dahar. Biex tnehhi s-soghla konna nixorbu (p.263) l-fidloqqom mgholli jew ninkaljaw il-haxix ir-rih u npogguh gbara fuq sider il-marid.


“Ghas-seqi naghmlu l-hurrieq u tahsel saqajk bih. Il-weraq taz-zebbug kien jintuza ghall-pressjoni. Konna nghallu l-weraq taz-zebbug u nixorbu minnhom biex tinzel il-pressjoni. Ghad-dissenterija konna nghallu l-isfejgel u nixorbu l-meraq tieghu. Meta xi hadd kien ikollu fuq l-istonku konna nghallu gummiena tan-naghniegh friska u werqa tar-rand, giex imsiemer tal-qronfol, giex kuccarini zokkor, konna nhalluhom jaghlu ftit ftit u x’hin tnizzlu minn fuq in-nar titfa’ tliet taqtiriet brandy u tixorbu. Ghad-dijarrea kienet tintuza il-gamumella. Thalliha taghli mhux hazin ghax trid tkun karga u tixrob minnha. Ghall-‘constipation’ titfa’ l-gamumella go kikkra u titfa’ l-mishun jaghli fuqha, issaffiha u tixrobha. Ghas-suffejra konna nghallu haxix minn kollox: nigem, buqoxrom, xkattapjetra, naghniegh u plejju. Hallat kollox flimkien u thallihom jaghlu sewwa. X’hin tiksah itfghu go flixkun u hu tazza qabel l-ikel.


“Fl-antik hafna kienu joqtlu fenek u jifthuh u jpogguh fuq zaqq min ikollu d-deni. Min ikollu xi bronkite kienu jaghmlulu gbara fuq dahru n-naha ta’ fuq. Ghar-riglejn minfuhin konna naghmlu s-sabuka u tpoggi riglejk fil-mishun. Ghas-seqi nghallu l-hurrieq u nahslu bih fejn ikollok is-seqi. Meta kien ikun hemm xi hadd bid-deni konna nkissru xi ftit bebbux, innehhulu l-qoxra, naghmluh fuq carruta bi ftit zejt fuqu u norbtuh ma’ riglejn il-marid, mal-qiegh tas-sieq”.20 (Mara, V. Bezzina, Mosta, ittra, 5.xi.1979)


“L-aktar kura li uzajt jien hija dik tal-bebbux. Jiena kelli ghaxart itfal u ftit li xejn kont nehodhom ghand tabib. Meta kien ikollhom id-deni mhux hazin kont (p.264) inkisser daqs tnax-il bebbuxu haj u nnehhilu l-qoxra biex ma jkunx iniggez. Kont naghmlu fuq karta bajda nadifa u npoggih fuq carruta u norbotulhom mal-qiegh ta’ saqajhom. Inhallih naqra gmielha hemm u d-deni kien jinzel kollu. Il-bebbux kien isir iswed tuta u jmut ghax id-deni kien jiehdu hu. Jien spjegajtlek din il-kura, pero l-ohrajn ... kollha kont uzajthom jien ukoll”.21 (L-istess persuna ziedet dan fit-3.iii.1980)


"Dari meta xi hadd kien ikollu d-deni kienu jisolhu fenek u kif kien ikun ghadu shun ipogguh fuq il-mohh biex jinzel id-deni.22 Meta kien ikollhom xi ugigh ta’ ras kienu jaqsmu patata u jpogguha fuq il-mohh. Meta kien ikollhom ugigh fl-ghadam kienu jghallu l-isfejgel b’xi ftit zejt u meta jiksah kienu jidilku fejn ikollhom l-ugigh. Meta kien ikollhom xi musmar bil-materja kienu jaghmlu werqa ta’ busbiesa fuq il-musmar biex jinfetah. Meta kont tiehu xi qatgha kienu jaghmlu geru fil-borma mishun jaghli u meta jiksah jixorbu l-ilma tieghu.” (Vigo Cuschieri, Mosta, ittra, bla data, 1979)


“Kellna tifel bil-bronkite, u l-mummy kienet tibghatni biex immur nixtri ... it-tabib kien ordnalha ... gbara tat-tafal minghand l-ispizjar. Kienet tkun go bott bil-ghatu ... tat-tafal ... qisha kulur it-tafal, griz fil-kannella u kienet taghmilha fuq bicca flanella. Qabel, dan, kienet tghallih banju marija; ... taghmlu fuq zewg bicciet flanella u konna npogguh fuq is-sider ta’ huti z-zghar ghall-bronkite”.23 (Mara, Mosta, 15.iii. 1995, fuq is-60 sena)


“Meta qabditna l-gwerra kien ghad ghandi ghaxar snin u taf li kien qabad dak l-iskejbil24 u missieri kien ifejjaqna, ghaliex kulhadd ihokk. Ahna konna familja kbira. Kien imur jiddobba ftit kubrit isfar, kien ihawdu ma xi zejt u kulhadd idellek ma jdejh. Wara (p.265) jumejn konna nfiequ.” (Mara, Mosta, 15.iii.1995)


“Il-fintusa konna naghmluha ghar-rih, lil missieri, Alla jahfirlu. Jien stess gieli ghamiltha. Naghmlu bicca xemgha zghira fuq sitt habbiet jew sold. Kellna tazza apposta, qasira u rqiqa. Is-sitt habbiet inqiegheduhielu fuq dahru mbaghad naghlquha bit-tazza (bix-xemgha tixghel). Allura, jekk ikollu r-rih il-laham jibda tiela’ ... timtela’ kwazi kollha (it-tazza). Mbaghad tintefa’ x-xemgha u naqilghuhielu. Ma tridx taqlaghha ghadha gholja ghax tigi bil-laham b’kollox. Konna naghmluhielu xi hames darbiet, daqqa ‘l hawn u daqqa ‘l hemm, u kien jghid li jghaddilu. Ghar-rih imma, ghax kien jghid: ‘Dik tigbed ir-rih.’ Ma kinitx tweggghu; ... ma tridx tigbidha ... trid thalliha naqra ghall-genb, u tinqala’ wahedha.25


“Ghas-soghla kienet issahhan suf mat-tubu tal-lampa. Il-bicca kienet tkun tal-franella (flanella). Taghmlilna naqra zejt fuq sidirna u tqieghdilna (il-franella). Ma tridx tohrog jew tinkixef ... Trid titghatta ... Xi hamsin sena ilu." (Marjanna Galea, Mosta, 24-i-1996)


Tbahhir


Ghalkemm ghad hawn min jemmen fit-tbahhir u jipprattikah imhallat ma xi gakulatorji, dan huwa drawwa b’gheruq pagani superstizzjuzi. Is-superstizzjoni hija twemmin f’xi haga li hi minghajr provi jew bazi logika, imma sepliciment misthajla, fantasija fil-mohh tal-bniedem. Temmen f’xi haga li tahseb li ghandha xi setgha assocjata ma xi haga hekk imsejha sopranaturali. It-tbahhir huwa rit jew cerimonja bla bazi, mahsuba li topponi jew tikkomunika ma forza barranija, ghalhekk dejjem superstizzjoni. Madankollu l-bniedem fin-natura tieghu jiehu gost jaghmel (p.266) hafna cerimonji u simbolizmi biex bhallikieku qed jaghmel jew jikkomunika ma’ xi haga spiritwali, u aktar kemm ikun fiha kliem magiku u misterjuz u caqliq, aktar ikun mahsub li jkun effettiv. It-tbahhir generalment isir bil-fehma li jkecci effetti jew jikkomunika ma’ xi haga ohra li ma tidhirx, ghalhekk xorta tispicca billi ma tafx x’sar u ma sarx.


"Fit-tbahhir lil xi wahda marida jew sfortunata kienu jghidulha: Ara kif instehtet din! ... Xi hadd sehetha!’ ... u jbahhru bi ftit weraq taz-zebbug, ftit xemgha tat-tniebri u seba’ melhiet, u jghidu t-talb. Jidhlu seba’ darbiet fil-kamra jew fejn ikunu, taht is-sodod, madwar dak li jkun;... Hi stess m’ilhiex li marret tbahhar lil wahda ghax giet ghaliha biex tbahharha ghax qalet li mishuta: anki tghaddi minn quddiemha sehtitha persuna, u ghajnietha. Tidhol u tohrog seba’ darbiet u titlob: Missiema u Hobzna, Sliema u Qaddisa, u Glorja kull darba, u tghid: ‘F’gieh San Pietru Pawl ta’ Ruma, jekk ghandek xi ghajn ta’ xi ghira, ta’ xi mibgheda, terga’ lura! F’gieh San Barnabaw, jekk hawn xi xjaten ohroghom minn hawn!’ ” (Mara, Mosta, 25. v. 1993)


Qalet li n-nanna taghha li ghandha mad-90 sena tobghod il-lewn ahdar u l-ghajnejn hadranin minhabba l-ghajn hazina. (Isabelle Barbaro Sant, Mosta, f’konversazzjoni, 9.iii.2000)


Talbiet u kliem devot


Dawn huma aktar gabra ta’ kliem devot milli talbiet. Jidher li jiffurmaw parti minn kompless ta’ gakulatorji u nkantazzjonijiet antiki b’hafna varjanti li partijiet minnhom jinbidlu jew jintilfu maz-zmien.26


Saverja, msemmija fuq, qalet li kienet tigi u tghidilhom tallaba min-Naxxar, (p.267) b’accent qawwi Naxxari; wara li tghidhom kienu jtuha xi qaghqa.


Ir-Ruzarju ghedtu...
Lis-Sema bghattu...
Lill-Anglu tajtu...
Lill-Madonna nkurunajtu
b’warda xandrija
Fis-sajf anke fix-xitwa.


Kien hemm zewg annimali
Qeghdin fil-mangatura
Jaduraw l-isbah Kreatura.


Smajt it-trumbetta ddoqq
Hrigt nara min hu ghaddej
Ghaddej Sidtna Gesu Kristu;
Minn dik it-trejqa li kien gej
Harget Ommu il-ghaziza
Qaltlu ‘Ibni fejn int sejjer?’
Qallha ‘Sejjer ghat-tbatija’
‘Ghat-tbatija nigi mieghek’
Haduh minn hdan ommu
Tawh daqqa ta’ hadida
Fuq dik ir-ras ghaziza.


Persuna ohra qalet li n-nanna kienet tghidilhom din it-talba bl-amment qabel jorqdu.


Madonna tal-Madonni tiehu lili thalli ‘l ommi
Dik ommi Santa Klara, dak missieri San Frangisk.
Huti l-Kapuccini, l-Gharus tieghi il-Kurcifiss.
Ghandi gnejna gewwa qalbi,
kollha ward u gizimin,
Imsoqqija bl-ilma tal-genna
Qalb il-ward u l-gizimin.
Knisja ckejkna ckejkna.
Imdellija b’erba’ xemghat
Tnejn hada rasi
Tnejn hada riglejja.
Kristu f’fommi
U l-Madonna f’idejja.
Norqod u nistrieh
Ghal Alla u ghall-erwieh.
Norqod u nirpoza
(p.268) U ma nibza mill-ebda haga.
Hwejjeg hziena jillargaw minna,
Il-kumplament tal-lejl it-tajjeb lilna u ‘l proxxmu taghna kollu.
(Mara mill-Mosta, 25-v-1993)


“Meta kbirt, imqar ikunu ma jifilhux it-tfal, qabel ma norqdu (ommi) kienet tghidilna din it-talba. Il-bicca l-kbira kienet tghidilna kuljum kull filghaxija wara r-ruzarju.”


Sejra norqod u nistrieh
Ghal Alla u ghall-erwieh,
Sejra norqod u nirpoza
Noffri ruhi ‘l Santa Roza.
Sant’ Anna, San Barnabaw,
Jekk hawn xi haga hazina.
Kecciha ‘l barra boghod minn hawn.
U knisja dellija dellija,
Zewg xemghat hdejn rasi,
U tnejn fejn riglejja;
Gesu Kristu gewwa n-nofs,
U l-Madonna gewwa jdejja.
Ghedt iva l-kuxjenza tieghi
Qerrejt kollox lill-konfessur
Naghmel gwerra ma’ l-ghedewwa,
U naghmel paci ma’ Gesu.
(Mara, Mosta, 15.iii.1995, fuq is-60 sena)


Loghob tat-tfal


Kullimkien f’Malta u Ghawdex insibu loghob semplici li t-tfal kienu jilaghbu aktar spiss zmien ilu. L-istess loghbiet ikollhom hafna varjanti ghax mhux kullimkien jilaghbuhom bl-istess mod, ghalkemm il-bazi tkun l-istess.27 Hawn naraw xi haga minn dak li jghidu l-Mostin.


“Ghandi sebghin sena u meta kont tfal kont inhobb naqbez il-habel u konna nuzaw dawn il-kliem li se nghidlek. Nibdew min imissu jaqbez l-ewwel wahda, taf int, avolja konna tfal, pero konna noholmu kif se jkun it-tieg taghna, u nibdew, l-ewwel meta se tkun il-gurnata (waqt li taqbez tghid): (p.269) it-tnejn, it-tlieta n l-erbgha, ecc. Mbaghad ix-xhur: Jannar, Frar, Marzu, ecc.; biex se ttejjeg: mant, kappell, ghonnella, u nergghu nirrepetuhom. Ohra: zarbun, karkur, papocc; ohra: dar, palazz, kantina; u konna niehdu gost jekk meta nitilfu jigina dak li nixtiequ sabih”.28 (Mara, L. Scicluna, 70 sena, Mosta, ittra, 30.x.1995)


“Konna nkunu grupp; wahda taghmel mistoqsija u ohra tirrispondi, u jekk ma ggibhiex titlef. Imma ‘iva’, ‘le’, ‘ghax’, ‘ghaliex’, ‘abjad’, ‘iswed’ ma tistax tghidhom. Ikun hemm min jitlef mill-ewwel." (Mara, Mosta, 4.x.1995)


“Meta kont zghira, il-Mosta, biex noqghod kwieta, kont noqghod bilqieghda (fuq it-targa tal-bieb), ittini lapes u karta biex kull karrozza li tghaddi nohdilha n-numru; ... Mur ara llum! ...” (Mara, Mosta, 29.xi.1995)


“Meta konna zghar konna nilaghbu tas-suldati. Naghmlu trakkijiet ta’ l-injam bl-irkiekel (rod). Konna nilaghbu bil-knisja wkoll. Konna naghmlu l-gandlieri tat-tafal; bicca tonda, bicca fuq, ... tonda, u bicca taht. Ix-xemgha konna mmorru ... rqaq ... nixtru mill-Belt, jew naghmluhom ... bicca njama rqiqa. Konna naghmlu processjoni … Bicca taparsi kappa, ... kuluriti, ... purtieri, u hekk; nohorgu fit-triq. Konna nixtru l-vari mill-Belt, ta’ San Frangisk, San Guzepp, ... Fratelli kont tixtri minnhom minn Bethlehem Bazaar ... (Ragel, Mosta, 2.xii.2003)


It-tberik ta’ l-annimali


Wara c-celebrazzjonijiet ta’ l-Ewwel tas-Sena, Jannar fil-Mosta joffri okkazjoni devozzjonali folkloristika ohra. Is-17 ta’ Jannar tahbat il-festa ta’ San Anton Abbati. Fi zmien l-Ordni ta’ San Gwann kienet drawwa li f’din il-festa jbierku l-ghadd kbir ta’ zwiemel u l-bghula li (p.270) kellha l-istess Ordni. Dawn il-bhejjem kellhom parti importanti fil-hajja ta’ kuljum u kienu jibzghu ghalihom daqs kull haga ohra prezzjuza. Ghall-ewwel kienu jiehdu l-bhejjem biex jitbierku, imma mbaghad il-granmastru ddecieda li l-bhejjem jibqghu f’posthom u jitbierku hemm.


Kienu jbirkuhom ir-Rabat, quddiem il-knisja Agostinjana ta’ San Mark, fejn ghandhom ukoll il-Fratellanza ta’ San Anton Abbati li torganizza t-tberik fi zmienna, imma daz-zmien, minbarra xi ftit zwiemel u hmir, ikun hemm ghadd gmielu ta’ klieb, qtates, ghasafar u bosta annimali ohra li jinzammu fid-djar. Fil-Belt Valletta t-tberik ta’ l-annimali kompla jsir quddiem il-knisja li ahna drajna nghidulha Tal-Vitorja, imma li tabilhaqq kienet iddedikata lil Sant’ Anton Abbati, qaddis minn zmien antikissmu u protettur tista’ tghid ta’ kollox u ta’ kulhadd, fosthom l-annimali.


Il-fintusa: tpoggi tazza fuq ix-xemgha u taghfas l-isfel fuq id-dahar tal-marid(p.270) Il-kappella ta’ San Anton Abbati

Fil-Mosta, sa mill-1962, l-annimali jberkuhom quddiem il-knisja ta’ Sant’ Anton Abbati fi Triq Sant’Anton. Issir il-Hadd, aktarx gimgha wara dik li ssir ir-Rabat li ssir il-Hadd, qrib is-17 ta’ Jannar. Fl-1975 inqrat talba specjali ghax dik il-habta kien hemm il-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer li qerdet hafna mill-annimali f’Malta. Fit-tberik ta’ l-annimali tal-Mosta wiehed jara hafna caqliq ta’ nies, skawts, karrettuni u (p.271) annimali. Dawk li jersqu bl-annimali jinghataw kukkarda, santa u xi ftit qamh, ghalkemm dawn l-affarijiet jistghu jvarjaw minn sena ghal ohra.29


Is-seba Santamarijiet


M’hemmx ghalfejn nidhlu fid-dettalji biex infakkru kemm hawn knejjes iddedikati lil Madonna, mhux biss bit-titlu ta’ l-Assunta, jew kif ihobbu jsejhulha l-Maltin, Santa Marija, imma b’diversi titli ohrajn.


Il-festa ta’ l-Assunta, titulari tal-Mosta, fl-imghoddi kienet wahda minn dawk il-festi fil-kalendarju tal-Knisja li missirijietna kienu juzaw minflok l-ismijiet tax-xhur. Fl-imghoddi ma kellhomx edukazzjoni bhal taghna u hadd ma kien jaqra u jikteb hlief dawk il-ftit li tghoddhom fuq ponot subghajk. Ghalhekk fil-ftehim li kienu jaghmlu kienu jirreferu ghall-festi tal-Knisja u mhux ghall-kalendarju bin-numri u bl-ismijiet tax-xhur, u meta kienu jsiru kuntratti jew attivitajiet importanti, kienu jaghmluhom f’dati maghrufin bil-festa liturgika, bhal meta nghidu ghall-Lunzjata, ghall-Milied, ghall-Imnarja u ohrajn. Nhar Santa Marija kien jum li fih kienu jiftiehmu li jhallsu l-qbiela jew xi hlas iehor, kif tabilhaqq jghid il-qawl Malti: “Santa Marija f’nofs Awissu, kulhadd jiehu dak li jmissu.” Dan il-qawl mhux biss kien japplika ghall-hlasijiet tal-qbiela imma wkoll certi entitajiet kienu jaghzlu dan il-jum biex fih jonoraw legati li jaghtu dota lil ghadd ta’ tfajliet foqra ta’ xi istituti jew li jkunu jafu bihom.


Billi d-devozzjoni lejn il-Madonna kienet mifruxa hafna, diversi parrocci iddedikati lil Santa Marija jinsabu f’irhula hdejn xulxin, fosthom hemm li huma qrib hafna, ohrajn ftit aktar imbieghda. Din is-sitwazzjoni hajret lil xi whud biex izuru l-knisja ta’ (p.272) Santa Marija tal-qrib, u xi drabi wkoll aktar minn wahda. Kull rahal seta’ jilhaq knisja ohra jew tnejn u maz-zmien thajru jinviztaw seba’ knejjes ta’ Santa Marija, ukoll jekk ikunu ‘l boghod, bhallikieku qed jaghmlu s-seba’ vizti tradizzjonali ta’ zmien il-Gimgha l-Kbira; fil-kaz tal-Madonna, in-numru sebgha jfakkar is-seba’ ferhat u s-seba’ duluri taghha. Fit-temp sabih t’Awissu bosta kienu jithajru jaghmlu dan il-pellegrinagg, imma billi tkun is-shana kienu jibdew il-vizti kif tibda tbatti x-xemx. Ma kinux jinviztaw is-seba’ Santamarijiet familja, familja, imma kienu jinghaqdu dawk id-devoti kollha tar-rahal li jifilhu jimxu u jaghmlu l-mixja flimkien. In-nies tal-Mosta, bhalma kienu jaghmlu rhula ohrajn bit-titular ta’ Santa Marija, kienu jiltaqghu lejlet il-festa lejn inzul ix-xemx u jibdew mixjin, jghidu r-Ruzarju, generalment l-irgiel quddiem u n-nisa warajhom; kultant xi hadd li ma jiflahx jimxi kien jithajjar imur maghhom b’karrettun ckejken bil-hmara u jrikkeb xi tnejn ohra mieghu, biex ma jitilfux l-okkazjoni. Tal-Mosta kienu jmorru flimkien lejn l-Imgarr, fejn jieqfu jitolbu, u wara jmorru lejn Had-Dingli. Sa dak il-hin il-knejjes ikunu maghluqin, imma huma kienu jieqfu jitolbu wara l-bieb xorta wahda. Wara dan ir-rahal jimxu ghal xi tliet sieghat biex jaslu l-Qrendi. Minn hemm imorru l-Imqabba, il-Gudja u Hal Ghaxaq. Wara dawn l-irhula jkun hemm bicca twila gmielha li twassal ghal H’Attard u minn hemm jigbdu lejn il-Mosta fejn jaslu ghas-sebh u jisimghu l-quddiesa filwaqt li jistriehu, jekk ma jkunux waqfu H’Attard.


Fiz-zminijiet tal-lum ghad hawn ftit familji li ghadhom jaghmlu dawn il-vizti tas-seba’ Santamarijiet, imma jaghmluhom bi nhar minflok mal-lejl u juzaw il-karozza minflok jimxu. Hemm xi gruppi li kultant jorganizzaw pellegrinagg ghal xi knisja jew tnejn (p.273) minflok sebgha. Iz-zminijiet jinbidlu u dak li rridu naghmlu naghmluh aktar facilment, imma sadattant ma nistghux ma nammirawx lil ta’ qabilna ghall-fidi u l-herqa li kellhom fid-devozzjonijiet Marjani. Ma tkunx idea hazina jekk din il-mixja tal-vizti tas-seba’ Santamarijiet jithajru jorganizzawha z-zghazagh bhala attivita li terga’ tqajjem it-tradizzjoni; wara kollox jaghmlu bosta ‘maratoni’ ghal skopijiet ohra.


Il-kuruna ghall-festa


F’kull rahal u belt issib nies akkaniti jhejju ghall-festi tar-rahal. Ghal dawn jibdew jippreparaw minn xhur qabel, l-aktar f’dak li hu armar u tizjin. Fost bosta xogholijiet ghall-festa kien hemm drawwa li jippreparaw xi kuruna li tinfetah u titlaq karti jew fjuri fuq il-vara li tkun ghaddejja minn tahtha.


“Il-kuruna l-kbira tal-Mosta missieri kien ghamilha. Kien ghamel ohra ghal San Giljan ukoll; ... kien ghamel hafna. Kienu kbar ... Meta taraha fl-art qisha daqs kamra. Meta ghamel l-ahhar wahda ma setghetx tohrog mir-remissa ... Kellhom jaqalghu l-bieb!” (Ragel, Pawlu, 9.viii.1995)


Acitilena


Qabel ma dahal l-elettriku fl-irhula, kienu jarmaw ghall-mixghela bit-tazzi taz-zejt. Fl-ewwel snin tas-seklu ghoxrin bdew juzaw il-gass ta’ l-acitilena. Il-principju ta’ dan il-gass kien li jkun hemm kontenitur bl-hekk imsejjah faham abjad jew faham ta’ l-acitilena li fil-kimika nafuh bhala calcium carbide. Dan jinghalaq b’kontenitur iehor fuqu li jkun mimli bl-ilma. Meta, permezz ta’ regolatur, jew bekk, l-ilma jqattar fuq il-faham abjad, jibda jifforma gass. Dan il-gass jghaddi minn pajpijiet apposta ghal fejn ikun hemm bzonn id-dawl u dan jixghel b’dawl qawwi (p.274) abjad hafna. Apparat zghir fuq l-istess tifsila kien jintuza biex jixeghlu xi hanut, karrettun tal-helu, marc tal-banda, processjoni, plancier tal-banda; ohrajn icken kienu juzawhom fuq roti jew fuq il-karozzi.


“Konna naghmlu l-acitilena. Kienet tkun qisha borma isfel, kbira, u borma zghira fuq. Ta’ taht tkun bil-faham, u ta’ fuq tkun bl-ilma, imbaghad meta tifthilha l-ilma, johrog il-gass. Imbaghad ikollu erba’ bekkijiet jew tnejn, jew tlieta, kemm trid, u jigi qisu gass, bhal meta tixghel il-gass. Faham ta’ l-acitelena konna nghidulu. Il-Mosta d-dawl kien ghadu ma giex, allura kulhadd bihom kien. Meta gie d-dawl missieri ma hax pjacir, hux! L-apparat konna naghmluh ahna ... Kien jaghmlu missieri. Kien jaghmilhom ghall-hwienet. Kien jaghmel il-kbar ukoll. Darba kien ghamel ghall-Minsija ... Xeghel il-knisja kollha. Ghamel tankijiet kbar tal-hamsa u erbghin u bl-ilma tiela’ u niezel, u xeghel il-knisja kollha bihom.’’ (Ragel, Mosta, 1.vi.1994)


Pasturi u helu


Mal-bidu ta’ Dicembru diversi hwienet kienu jarmaw bil-pasturi tat-tafal. Mhux kollha kienu sbieh imma kienu jaghmlu helu hafna b’ilwienhom fil-presepju. Minbarra dawn kienu jsiru wkoll statwettti tat-tafal tal-vari titulari u dawn kienu johorguhom qrib il-festa biex min jilghab bil-knisja jkollu biex jarma.30


‘Kelli z-zija li fil-Mosta kienet l-unika wahda li tbiegh il-pasturi, Triq il-Gdida l-Mosta. Jafuha b’Sunta, ... kulhadd jafha; ... Kont trabbejt maghha. Kienet tmur tordna l-pasturi minghand wiehed minn Tas-Sliema. Il-familjari tieghu kienu tnejn anzjani, kont nisthajjilhom tnejn tal-fairy tales. Joqoghdu Triq San Silvestru l-Mosta; kienu minn Tas-Sliema, imma gew refugjati l-Mosta. (p.275) Kellu arti fih. Iz-zija kienet tmur ghandhom u tordnalhom il-pasturi. Kienet, per ezempju, tehodhom illum, go kaxxa taz-zraben, u kif tpoggihom fil-vetrina t-tfal kienu l-hin kollu gejjin u sejrin. Kienu jkunu sold u nofs, tliet soldi ... Kienet tbiegh minn kollox, anki kotba ta’ l-iskola; ... Baqghet tbiegh sakemm kellha tlieta u disghin sena. Fethet il-hanut fin-1944 tbiegh il-helu; ... lanqas kien fil-karti (il-helu). Kont tifla zghira, tpoggini fuq is-siggu biex inbiegh sold helu. B’sold helu zewg tofijiet jew tlieta. Bocci taz-zambur sold ghaxra. Kien jahdem il-pasturi l-Mosta, wkoll. Hi kienet toqghod thallatlu l-kulur. Kellu l-forom tal-gibs; ... kellu kamra t’apposta.... Kienu jigu anki nies mill-Belt jixtru. Kien jaghmel ukoll il-grotta tal-kartapesta; ... kellhom mas-sebghin sena sew. Kien twil twil, xaghru abjad ... ” (Mara, Mosta, 29.x.1995)


“Dawk li kienu jaghmlu l-pasturi l-Mosta kienu n-nanniet tieghi. Huma mill-Isla marru Tas-Sliema mat-tifla taghhom u gew refugjati l-Mosta, Triq San Silvestru; ... Kienu jaghmlu l-pasturi huma.” (Mara, Ebejer, Mosta, 29.xi.1995)


Ikel


L-ikel popolari kien l-irhas li jista’ jkun maghmul mill-hxejjex u mid-dqiq. Hlewwiet mit-tin tac-cappa, zbib u frott niexef iehor; tigiega, fenek, huta, haruf, kienu ghall-okkazjonijiet specjali. Il-laham tal-majjal u tac-canga kien relattivament rari li jidhol fid-dar komuni.


“Dak li jigi mill-qamh huma d-dqiq, is-smid, imbaghad kien hemm bhal granza, konna nghidulha. Issa dik ta’ wara s-smid, inqas irfinata mis-smid, konna naghmluha, fl-antik, ghasida, isajruha u jekluha; kienu jghidu: (p.276) ’Ha naghmel platt smida.’ … u kienu jzidulha gbejniet jew baqta, u xi naqra butir maghha, hakka gobon ... Kienet tkun tajba; ikollhom platt ikel bhal soppa.


“In-nannu tieghi l-qamh kien jahslu. Kien jitfghu mill-ewwel mal-haxix u konna nsajruh mal-minestra; ... Kien ikun tajjeb ... bil-qoxra b’kollox.


“Fi zmien il-gwerra, meta kien hawn il-guh konna qlajna minghand iz-zijiet nofs xkora qamh, u kollha konna thanniha bil-mithna tal-kafe; ... Tithnu b’kollox, taghmlu ftajjar, u naqluhom. Kienu jigu tajbin. B’naqra melh u naqra ilma taghginha, tfattarha naqra bhal ftira u taghmilha fit-tagen tinqela ... Kollha konna hadniha, ... nofs xkora.


“Darba kont inhit, (kont tifla) u kienu jigu t-tfal hdejja. Wahda minn Haz-Zabbar, ‘Tas-Slaw’, ghadha hajja, tifla zghira, kellha z-zerriegha taz-zofzfa nithan ftit minnha, ghax ma kellniex x’nieklu u ghamiltha ftajjar.31 Qaltli: Tini bicca ... u tajtha; ... ghamiltilha wahda ghaliha ... U raqdet.... Raqdet raqda! U lil ommha ghedtilha li hawn qieghda d-dar. Raqdet raqda miskina; ... la naf ghax kienet sturdietha u lanqas ghax fjakka. Kont tfal jien. Lil ommha ghedtilha: ‘Hawn qieghda, kielet u raqdet.’ ...” (Mara, Mosta, 23.viii.1995)


“Il-mama u l-papa taghna kienu anzjani u konna noqoghdu barra mill-Mosta u kellna dar il-Mosta ukoll. (Ghall-Milied) kienu jehduna f’din id-dar il-Mosta. Kienet tqattar il-gbejniet u taghmel pastizzi biex nekluhom fil-Milied. Kienet taghtihom lill-furnara.... Kienet taghmilhomlna hi... pastizzi bil-gbejniet. U kienu jzommu ghal hafna zmien; ... ma taghmilhomx gol-frigg. Kien ikollhom is-smid taht. U kienet taghmel il-qaghaq ta’ l-ghasel.32


“Fl-Istrina konna nistennew lil tal-hobz (p.277) ghand iz-zijiet biex ituna tliet soldi.... Ma kellniex rigali ahna fil-Milied.” (Mara, 47 sena, Mosta, 27.xii.1995)


Riferenzi

  1. B. Bonnici, Il-Gimgha l-Kbira f’Malta (Malta: 1998); J. Borg, Good Friday Procession, Mosta, Malta (Malta: 1986); J. Borg, ‘Fil-Mosta’, M. Schiavone (ed.), Il-Purcissjonijiet tal-Gimgha l-Kbira f’Malta u Ghawdex (Malta: 1992), 161-8; V. Caruana, ‘Mosta - Santa Marija’, M. Schiavone (ed ), Il-knejjes parrokkjali ta’ Malta u l-festi taghhom, ii (Malta: 1993), 169-78; G. Gauci, Good Friday and Easter statues and processions of Malta and Gozo (Malta: 2003); J. Grech, Il-vari tal-Gimgha l-Kbira ta’ Malta u Ghawdex (Malta: 1999), 106-115.
  2. Sa mill-1992, meta kienet bdiet is-sistema tal-phone-ins fuq ir-radjijiet jien kont bdejt norjenta l-programmi tieghi b’mod li s-semmiegha anzjani bdew jirrakkontaw kif kienet il-hajja fl-ewwel nofs tas-seklu ghoxrin. Kelli partecipazzjoni fil-programmi ta’ Radju RTK ‘Bejnietna’ u ‘Ghalina lkoll’, ipprezentati minn Susan Mulvaney. Hadt noti u rrekordjajt hafna mill-programmi tieghi, ghalhekk stajt nittraskrivi l-aktar partijiet important u interessanti bil-hsieb li ‘l quddiem nippubblikahom biex ma jintilfux. F’din il-kitba gbart flimkien ftit reminixxenzi minn tal-Mostin.
  3. N(ational) L(ibrary) M(alta), Census of the Population of Malta, Gozo and Comino (1861, 1871, 1901, 1931); J Galea, ‘Mosta, a historical, urban and demographic overview’, Socjeta Filarmonika Santa Maria, Mosta, Annwal 2004 (Malta: 2004) 97-103; M.A. Sant, Mosta through the ages’, 19-58, & G. Lanfranco, ‘Trades and crafts of the recent past in Mosta’, 131-46, L.J. Scerri (ed.) Mosta, the heart of Malta (Malta: 1996).
  4. P. Cassar, Petizzjonijiet ta’ Maltin madwar il-bidu tas-seklu ghoxrin, Socjeta Filarmonika Santa Marija, Mosta, Annwal 2004 (Malta: 2004), 75; G. Lanfranco, ‘Trades and crafts of the recent past in Mosta’, 135; J. Sant, ‘Il-mithna l-qadima tal-Mosta’, Socjeta Filarmonika Santa Marija. Mosta, Annwal 2003 (Malta: 2003), 39.
  5. Manwel Quattromani, maghruf ukoll bhala Gorg, ta’ 89 sena, u martu Saverja, ta’ 88 sena, ltqajt maghhom fit-18 ta’ Gunju 1996 f’San Pawl il-Bahar; qabel kienu joqoghdu l-Mosta. Indikathomli Martha Fenech mill-Mosta. Binthom Tessie Cremona li laqqghatni maghhom, qaltli li missierha kien aktar maghruf bhala Gorg ghax meta kien ckejken kellu xi jghid mat-tfal fuq il-loghob u tifla kienet qaltlu: “Lanqas li kont ir-Re Gorg!” Dan baqaghlu bhala forma ta’ laqam anzi x-xjuh tal-Mosta jafuh bhala “Ir-Re Gorg’ (dak iz-zmien kien hemm ir-Re Gorg V). Vide ‘Ghana, taqbil u siltiet mill-hajja’, L-Imnara, 20 (Malta: 1996), 77 et seq.
  6. Saverja ftakret l-ghanjiet kif kienet tkantahom ommha. Dawn u xi talbiet li ftakret Saverja gentilment kitbithomli bintha Tessie Cremona (24.v.1996).
  7. Id-daqqaq tat-tajjar idoqq fuq il-watar (jew lenza) li jkun stirat mal-qaws, billi jaghti daqqiet bic-ciek (mhux cikk!). Vide G. Galea, Xoghol u snajja’ ta’ l-imghoddi (Malta: 1969, 1972), 57-65, G. Lanfranco, Xoghol, gahgieh u snajja’ li spiccaw (Malta: 2002, 2003), 18-21.
  8. G. Lanfranco, Xoghol, gahgieh u snajja’ li spiccaw (Malta: 2002, 2003), 23-4.
  9. G. Lanfranco, ‘Is-soqfa u l-ballata’, G. Lanfranco (ed.), Folklor, gabra ta’ kitbiet minn membri ta’ (p.278) l-Ghaqda Maltija tal-Folklor (Malta 2004), 142-52; G. Galea, Xoghol u snajja, 128-9.
  10. Lissija hija kelma li tirreferi ghall-irmied li kien jitpogga fil-kontenitur tal-hasil u li fl-ilma tat-tlahlih kien jaghti dehra ahjar lill-hwejjeg. Min ma kienx midhla tal-kwalitajiet kimici ta’ dan l-irmied kien jassumi li l-irmied kollu jista jintuza. Fil-passat konna nuzaw is-soder u nhalltuh ma l-ilma tal-hasil. Il-kelma soder hija korruzzjoni tal-kelma Soda jew Sodium. Is-soder, (Sodium carbonate decahydrate, Na2CO310H2O) huwa solubbli hafna fl-ilma, u l-uzu tieghu kien mahsub li jikkumbatti l-kalcju zejjed. Qabel ma bdew jixtru s-soder, kienu juzaw irmied li fih is-soder, drawwa introdotta mill-Ewropa. Is-soder kien jigi meta jinharqu certi hxejjex li jkun fihom aktar sodium (Na) fihom minn ohrajn, bhalma hemm diversi speci li jikbru qrib il-bahar u jkunu xi ftit imlahhmin u sukkulenti minhabba li jghabbu aktar ilma fihom biex jikkumbattu l-kontenut gholi ta’ melh fil-hamrija. Dawn il-hxejjex globalment huma wkoll maghrufin bhala Haxixa ta’ l-Irmied, jew Almeridja (minn lrmidija), bhal speci ta’ Salsola, Sulicornia u ohrajn mill-familja Chenopodiaceae. Imma bosta nies, minflok ma jfittxu l-irmied ta’ dawn il-hxejjex, kull irmied kien jghodd!
  11. L-ilma taghna fih hafna kalcju u minhabba f’hekk is-sapun ma jirghax tajjeb.
  12. A. Ragonesi, Maltese folksong “Ghana”: A bibliography and resource material (Malta: 1999); G. Cassar Pullicino & C. Camilleri, Maltese oral poetry and folk music (Malta: 1998); G. Lanfranco, ‘Gabra ta’ taqbil popolari’ i & ii, L-lmnara, 16 (Malta: 1992) & 17 (Malta. 1993).
  13. Il-halib kien jinhaleb mir-rahhal dritt mill-moghza wara l-bieb tan-nies.
  14. Il-maktur kien simbolu ta’ rabta. Mara li thobb guvni kienet ttih maktur irrakkmat waqt ir-rabta jew tibghatulu bil-mohbi. Il-mara normalment kienet taghti maktur lill-gharus meta ssir il-laqgha tar-rabta jew gherusija.
  15. V. Fenech, Il-Ktieb Malti (Malta: 2003), 59-69; J.F. Grima, Printing and censorship in Malta 1642-1839 (Malta: 1991).
  16. G. Lanfranco, ‘Zmien il-faxxikli’, Ghaqda Muzikali S. Gorg, Qormi, Festa 2002 (Malta: 2002), 117-9; G. Lanfranco, Hajjitna fl-imghoddi (Malta: 2004), 51-4.
  17. G. Lanfranco, ‘Ic-chapbooks jew letteratura tat-triq u l-Mosta’, Socjeta Piroteknika 15 ta’ Awissu, Mosta, Festa 2004 (Malta: 2004), 106-9.
  18. Ta Hitler kantatha Saverja. Din kienet wahda minn hafna kant ta’ zmien it-Tieni Gwerra Dinjija li niftakru ahna stess fil-kategorija li tinvolvi ‘l Hitler u ‘l Mussolini; minnhom kienu jkantaw bosta varjanti. Kien hemm ukoll ghadd kbir dwar il-Victory Kitchen u ohrajn dwar l-air raids. Il-kantaliena bl-Ingliz tafha wkoll Tessie Cremona. Jiena nafha wkoll ghaliex ommi tghallmitha minghand hutha li kienu fl-iskawts bejn iz-zewg gwerer.
  19. Kitbiet dwar medicina jew rimedji popolari; G. Pisani, Id-duwa tal-Madalena (Malta; 2000), introd. P.G. Pisani; G. Lanfranco, Duwa u semm fil-hxejjex Maltin (Malta 1975), Hxejjex medicinali u ohrajn (Malta: 1993, 2000), Medicina popolari ta’ l-imghoddi fil-gzejjer Maltin (Malta: 2001).
  20. Ghad-dissenterija jew imsaren kienu jiehdu l-frott ta’ l-isfargel. Il-kelma sfejgel ma tezistix, hija skorretta, u tinghad minn min ihawwad flimkien il-kelma sfargel, li hi sigra lal-frott, u fejgel, li hi (p.279) pjanta erbacja. Meta l-kamumella, li tkun fjuri nixfin, tferralha l-mishun jaghli fuqha, tkun qed taghmel infuzjoni. Jekk minflok dan, tpoggiha fl-ilma u tghallija, tkun qed taghmel dekott minnha. Dawn iz-zewg metodi differenti johorgu mill-pjanta sustanzi differenti. Il-bukoxrom imsemmi hawn nghidulu wkoll bukexrem u buqoxrom. Xkattapjetra huwa isem li jigi applikat ghal diversi pjanti li jikbru fix-xquq li jsibu fil-blat. L-antiki kienu jahsbu bil-maqlub, jigifieri li x-xquq fil-blat saru mill-pjanti, ghalhekk iddecidew li jekk dawn il-pjanti jaqsmu l-blat ta’ l-art, ahseb u ara l-gebla tal-gisem! Is-sigra tas-sabuka hi maghrufa aktar bhala sambuka u sebuka.
  21. Fit-twemmin popolari jghidu li d-deni jinzel ghax jidhol fil-bebbux, u li l-bebbux isir iswed u jmut minhabba li d-deni jidhol fih. Imma m’hemmx ghalfejn nghidu li dan huwa ragunament zbaljat. Id-deni jmur ukoll jekk ma taghmilx il-bebbux. Il-bebbux imut ghax ikunu mmaltrattawh u nehhewlu l-qoxra u meta jmut isir sewdieni. F’dik il-kundizzjoni jmut u jsir iswed, anki jekk ma torbtux mas-saqajn!
  22. Il-fenek ma kienux juzawh fuq il-mohh imma fuq iz-zaqq. Hawn nergghu naraw il-kelma sfejgel imma din id-darba qed tinghad b’mod zbaljat minflok il-kelma fejgel, pjanta li tintuza fuq il-gogi u l-ghadam. (Vide 19 supra).
  23. Il-gbara tat-tafal imsemmija hawn kienet tingieb minn barra u tinbigh mill-ispizjar. Tabilhaqq dan huwa ghamla ta’ tafal (China clay jew kaolin) li fl-imghoddi kellu diversi uzi fl-Ewropa l-aktar ghall-imsaren.
  24. Dik il-kundizzjoni li hawn qed tissejjah ‘skejbil’ iggib hafna hakk bejn is-swaba ta’ l-idejn u bl-Ingliz nghidulha scabies.
  25. Sa ftit qabel it-Tieni Gwerra Dinjija kien ghad hemm min jemmen, inkluzi xi tobba mill-generazzjonijiet antiki, li l-mard li jkollok go fik tista tohorgu billi tiehu medicini li bihom tirremetti, tobzoq, teghreq, tghaddi l-awrina u tbattal l-imsaren, imma wkoll kienu jhobbu jigbdu d-demm. Ghal dan xi tobba gieli kienu jordnaw is-sangisug, imma kienu wkoll jaghmlu qasma ckejkna fil-gilda u biex jigbdu d-demm kienu jpoggu fuqha tazza rasha l-isfel li tkun issahnet sewwa minn gewwa permezz ta’ nemniema ta’ l-ispirtu u meta tibred tigbed id-demm. Din tissejjah fintusa. Imma fil-medicina popolari l-Maltin kienu jaghmlu l-fintusa biex jigbdu d-deni u mhux id-demm. Jaghmlu bicca xema’ tixghel imwahhla ma sold fuq id-dahar tal-pazjent, ipoggu fuqha tazza rasha l-isfel, il-fjamma tifga, l-arja tibred u tickien, ghalhekk tigbed maghha l-gilda; b’dan kienu jahsbu li qed jigbdu barra d-deni!
  26. (p.280) Dawn it-talbiet u ohrajn li m’humiex dejjem talb imma wkoll gakulatorji u kliem devozzjonali li jigu klassifikati taht diversi kategoriji ghal skopijiet ta’ studju. Vide G. Cassar Pullicino, Skungrar u orazzjoni fil-poezija popolari religjuza f’Malta (Malta: 1981); G. Lanfranco, ‘Talb, brajbu u kliem ir-riqi migbura minn fomm il-poplu’, L-Imnara, 28 (Malta:2004), 20-5.
  27. Vide A.F. Attard, Loghob folkloristiku ta’ Ghawdex (Malta: 1969); G. Lanfranco, ‘Loghob u gugarelli ta’ l-imghoddi’, Saghtar, 232 (Malta: 2000) & 239 (Malta: 2001), & Drawwiet u tradizzjonijiet Maltin (Malta: 2001, 2002), 125-48.
  28. Kull darba li l-habel jolqot is-sieq waqt il-qbiz jieqaf it-tern taghhom u l-kelma li jkunu qed jghidu jew ghadhom kemm qalu f’dak il-mument jiftakruha bhala li tghodd ghalihom. Il-loghba tispicca meta jkunu qabzu s-settijiet ta’ kliem kollha, u l-kliem li jingabru minn kull participant jitqiesu fis-sens cajtier bhala d-destin taghhom.
  29. Kont ktibt artiklu dwar it-tberik ta’ l-annimali lill-edituri ta’ Heritage fl-1981. Ippubblikawh wara tnax-il sena (!) f’Heritage 67 (Malta 1993), 1325-7. Biddluli t-titolu, qatghu bcejjec importanti u ziedu ohrajn, biddlu l-istil tal-kitba tieghi, naqqsu r-ritratti li pprovdejt jien u ziedu ta’ haddiehor, u ghamlu fih sentenzi totalment ivvintati, skorretti u rrilevanti. Wiehed mill-izbalji li kitbu taht ismi kien li t-tberik u l-annimali fil-Mosta jsir f’Wied il-Ghasel! Dan jien qatt ma kont ktibtu fl-artiklu tieghi (caption p. 1325 u statement f’p.1327). Dan kollu ma stajtx naccettah ghalhekk ktibt ittra fis-Sunday Times biex niddissaccoja ruhi minn dak l-artiklu kif deher f’Heritage. Sadattant ktibt lill-edituri ta’ Heritage biex idahhlu korrezzjoni f’harga ohra. Fil-harga nru. 71 (Lulju 1994) dehret il-‘korrezzjoni,’ kitbu li t-tberik isir f’Mosta Valley, Wied Speranza! Dan xorta wahda m’ghandu x’jaqsam xejn! Ktibt korrispondenza lill-editur ta’ Il-Mosta dwar l-iskorrettezzi li dehru fl-artiklu ta’ Heritage f’Mejju 1993, imma dan ma ppubblikahilix f’Awissu imma stenna sa Dicembru; ma ppubblikahilix kif bghatthielu, ukoll jekk kienet qasira, imma gab ftit kliem biss. L-artiklu, kif kont ktibtu ghal Heritage fl-1993, qbadt u ppubblikajtu shih kif kien l-originali, fl-Imnara, 17 (Malta: 1993), 98-103, u fil-Pronostku Malti (Malta: 1994), 239-15, bl-isem ta’ L-izvilupp tat-tberik ta’ l-annimali fil-Gzejjer Maltin’.
  30. Vide G. Lanfranco, ‘The clay modelling tradition’, Heritage (Malta), 292-7; J. Muscat, Il-presepju fil-Milied Malti (Malta: 2004).
  31. Iz-zofzfa jew zofsfa hija pjanta mir-razza tal-gilbiena. Hija wahda minn dawk il-pjanti salvaggi li gieli jikkultivawhom bhala ghalf ghall-bhejjem. Madankollu diversi minnhom, bhal dik imsejha gilbiena tas-serp tista’ tqabbad xi ghawg lill-bhejjem. Iz-zolsfa hija velenuza u kemm-il darba kienet fatali ghall-majjali u annimali ohra. (Vide 18 supra).
  32. Kienet drawwa li l-qassatat bil-gbejniet kienu jaghmluhom ukoll ghaz-zmien ta’ l-Ghid il-Kbir u xi okkkazjonijiet ohra.



Kapitli ohra mill-ktieb

  1. Introduzzjoni.
  2. Il-bidu u l-ewwel zminijiet tas-Socjeta Filarmonika Santa Marija tal-Mosta.
  3. Is-Socjeta Santa Marija: minn Kazin ghal Socjeta Filarmonika.
  4. In-nisga urbana u rurali tal-Mosta.
  5. Il-Mosta u l-inhawi ta’ madwar fiz-Zmien tan-Nofs.
  6. Il-Mosta Nisranija.
  7. Il-Gvern lokali fil-Mosta (1773 – 1896).
  8. Rahal fi gwerra: il-Mosta matul it-Tieni Gwerra Dinjija.
  9. Iz-zamma ta’ l-ordni fil-Mosta mill-1800.
  10. Mill-hajja tal-Mosta fl-ewwel nofs tas-seklu ghoxrin.
  11. Graffiti fil-Mosta: Il-hitan tal-kappella ta’ San Pawl Nawfragu.