EX ANNALIBUS MUSTAE
George Cassar, editur
Pubblikazzjoni tas-Socjeta Filarmonika Santa Marija Mosta f'gheluq l-100 sena (1905-2005) mit-twaqqif tas-Socjeta.
Dan il-ktieb interessantissimu jinxtara mill-Kazin Santa Marija. Din il-verzjoni digitali ma fihiex il-parti bl-Ingliz, u dik bil-Malti taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.
3. In-nisga urbana u rurali tal-Mosta
Glorianne Borg Axisa, Ruben Paul Borg
(p.37) Il-gzejjer Maltin jinsabu madwar 96km fin-nofsinhar ta’ Sqallija. L-arcipelagu Malti kollu jkopri erja ta’ 316km2, (l-akbar gzejjer huma Malta, b’erja ta’ 245.7km2, u Ghawdex b’erja ta’ 67.1km2, flimkien ma’ xi gzejjer izghar).1 Il-Mosta tinsab fic-centru ta’ Malta u ghalkemm tkejjel 6.8km2 bhala erja,2 hija mzewqa b’xenarju naturali, storiku, u kulturali, u b’komunita kummercjali li thabrek biex taqdi l-popolazzjoni li kull ma jmur dejjem tikber.
Il-gzejjer Maltin huma mfella b’ghadd ta’ kisriet fil-kontinwita tas-saffi fl-art, dawk li jissejhu faults. L-akbar wiehed minn dawn il-kisriet fis-saffi tal-blat f’Malta huwa l-Great Fault li jaqsam il-gzira ma’ tul il-wisa’ taghha, mill-kosta fil-majjistral fl-inhawi ta’ Fomm ir-Rih, sal-kosta fil-grigal lejn il-Madliena. Il-Mosta tinsab sewwa sew fl-inhawi baxxi li nholqu b’din il-kisra kbira fis-saffi tal-blat, u fit-tramuntana naraw karatteristici geomorfologici u ekologici li l-Mosta hi maghrufa ghalihom.
Il-geomorfologija
L-izjed element geomorfologiku li jispikka fil-Mosta hu s-sistema ta’ widien niexfa ta’ Wied l-Isperanza u Wied il-Ghasel. L-ilma ta’ l-gholjiet tar-Rabat u ta’ Had-Dingli, jiskula f’sistema ta’ widien li taqsam mill-punent ghan-naha ta’ fuq tal-gzira. Din is-sistema ta’ widien tibda mill-inhawi gholja tar-Rabat, sewwa sew minn Wied Liemu, tinghaqad ma’ Wied il-Busbies lejn il-Fiddien u tibqa’ sserrep u ddur qalb il-kampanja lejn il-punent sa ma tasal Wied il-Qlejgha, jew kif nafuh, ic-Chadwick Lakes. Hekk kif dan il-Wied jidhol il-Mosta, huwa maghruf bhala Wied l-Isperanza u jwassal sa Wied il-Ghasel, li flimkien mal-ferghat ta’ Wied is-Sir u Wied Filep ibattal l-ilmijiet li jghaddu minnu fl-art baxxa lejn (p.38) Burmarrad u s-Salina
Madankollu, minn Wied l-Isperanza u minn Wied il-Ghasel jaslu biex jghaddu anqas ilmijiet, milli jghaddu mis-sistema ta’ widien li nizlin mir-Rabat u minn Wied il-Qlejgha minkejja li dawn jinsabu sahansitra aktar ‘il fuq minnhom. Dan jigri minhabba hondoq kbir f’tarf Wied l-lsperanza li jilqa’ fih il-bicca l-kbira ta’ l-ilma u b’hekk inaqqas l-ilma li jghaddi fil-wicc tal-wied.3 Izda wara hafna xita xorta wahda kemm Wied l-Isperanza kif ukoll Wied il-Ghasel jimdew bl-ilma f’qasir zmien. Aktarx li din is-sistema ta’ widien iffurmat ruhha fi zmien geologiku li fih kienet taghmel hafna xita.
Wied il-Ghasel huwa wied dejjaq bi gnub weqfin taz-zonqor. L-ilma jghaddi minn naha wahda filwaqt li fuq in-naha l-ohra jinsabu l-ghelieqi mtarrga li llum ma jahdimhom hadd. Minn hawn il-wied jidhol fil-pjanuri alluvjali ta’ Burmarrad u tas-Salina.
Il-widien tal-gzejjer Maltin jidhru sewwa madwar l-inhawi kollha tal-pajsagg Malti. Tant hu hekk li hemm izjed minn 100km ta’ widien f’erja totali ta’ mhux aktar minn 300km2. M’hemmx imqar parti wahda minn xi wied f’Malta li ma gietx b’xi mod mittiefsa mill-bniedem. U Wied il-Ghasel mhux eccezzjoni.4
F’Wied il-Ghasel wiehed jinnota numru ta’ attivitajiet mill-bniedem, fosthom l-offroading, it-tqattigh ta’ blat, il-bini, u xi ftit biedja. L-ispluzzjonijiet biex jitqatta’ z-zonqor fil-barrieri li jmissu mal-wied waslu biex garrfu parti mill-genb tal-wied waqt li l-treghid gieghel il-gebel icedi. Mhux biss, izda t-traba fina mill-barrieri ma taffettwax biss il-vegetazzjoni fuq l-art, izda twassal ukoll ghal tniggiz fi-ilma tal-wied minhabba li t-trab idardar l-ilma u ma jhallix id-dawl jghaddi. Dan kollu jwassal biex (p.39) il-pjanti tal-widien ma jikbrux. Barra minn hekk, l-uzu eccessiv ta’ fertilizzant li jintuza fl-ghelieqi tal-madwar izid il-kwantita ta’ nitrati fl-ilma.
Dawn l-attivitajiet kollha jaffetwaw kemm il-flora kif ukoll il-fawna lokali.5 Speci rari bhall-Brimba (Ophrys oxyrrhynchos) u s-Sigra ta’ l-Gharghar (Tetraclini articulata) m’ghadhomx jinstabu f’Wied il-Ghasel. Fost il-pjanti li wiehed isib fil-Wied hemm l-Erika (Erica multiflora), it-Tulliera ta’ Malta (Chiliadenus bocconei), it-Tenghud tax-Xaghri (Euphorbia dendroides), is-Saghtar (Thymbra capitata), l-Ghansar (Urginea pancration), speci ta’ Teucrium, u speci ta’ Tursin il-Bir. Matul il-wied wiehed isib ukoll ghadd ta’ sigar li kienu jigu kkultivati fosthom iz-Zebbuga, il-Harruba, il-Lewza, it-Tina, u l-Bajtra tax-Xewk.6
L-izvilupp urban
It-topografija tal-Mosta holqot potenzjal biex il-lokal jikber li zmien l-Ordni ta’ San Gwann. L-erja kbira ta’ art fertili mkennija mill-Great Fault u l-gholja tan-Naxxar holqot kundizzjonijiet tajba ghat-tkabbir tal-qoton u l-industrija domestika marbuta mieghu. Barra minn hekk l-inhawi huma qrib il-kenn (p.40) tal-fortifikazzjonijiet ta’ l-Imdina.
Il-Mosta ma kibritx fuq mudell organiku bhall-irhula l-ohra f’Malta. Aktarx li l-irhula kibru madwar qalba li kienet thaddan aspetti important tal-hajja socjali tar-rahal, fosthom il-knisja mdawra bil-pjazza, bis-suq, ic-celebrazzjoni tal-festa u attivitajiet socjali ohra. L-aktar nies importanti fir-rahal kienu wkoll jibnu d-djar taghhom fil-pjazza jew fil-qrib. Il-Mosta madanakollu, kibret fuq mudell differenti. Ghadd ta’ rhula kienu mferrxin ma’ l-inhawi, kull wiehed bil-kappella tieghu mdawra bl-ghelieqi. Dan il-mudell ta’ abitat kien jaghmilha aktar facli ghall-bdiewa biex jaslu fl-ghelieqi taghhom u ma jkollhom ghalfejn joqoghdu jinzlu t-triq kollha minn Naxxar. Insibu dokumenti li juruna li fl-1575 kien hemm tnax-il kappella fiz-zona tal-Mosta, kif ukoll 116-il dar.7
Meta l-Mostin inqatghu mill-parrocca tan-Naxxar, intghazlet il-kappella ta’ l-Assunta biex issir il-parrocca l-gdida. B’hekk fis-seklu sbatax dawk li kienu joqoghdu ‘l barra mir-rahal resqu izjed lejn ic-centru. Maz-zmien, imbaghad, bhalma gara fi rhula ohrajn, il-pjazza hadet ir-rwol ta’ centru tar-rahal fejn isiru l-attivitajiet socjali u fejn l-aktar nies importanti kienu jfittxu li jmorru joqoghdu.
Minhabba l-Great Fault, ir-rahal infirex fid-direzzjoni tal-lvant u tal-punent, jigifieri lejn in-naha ta’ l-Imdina u lejn in-naha tan-Naxxar.
Fl-1832 Giorgio Grognet de Vasse tqabbad jibda l-progett tal-bini tar-Rotunda. Dan ix-xoghol kien jinkludi l-bini ta’ triq wiesa’ quddiem il-knisja biex itejjeb il-komunikazzjoni mal-Mosta. Madanakollu t-triq inbniet kemm xejn izjed lejn ix-xlokk tal-pjazza (p.41) matul l-ghelieqi li kien hemm. Dan sar sabiex titnaqqas l-ispiza u biex ma titharbatx it-tfassila tar-rahal l-antik. It-triq il-gdida u twila dahhlet l-idea ta’ ppjanar taz-zona residenzjali b’toroq isallbu bi dritt xuxlin flok toroq imserrpa tar-rahal l-antik. Meta tlestiet din it-triq, Via Nuova Valletta, inholqot infrastruttura sistematika wkoll fit-toroq sekondarji billi l-art intuzat ahjar meta beda tiela’ l-bini madwarhom. Minhabba li l-popolazzjoni tal-Mosta kienet qed tikber gmielha, din iz-zieda fin-numru ta’ djar ghenet biex in-nies ikollhom aktar fejn joqoghdu. Fil-fatt il-popolazzjoni baqghet dejjem tikber hlief ghal tnaqqis fis-snin ta’ wara l-Ewwel Gwerra Dinjija.
Matul it-Tieni Gwerra Dinjija saret hafna hsara fil-Mosta, u nhawi shah tar-rahal tkissru u ggarrfu ghal kollox. Meta ghaddiet il-gwerra l-awtoritajiet taw incentivi biex ihajru lil min jidhol ghall-bini ta’ zoni mwaqqghin, bit-tama li jtejbu s-sitwazzjoni ekonomika fil-pajjiz.
Bzonn ta’ abitazzjonijiet
Fil-hamsinijiet u s-sittinijiet tas-seklu ghoxrin, f’Malta kien hawn problema ta’ nuqqas ta’ djar. Bhala soluzzjoni ghaliha kien hemm zewg possibilitajiet - emigrazzjoni qawwija u programm ta’ bini ta’ numru kbir ta’ djar. Il-gvern bena numru ta’ oqsma ta’ djar bi blokki ta’ appartamenti biex jipprovdi djar bi prezz ragonevoli. Barra minn hekk haffef il-proceduri ta’ self ta’ flus mill-banek, u zied l-art li nghatat ghall-bini.
Il-gvern seta’ jibni dawn l-oqsma ta’ djar biss billi jakkwista art rurali. Fil-fatt bejn 1966 u 1979 fil-gzira ta’ Malta biss, il-gvern ha 16.4km2 ta’ art rurali biex ikun jista’ jibni fuqha.8 L-art li ha l-gvern inghataw l-izjed ghall-bini ta’ l-oqsma ta’ djar, izda wkoll ghall-bini ta’ toroq u xoghol infrastrutturali iehor bhalma (p.42) kien il-bini tar-runways ta’ l-ajruport internazzjonali. Oqsma ta’ djar tal-gvern inbnew mhux biss fi nhawi fejn kien hemm l-art disponibbli, izda wkoll fejn kien hemm bzonn ta’ djar biex jitjiebu l-kundizzjonijiet socjali esistenti u biex tittaffa l-problema tal-ghadd ta’ nies li kienu jghixu fl-istess inhawi. Fil-Mosta wkoll inbena qasam ta’ djar tal-gvern fuq art rurali lejn Ta’ Mlit.
Dawn l-incentivi gabu bum fl-industrija tal-kostruzzjoni. Fil-fatt wara t-Tieni Gwerra Dinjija, il-Mosta zviluppat bhala centru ghas-servizzi. Ghaldaqstant, bhal hafna postijiet ohra f’Malta, il-Mosta ghaddiet minn fazi ta’ zieda fil-bini. F’nofs is-sittinijiet tas-seklu l-iehor, l-art fuq iz-zewg nahat ta’ Triq il-Kungress Ewkanstiku giet zviluppata, fil-waqt li z-zona maghrufa bhala Santa Margerita nghatat ghall-bini. Sas-sebghinijiet, bil-bini taz-zona maghrufa bhala tas-Sghajtar u l-qasam tad-djar tal-gvern f’Ta Mlit, il-popolazzjoni tal-Mosta qabzet t-8,300 ruh.
Bid-dhul tal-Home Ownership Scheme fit-tmeninijiet, koppji zghazagh setghu jixtru bicca art, b’area ta’ madwar 300m2 biex jibnu djarhom huma stess. Hafna minn dawn iz-zoni residenzjali godda kienu ‘l boghod mill-inhawi urbani ezistenti, u ghalhekk il-bini kompla nfirex aktar ‘il barra. Inhawi shah bhal Ta’ Mlit, Santa Margerita, Tal-Blata l-Gholja u Ta’ Bistra fil-Mosta kienu moghtija ghall-bini tad-djar f’din l-iskema.
Din it-tendenza tal-bini tad-djar hadet f’kull naha ta’ Malta u l-bini tant infirex li l-art rurali bejn il-lokalitajiet bdiet tinbena wkoll. B’hekk irhula shah inghaqdu flimkien, u naqas l-ispazju miftuh li kien hemm jifridhom. Xhieda mir-ritratti mill-ajru turi car u tond li f’dawn l-ahhar erbghin sena il-pajsagg tal-gzejjer Maltin ghadda minn bidla (p.43) kbira mhux ftit. Din ix-xhieda turina l-bini riesaq ftit ftit sewwa sew sa tarf l-ghelieqi mahdumin. Mhux biss izda turina wkoll it-twessigh u l-estensjonijiet tal-barrieri. Ezempju ta’ dan huwa parti mill-genb imgarraf u mheruz f’Wied il-Ghasel bil-barriera qrib. Ghalkemm l-ghadd ta’ nies jghixu f’Malta meta mqabbel mal-kobor tal-gzejjer hu wiehed mill-aktar gholjin fid-dinja, l-ghadd ta’ dawk li jghixu f’zoni urbani hu relattivament baxx (75 ruh kull ghaxart elef metru kwadru).9 Kien hemm aspetti socjo-kulturali ohrajn li wasslu biex il-bini jkompli jinfirex, per ezempju l-koppji li jibdew familja gdida ma baqghux jghammru bilfors qrib il-familja tal-genituri, u zdiedu d-djar b’nies mhux mizzewgin jew nies separati li jaghzlu li jghixu wehidhom. Fl-1995 nsibu li ras ghal ras kien hemm 3.1 persuni f’kull dar f’Malta, izda din ic-cifra mistennija tinzel ghal 2.7 persuni sa l-2020.10 Dan it-tibdil socjo-kulturali wassal ghal talba ta’ djar izghar. Ghaldaqstant huwa mistenni li bejn l-1990 u l-2010 ikun hemm 20 fil-mija zieda fin-numru tad-djar fil-waqt li l-popolazzjoni mistennija tizdied bi 11 fil-mija biss.11
It-toroq u l-firxa tad-djar
Minhabba li l-popolazzjoni kibret, zdiet u nfirex il-bini fiz-zoni urbani u kellha tinholoq sistema gdida ta’ toroq. L-arrangament u t-tqassim ta’ toroq qodma li kien hawn mis-seklu dsatax u l-bidu tas-seklu ghoxrin kien ghal kollox differenti minn dak li jidher illum. It-triq ewlenija mill-Belt Valletta kienet Strada Molino, imnizzla wkoll bhala Strada Valletta fi pjanta tat-toroq ta’ l-1900. Din it-triq kienet taghti ghan-naha tat-tramuntana, taqsam Strada Reale, tasal sa Strada Speranza sa fejn hemm il-kappella ta’ l-Isperanza, taqsam il-pont li hemm fil-qrib fuq il-wied u tibqa’ sejra lejn (p.46) San Pawl il-Bahar u I inhawi tat-tramuntana tal-gzira. Kien hemm ukoll Strada San Silvestro li kienet twassal sa Strada Reale min-naha tal-genb tar-rahal. Jidher ghalhekk li l-bini l-aktar li beda li jizviluppa kien madwar dawn it-toroq ewlenin. Strada Reale, jew inkella Triq il Kbira, taqsam ir-rahal f’linja li tiehu mil-Lbic sal-Grigal, jew min-naha ta’ l-Imdina sal-pjazza tal-Mosta u tibqa’ sejra san-Naxxar. Il-bini nfirex ukoll sa Stada Biccerin (li taghti ghal fuq il-Pont tal-Mosta), u lejn in-naha ta’ Strada San Antonio qrib ir-rotot ewlenin. Il-pjazza tar-rahal kienet icken milli hi llum u Strada Parrrochiale fuq in-naha tal-Punent tal-Knisja, kienet twassal ghall-inhawi li kienu maghrufin bhala Ta’ Redusa. Il-bini kien jasal sa Strada Gharnuck u xi binjiet ohrajn madwar Strada Parrochiale. Biswit l-iskola l-gdida f’din il-pjanta ta’ l-1900 tidher ukoll immarkata Triq Grognet bil-kelmiet ‘proposed new road’ (triq gdida ppjanata). Triq il-Kungress Ewkaristiku quddiem ir-Rotunda hi mmarkata f’din il-pjanta bhala Strada Nuova u Via Valletta, waqt li n-naha tal-Grigal il-bini kien jibqa’ tiela’ sa Strada Torre, u minn Via Valletta jwassal sal-pjazza fil-qalba tar-rahal.
Ritratti mill-ajru ta’ l-1957 u pjanti ta’ l-1958 juru aktar zvilupp fil-bini l-aktar matul it-toroq ewlenin. Juru wkoll hafna bini madwar Via Valletta kif ukoll aktar bini matul Triq il-Kostituzzjoni li kienet triq gdida li taghti ghal San Pawl il-Bahar minn fuq il-pont il-gdid. Dan kien kollu zvilupp gdid ta’ bini u ta’ toroq imsallbin bi dritt xulxin f’sura ta’ kaxxex, u kien mhux biss ghal kollox differenti mit-toroq imdahhlin u mghaqqdin flimkien ta’ l-inhawi l-qodma tal-Mosta, izda fih innifsu wassal ukoll ghal aktar zvilupp.
Ritratti mill-ajru ta’ l-1967 u pjanti ta’ l-1973, juru aktar bini madwar l-inhawi (p.47) maz-zewg nahat ta’ Triq il-Kungress Ewkaristiku, u aktar toroq imsallbin bi dritt xulxin, kif ukoll l-ewwel binjiet lejn Vjal l-Indipendenza. L-inhawi Ta’ Redusa bejn Triq il-Kostituzjoni u Triq l-lsperanza mtlew ukoll bl-istess tqassim ta’ djar godda u toroq mibnijin imsallbin bi dritt xulxin.
F’ritratti ta’ l-1978 wiehed jara l-izvilupp tal-qasam tad-djar tal-gvern Ta’ Mlit u l-bini matul Triq il-Kostituzzjoni issa mifrux ukoll aktar ‘l hemm mill-pont il-gdid. Jidhru aktar toroq, issa jwasslu wkoll sa nhawi ta’ binjiet godda lejn is-Sghajtar u lejn Santa Margerita.
Ir-ritratti mill-ajru ta’ l-1988 u l-pjanti ta’ l-1993, juru mhux biss aktar bini lejn Santa Margerita u s-Sghajtar, izda wkoll zvilupp gdid lejn il-Blata l-Gholja u Tad-Daqqaq lejn in-naha t’isfel ta’ Vjal l-Indipendenza. Jidhru wkoll binjiet li issa kienu bdew tilghin lejn Taz-Zokrija u lejn it-triq li taghti ghan-Naxxar.
Fl-1998 insibu ritratti li juru aktar zvilupp ta’ bini u toroq l-aktar lejn Santa Margerita, lejn Taz-Zokrija, lejn is-Sghajtar, lejn Tad-Daqqaq u wkoll lejn Tad-Dib. Kien hemm ukoll issa zvilupp industrijali lejn il-Qares, fl-inhawi tat-Technopark qrib Triq il-Belt Valletta, u li issa kien jista’ jintlahaq sewwa mir-rotot ewlenin.
Il-bini u l-firxa ta’ djar, ta’ oqsma ta’ djar u ta’ nhawi industrijali, kienu wasslu biex inholqot sistema ta’ toroq u bini ta’ toroq arterjali li jiehdu minn qasam ghal iehor. Ir-rotta lejn l-inhawi ta’ fuq tal-gzira tbiddlet minn Strada Molino ghal Strada Nuova Via Valletta jew, kif nafuha llum, Triq il-Kungress Ewkaristiku, u lejn Vjal l-lndipendenza. Aktar lil hemm, l-izvilupp urban kiber u tferrex u ghaqqad sahansitra lil Mosta man-Naxxar.
(p.48) L-izvilupp ta’ toroq bhal Vjal l-Indipendenza u xi toroq ohrajn, hu mahsub mhux hiss biex jaqdi nhawi residenzjali, izda wkoll biex iservi ta’ rotta ohra mnejn jista’ jghaddi t-traffiku halli kemm jista’ jkun jonqos mic-centru tal-Mosta. Dan qieghed ukoll iwassal mhux biss biex ibiddel l-istruttura urbanistika tal-Iokalita, izda wkoll biex ic-centru kummercjali jinfirex u jiccaqlaq ghal postijiet ohrajn.
Ic-centri kummercjali
Il-Mosta hija meqjusa bhala zona fil-periferija tal-konurbazzjoni tal-port, li jfisser li hi tinsab qrib ix-xifer ta’ dik iz-zona urbana li nholqot malli l-ibliet u l-irhula ta’ madwar il-port twessghu u nghaqdu flimkien. Minkejja dan, is-Central Malta Local Plan mahrug mill-MEPA12 iqis lill-Mosta bhala wahda mil-lokalitajiet li huma centri kummercjali principali fic-centru ta’ Malta flimkien ma’ Birkirkara u mal-Hamrun
Ic-centru kummercjali jinstab aktarx matul it-toroq magenb ir-Rotunda, u billi din hi l-akbar attrazzjoni turistika tal-lokalita, sewwa sew qribha hemm l-akbar ghadd ta’ hwienet. F’din iz-zona wiehed isib ic-Centru Civiku u l-librerija regjonali. Insibu wkoll varjeta ta’ hwienet fosthom hwienet tal-kotba, stationeries, gojjelleriji, hwienet tal-hwejjeg, hwienet bl-affarijiet tad-dar u tar-rigali, hwienet tax-xorb u ristoranti. Darba fil-gimgha jarma wkoll suq li jaqsam Triq il-Kostituzzjoni. Din l-attivita kummercjali kollha fl-inhawi qieghda tgholli l-prezz tal-proprjeta. Fil-qalba tal-Mosta hemm dawn is-servizzi u facilitajiet kollha li jaqdu sewwa lil dawk li jigu minn bliet u rhula ohrajn fil-qrib, barra lill-istess Mostin. Minkejja dan, madankollu, zoni residenzjali godda fil-Mosta stess li huma mbieghda mic-centru, bhal Santa Margerita u s-Sghajtar, jonqoshom il-facilitajiet u (p.49) s-servizzi basici.
Konflitti fl-uzu ta’ l-art
Iz-zieda fil-bini ikkagunat konflitt fl-uzu ta’ l-art.13 Minhabba l-prezenza taz-zona industrijali, it-Technopark, il-Mosta hija meqjusa wkoll bhala lokalita b’ammont sostanzjali ta’ attivita industrijali. Insibu li z-zona residenzjali twessghet u nfirxet sal-barrieri, fil-waqt li z-zona industrijali kienet ippjanata qrib dik residenzjali. U minn dak iz-zmien ‘l hawn il-bini ta’ djar kompla resaq aktar vicin it-Technopark. B’hekk inholqot sitwazzjoni ta’ inkompatibilita fl-uzu ta’ l-art. Tal-Qares hija mahsuba biex issir zona industrijali, izda l-Pjan Lokali ghac-Centru ta’ Malta jissugerixxi li dan l-izvilupp ghandu jigi rivedut peress li jezistu ghadajjar ta’ ilma helu mill-blat bi speci rari u endemici.
Id-demografija
Il-popolazzjoni tal-Mosta zdiedet matul is-sekli dsatax u ghoxrin. Madankollu, minhabba n-nuqqas ta’ xoghol, zdiedet l-emigrazzjoni wara l-Ewwel Gwerra Dinjija, fil-perjodu bejn l-1911 u l-1921 tant li l-popolazzjoni naqset b’917-il ruh. Kif tindika Tab. 1, il-popolazzjoni regghet zdiedet sewwa bejn l-1921 u l-2002.
Tab. 1 | |
Sena | Popolazzjoni |
---|---|
1921 | 4,866 |
1931 | 5,251 |
1948 | 7,186 |
1957 | 7,337 |
1967 | 8,334 |
1985 | 12,148 |
1995 | 16,629 |
2002 | 17,502 |
(p.50) Fil-lokalitajiet inkluzi fil-Pjan Lokali ghac-Centru ta’ Malta, il-Mosta rregistrat l-akbar zieda fil-popolazzjoni bejn l-1985 u l-1995.14 Dan jista jkun li gara minhabba ghadd ta’ fatturi fosthom il-prospettiva ekonomika tal-Mosta stess, l-istat ambjentali, u n-numru ta’ djar disponibbli, li hi relatata mal-politika ta’ l-ippjanar. Barra minn hekk, wiehed irid ighid li l-Maltin huma meqjusin bhala nies “intensely parochial, loyal to their locality and often active in promoting their political, social and religious activities”15 (parrokjali hafna, lejali lejn il-lokalita taghhom u hafna drabi habrieka hafna fil-promozzjoni ta’ attivitajiet politici, socjali u religjuzi). Minhabba f’hekk Mostin li huma marbutin ma’ pajjizhom jippreferu li jibqghu jghixu fl-istess lokalita. Mhux biss, izda l-prestigju socjali assocjat mal-lokalita jzomm lin-nies jabitaw fl-istess post. Fil-fatt studju fuq il-prestigju socjali taz-zoni residenzjali f’erba’ lokalitajiet, jindika li l-Mosta hija wahda mil-lokalitajiet l-aktar preferuti ghar-residenza fir-regjun tat-tramuntana.16
Minkejja din iz-zieda fil-popolazzjoni, kif jidher fit-Tab. 1, m’hemmx konsiderazzjoni fil-Pjan Lokali li jkompli jestendi z-zona residenzjali. Il-Pjan Lokali jipproponi li f’xi nhawi jinbnew aktar sulari fuq il-bini ezistenti, u li li jimtlew irqajja’ ta’ art mhux mibnija (p.51) fiz-zona urbana.
Studju li sar mill-Awtorita Maltija ghall-Izvilupp Ambjentali u l-lppjanar (MEPA), jindika li l-ghadd ta’ nies li jghixu fl-erja inkorporata fil-Pjan Lokali ghac-Centru ta’ Malta,17 li tinkludi l-Mosta, sas-sena 2020 ser jitla’ ghal 137,400. Ghaldaqstant ser ikun ir-regjun b’popolazzjoni l-aktar gholja f’Malta. Il-popolazzjoni ta’ l-istess erja fis sena 1995 kienet ta’ 102,900.
Il-valur tal-propjeta
Taghrif migbur mill-gazzetti ewlenin, jghinna naghtu titwila lejn il-valur tal-propjeta bejn l-1987 u s-sena 2000. Minkejja li dan hu taghrif xi ftit limitat, xorta wahda jipprovdi indikazzjoni siewja dwar is-suq tal-propjeta. Wiehed ghandu madankollu jqis ukoll li l-valur tal-propjeta jitbiddel skond id-daqs u skond fejn sewwa sew qieghed dan il-bini fil-Mosta. Ghaldaqstant l-istharrig jinkludi biss propjeta gebel u saqaf, minhabba varjazzjonijiet ukoll li jiddependu fuq l-irfinitura tal-post.
Minn dan it-taghrif wiehed jinnota li bejn l-1987 u l-1991 kien hemm zieda gradwali fil-prezz tal-propjeta. Fl-1987 dar fuq u isfel, gebel u saqaf, kienet stmata madwar Lm10,000 waqt li sa sena wara din giet stmata Lm 12,000 u Lm 13,000 fl-1989. Il-valur ta’ l-istess tip ta’ propjeta fl-1991, tela’ ghal Lm16,000 u baqa’ tiela’ sa Lm21,000 fl-1992. Din iz-zieda qawwija aktarx li sehhet minhabba d-dhul tat-Taxxa fuq il-Qligh Kapitali. Zieda ohra fil-valur tal-propjeta kienet innotata fl-1995, minhabba l-introduzzjoni tat-Taxxa fuq il-Valur Mizjud (il-VAT). Il-propjeta meqjusa kellha zjieda medja ta’ bejn wiehed u iehor Lm35,000. Sas-sena 2000, il-prezz ta’ dar fuq u isfel fil-Mosta baqa’ tiela’ sa izjed minn Lm65,000 Dawn ix-xejriet fil-valur tal-propjeta ma sehhewx biss (p.52) fil-Mosta, izda kien qieghed jigri l-istess haga f’inhawi ohrajn ta’ Malta. B’taghrif aktar dettaljat wiehed jista’ jinnota kif il-valur tal-propjeta jvarja sahansitra fil-Mosta stess. Dar f’Tad-Daqqaq, jew f’Ta l-lsperanza, jew ukoll f’Santa Margerita tidher li hi oghla minn dar f’Tad-Dib, fiz-zona tal-qasam tad-djar tal-gvern Ta’ Mlit, jew qrib it-Technopark jew inkella f’zoni industrijali ohra. Madankollu ta’ min jghid li din il-varjazzjoni tista’ tkun ukoll minhabba fatturi ohra.
Rikreazzjoni u turizmu
Kif rajna, mela, minhabba t-tkabbir ta’ zoni residenzjali f’dawn l-ahhar ghexieren ta’ snin, il-Mosta kellha t-tieni l-akbar zieda fil-popolazzjoni minn fost il-lokalitajiet kollha ta’ Malta. L-ghadd ta’ tfal taht l-14-il sena kiber gmielu, kif ukoll zdied l-ghadd ta’ nies li kienu ekonomikament attivi.18 Din il-bidla demografika ziedet il-bzonn ta’ zoni rikreattivi. L-ispazju rrikkmandat ghal kull persuna hu ta’ 2.4m2. Is-Central Malta Local Plan (Draft Version) mahrug fl-2002 jghid li l-ispazju rikreattiv fil-Mosta hu ta’ 1.54m2. Madankollu, il-Mosta ghandha numru ta’ gonna pubblici bhal ma huma Gnien l-Gharusa tal-Mosta, Gnien Reggie Cilia u Gnien il-15 ta’ Ottubru.19 Mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni infethu aktar spazji pubblici fiz-zoni bhal fil-Blata l-Gholja. Wiehed jista’ jindirizza din il-qaghda billi isir uzu ahjar minn certu spazji bhall-Gnien l-Gharusa tal-Mosta, li minkejja li hu mizmum tajjeb ma tantx jintuza, forsi minhabba l-access limitat u minhabba li aktarx qieghed qrib it-toroq principali traffikuzi.
Bhal f’lokalitajiet ohra fic-centru ta’ Malta, fil-Mosta ftit li xejn hemm akkomodazzjoni fejn jistghu joqoghdu t-turisti. Insibu biss ghadd sabih ta’ familji li jilqghu fi djarhom lil hafna (p.53) studenti barranin li jigu Malta jitghallmu l-ilsien Ingliz. Minkejja dan, xorta wahda l-Mosta tigbed ghadd kbir ta’ turisti li jzuru r-Rotunda. Barra minn hekk ghandha potenzjal kbir biex tkompli tigbed it-turisti bl-ghadd ta’ siti arkeologici, storici u naturali li ghandha. Dan huwa possibli jekk jitfasslu numru ta’ mixjiet li juru l-wirt naturali u l-wirt kulturali fiz-zoni ta’ konservazzjoni urbana kif ukoll lejn l-inhawi miftuha u rurali bhalma huma l-Victoria Lines u jew lejn il-widien ‘il boghod minn zoni residenzjali.
Wahda minn dawn il-mixjiet kulturali tista’ tinkludi r-Rotunda u l-ghadd ta’ kappelli mferrxa mal-lokalita. Fost il-kappelli fil-Mosta nsibu dawk ta’ San Anton Abbati, San Pawl Eremita, il-Madonna ta’ l-Isperanza, Santa Margerita, San Anard, San Silvestru, Sant Andrija u l-kappella ta’ Santa Marija maghrufa bhala tal-Bezbizija.
B’rotta matul il-wied wiehed jista jammira kemm l-aspett storiku u arkeologiku kif ukoll is-sbuhija tal-widien u tal-Great Fault. Dawn ir-rotot mixi ghandhom bzonn infrastruttura partikolari biex, l-ewwelnett, in-nies ikunu jistghu jaslu ghalihom sewwa u bla tbatija. Ghalhekk ikollhom bzonn tabelli b’sinjali biex jindikaw sewwa t-triq. Ikollhom bzonn ukoll postijiet fejn wiehed jista’ joqghod bil-qieghda jistrieh u jammira l-pajsagg, u fuq kollox jista’ jkun hemm fejn wiehed jieqaf jiekol bicca hobz, bla ma jkun hemm madankollu, l-possibilta li jinholqu perikli ghall-pajsagg naturali u storiku tal-madwar. Postijiet li jistghu jigu inkluzi f’dawn il-mixjiet fil-Mosta huma l-Victoria Lines, id-dolmen, l-imtiehen tar-rih, il-palazzta’ Kaspru, il-katakombi u l-ipogew Ta’ Bistra. Il-Fortizza tal-Mosta ghandha wkoll potenzjal kbir ghal uzu turistiku izda bhalissa hija ristretta ghal-Forzi Armati ta’ Malta
Konkluzjoni
(p.54) Din il-harsa qasira lejn il-Mosta, turi li hija lokalita dinamika hafna, b’popolazzjoni li qed tizdied, b’zona kummercjali li aktar ma jmur aktar tikber, u b’identita kulturali u naturali li taghzilha minn lokalitajiet ohra. Dawn il-fatturi huma ta’ potenzjal kbir biex jizdied l-ghadd kemm ta’ turisti kif ukoll ta’ Maltin li jzuru l-Mosta, u ghaldaqstant izidu l-kuxjenza tal-patrimonju kulturali u naturali ta’ pajjizna. Madanakollu kull pjan biex jizdied in-numru ta’ nies li jzuru dawn il-postijiet ta’ interess, ghandu jkun imfassal b’mod holistiku biex jikkonsidra l-gid mhux biss ta’ dawk li ghandhom xi interess dirett fil-Mosta, bhar-residenti u l-komunita kummercjali, izda anki l-poplu Malti in generali li ghandu d-dritt igawdi l-patrimonju li toffri l-Mosta.
Riferenzi
- Vide P.J. Schembri, ‘Physical geography and ecology of the Maltese Islands: A brief overview,’ S. Busuttil (ed.), Malta: Food, Agriculture, Fisheries and the Environment (Malta: 1993), p.28.
- Malta Environment and Planning Authority, Central Malta Local Plan (Final Draft) (Malta: 2002), 125.
- S. Haslem, & J. Borg, The River Valleys of the Maltese Islands, Environment and Human Impact (Malta 1998), 200.
- Ibid.
- E. Lanfranco & S. Lanfranco, ‘The flora and fauna of the Mosta area,’ L.J. Scerri (ed.), Mosta, the Heart of Malta, (Malta 1996), 18.
- Ibid., 6-11.
- D. De Lucca & H. Bonnici, ‘Urban development in Mosta,’ L.J. Scerri (ed.), 61.
- P.V. Mifsud, A Study of the History, Location, Allocation, Social Composition and Role of Government Housing in Malta, (Unpublished MA Dissertation, University of Malta, Malta: 1983), 60.
- G. Cilia, ‘Population, households and urban density,’ S. Busuttil (ed.), 152.
- Planning Authority Malta, ‘Structure Plan of the Maltese Islands,’ Demography Topic Paper (Final Draft), Malta (2001), 34.
- G. Cilia, ‘Population, households and urban density,’ S. Busuttil (ed.), 151.
- Malta Environment and Planning Authority, 12.
- Ibid., 129.
- Ibid., 12.
- D.M. Boswell, ‘The social prestige of residential areas,’ R. Sultana & G. Baldacchino (eds.), Maltese Society: A Sociological Inquiry (Malta: 1994 ), 134.
- Ibid., 151.
- Il-Pjan Lokali ghac-Centru ta’ Malta jinkludi: H’Attard, Hal Balzan, Birkirkara, Hal Gharghur, il-Hamrun, l-lklin, Hal Lija, il-Mosta, in-Naxxar, Hal Qormi u Santa Venera.
- Planning Authority Malta.
- Malta Environment and Planning Authority, 140.
Kapitli ohra mill-ktieb
- Introduzzjoni.
- Il-bidu u l-ewwel zminijiet tas-Socjeta Filarmonika Santa Marija tal-Mosta.
- Is-Socjeta Santa Marija: minn Kazin ghal Socjeta Filarmonika.
- In-nisga urbana u rurali tal-Mosta.
- Il-Mosta u l-inhawi ta’ madwar fiz-Zmien tan-Nofs.
- Il-Mosta Nisranija.
- Il-Gvern lokali fil-Mosta (1773 – 1896).
- Rahal fi gwerra: il-Mosta matul it-Tieni Gwerra Dinjija.
- Iz-zamma ta’ l-ordni fil-Mosta mill-1800.
- Mill-hajja tal-Mosta fl-ewwel nofs tas-seklu ghoxrin.
- Graffiti fil-Mosta: Il-hitan tal-kappella ta’ San Pawl Nawfragu.