The Mosta Archives Banner

EX ANNALIBUS MUSTAE

George Cassar, editur

Pubblikazzjoni tas-Socjeta Filarmonika Santa Marija Mosta f'gheluq l-100 sena (1905-2005) mit-twaqqif tas-Socjeta.


Dan il-ktieb interessantissimu jinxtara mill-Kazin Santa Marija. Din il-verzjoni digitali ma fihiex il-parti bl-Ingliz, u dik bil-Malti taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


8. Iz-zamma ta’ l-ordni fil-Mosta mill-1800

Raymond G. Zammit


L-ghassa tal-Pulizija fil-Mosta.(p.213) Il-fanal il-blu li jindika l-ghassa tal-Pulizija u karozza tas-servizz hdejn l-ghassa tal-Mosta

(p.215) Meta wiehed jaghti harsa lejn il-hajja Mostija matul il-milja tas-snin jinduna li, minn generazzjoni ghal ohra, il-Mostin irnexxielhom jibnu komunita maghquda u b’sahhitha. L-gheruq tajba li ntisgu jidhru fil-mod kif qed jghixu l-Mostin illum u hekk qed igawdu dak li hallew ta’ qabilhom. Ikun tajjeb ukoll jekk il-qarrej jinduna li l-Mosta, fejn tidhol il-kriminalita, minn dejjem kienet komunita kwieta. Dan jirrizulta min-numru zghir (16 b’kollox) ta’ delitti (qtil), uhud minnhom imwettqa minn persuni mhux Mostin, li gew irregistrati f’dawn l-ahhar mitejn sena ta’ kriminalita f’pajjizna.


Introduzzjoni


Fost l-ewwel ligijiet nsibu dik maghrufa bhala l-Kodici ta’ Hammurabi (1760 qK) li kienet temmen u twettaq ghajn ghal ghajn u sinna ghal sinna. Din halliet impatt ferm negattiv fuq il-gustizzja kriminali. Kien ghalhekk li fis-seklu 4 wK il-ligi minquxa mill-poplu Ruman, dik maghrufa bhala l-Ligi Rumana, bdiet taghti xi ftit tan-nifs lil dawk imressqa quddiem il-hakkiema u ghalhekk nistghu nghidu li dan kien il-bidu ta’ era gdida ghal gustizzja kriminali. Kien fis-seklu sbatax li sehhew diversi riformi kbar f’dan il-qasam. Dan sar possibbli meta diversi stati bdew iharsu u jistudjaw kif il-kriminalita setghet tigi miggielda ahjar u dan favur socjetajiet iktar hielsa. B’hekk insibu li diversi forom ta’ kastigi bdew jitwarrbu jew ukoll jigu aboliti, ghalkemm it-tmexxija fil-maggoranza tal-habsijiet ma kinitx xi wahda li xi stat partikolari seta jiftahar biha.1 Xhieda ta’ dan kollu johrog mid-diversi graffiti li nstabu f’diversi habsijiet inkluz fil-gzejjer Maltin.


Meta nitkellmu fuq dan is-suggett ma nistghux ma naghmlux referenza ghal piena kapitali. Bhala deterrent ewlieni (p.216) kull stat, inkluz Malta, xamm hajja din il-piena tal-mewt, jew ahjar kif jirreferu ghaliha missirijietna – il-Forka. Hawn Malta nafu li l-piena kapitali kienet ilha tezisti mill-eqdem zminijiet. Madankolu, giet abolita ghal kollox fit-2 u Frar 2000 wara li kienet ilha tkaxkar fuq l-agenda parlamentari ghal ghexieren u snin.2


Diversi hakkiema barranin li hakmu dawn il-gzejjer ghal sekli shah, ilkoll hallew impart qawwi fuq id-diversi riformi kbar li wettqu f’dan ir-rigward. Minn ta’ quddiem nett insibu lill-General Bonaparte li, fil-perjodu qasir li dam f’dawn il-gzejjer lejn l-ahhar tas-seklu tmintax, ipprova jwettaq riforma radikali. Kien ftit xhur wara r-Rivoluzzjoni Franciza li l-kastig bit-tortura ttaffa xi ftit.


Pulizija fil-Mosta fl-1913 ghall-Kungress Ewkaristiku.(p.214) Pulizija jaghtu servizz fil-Mosta fl-1913 waqt il-Kungress Ewkaristiku

Kapitlu mill-iktar interessanti fuq iz-zamma ta’ l-ordni f’pajjizna jmur lura saz-zmien ta’ l-ewwel gvernatur, il-maghruf Sir Thomas Maitland. L-avviz bi Proklama Nru. XXII iffirmata minnu, mahrug nhar l-1 ta’ Lulju 1814, waqqaf il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta b’effett mit-12 ta’ Lulju ta’ l-istess sena. Bhala l-ewwel kmandant tal-Korp tal-Pulizija f’Malta nsibu lil Francesco Rivarola, Konti Kurunell mill-gzira ta’ Korsika. Bhala kmandant ta’ diversi battaljuni military, il-Konti Rivarola kien diga wera hiliet kbar f’artijiet ohra fosthom, l-Egittu u Sqallija. Ta’ min isemmi li ftit taz-zmien qabel il-hatra tieghu bhala kmandant tal-Korp tal-Pulizija, kienet faqqet il-pesta (fit-3 ta’ Mejju 1813). Hawn insibu li b’hila kbira Rivarola rnexxielu jrazzan kemm seta’ din il-marda. F’kull rahal f’Malta u Ghawdex bdiet tinghata attenzjoni specjali dwar it-tjur, il-hasil ta’ hwejjeg, kif ukoll mard fid-djar li ma kinux jigu rrapportati.


Kienu saru pieni godda ghal min kien ixellef difrejh mal-gustizzja fuq dawn (p.217) il-ligijiet. Dawn kienu jissarfu f’pieni horox. Madanakollu, l-epidemija tal-pesta xorta ghamlet taghha fejn fi ftit zmien infirxet f’divesri nhawi li kollha rrapportaw numru ta’ kazijiet. Hekk ukoll gara gewwa Ghawdex. Din l-epidemija fl-ahhar halliet 4,486 vittma.3 Din kienet l-ewwel bicca xoghol li l-Korp tal-Pulizija kellu jwettaq minn meta twaqqaf.


Il-Korp ghamel uzu mill-parti l-kbira ta’ dik maghrufa bhala n-Knights’ Hall (jew kif hi maghrufa llum, Dar il-Mediterran ghall-Konferenzi) bhala l-ewwel kwartieri. Hawn il-Korp tal-Pulizija kellu wkoll it-taqsima tal-kavallerija. Din kienet taghmel uzu wkoll mill-Fortizza ta’ Sant’Iermu. Naturalment dak iz-zmien ma kienx hawn trasport bil-vetturi bil-mutur u ghalhekk l-uzu taz-zwiemel kien ta’ importanza kbira. Minn hawn temporanjament il-korp mexa lejn Santa Venera (1925), propju fil-Conservatorio Vincenzo Bugeja biex fis-sena 1954 rega’ mexa ghal Pjazza San Kalcidonju gewwa l-Furjana fejn ghadu hemm sal-lum. Hawn tajjeb li nsemmu li matul il-perjodu ikrah tat-Tieni Gwerra Dinjija, il-kwartieri prezenti kienu jservu bhala sptar generali.4


Tqassim ta’ distretti


Biex seta’ jimxi ahjar ix-xoghol tal-Korp, il-pajjiz gie mqassam f’sitt distretti (madwar l-1818) bil-lokalita tal-Mosta titpogga fit-tieni distrett. Maghha kien hemm ukoll ir-Rabat (ta’ Malta), Had-Dingli, Haz-Zebbug, u s-Siggiewi. Dan id-distrett kien taht it-tmexxija tal-Konti Baldassare Sant, peress li sa dawk iz-zminijiet kien ghadhom ma ffurmawx ir-rankijiet li nafu bihom illum. Fis-sena 1840 il-Mosta saret taghmel parti mir-raba’ distrett li kien jigbor fih ukoll in-Naxxar u Hal Gharghur. Kien fil-bidu tad-disghinijiet tas-seklu ghoxrin li (p.218) d-distrett tal-Mosta beda jissejjah id-Divizjoni ‘S’. Illum il-gurnata l-Mosta (li tghodd madwar 19,000 ruh) taghmel mad-distrett maghruf bhala Divizjoni Nru. 9. Fih jigbor wkoll il-lokalitajiet ta’ Burmarrad, San Pawl il-Bahar Qawra, Bugibba, ix-Xemxija, flimkien ma’ San Martin, Ghajn Tuffieha u jibqa’ tiela’ ghall-Mellieha u c-Cirkewwa. Hawn tajjeb nghidu li d-distretti tal-Pulizija m’humiex imfassla fuq id-distretti elettorali.


Xoghol il-Pulizija u l-ghases gewwa l-Mosta


L-operat tal-Korp tal-Pulizija gewwa d-distrett li jinkorpora l-Mosta, kemm fis-snin l-imghoddija kif ukoll illum, dejjem kellu l-bazi tieghu fl-ghassa tal-Pulizija. Matul iz-zmien diversi binjiet servew bhala ghases tal-Pulizija ghall-Mosta.


1800 - It-tmexxija tal-konfini tal-Mosta gew fdati taht il-Kmand Gianmari Chetcuti (li kien jissejjah ukol Luogotenente). Dan sehh bi proklama ffirmata mill-Kummissarju Civili Charles Cameron. Fost ohrajn il-proklama kienet taghti s-setgha lil Chetcuti biex jinvestiga kazi ta’ serq, jaghmel sorveljanza fil-lokal, u fuq kollox jipprotegi lill-foqra u li jzomm kont ta’ dan kollu. F’dan iz-zmien il-popolazzjoni fil-konfini tal-Mosta kienet tlahhaq madwar 2,600 ruh.


1815-40 - Il-Mosta kienet taht it-tmexxija tal-Konti Baldassare Sant. Hu probabbli li dan id-distrett kien jitmexxa mill-ghassa tar-Rabat (Malta). Kien hemm popolazzjoni ta’ madwar 3,000 ruh.


1840-56 - It-tmexxija kienet taht Dott. Carmelo Trapani, li kien is-sindku. Hu probabbli li dan id-distrett kien jitmexxa mill-ghassa tan-Naxxar. Kien hemm popolazzjoni ta’ 3,828.


1856-73 - (p.219) X’aktarx li l-ghassa tal-Mosta kienet vicin Pjazza San Silvestru ghalkemm xejn m’hu cert. Il-popolazzjoni kienet ta’ madwar 4,000 ruh.


1873-1935 - L-ghassa tal-Pulizija kienet fi Triq il-Kbira. Il-popolazzjoni kienet tlahhaq mal-5,000 persuna.


1935-64 - L-ghassa issa kienet fi Triq il-Kungress Ewkaristiku, kantuniera ma’ Triq it-Torri, u l-popolazzjoni lahhqet ic-cifra ta’ 8,355.


1964-sal-lum - L-ghassa qieghda fic-Centru Civiku fi Triq il-Kostutizzjoni. Il-Mosta zdiedet hafna fin-numru ta’ nies li joqoghdu fiha. Ghalhekk, filwaqt li ghal bidu ta’ dan il-perjodu kien hemm 12,148 ruh, dan in-numru tela’ ghal 16,629 ghaxar snin wara u baqa’ tiela’ ghal madwar 19,000 ruh sal-bidu tas-seklu wiehed u ghoxrin.5


Kif rajna aktar ‘il quddiem, fil-perjodu aktarx bejn is-snin 1856 u 1873, il-lokalita tal-Mosta kienet taqa’ taht id-distrett tar-Rabat. Li kienet titmexxa mir-Rabat m’hemmx dubju. Izda fejn kienet tinsab l-ewwel ghassa f’dan il-perjodu, 150 sena ilu, ir-ricerka kollha li saret s’issa ma wasslitx ghar-rizultat mixtieq. Madanakollu nhass li ma kellhiex titwarrab dik l-informazzjoni verbali li harget matul l-intervisti li saru ma’ dawk il-hafna Mostin anzjani sewwa fiz-zmien, li b’xi mod matul hajjithom kienu saru jafu dwar episodji ta’ interess marbuta ma’ dan is-suggett u li huma kienu semghu minghand missirijiethom. Barra minn hekk meta dawn it-tifkiriet torbothom ma’ l-istorja, issib li hafna minnhom jaghmlu sens b’konnessjoni mas-suggett li qed jigi mistharreg hawnhekk.


Jinghad li l-ewwel ghassa, kienet tinsab vicin il-kappella maghrufa bhala (p.220) ‘Ta’ Wejda’ li nbniet fil-bidu tas-seklu sbatax. Il-benefatturi ta’ din il-kappella kienu Damjan Bonnici u martu Agata li appuntu kellhom l-laqam ‘Ta’ Wejda’ u ghalhekk il-kappella baqghet maghrufa hekk. Jinghad ukoll li fil-vicinanzi ta’ din il-kappella kien hemm diversi remissi kbar li kienu jintuzaw biex jinzammu xi zwiemel. Kien propju f’wahda minn dawn ir-remissi li kien hemm ghassa. Raguni valida li dan seta’ kien minnu hija, li din kienet ftit il boghod mill-knisja parrokkjali, barra mill-fatt li l-maggoranza tal-Mostin (madwar 1,600 ruh) kienu jabitaw f’dawn in-nahat. Leggenda interessanti tghid, li fis-seklu sbatax, persuna minn Sqallija, li kienet ukoll midhla tal-piraterija tal-bahar (u f’dawk iz-zminijiet il-furbani kienu fl-aqwa taghhom), kienet tghix f’wahda mir-remissi msemmija, u li dan l-individwu wkoll seta’ halla xi kontribuzzjoni ghall-gid tal-kappella. Ghal xi raguni dan ir-ragel ‘misterjuz’ kien halla l-post u hadd iktar ma sama’ b’ahbaru.6


Ghassa tal-Pulizija li kien hemm fi Triq il-Kbira l-Mosta.(p.220) L-ghassa tal-Pulizija ta’ Triq il-Kbira

It-tieni ghassa li l-Korp tal-Pulizija kellu ghad-dispozizzjoni tieghu fil-Mosta kienet dik go Triq il-Kbira fil-pjazzetta maghrufa ahjar bhala ‘tas-City’. Il-bini kien gie mikri lill-gvern minn familja bil-kunjom Gulia. Bhala data ta’ meta bdiet tintuza din l-ghassa, irbatniha mas-sena 1880, izda b’certezza nafu li damet topera sas-sena 1935. Il-bini ta’ din l-ghassa huwa (p.221) wiehed kbir u kien bizzejjed biex ilahhaq mal-bzonnijiet ta’ dawk iz-zminijiet meta l-popolazzjoni Mostija kienet tlahhaq ftit iktar minn 5,000 ruh. Mibnija fuq stil imhallat ta’ tradizzjonijiet, izda li aktar ixaqleb lejn dak Naplitan, il-bini ta’ din l-ghassa kien jikkonsisti fi tliet sulari b’faccata sabiha hafna. Minn ricerka mwettqa nstab li l-ghassa (is-sular t’isfel) kienet tikkonsisti fl-ewwel kamra mdaqqsa, biex tilqa’ l-bzonnijiet ta’ kuljum. Ezattament fuq wara kien hemm zewgt ibtiehi, wahda ftit ikbar mill-ohra. Fl-izghar bitha kienet tinsab cella zghira hafna, deskritta minn dawk li jiftakruha sewwa bhala tal-biza’ u ta’ min jistmerrha. Kien hemm tarag tal-gebel li kien iwasslek ghat-tieni u t-tielet sular rispettivament. Dawn iz-zewg livelli kienu jintuzaw kemm bhala dormitorji kif ukoll bhala ufficcju ghal kull eventwalita li setghet tinqala’. Fit-tarf ta’ l-intrata kien hemm irhama kbira u ta’ materjal ohxon hafna. Din kienet tintuza mit-tabib tal-berga (it-tabib tal-gvern) biex ikun jista jara lil dawk il-persuni li kienu jirrikorru ghandu, kif ukoll ghal xi persuni ohra li kienu jindarbu waqt xi attakk ta’ l-ghadu waqt it-Tieni Gwerra Dinjija.


Tajjeb li nghidu li l-Mosta kienet lokalita fil-mira ta’ l-ghadu, naturalment l-iktar li tfakkarna f’dan hi l-bomba kbira li giet mitfugha fuq il-knisja parrokkjali nhar id-9 ta’ April 1942. Bomba ohra, izda ta’ daqs izghar, simili fl-ghamla ghal dik mitfugha fuq ir-Rotunda, kienet instabet ezattament faccata ta’ din l-ewwel ghassa nhar l-20 ta’ Ottubru 2003, u li fortunatament ma kinitx hadet. Il-bomba ta’ l-ghamla GPAW (General Purpose Airdrop Weapon). kienet tizen 125 libbra. Din kienet giet imnehhija minn membri tal-Explosive Ordinance Disposal tal-Forzi Armati ta’ Malta. Il-bomba kienet instabet waqt xoghol ta’ kostruzzjoni fi Triq il-Kbira.


(p.222) F’Jannar tas-sena 1935 l-ghassa giet trasferita ghal post ferm ikbar u li kien jinsab fi Triq il-Kungress Ewkaristiku. Fuq dan nitkellmu iktar ‘il quddiem. Hekk kif sehh it-trasferiment ta’ din l-ghassa, il-font fi Triq il-Kbira beda jintuza mis-Servizzi Inglizi fejn tpogga apparat apposta ta’ wajerless biex jghasses ghall-wasla ta’ ajruplani fuq il-Gzejjer Maltin. Ma ninsewx li fiz-zminijiet koroh tal-gwerra, is-Servizzi Inglizi kienu jokkupaw diversi postijiet importanti nkluz fil-Mosta, bhall-Forti Mosta, il-Fortizza tad-Dwejra u stallazzjonjiet f’Ta’ Qali, dak iz-zmien maghruf ahjar bhala Ta’ Vnezja, fejn kien jinsab il-mitjar militari. Maghhom kienu jinghaqdu diversi posti zghar ohra bhalma kienet l-ghassa msemmija. Dawn il-ferghat jew ghases kienu kollha konnessi mal-fergha principali gewwa Tas-Salvatur, limiti tas-Siggiewi, illum kwartieri tal-SAG (Special Assignment Group) tal-Pulizija.


F’dan l-istadju tajjeb li wiehed jghid li gewwa l-Mosta kienu diversi s-suldati ta’ l-Armata Ingliza li mhux biss kienu gew stazzjonati, izda wkoll bdew jabitaw f’diversi nhawi. Ezempju ta’ dan insibu ‘l dawk stazzjonati fl-iskola primarja (tal-lum) fi Triq Grognet li f’dawk iz-zminijiet hekk koroh u difficli ghall-poplu Malti, kien gie sospiz ghal xi zmien it-taghlim go fiha u beda jsir f’postijiet ohra. Post iehor li kien jintuza ghall-operazzjonijiet militari kienet id-dar fejn illum hemm il-kazin tal-Partit Nazzjonalista fi Triq il-Kostituzzjoni. Dan il-post kien jaqa’ taht ir-responsabbilta tar-Royal Air Force specjalment ta’ l-R.P.s. jew kif kienu maghrufa ahjar ‘tal-beritta hamra’. Diversi postijiet ohra, l-aktar fil-qalba tal-Mosta, kienu damu jservu zmien twil ghall-uzu tas-Servizzi Inglizi.


Instab wkoll li ghal zmien qasir hafna wara li spiccat il-gwerra l-bini ta’ (p.223) l-ghassa msemmija ntuza mill-KOMR (Kings Own Malta Regiment) jew kif jiftakruhom dawk li ghexu dawk iz-zminijiet, bhala ‘is-suldati tas-sold’. Kienu jsibuhom ‘tas-sold’ minhabba l-paga baxxa li kellhom.


Hekk kif intemmet il-gwerra, u l-ghassa giet trasferita ghal Triq il-Kungress Ewkaristiku, fil-bidu tas-sena 1935, il-bini ta’ l-ghassa ta’ qabel kien rega’ waqa’ f’idejn is-sidien propja tieghu. Ghadda ghand il-familja Vella, maghrufa ahjar bhala ta’ ‘Cikku ta’ Bormla.’ Din id-darba l-uzu tal-fond kien ferm differenti minn dak ta’ qablu, ghax Cikku (ix-xih) fetah hanut tax-xorb bl-isem ta’ ‘Cikko’s Bar.’ Barra dan is-servizz, lil Cikku kont issiblu diversi oggetti ohra ta’ kull bzonn, kif ukoll bi prezzijiet li Cikku biss kien jaf joffrihom. Ma hemmx ghalfejn nghidu, dawk li kienu jafu lil Cikku, jiftakruh b’ragel li kien jisraq ir-rispett ta’ kulhadd. Cikku, flimkien mal-familja numeruza tieghu, kien jabita ftit ‘il fuq min-negozju li kellu.7


Wara l-familja ta’ ‘Cikku ta’ Bormla’ kien imiss lill-familja numeruza ohra, din id-darba l-famija Tanti, maghrufa ahjar mal-Mostin bhala ta’ ‘Toni tal-gelat.’ Kien fis-sena 1950 meta Anthony Tanti jew Toni, kif kien jafu kulhadd, beda jghammar f’din id-dar flimkien mal-mara tieghu Pacifika. Minn dan il-fond, Toni zviluppa n-negozju tieghu fejn flimkien mal-familja tieghu kompla jaghmel hekk sal-gurnata tal-lum. Mitlub jirrakkonta fuq din l-ghassa, Toni qal li din kienet residenza ghal qalbu hafna, kemm ghax kienet fil-qalba tar-rahal, kif ukoll peress li kienet ghassa tal-Pulizija, li Toni u l-familja tant jirrispettaw. Toni rrakkonta wkoll kif ic-cella li kien fiha din l-ghassa kien waqqaghha biex ikun jista’ jaghmel ftit wisa’ minhabba n-negozju. Jirrakkonta wkoll izda, li ma jista’ jinsa qatt il-firroll (p.224) kbir li kellu l-bieb tac-cella fejn gieli stmerru minhabba xi rakkont li sata’ sema bih qabel.8


Ta’ interess li nsemmu li l-ewwel fizzjal tal-Pulizija li kien gie inkarigat biex imexxi din l-ghassa, aktarx li kien l-Ispettur Victor Bonello li wara, u matul il-gwerra, kien gie moghti wkoll it-tmexxija tat-Taqsima tat-Tifi ta’ Nar li l-gvern kolonjali ftit ftit beda jorganizza. Il-popolazzjoni fis-snin imsemmija (1900-1920) kienet ta’ bejn 4,000 u 5,000 ruh.


Ghassa tal-Pulizija li kien hemm fi Triq il-Kungress Ewkaristiku l-Mosta.(p.224) L-ghassa tal-Pulizija fi Triq il-Kungress Ewkaristiku

It-tielet ghassa tal-Pulizija li kien hemm gewwa l-lokalita tal-Mosta kienet tinsab gewwa Triq il-Kungress Ewkaristiku, kantuniera ma’ Triq it-Torri. Il-bini jikkonsisti f’villa mill-isbah bl-isem ta’ ‘Villa Amadeo.’ Bhala ghassa tal-Pulizija l-bini kien joffri spazju tajjeb hafna u kienet wahda mill-isbah ghases li l-Korp tal-Pulizija qatt kellu f’Malta. Mhux ta’ b’xejn li dawk il-fizzjali tal-Korp li kien ikunu ghadhom kif hadu l-kariga ta’ spettur kienu jissieltu biex jigu maghzula sabiex jaghmlu xoghol f’dan id-distrett. Il-bini hu fuq stil neo-klassiku, fejn l-iskultura li fih, kemm dik fuq barra kif ukoll ta’ gewwa, taghmel il-post wiehed sinjur ghall-ahhar. Kif tidhol mill-bieb principali issib intrata b’saqaf gholi b’lavur mill-isbah. Fuq kull naha issib kmamar imdaqqsa li kienu jintuzaw, wahda ghall-bzonnijiet ta’ kuljum fejn jintlaqghu n-nies, u l-ohra bhala kamra fejn wiehed kien jistenna. Faccata ta’ l-entratura issib wesgha mill-isbah li tiehdok ghal gnien imdaqqas. Fuq kull naha ta’ dan l-ispazju jitla’ tarag wiesgha b’medda komda, fejn b’puggaman mahdum b’hadid qisu bizzilla, ikompli jaghti dehra ta’ lussu lil din ir-residenza nobbli. Barra minn hekk jispikkaw hafna erba’ busti li jirrapprezentaw personaggi ta’ fama (p.225) fil-muzika jew fil-letteratura. Huma maghmulin mill-gebla Maltija u jinsabu f’kull indana, tnejn fuq kull naha. Fl-ewwel indana int u tiela’, fuq il-lemin issib dak ta’ Bu-Mariotti, filwaqt li fuq ix-xellug issib dak ta’ Rossini, mentri hekk kif tasal fit-tieni ndana, fuq il-lemin issib bust ta’ Ariosto u fuq ix-xellug issib dak ta’ Tasso. Fis-sular t’isfel kont issib diversi ufficini ohra, kmamar tal-hasil u kcina.


Ta’ interess kien li minn mal-genb fi Triq it-Torri, id-dar fiha entratura ohra li kienet twassal ghall-berga tal-gvern. Nifhmu li l-bzonnijiet kollha tal-lokal, f’dik li hi medicina, kienet kollha tigi mahzuna f’armarju kbir mibni apposta mdahhal gol-hajt, minn fejn kienet imbaghad tigi mqassma minn dan il-fond. Fuq gewwa f’wesgha mdaqqsa hdejn il-gnien hemm bitha ta’ certu kobor, li fiz-zmien li din id-dar kienet isservi bhala ghassa tal-Pulizija kienu nbnew fiha zewg celel mghammra bizzejjed biex ilahhqu mal-htigijiet ta’ dak iz-zmien. Illum dawn ic-celel m’ghadhomx jezistu peress li meta l-villa regghet ghaddiet ghand il-privat dawn tnehhew mill-ewwel.


Jekk wiehed idur ghas-sular ta’ fuq, isib li hemm zewgt iswali kbar, wahda fuq kull naha tal-bini, li kienu jintuzaw bhala dormitorji ghal dawk il-membri, specjalment Ghawdxin, stazzjonati f’dan id-distrett. Kif diga semmejna kien distrett kbir li jkopri wkoll diversi nhawi ohra. Kienu jservu wkoll ghal dawk il-Pulizija li ma kellhomx mezz ta’ trasport. Kmamar ohra b’facilitajiet ghall-hasil kif ukoll tarag li jaghti ghat-turretta fuq il-bini kollu, kienu jaghmlu dan il-bini komplut b’kull kumdita.


It-trasferiment ta’ dan il-fond, propjeta ta’ Riccardo Amadeo, Sqalli minn Trapani, kien sehh nhar id-9 ta’ Jannar 1935. Kien fit-2 ta’ Frar ta’ l-istess sena (p.226) li l-villa bdiet tintuza bhala ghassa tal-Pulizija. Damet tintuza hekk ghal tletin sena shah sax-xahar ta’ Settembru 1964, ix-xahar li Malta hadet l-independenza. Il-kuntratt kien fdat f’idejn in-nutar tal-gvern Calcidonio Gatt u l-Onorevoli Maggur James Alfae de Galizia, kmandant li rrapprezenta lill-Imperu Ingliz. Pero, biex seta’ jsehh dan, il-kuntratt kien jigbor fih diversi kundizzjonijet bhal: (i) li l-bini jintuza wkoll ghall-berga tal-gvern, (ii) uzu ghall-perjodu ta’ 8 snin biss, izda jista’ jiggedded, kif fil-fatt sehh, (iii) li wara dan il-perjodu tista’ toghla l-kera, (iv) li ssir tiswija u manutenzjoni ohra mehtiega ta’ l-aperturi kollha kull perjodu ta’ 4 snin, (v) li l-faccata tinzamm f’kundizzjoni perfetta u li tinghata likwidu specjali minnhabba l-lavur, (vi) li l-fossa titbattal ta’ spiss biex ma ssirx hsara lill-pedamenti. Il-binja kollha kienet giet mikrija ghas-somma ta’ £50 fis-sena. Bolol imhallsa fuq dan il-kuntratt kienu jammontaw ghal £1 3s 10d (li jigu Lm1.19c 8 tal-lum).


Wara Settembru tas-sena 1964 l-ghassa msemmija kienet giet trasferita ghall-post prezenti gewwa c-Centru Civiku fi Triq il-Kostituzzjoni. Ghalhekk Villa Amadeo regghet ghaddiet ghand sidien godda, din id-darba ghand Taljan iehor bl-isem ta’ Gustavo Esidio, li flimkien ma’ martu u zewgt uliedu baqghu jghammru f’din id-dar sas-snin ricenti. Nafu li bejn is-snin sebghin u tmenin Gustavo Esidio, bniedem irrispettat hafna, kien jokkupa l-kariga ta’ konslu ghall-Oman. Fis-sena 2004 Villa Amadeo regghet ghaddiet ghand sidien godda, din id-darba mhux biss ghand sidien Maltin izda sahansitra ghand sidien Mostin.


L-ewwel fizzjal inkarigat minn din l-ghassa kien l-Ispettur Richard Rizzo Bumper, li mieghu kellu bhala kollega lill-Ispettur Carol Saliba, dan ta’ l-ahhar (p.227) kellu fama kbira ta’ nvestigatur mill-aqwa.9


Ir-raba’ ghassa


Ghassa tal-Pulizija li hemm fi Triq il-Kostituzzjoni l-Mosta.(p.227) L-ghassa tal-Pulizija fic-Centru Civiku fi Triq il-Kostituzzjoni

L-aktar ghassa ricenti li l-korp tal-Pulizija ghamel uzu minnha gewwa l-Mosta, insibu dik prezenti li tinsab gewwa l-bini tac-Centru Civiku fi Triq il-Kostituzzjoni. Din l-ghassa bdiet topera dan il-post mix-xahar ta’ Settembru 1964. Il-bzonn u l-ghan li l-awtoritajiet hassew li l-ghassa ghandha ticcaqlaq minn Triq il-Kungress Ewkaristiku ghal Triq il-Kostituzzjoni, kien dak li f’dan ic-Centru Civiku jingabru dawk il-bzonnijiet kollha ghall-pubbliku fosthom, klinika tal-gvern, librerija, is-servizz tal-posta, ufficcju tas-servizzi socjali, flimkien ma’ fergha tad-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura. Barra minn hekk, il-post joffri hafna iktar kumdita f’dak li hu spazju ghall-ipparkjar tal-karozzi u kif ukoll li kien jintlahaq minn kulhadd. Insibu li l-ghassa nnfisha tikkonsisti f’entratura sabiha, ufficini, kif ukoll zewg celel, mentri fis-sular ta’ fuq insibu kemm l-ufficini tal-fizzjali, kif ukoll dormitorju zghir ghal kull eventwalita li tista tinqala’. Ta’ interess li nghidu li gewwa din l-ghassa nsibu kurcifiss (li jmur lura ghall-madwar l-1700) gewwa nicca sabiha. Dan il-kurcifiss li huwa mizmum b’qima u ghozza kbira mill-Pulizija tal-lokal, xi snin ilu kien sofra danni kbar, wara li persuna li kienet mizmuma arrestata, f’mument iddisprat habtet ghalih u kkagunatlu diversi hsarat. Il-persuna responsabbli tressqet il-qorti (p.228) u nstabet hatja. Il-kurcifiss kien gie restawrat fic-Centru tar-Restawr ta’ Bighi (il-Kalkara) li b’hila kbira rega’ poggieh fl-istat li kien qabel. Kien l-istess Centru ta’ Restawr li kkonferma kemm dan il-kurcifiss huwa rari tant li ddeskrivih bhala “a very precious crucifix” (kurcifiss veru prezzjuz).


L-ewwel fizzjal inkarigat mit-tmexxija ta’ din l-ghassa kien is-Supritendent Edward Bencini li wara lahaq il-Kummissarju tal-Korp (1973).10


lt-Taqsima tal-Klieb


Din is-sezzjoni specjali tinsab fil-konfini tal-Mosta, gewwa l-fortizza li taqa’ taht il-kontroll tal-Forzi Armati ta’ Malta. Ghalhekk is-Sezzjoni tal-Klieb tal-Korp tal-Pulizija tinsab gol-Fortizza tal-Mosta. Din it-taqsima ilha mwaqqfa mill-1952, izda ilha topera mill-Mosta mit-12 ta’ Frar 1995. meta kienet giet inawgurata mill-Ministru ghall-lntern Dott. Tonio Borg LL.D.


Fost ix-xoghol essenzjali li din it-taqsima taghmel, bhala doveri ta’ kuljum insibu l-glieda kontra l-kriminalita, bi klieb li huma mharrga kontra t-tixrid tad-droga, ghat-tfittxija ta’ l-isplussivi, kif ukoll ghall-glieda kontra l-kriminalita b’mod generali. Bhala l-ewwel fizzjal inkarigat fost ohrajn mit-tmexxija ta’ din is-sezzjoni kien l-eks-Spettur Charles Cassar.


Qrati tal-gustizzja fil-Mosta?


Ritratt: (p.229)


Bini li fil-passat taf serva bhala qorti fil-Mosta.(p.229) Il-bini li forsi serva bhala qorti

Fost il-bini ta’ interess, kemm minhabba l-importanza kbira li ghandu f’dik li hija kostruzzjoni kif ukoll ghax dejjem kien ta’ kontroversja fost il-Mostin, specjalment dawk ta’ l-imghoddi, insibu l-palazz maghruf ahjar bhala ‘Tal-Kundanna.’ Dan jinsab go Triq San Gwann fil-Mosta. Jekk inharsu lejn l-istess titlu li l-Mostin tal-qedem taw lil (p.229) dan il-bini li jmur lura ghal madwar is-sena 1600, nistqarr li huma hafna ohra bhali li nhossu li tezisti certa rabta bejn dan il-bini u l-gustizzja fil-komunita Mostija. Mhux hekk biss. Grazzi ghal-sid il-post, is-Sur Jonathon Guillaumier, li bil-permess gentili tieghu stajt inwettaq ir-ricerka fil-post imsemmi, bqajt impressjonat hafna b’dawk l-affarijiet li jaghmlu dan il-palazz wiehed nobbli. Illum, iktar minn qatt qabel, inhossni konvint li dan il-palazz seta’ kien ta’ uzu ghal xi forma ta’ gustizzja. Punt iehor li wiehed tajjeb li jsemmi huwa, li fi zminijiet bikrija, bini ta’ din ix-xorta seta’ serva ghal xi nies importanti (mhux bil-fors b’xi titlu izda minhabba li kienu finanzjarjament tat-tajjeb) li kienu fdati b’certi karigi, inkluz dik ta’ tmexxija u kontroll f’diversi lokalitajiet. Dawn kienu jinghataw it-titlu ta’ ‘Sindki’ jew ‘Lukutunenti’. Dan kollu jaghmel sens.


Jekk wiehed ihares lejn il-faccata ta’ dan il-palazz isib li din fiha bieb gholi b’koxox b’lavur mill-isbah. Fuq nett tal-bieb ghadha tidher vaza ta’ kobor gmielu, li ma hux eskluz li setghet serviet bhala bazi ghal xi emblema kbira jew fejn setghet tittella’ bandiera ta’ certu kobor. Fuq naha tal-bieb tinsab tieqa kbira. Fuq kull naha, dan il-palazz kellu iktar bini jmiss mieghu, izda maz-zmien kien hemm bidla fl-istruttura fejn sar qsim f’hafna residenzi. Ghalkemm sehh ukoll xi bdil strutrurali fil-faccata, din xorta zammet dik ic-certa imponenza.



Bini li fil-passat taf serva bhala qorti fil-Mosta, Triq San Gwann.(p.230) Iz-zewg figuri tar-ragel u l-mara fl-entratura ta’ din id-dar

Bini li fil-passat taf serva bhala qorti fil-Mosta, Triq San Gwann. (p.230) Il-wicc tond bir-raggi u (p.231) l-emblema tar-rixa bil-kuruna fuqha

(p.230) Ta’ importanza kbira huma d-diversi affarijiet li nsibu gewwa. Fl-entratura wiesgha u twila mal-lavur tas-saqaf fuq ix-xellug, tinsab emblema li turi figura ta’ ragel gheri b’daqna twila. Il-kelma ‘PRAXIS’ hi minquxa biswit il-figura. Fuq in-naha tal-lemin insibu emblema ohra tal-gebel din id-darba b’figura femminili. Il-gisem hu wkoll gheri, u l-figura qieghda b’wiccha ‘l isfel u b’xuxitha mxarrba u mitluqha ghal fuq spallejha. Barra minn hekk, il-figura nsibuha mitfugha fuq blata donnha bla hajja. Tahtha fuq xifer il-blat tidher lanterna. Magenb il-figura hemm il-kelma ‘THEORIA’. Nibqghu fl-entratura, f’nofs is-saqaf, gewwa forma ta’ xemx (p.231) b’raggi qawwija, jidher wicc tond b’ghajnejn pjuttost imberqa jew imbezza’. Jidhru zewg kelmiet, wahda fuq kull naha ta’ din ix-xemx. Dawn huma ‘EXPERI’ u ‘ENTIA.’ Dawn meta tghaqqadhom flimkien issib li ghandek il-kelma ‘esperientia.’ Ta’ interess ukoll nghidu li l-bini tal-palazz jixbah hafna lill-qorti ta’ Ghawdex. Tarag wieghsa mibni mill-gebla Maltija, jwasslek ghal swali ta’ certu kobor. Kemm mal-hajt ta’ l-istess tarag, kif ukoll fl-indani, jidhru forom ta’ nkwatri mhaffra fil-hitan. Peress li dawn huma mkahhla, mhux ezkluz li tezisti wara l-kisi xi forma ta’ skrittura li tista’ titfa’ dawl gdid fuq l-uzu partikolari tal-palazz. Jispikka wkoll l-kwalita tal-madum li jiehdok fis-sekli mghoddija.



Izda, u fuq kollox, hemm zewg punti ferm importanti li jolqtuk. Fuq wara nett tal-palazz f’nofs ta’ wesgha mill-isbah, mal-faccata nsibu funtana kbira. Ta’ interess hija tarka li tinkludi fiha rixa twila, simbolu tal-kitba fi zminijiet bikrija. Din it-tarka hi nkurunata b’kuruna b’hames bocci. Punt iehor ta’ interess kienet ic-cella ta’ certu kobor li, illum, tinsab go residenza ohra. Kif diga ghedna, il-binja tal-palazz kienet giet maqsuma f’diversi residenzi. Din ic-cella fiha diversi xfar imqatta’ fil-blat bi precizjoni fejn jitpoggew l-imsiebah, xkafef imdahhla fil-hajt, li flimkien ma’ l-arkati mibnija b’sengha kbira, jkomplu jqarrbu r-rabta ta’ uzu mas-suggett maghzul. Jalla ‘l quddiem inkomplu nifirxu iktar l-istudju fuq dawn il-kwalita ta’ residenzi.


Delitti (qtil) fil-Mosta


Harsa lejn dan is-suggett turi li gewwa l-Mosta tul dawn l-ahhar 200 sena ta’ storja kriminali, sehhew mhux inqas minn sittax-il delitt (qtil).


Dawn sehhew kif jinghad hawn taht.


12 ta’ Mejju 1867 - (p.232) Vittorja Vella tfajla ta’ 16-il sena sfat maqtula brutalment minn tfajjel ta’ 13-il sena li sparalha tir ta’ senter. Id-delitt kien sehh fl-inhawi maghrufa bhala ta’ Vnezja (Ta’ Qali). lrrizulta li Vittorja kienet tlewmet ma’ habiba taghha fuq xi zibeg, u meta l-qattiel, Guzeppi Sammut, ra lil ohtu qieghda taqla’ xebgha minghand Vittorja, dahal fil-kamra, gab is-senter u spara lil Vittorja. Ir-rizultat ta’ investigazzjoni kien wassal biex, wara guri b’verdett unanimu, minkejja l-eta tenera tat-tfajjel Guzeppi, dan intbaghat 20 sena habs b’xoghol iebes.


20 ta’ Settembru 1894 - glieda familjari wasslet ghall-qtil ta’ Frangisku (Cikku) Galea li kien jigi r-ragel ta’ oht il-qattiel, jigifieri Pietru Azzopardi. Ix-xebgha li qala’ Cikku tant kienet kbira li l-vittma miet fil-post. Pietru Azzopardi ntbaghat 12-il sena habs b’xoghol iebes.


22 ta’ Mejju 1897 - Paul Borg mill-Mosta, maghruf ghas-sahha li kellu, kien tlewwem ma’ certu Karmnu Portelli aktarx fuq xi twellija ta’ ghelieqi. Peress li ma kienx hemm qbil, jinghad li Portelli kien qabad mus u xejjer diversi daqqiet lil Borg li miet mill-ewwel. Portelli kien intbaghat 20 sena habs.


1 ta Lulju 1906 - Fortunato Bellia, xwejjah Mosti ta’ 65 sena, kien jghammar wahdu gewwa razzett fl-inhawi maghrufa bhala ‘Tal-Bizbizija’ fejn kien instab mejjet b’diversi daqqiet ta’ oggett iebes fuq rasu. Investigazzjonijiet kienu wasslu biex tifel zghir jghid li kien ra lil certu Frans Mifsud joqtol lil Bellia permezz ta’ hadida. Tul il-guri x-xiehda ta’ dan it-tfajjel ma kinitx inghatat importanza u Mifsud gie liberat minn kull akkuza.


11 ta’ Ottubru 1916 - (p.233) Guzeppa Sammut, armla ta’ 22 sena, kienet intbaghtet ghaxar xhur habs wara li kienet instabet hatja li wara li welldet tefghet lit-tarbija taghha gewwa bir li kkagunat il-mewt (infanticidju).


14 ta’ Awissu 1929 - Guzeppi Mamo ta’ 36 sena mill-Mosta nqatel lejlet il-festa ta’ Santa Marija wara tilwima li kellu ma’ certu Manwel Mangion ta’ 24 sena. Jinghad li waqt il-glieda kienet intuzat sikkina irqiqa li biha Mangion kien hanxar ghonq il-vittma. Mangion kien inghata 20 sena habs.


25 ta’ Dicembru 1938 - Kien nhar il-festa qaddisa tal-Milied meta, waqt argument li nqala’ gewwa hanut bejn il-vittma, Joseph Muscat, u Pawlu Vella, dan ta’ l-ahhar ta’ zewg daqqiet ta’ mus fuq sider Muscat li kkagunawlu l-mewt. Il-glieda kienet inqalghet hekk kif spiccat il-quddiesa ta’ nofs il-lejl u z- zewg individwi spiccaw jixorbu gewwa hanut kif kienet l-uzanza dak iz-zmien.


13 ta’ Gunju 1963 - gewwa Triq Ta’ Qali, biswit it-Torri Cumbo, il-Mosta, il-vittma Francis Vella ta’ 38 sena mill-Mosta, inqatel b’diversi tiri sparati minn senter. B’risponsabbilta ghal dan il-qtil kien gie pprocessat Frangisku Fenech ta’ 19-il sena, maghruf ahjar bhala ‘Ta’ Vangiela.’ B’guri li hareg b’verdett ta’ 8 voti kontra 1, Frangisku kien gie misjub hati u ssentenzjat ghal 15-il sena habs. Il-mottiv ewlieni wara dan id-delitt kien dak ta’ nuqqas ta’ qbil fuq uzu u bejgh ta’ ghelieqi.


20 ta’ Dicembru 1982 - il-kadavru ta’ Alfred Calleja kien instab kwazi mahruq kollu biswit il-kappella maghrufa ‘tal-Qlejgha.’ Calleja li kellu 37 sena kien jghix in-Naxxar flimkien ma’ martu. Gimghat wara kienet l-istess martu flimkien ma’ habib taghha, Baskal Debono minn Birkirkara, li tressqu (p.234) l-qorti akkuzati bid-delitt. Wara guri huma nstabu hatja u ntbaghtu 17-il sena habs kull wiehed.


18 ta’ Mejju 1984 - gewwa Triq Ta’ Qali, il-vittma kien Wilfred Cardona ta’ 46 sena mill-Furjana. Huwa kien instab maqtul b’diversi tiri sparati minn arma tan-nar u mitluq mal-genb tat-triq imsemmija. Kienu diversi t-teoriji ta’ x’seta’ wassal ghal dan id-delitt, izda sal-lum il-kaz ghadu mhux solvut.


15 ta’ Jannar 1992 - gewwa residenza fi Triq l-Antinni fil-Mosta, il-Pulizija kienu gew informati li kienet ghadha kif sehhet sparatura. Mal-wasla fuq il-post, fl-entratura tal-garaxx il-pulizija sabet mixhut ma’ l-art il-katavru ta’ Victor Gauci ta’ 34 sena mill-Mosta. Il-kaz ghadu mhux solvut.


12 ta’ Mejju 1994 - b’telefonata anonima, il-Pulizija giet informata li gewwa residenza fi Triq l-Isperanza kienet ghadha kif sehhet sparatura. Minn investigazzjoni mmedjata gewwa l-kamra tas-sodda l-Pulizija sabet il-kadavru ta’ Mary Christina Cardona, omm ta’ 39 sena. Mary Christina kienet inqatlet b’tiri ta’ arma tan-nar. Wara xoghol investigativ, Emmanuel Cardona, ir-ragel tal-vittma, gie mressaq il-qorti mixli bil-qtil ta’ martu. Wara guri b’verdett ta’ 7 voti kontra 2, Emmanuel Cardona kien instab hati u kkundanat ghal 20 sena habs.


23 ta’ Settembru 1994 - qtil doppju li kexkex lill-kummunita Mostija. Kmieni wara nofsinhar kienu sehhew zewg sparaturi separati ta’ senter li wasslu ghall-mewt ta’ Emmanuel Sultana u Alfred Grima. Il-kaz beda gewwa residenza fi Triq E. Mizzi fejn wara tilwima bejn Emmanuel Sultana mill-Imqabba, maghruf ahjar bhala ‘it-Tazz’, u Charles Muscat, mgharuf bhala ‘il-Pips’, dan ta’ l-ahhar spara u qatel lil (p.235) Sultana fil-post imsemmi. Ftit tal-hin wara li Muscat telaq ‘il barra mir-residenza tieghu, wara li mexa ftit passi ‘l boghod mill-bieb ta’ barra, spara fid-direzzjoni ta’ Alfred Grima ta’ 40 sena mill-Marsa u qatlu fil-post. Wara dawn iz-zewg delitti Muscat harab minn fuq il-post u nqabad ma’ persuna ohra mill-Pulizija iktar tard fl-istess jum f’barriera gewwa s-Siggiewi. Muscat kien ghadda guri, instab hati, u gie kkundannat ghal 25 sena habs. Il-mottiv ta’ l-ewwel delitt kien it-tixrid tad-droga. Importanti jinghad li f’dan il-kaz il-qtil ta’ Alfred Grima, missier ta’ zewgt itfal, ma kellu x’jaqsam xejn ma’ dak li gara bejn Sultana u Muscat u ghalhekk Grima kien veru vittma tac-cirkostanzi.


16 ta’ Frar 1999 - kaz iehor li gara gewwa Triq il-Kbira, fil-Mosta. Maria Buhagiar, anzjana ta’ ‘l fuq minn 70 sena, giet maqtula b’tir ta’ arma tan-nar. Wara dan id-delitt kien hemm hu Maria stess, Francis Buhagiar. Il-mottiv ewlieni wara dan id-delitt deher li kien nuqqas serju ta’ qbil bejn dawn l-ahwa li kienu jghixu fl-istess dar. Kmieni filghodu tad-data msemmija, waqt tilwima, Francis hebb ghal ohtu, u wara li mar gab pistola antika, minn distanza ferm qasira, sparalha f’rasha u qatilha fil-post. Wara li Francis iddispona mill-arma tan-nar li giet mixhuta fil-bir ta’ l-istess dar, mar jaghmel rapport fl-ghassa tal-Mosta. Irrapporta li sab lil ohtu maqtula. L-ewwel investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-distrett tal-Mosta kienu bizzejjed biex wasslu lill-Pulizija biex tixli lil Francis fil-qorti bil-qtil ta’ ohtu. Fil-guri Francis Buhagiar instab hati u wara li l-qorti qieset ic-cirkostanzi kollha tal-kaz, inkluza l-eta ta’ l-akkuzat, dan intbaghat 10 snin habs.


13 ta’ Frar 2004 - Patricia Attard ta’ 45 sena minn H’Attard instabet mejta b’tiri ta’ arma tan-nar gewwa l-vann propjeta taghha. Il-kaz sehh f’Ta Qali (p.236) (konfini mal-Mosta). Il-vittma kienet instabet mejta mill-Pulizija ta’ l-iskwadra mobbli ghal habta tas-6.00 a.m. waqt li dawn kienu fuq ir-ronda taghhom. Wara gimghat shah ta’ investigazzjonijiet intensivi mpjegat ma l-istess kumpanija li l-vittma stess kienet tmexxi, gie imressaq il-qorti, fejn kien mixli bid-delitt. Kien jidher car li l-mottiv li wassal ghal dan id-delitt kien dak ta’ separazzjoni matrimonjali, flimkien ma’ vizzji marbuta ma’ l-uzura, u dan id-delitt kien ilu gimghat shah jinhema. Il-kaz ghadu sub judice.


Ghajdut ta’ delitti ohra (1836-60)


Ghalkemm mhux konfermati, jinghad ukoll li bejn l-1836 u l-1860, meta kienet qieghda tinbena l-knisja parrokkjali presenti, aktarx li kienu sehhew zewg delitti, propju fil-konfini tar-Rotunda.


Jinghad li l-ewwel delitt kien meta ragel Zejtuni dahal fil-knisja, u meta tela’ vicin il-kampnar, dan waqa’ ghal isfel. Jinghad izda li dan seta’ gie mbuttat minn xi hadd iehor li kien sorpiz biz-zjara taz-Zejtuni fil-post.


It-tieni delitt kien sehh propju ftit wara l-ewwel wiehed meta f’tilwima bejn zewgt irgiel wiehed minnhom spicca dabbar daqqa ta’ zappuna. Hu kien miet wara jumejn.11


Xi ufficjali tal-Pulizija li servew fil-Mosta


lkun ta’ interess ukoll jekk f’din il-kitba ninkludu xi ufficjali tal-Pulizija li wettqu hidma fil-Mosta, u li minhabba l-impenn taghhom ghamlu isem kemm ghalihom personali kif ukoll kienu ta’ gid ghaIl-Mosta. Dawn l-ufficjali ghamlu hidma sfieqa fi hdan il-Korp tal-Pulizija.


Alfred J. Bencini


L-eks Kummissarju Alfred J. Bencini.(p.237) Alfred J. Bencini

L-eks Kummissarju Alfred J. Bencini ta’ (p.237) b’kollox 35 sena servizz lill-pajjiz. Hu dahal fil-Korp tal-Pulizija fit-2 ta’ April 1934 bhala sotto-spettur. Sar spettur fl-1941 u fl-1946 sar supretendent. Kien fis-sena 1955 li lahaq assistent kummissarju biex finalment fl-1 ta’ Gunju 1956 gie appuntat fl-oghla kariga fil-Korp tal-Pulizija, dik ta’ kummissarju. Qabel sar kummissarju is-Sur Bencini ghamel zmien iservi bhala supretendent inkarigat mill-Mosta fejn mhux biss kien mahbub mill-Mostin izda kien ukoll baqa’ jzomm kuntatt ma’ diversi nies anki wara li spicca mis-servizz.


Paul J. Grech


L-eks-Supretendent Paul J. Grech.(p.237) Paul J. Grech

L-eks-Supretendent Paul J. Grech kien ingagga fil-Korp tal-Pulizija fl-1965 bhala sotto-spettur, u fl-1968 lahaq spettur. Fl -1976 Grech rega’ ha promozzjoni u serva fil-grad ta’ supretendent fejn gie stazzjonat u sar responsabbli mid-distrett tal-Mosta. L-aktar li jibqa’ maghruf is-Sur Grech hu ghall-investigazzjoni twila li kellu sehem fiha maghrufa bhala ‘tal-BICAL’ kif ukoll fil-kaz tad-delitti ta’ Joseph Vella mill-Mosta u ta’ Duminku Zammit min-Naxxar. Is-Supretendent Grech ghamel xi zmien joqghod il-Mosta, fejn minn dejjem irrispetta bis-shih il-komunita Mostija. Fis-sena 1980 is-Supretendent Grech irrizenja mill-Korp tal-Pulizija u flimkien mal-familja tieghu (p.238) emigra lejn l-Awstralja. Illum Grech hu avukat (Grech & Grech Associates) gol-belt ta’ Sydney.


Angelo Farrugia


Bini li fil-passat taf serva bhala qorti fil-Mosta.(p.238) Anglu Farrugia

L-Avukat Angelo Farrugia, maghruf ahjar mal-Mostin bhala Anglu, ingagga fil-Korp tal-Pulizija fis-sena 1977 fil-kariga ta’ spettur, fl-eta la’ 22 sena. Wara li temm l-ezamijiet b’success, l-ewwel doveri tieghu kienu fid-distrett tar-Rabat (Malta) u ftit wara gie afdat bir-responsabbilia tad-distrett tal-Mosta. Mal-bidu tal-karriera bhala spettur, Anglu Farrugia mess ma’ l-ewwel delitti. Kien id-delitt, meqjus fahxi, ta’ Duminku Zammit minn Hal Gharghur, maghruf ahjar bhala ‘il-Cockney’. Dan kien instab mejjet u mirdum gewwa Wied id-Dis fil-Madliena. Ghalkemm gdid fil-kamp pulizjesk, l-Ispettur Anglu Farrugia mill-ewwel wera xi jsarraf, u dan id-delitt kien gie solvut wara gimghat shah ta’ investigazzjonijiet twal. Fis-sena 1988 l-Ispettur Farrugia nghata l-kariga ta’ supretendent. Fil-karriera tieghu bhala fizzjal fil-Korp tal-Pulizija Anglu Farrugia kien responsabbli minn diversi taqsimijiet ohra fi hdan il-korp inkluz id-distrett ta’ Ghawdex kif ukoll it-Taqsima ta’ l-investgazzjonijiet Kriminali (C.I.D.). Dam iservi fil-Korp tal-Pulizija ghal 18-il sena shah fejn matulhom kompla l-istudji tieghu fil-ligi kriminali kemm dik lokali kil ukoll dik internazzjonali. Kemm dam fil-Korp, Anglu Farrugia kien strumentali fl-introduzzjoni ta’ harsien fil-kommunita maghrufa ahjar bhala ‘Neighbourhood Watch’ u mexxa diversi konferenzi fuq dan is-suggett.


(p.239) Izda Anglu Farrugia kellu wkoll vizzjoni ohra f’hajtu, dik ta’ avukat. Irrezenja mill-Korp tal-Pulizija fis-sena 1996 u beda l-karriera ta’ avukat, fejn wera l-kapacita tieghu specjalment fil-qasam kriminali.


Dott. Anglu Farrugia mess ukoll is-success politiku fejn fis-sena 1996 ikkontesta l-elezzjoni generali mal-Malta Labour Party u gie elett. Sar membru parlamentari, u hekk ghadu sal-lum. Ikkontesta wkoll il-post ta’ deputat mexxej tal-Partit Laburista (1998) u dak ta’ mexxej ta’ l-istess partit (2003).


Diversi oqsma ohra li Dott. Farrugia kien jew hu mdahhal fihom jinkludu l-OSCE (Organisation for Security & Co-opera¬tion in Europe). L-OSCE, per ezempju, hatret lil Farrugia bhala rapprezentant taghha biex jaghmel moniteragg fuq l-elezzjonijiet presidenzjali Bush-Kerry tat-2 ta’ Novembru 2004. Insibu wkoll lil dan l-avukat Mosti huwa wiehed mill-avukati maghzula mill-Knisja Kattolika ta’ Malta biex jiddefendi kawzi ta’ zwigijiet fil-qorti taghha.


Konkluzjoni


Ma nistax naghlaq din il-kitba minghajr ma nsellem lil shabi l-Pulizija Mostin, kemm dawk hajjin kif ukoll dawk li hallewna. Dawn li matul is-snin offrew il-hidma pulizjeska taghhom, kultant b’sagrificcji kbar kemm ghalihom stess u kemm ghall-familjari taghhom. Hi f’waqtha l-gratitudni tas-socjeta ghall-hidma kbira li wettqu matul is-servizz taghhom, ghalkemm minhabba n-natura tax-xoghol li l-istess servizz jitlob, dan mhux dejjem gie apprezzat mill-komunita. Irid ikun xi hadd midhla ta’ dan ix-xoghol biex jifhem ahjar minn x’hiex ghaddew u jghaddu dawn il-Pulizija Mostin, fil-kesha u fis-shana, fix-xita jew fir-rih, kemm terrqu mal-hara kollha tal-madwar, biex kontinwament wennsu lill-komunita Mostija.12


Riferenzi

  1. L.J. Siegel, Criminology: Theories, Patterns and Typologies (Massachusetts: 1995).
  2. Dibattitu Parlamentari, seduti no. 241/242, 15.ii.2000.
  3. Malta Government Gazette, 3.vii.1813; Proklama, 25.i.1814.
  4. Arkivji ta’ l-Akkademja tal-Pulizija; E. Attard, Il-Pulizija ta’ Malta 1814-1956 (Malta: 1994).
  5. L.J. Scerri (ed.), Mosta The Heart of Malta (Malta: 1996); Arkivji tal-Korp tal-Pulizija.
  6. Fil-lokalita msemmija l-awtur imexxielu jiltaqa’ ma’ persuna li ma xtaqitx turi l-identita taghha, li rrokkontat kif fuq il-bejt tal-propjeta taghhom - dak mibni flok ir-remissi msemmija - kienet tezisti gebla mnaqqxa mwahhla mal-hajt li kienet turi skrittura miktuba bil-lingwa Taljana, flimkien ma graffit ta’ xini fuq taht tal-gebla, li skond niesu l-antiki baqa’ jinghad li din kellha x’taqsam ma’ dan l-lsqalli. Din il-gebla kienet baqghet tigi merfugha maz-zmien sakemm finalment ma kienx hemm iktar interess li tigi mizmuma u tnehhiet meta beda l-izvilupp tal-bini. Veru hasra.
  7. Intervista ma Francis Vella (Ta’ Bormla), iben Cikku ta’ Bormla, Sept. 2004.
  8. Intervista ma Anthony (Tony) Tanti, Sett. 2004. Hajr lil Anthony Bonello, iben l-eks-Spettur Victor Bonello.
  9. Police file No. 8672 66. Kuntratt Insinwa tal-Gvern, Nru 396/66, Eks-Surgent Maggur 548 Joseph Vassallo.
  10. Informazzjoni migbura: Is-Supretendent Bertu Mula, is-Surgent Edgar Borg, l-eks-Surgent Maggur 548 Joseph Vassallo, Police file No 1129/85.
  11. Intervista ma Salvu Magro (2004).
  12. Hajr specjali: il-Kummissarju tal-Pulizija; is-Sur Mark Attard; l-eks-Surgent Maggur 548 Joseph Vassallo.



Kapitli ohra mill-ktieb

  1. Introduzzjoni.
  2. Il-bidu u l-ewwel zminijiet tas-Socjeta Filarmonika Santa Marija tal-Mosta.
  3. Is-Socjeta Santa Marija: minn Kazin ghal Socjeta Filarmonika.
  4. In-nisga urbana u rurali tal-Mosta.
  5. Il-Mosta u l-inhawi ta’ madwar fiz-Zmien tan-Nofs.
  6. Il-Mosta Nisranija.
  7. Il-Gvern lokali fil-Mosta (1773 – 1896).
  8. Rahal fi gwerra: il-Mosta matul it-Tieni Gwerra Dinjija.
  9. Iz-zamma ta’ l-ordni fil-Mosta mill-1800.
  10. Mill-hajja tal-Mosta fl-ewwel nofs tas-seklu ghoxrin.
  11. Graffiti fil-Mosta: Il-hitan tal-kappella ta’ San Pawl Nawfragu.