The Mosta Archives Banner

EX ANNALIBUS MUSTAE

George Cassar, editur

Pubblikazzjoni tas-Socjeta Filarmonika Santa Marija Mosta f'gheluq l-100 sena (1905-2005) mit-twaqqif tas-Socjeta.


Dan il-ktieb interessantissimu jinxtara mill-Kazin Santa Marija. Din il-verzjoni digitali ma fihiex il-parti bl-Ingliz, u dik bil-Malti taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


10. Graffiti fil-Mosta: Il-hitan tal-kappella ta’ San Pawl Nawfragu

Joseph Muscat


Graffit ta' xini fuq il-hajt tal-Kappella San Pawl tal-Qlejgha Mosta.(p.281) Graffit ta’ xini fuq il-hajt tal-kappella ta’ San Pawl Nawfragu

(p.283) Meta snin twal ilu bdejt indur u nfittex il-graffiti tal-bastimenti tal-qlugh qatt ma kont nobsor li ser niltaqa’ ma’ patrimonju hekk kbir li ghandna fil-gzejjer Maltin. Fil-Mosta sibt mal-hitan tal-knisja ta’ San Pawl Nawfragu ta’ Wied il-Qliegha wahda mill-ikbar kollezzjonijiet migburin f’post wiehed. Ma’ hajt tal-knisja ta’ San Silvestru hemm xi fdal ta’ graffiti waqt li mal-hajt ta’ wara tal-knisja tal-Madonna ta’ l-Isperanza ghadhom jidhru xi ftit ohra. Dort ukoll il-knejjes l-ohra z-zghar izda ma sibt xejn, b’danakollu ma nistax nghid li fittixt kullimkien. Min jaf, forsi ‘l quddiem meta jitnaddfu xi hitan ta’ djar antiki ghad johorgu ghad-dawl xi graffiti ohra barra dawk li ser nitkellmu dwarhom.


Ta’ min jistaqsi hawn ghaliex fil-Mosta, li hi ‘l boghod mill-bahar, ghandek issib il-graffiti tal-bastimenti. Biss, l-istess nistghu nghidu ghal postijiet ohra bhal m’huma r-Rabat, Haz-Zebbug, H’Attard u ohrajn.1


Il-bniedem jingibed lejn il-postijiet ta’ devozzjoni kif jaghzel hu, forsi dawk ta’ tfulitu jew tal-familja tieghu. Mur sib twegiba, per ezempju, x’gieghel lil dawk li hallew il-graffiti taghhom fil-knisja ta’ San Cir li hi ‘l barra mir-Rabat u daqshekk boghod mill-bahar.2


U fil-Mosta, ghaliex issib ghadd hekk kbir ta’ graffiti mal-hitan ta’ barra tal-knisja ta’ San Pawl Nawfragu u ftit li xejn ma’ knejjes ohra zghar? Jista’ jkun hemm bosta ragunijiet ghal dan izda wahda minnhom hi li forsi sar ‘tindif zejjed tal-hitan hekk li l-graffiti li seta’ kien hemm fuqhom thassru darba ghal dejjem. Dan nistghu nghiduh ghall-knisja ta’ San Silvestru kif ukoll ghall-faccata tal-knisja ta’ l-Isperanza li llum tnaddfet fuq il-gebla hekk li dak li seta’ kien hemm maghha gheb ghal kollox. Ghax il-hajt ta’ wara ta’ din il-knisja ma (p.284) tnaddafx, wiehed ghadu jista’ jam xi graffiti fuq dik in-naha.


Kappella San Pawl Nawfragu (tal-Qlejgha) fil-Mosta(p.282) Il-Kappella ta’ San Pawl Nawfragu (tal-Qlejgha) fil-Mosta

Billi qed nitkellmu minn graffiti li wiehed isih imnaqqxin fuq il-hitan tal-knejjes jew ta’ bini iehor, jaqbel nghidu x’inhuma. Illum issib min il-kelma graffiti japplikaha ghal kull tahziz li tara mal-hitan li jista’ jkun biz-zebgha jew b’xi hag’ohra.3 Il-graffiti li ser nitkellmu dwarhom mhumiex hlief dawk ir-rapprezentazzjonijiet ta’ bcejjec tal-bahar jew ta’ xi simboli ohra li jkunu mnaqqxin fuq il-gebel, u rari fuq l-injam,4 maghmulin b’xi ponta tal-hadid jew b’xi strument iehor iebes bil-ponta, u li bilkemm jidhru minn metru boghod. Billi dawn il-graffiti qatt ma saru bhala xi dekorazzjoni tal-hajt ta’ xi knisja jew ta’ x’imkien iehor, id-disinn taghhom ikun maghmul minn girfa rqiqa u mhux fonda fil-gebel.


Il-graffiti kienu mod iehor ta’ weghda5 ghal min ma setax ihallas xi pirtura ex-voto6 jew jaghti xi xemgha.7 Ma rridx nghid li l-graffiti kollha li jinsabu fil-gzejjer Maltin huma kollha weghdi izda dawk li tara fuq il-hitan ta’ gewwa8 u ta’ barra tal-knejjes huma fil-bicca l-kbira taghhom frott ta’ pieta religjuza. Wiehed qabel ibahhar ihalli x-xbiha tal-bastiment tieghu fuq il-hajt tal-knisja preferita tieghu. Seta’ jigri wkoll li wiehed ihalli l-graffit tieghu mal-hajt wara li jkun gie lura qawwi u shih minn xi safra. Dawn il-graffiti setghu kienu saru minn bahrin jew passiggieri, u forsi kien hemm ohrajn li saru minn dawk li ma kienx ikollhom xi haga ahjar x’jaghmlu!


Ara ma nahsbux li qed nitkellmu minn xi haga li kienet issir hawn Malta biss. Din l-ghamla ta’ kultura religjuza ssibha mxerrda mal-Mediterran kollu, ma’ l-Ewropa kollha u sahansitra f’pajjizi ta’ twemmin Mislem fl-Afrika tal-Lvant. Irrid nghid li l-bniedem kullimkien (p.285) minn zmien zemzem hass li kellu juri l-hajr tieghu lil Alla jew lill-allat bil-graffiti li halla warajh. Jidher li din il-kultura f’Malta qabdet l-art u xterdet sew billi nstabu bosta u bosta graffiti mal-hitan ta’ gewwa u ta’ barra ta’ knejjes, katakombi, oqbra antiki, bini pubbliku u privat, celel ta’ habsijiet u fortifikazzjonijiet.9


Kappella San Pawl Nawfragu (tal-Qlejgha) fil-Mosta, hajt tal-genb(p.297) Il-hajt tat-tramuntana tal-Kappella

Ghal dawk li huma graffiti ta’ bastimenti nghidu li dawk li nstabu fit-Tempji ta’ Hal Tarxien u li jmorru lura fiz-zmien lejn is-sena 1600 q.K. huma l-eqdem li nstabu s’issa fil-Mediterran.10 Instabu wkoll xi graffiti ta’ 600 sena q.K.,11 u ohrajn ta’ 100 q.K.12 Izda l-graffiti xterdu fuq li xterdu minn mindu l-Ordni ta’ San Gwann gie Malta fl-1530 u baqghu sejrin bejn wiehed u iehor sal-1900 meta d-drawwa spiccat hesrem ghal bosta ragunijiet.13


Jekk ikollna nistaqsu ghaliex id-drawwa ta’ l-inqix tal-graffiti kienet daqshekk popolari f’Malta nsibu l-ewwel u qabel kollox l-ispirtu religjuz tal-Maltin. Barra minn hekk ma nistghux inhallu barra l-vantagg li wiehed kien isib fil-gebla tal-franka li hi ratba u facli biex wiehed inaqqax fuqha bil-heffa dawn il-graffiti. Jidher mill-ghadd kbir li ssib minnhom mal-hitan tal-knejjes li d-drawwa tal-graffiti mhux biss kienet accettata bhala att ta’ pieta izda forsi wkoll inkoraggitha minn kulhadd. Kieku ma kienx hemm l-ispirtu religjuz marbut mal-graffiti, liema kappillan jew prokuratur ta’ knisja jew ta’ kappella kien ser ihalli min jobrox xbihat mal-hitan tal-knejjes taghhom?


L-istudju dwar il-graffiti f’Malta m’ilhux hafna li dahal fostna u barra minn Malta lanqas beda xi sekli shah ilu. Kellu jkun Pawlu Cassar li kiteb dwar il-graffiti tal-knisja ta’ San Pawl Nawfragu, izda hu ma dahalx fl-interpretazzjoni tal-bcejjec tal-bahar li jidhru fihom.14 Minn dak (p.286) iz-zmien ‘l hawn dehru xi kitbiet ta’ awturi barranin li l-istudju taghhom jiswa biex wiehed ikun jista’ jqabbel il-metodu tar-ricerka u b’karatteristici li wiehed isib fil-graffiti. Il-kuntatti ma’ kittieba barranin jiswew biex wiehed ma jibqax jahdem ghal rasu biss.15


Tfittex fejn tfittex ghall-graffiti dejjem ghandek issib xbihat ta’ mriekeb tal-bahar wisq u wisq izjed minn xbihat ohra. Dan jghodd ukoll ghal pajjizi ohra. Il-bniedem minn dejjem htieglu jbahhar minn pajjiz ghal iehor u fuq il-bahar huwa jara d-djufija tieghu quddiem il-qawwa ta’ l-elementi. Irid u ma jridx kien ikollu jdur lejn Alla jew l-allat ghall-ghajnuna. Kull darba li wiehed kien ikollu bzonn isiefer kien ifittex il-bahar bit-tbatija b’kollox li jgib mieghu billi dak kien l-ehfef mezz u l-izjed popolari. Ghalhekk il-bastimenti kienu saru bicca mill-hajja tal-bniedem minkejja l-perikli li kien hemm marbutin maghhom, sew dawk li jigu mill-elementi kif ukoll mill-kursari.


Mal-bastimenti dahlu wkoll xi simbolizmi ohra ghalkemm dawn kienu jidhru wisq u wisq inqas minnhom. Fost is-simboli nsibu l-palma ta’ l-id li, flimkien mal-ghamla ta’ fjura maghluqa f’cirku, ghandhom l-gheruq taghhom fi drawwiet tal-Mislem, issib it-tajra jew l-ghasfur, slaleb tat-tmien ponot, slaleb ohra, dati, l-ghamla tal-moxt jew il-metodu kif kienu jghoddu z-zmien, it-trija u ohrajn.16 Kultant hu difficli taghti tifsira shiha ta’ xi whud mis-simbolizmi li ssib mal-graffiti tal-bastimenti. Ix-xbiha tal-palma ta’ l-id, daqqa wahda u xi drabi tnejn flimkien, hi indikazzjoni ta’ talba lil Alla. Is-slaleb tat-tmien ponot juru kemm l-Ordni ta’ San Gwann kellu hakma fuq Malta. Tara xi ghasfur ukoll li mhux hafif taghti tifsira ghalih. Il-graffiti ta’ qatta’ qamh mal-hajt tal-knisja ta’ San Pawl Nawfragu hu forsi sinjal ta’ hajr min-naha ta’ xi bidwi ghal xi (p.287) annata tajba li gabar mix-xoghol tieghu. Jinghad li certi crieki, kultant zghar, b’disinji fihom, huma gejjin minn zmien l-Gharab. Issib graffiti ta’ crieki maghmulin b’xi kumpass li fihom tara ghamla ta’ fjuri. Min jaf, forsi dawn ukoll ghandhom l-gheruq taghhom fi drawwa Gharbija.


Il-graffiti ta’ bastimenti ghandhom l-importanza taghhom fl-istudju ta’ l-istorja marittima ta’ Malta. Nghiduha mill-ewwel li l-graffiti mhumiex ser jghaddulna xi taghrif tekniku dwar il-bastimenti. Graffit juri biss il-linji principali ta’ bicca tal-bahar u hafna drabi bi stil semplici kemm jista’ jkun. B’danakollu tista’ ssib fihom dettalji li qajla ssib fil-kitba, bhal nghidu ahna l-prezenza ta’ kappillan fuq il-gverta ta’ galera waqt taqtigha fuq il-bahar.17 U xi nghidu dwar ix-xbihat ta’ bastimenti ta’ l-era pre-Kristjana li minnhom nistghu niehdu xi taghrif li ma ssibux fil-kotba, ta’ kif setghu kienu dawk li bahhru madwar Malta?18


Ghal min jaf ihares lejn il-graffiti jara fihom messagg ta’ min ghamilhom. Jara fihom dak li ghaddew minnu missirijietna. Hekk gebla tiehu l-hajja ghax bla ma titkellem tghidlek li xi hadd sab ruhu f’xi periklu kbir, talab lil Alla jew lill-Madonna jew lill-qaddisin u sab l-ghajnuna li kellu bzonn. Mela gebla kiesha turik li ghadha hajja ghax il-graffiti li hemm fuqha ghandhom storja x’jirrakkuntaw.


L-importanza tal-graffiti tidher ukoll meta tqabbel l-ghadd differenti taghhom minn knisja ghal ohra. Hafna minnhom fuq knisja wahda tinduna kemm setghet kienet popolari u x’devozzjoni kien hemm marbuta maghha. Ma’ knisja ohra tara ftit ghax forsi ma kenitx maghrufa hafna. Qabbel l-ghadd kbir ta’ graffiti li hemm mal-knisja ta’ San Pawl Nawfragu19 mal-ftit (p.288) li hemm jew forsi baqa’, ma dik ta’ l-Isperanza jew ta’ San Silvestru.


Meta wiehed jigi ghal interpretazzjoni tal-graffiti irid joqghod attent. Bla ma wiehed jintilef fi rqaqat zejda, b’danakollu, xi ftit tifsir jaghti hajja lix-xbihat li naraw fuq il-gebel. Min ikollu xi ftit taghrif dwar il-bcejjec tal-bahar ikun f’qaghda ahjar minn ohrajn li jkunu ghal kollox sajmin mill-istorja taghhom. Nghidu wkoll li ghal min jaf xi haga dwar il-bastimenti jista’ jaqa’ fit-tentazzjoni li jara dak li ma jidhirx fil-graffiti, filwaqt li bil-maqlub ta’ dan, min ma jifhimx fihom, ghalih ma jfissru xejn. Ghal din ir-raguni ssib min jghid li l-graffiti huma loghob tat-tfal u ma jarax fihom wisq x’japprezza.


Hafna drabi l-graffiti ta’ bastimenti bhal dawk li naraw mal-hitan tal-knisja ta’ San Pawl Nawfragu taralhom biss xi sinjali bazici ta’ grif hekk li tahsibhom li saru bl-addocc, bla ebda skop jew li ma tkomplewx.20 Tara biss xi ftit elementi ta’ xi bastiment bla sura ta’ xejn, izda dan ma nistghux nghiduh ghall-graffiti kollha billi ssib xi ghadd minnhom li fihom tassew xtara li nstabu fi nhawi ohra tal-gzejjer Maltin.21


Fil-Mosta ma nstabux xi graffiti ta’ bastimenti li jinqatghu ghalihom ghalkemm mal-faccata tal-knisja ta’ San Pawl tara wiehed kbir hafna. Mill-bqija ssib hafna xbihat semplici li ma tantx fihom x’tara u b’danakollu xorta wahda ghandhom il-valur ta’ weghda bhal ohrajn li huma wisq isbah minnhom.


Meta wiehed ikun irid ihares lejn il-graffiti ghandu jfittex l-ewwel l-ahjar hin tax-xemx, nghidu ahna l-hdax ta’ filghodu, u jhares mit-tielet sas-seba’ filati. Hemm raguni ghal dan, billi izjed baxx mit-tielet filata jkun impossibbli ghal xi hadd li jnaqqax il-graffit tieghu filwaqt li ‘l fuq mis-seba’ filata jkun (p.289) fil-gholi wisq ghal wiehed ta’ tul normali li jlahhaq biex ihalli hemm il-graffit tieghu. Waqt li normalment il-graffiti nstabu mal-faccata u mal-hajt tax-xellug ta’ xi knisja, fil-kaz tal-knisja ta’ l-Isperanza nstabu xi ftit man-naha ta’ wara taghha.


Graffit ta' salib go cirku, Kappella San Pawl Nawfragu, tal-Qlejgha, Mosta(p.289) Graffit ta’ xi tip ta’ salib go cirku

Bhal f’kull post iehor fejn instabu l-graffiti fil-Mosta, tara hsarat sew minhabba z-zmien li jmermer il-gebla kif ukoll minhabba dawk l-uhud li jhobbu jhazzu mal-hitan bla ma jindunaw bil-hsara li jkunu qed jaghmlu. Wara l-mijiet ta’ snin li ghaddew minn fuq il-gebla tal-franka din issa qed turi sinjali ta’ hsara b’mod specjali fuq l-ewwel filati billi fl-antik ma kienx jintuza l-qatran fuq il-pedamenti. Din forsi hi hsara li wiehed m’ghandux kontroll fuqha izda, li ssib min ihazzez fuq il-graffiti antiki mhix haga accettabbli billi l-vandalizmu hu hazin fih innifsu u ma’ jista’ jkun qatt ittollerat.


Billi dawn il-graffiti huma wirt kulturali religjuz tal-gzejjer Maltin, jixirqilhom li jkunu mharsin u ppreservati ghal ta’ warajna. Ma jidhirx li ghal issa nstabet xi kimika li biha tista’ twaqqaf it-tahsir (p.290) tal-gebla tal-franka izda tezisti l-possibbilta li jsir taghlim dwar l-importanza tal-graffiti. Hemm bzonn li izjed minn haddiehor nedukaw liz-zghazagh billi dawn huma l-futur ta’ Malta biex dawn jidraw iqisu l-graffiti bhala bicca mill-istorja marittima ta’ Malta.


Il-graffiti mal-hitan tal-kappella ta’ San Pawl Nawfragu


Mal-hitan tal-kappella ta’ San Pawl Nawfragu ta’ Wied il-Qliegha nsibu gabra kbira ta’ graffiti ta’ importanza mhux zghira billi thabbatha ma’ dawk tal-Habs il-Qadim t’Ghawdex, tal-knisja parrokkjali l-qadima ta’ Birkirkara, tal-knisja ta’ Wied Qirda ta’ Haz-Zebbug u ta’ dar privata f’Hal Qormi. Il-knisja rurali ta’ San Pawl li tinsab ‘il barra mill-Mosta, maghrufa wkoll bhala ‘Tal-Mingiba,’ nbniet fl-1690 fuq il-post ta’ wahda qabilha. Din tal-lum tbierket fid-9 ta’ Frar 1695 minn Dun Ferdinando Castelletti u zdiedet koppla forsi ftit wara. Ghal xi zmien inqalghet il-kwistjoni biex ikun maghruf ma’ liema parrocca din il-knisja kienet taghmel. Illum nafu li din hi knisja filjali tal-Katidral ta’ l-Imdina.22


Wiehed malajr jinduna li l-knisja llum hi f’livell izjed baxx mit-toroq li jdawwruha. Dan forsi sewa xi ftit biex titnaqqas il-hsara fuq il-gebla mid-dhahen tal-karozzi. Il-gebla tal-knisja ghadha mhux hazin, thalli barra l-ewwel u t-tieni filati tal-hajt tax-xellug. Il-faccata hi tajba u meta tqis li mal-hajt tax-xellug ma tarax tibjid u tikhil dan forsi sewa wkoll ta’ gid ghall-gebla. Hasra li t-turgien tal-faccata tnaddfu’ wisq b’xi sander u minhabba f’hekk sparixxew xi graffiti li kien hemm fuqhom.


Il-graffiti fuq il-faccata tal-kappella


(p.291) Ghalkemm mal-faccata tara hafna graffiti ser nitkellem biss dwar hmistax minnhom ghax jidhru mhux hazin. Bhala ghajnuna ghal min ikun irid jara fejn huma hawn inkluza pjanta tal-faccata bin-numru ta’ graffit li jkun jaqbel mat-tifsir li jsib ghalih (Fig. A). Dawn il-graffiti tal-faccata jkunu jidhru sew fid-dawl tax-xemx fis-sajf bejn il-hamsa u s-sitta u nofs ta’ wara nofs inhar.


Graffit ta' salib go cirku, Kappella San Pawl Nawfragu, tal-Qlejgha, Mosta
(p.291) Fig. A: Pjanta tal-faccata tal-punent tal-kappella ta’ San Pawl li turi fejn huma l-graffiti


Graffit mal-Kappella San Pawl Nawfragu, tal-Qlejgha, Mosta

1. Dan il-graffit xi ftit fil-fond juri forsi ghamla tas-salib ta’ tmien ponot maghluq f’cirku. Hawn forsi wiehed jista’ jammetti li ghandna simbolu tal-Mislem f’cirku meta nafu li dan kien popolari fost l-Gharab. B’danakollu mhux hafif taghti tifsira ta’ dan.


Graffit mal-Kappella San Pawl Nawfragu, tal-Qlejgha, Mosta

2. Hawn ghandna graffit ta’ mirkeb tal-bahar bl-opramorta jew iz-zaqq tieghu gholja, cinta wahda li tindika gverta wahda u bit-tizjin tat-toqob maghha. Jidher li dan kien mirkeb tal-merkanzija, armat b’zewg arbli, b’dak ta’ quddiem ikun qlugh latin. Dak li jidher fuq it-tarf tal-poppa hu x’aktarx l-arblu ta’ l-istandard u l-iehor ta’ quddiemu hu barra minn postu, forsi hi xi tahziza li zdiedet zmien wara li tlesta l-graffit.


Graffit mal-Kappella San Pawl Nawfragu, tal-Qlejgha, Mosta

3. (p.293) Dan hu graffit li ghandu firxa ta’ 165cm u li hu wiehed mill-kbar, u mhux tas-soltu li nsibu fil-gzejjer Maltin. Il-gifen hu wiehed kbir ta’ qlugh kwadri fuq tliet arbli u ghandu opramorta gholja hafna li turi tliet cinet, li huma indikazzjoni ta’ tlitt igvieret. Jidhru wkoll xi toqob li mhux bilfors jirrapprezentaw xi batterija tal-kanuni izda qeghdin hemm bhala tizjin tal-graffit. Min ghamel il-graffit kien ta’ l-affari tieghu billi juri l-pruwa hierga l barra mit-taljamar, il-gverta tal-kassru u dik tal-poppa. Minn taht il-kassru tal-pruwa jidher hiereg il-pupress moghni bi tlitt iqlugh tas-sivadiera. Fuq il-poppa tidher bandiera bi tliet taqsimiet, qisha wahda ta’ l-Italja jew ta’ Franza. L-arblu ta’ quddiem jew it-trinkett hu armat bi qlugh wiehed kwadru, it-tieni wiehed jew dak tal-majjistra ghandu tlieta waqt li l-mezzana jew l-arblu ta’ wara ma juri l-ebda indikazjoni ta’ qlugh mieghu.


Graffit mal-Kappella San Pawl Nawfragu, tal-Qlejgha, Mosta

4. Is-salib ta’ Malta tat-tmien ponot jidher darb’ohra izda din id-darba il-ponot huma maghqudin kollha.


Graffit mal-Kappella San Pawl Nawfragu, tal-Qlejgha, Mosta

5. Hawn ghandna graffit ta’ gifen bl-opramorta gholja hafna mill-ilma, b’ghamla ta’ xprun fil-pruwa u bil-poppa qrib l-ilma li ma tistax titfisser jew forsi sar tentattiv biex jidher it-tmun. Il-poppa n-naha ta’ fuq tidher hierga ‘l barra u lura u fuqha tidher bandiera bla ebda indikazzjoni ta’ xejn. Ta’ min japprezza t-tondjatura li tidher fil-pruwa li tindika r-rota maghquda mal-prim. Ghalkemm jidhru tliet linji mill-pruwa sal-poppa dawn ma jurux il-pozizzjoni ta’ tlitt igvieret izda huma ghamla ta’ tizjin. Jidhru wkoll dawk li qishom zewg arbli n-naha ta’ wara izda mhumiex armati bil-qlugh. Taht il-prim hemm xi toqob li normalment jintuzaw bhala dekorazzjoni. Jista’ jkun ukoll li huma komputazzjoni ta’ ghamla ta’ zmien, mod kif izommu amment taz-zmien li jkun ghaddej minn fuq min (p.295) hazzez dan il-graffit.


Graffit mal-Kappella San Pawl Nawfragu, tal-Qlejgha, Mosta

6. Mill-ftit linji li jidhru minn dan il-graffit ma jistax wiehed jaghti opinjoni x’seta’ kien il-bastiment. Tidher biss l-ghamla tar-rota tal-pruwa bil-pupress hiereg ‘il barra, cinta wahda, indikazzjoni ta’ gverta wahda, u forsi arblu jew bicca minnu mxengel xi ftit ‘il quddiem. Ta’ min jghid li fl-istess naha fejn hemm il-graffiti numri 5 u 6 tara ghadd ta’ bicciet ta’ graffiti ohra li bilkemm jidhru minhabba z-zmien li ghadda minn fuqhom u wkoll minhabba t-tmermir tal-gebla.


Graffit mal-Kappella San Pawl Nawfragu, tal-Qlejgha, Mosta

7. Bastiment tassew stramb jidher f’dan il-graffit kbir mhux hazin u li ghadhom jidhru minnu bosta dettalji. Il-buk jew iz-zaqq tal-bastiment hu baxx ma’ l-ilma izda tara poppa gholja u pruwa merfugha ‘l fuq. Tidher cinta wahda ma’ l-opramorta, indikazzjoni ta’ gverta wahda. Il-linji mxenglin mal-pruwa forsi huma metodu ta’ kif jghoddu z-zmien, indikazzjoni ta’ mqadef, jew il-bahar. Jidhru wkoll tliet arbli izda bla qlugli maghhom waqt li t-trinkett jew dak ta’ quddiem hu armat bis-sarsi mieghu. Ma nafx kif tibda tispjega l-pozizzjoni tal-bandiera li hemm ‘l fuq mill-pruwa li taghti lemha lil wahda Ingliza tal-merkanzija. Hawn jidhru bosta toqob li jzejnu l-graffit u dawn forsi kienu ghamla ohra ta’ kalendarju jew mod kif izommu amment taz-zmien.


Graffit mal-Kappella San Pawl Nawfragu, tal-Qlejgha, Mosta

8. Ghal darb’ohra ghandna hawn graffit indefinibbli ghalkemm joffri elementi ta’ interpretazzjoni. L-ewwel haga li tolqtok hi l-linja ghat-tond li tiehu mir-rota gholja tal-poppa sat-taljamar tal-pruwa. Il-buk hu gholi mill-ilma u tidher fuqu cinta wahda, ghalhekk il-bastiment kellu gverta wahda. Dwar l-arbli li huma neqsin mid-dettalji, nghidu li dak l-gholi hu forsi tal-majjistra u hu armat bil-qlugh kwadri waqt li ghandu (p.296) zewg stralji stirati minn ras l-arblu sal-pruwa. Hemm indikazzjoni ta’ arblu iehor lejn il-poppa izda dan hu nieqes minn kollox. Ta’ min jghid li dawn il-graffiti jonqoshom bosta dettalji jew ikollna nghidu li z-zmien ghamel tieghu.


Graffit mal-Kappella San Pawl Nawfragu, tal-Qlejgha, Mosta

9. L-ghamla tal-palma ta’ l-id, forsi x-xellugija. tidher li saret fuq graffiti ohra ta’ bastimenti eqdem minnha. Dan il-graffit ta’ l-id ghandu xi hsarat izda wiehed jista’ jara fuqu xi sinjali weqfin u ghadd gmielu ta’ toqob bhala tizjin, jew forsi ghandhom maghhom xi tifsir iehor.


Graffit mal-Kappella San Pawl Nawfragu, tal-Qlejgha, Mosta

10. Fil-qrib ta’ din il-palma ta’ l-id wiehed isib par idejn ohra din id-darba li ma tistax tghid mil-liema naha qed thares lejhom jekk hux min-naha tad-dahar jew tal-wicc taghhom. Qed nghidu dan ghax f’inhawi ohra l-graffist gieli wera d-dwiefer tas-swaba’ biex b’hekk juri l-id min-naha tad-dahar.23 B’xorti hazina dan il-graffit sar fuq iehor ta’ bastiment li jidher li ghandu bandiera fuqu u li hu wisq izjed antik mill-id.


Graffit mal-Kappella San Pawl Nawfragu, tal-Qlejgha, Mosta

11. Tliet filati ‘l fuq mill-ghatba tal-bieb tal-faccata u n-naha tal-lemin, wiehed jara graffit uniku ta’ qatta’ qamh. Graffit bhal dan s’issa ma nstab imkien. Billi din il-knisja hi mdawra b’hafna raba’ jista’ jkun li xi bidwi ried ihalli dik il-marka mal-hajt bhala sinjal ta’ radd il-hajr.


Graffit mal-Kappella San Pawl Nawfragu, tal-Qlejgha, Mosta

12. Mat-tieni filata ‘l fuq mill-ghatba tal-faccata u qrib il-pilastru tal-lemin wiehed isib graffit ta’ xini. Din ghandha l-buk baxx ma’ l-ilma, il-poppa hi xi ftit merfugha u tara xi mqadef ukoll. Jidhru zewg arbli u dak ta’ wara taralu qribu zewg linji mxenglin ‘l isfel u lejh; dawn il-linji jirrapprezentaw l-antenna ta’ wara. L-arblu ta’ quddiem jew it-trinkett hu zarmat minn kollox u ma naraw l-ebda hjiel ta’ (p.297) l-attrezzatura tal-hbula.


Graffit mal-Kappella San Pawl Nawfragu, tal-Qlejgha, Mosta

13. Fl-gholi mal-pilastru tal-lemin u mas-seba’ ‘l fuq mill-ghatba tal-faccata jista’ wiehed jinduna li hemm fdal ta’ graffiti forsi jixbah il-poppa ta’ mirkeb. Li baqa’ minnu huma biss erba’ sinjali li jiehdu lura lejn ir-rota tal-poppa, biex nghidulha hekk. Mill-bqija l-buk tal-bastiment jidher nofsu biss u ma tara l-ebda hjiel ta’ l-arbli jew tal-hbula taghhom.


Graffit mal-Kappella San Pawl Nawfragu, tal-Qlejgha, Mosta

14. Fuq l-ewwel ghatba tal-bieb minn isfel u n-naha tal-lemin, tara graffit ta’ trija. Din kienet loghba ta’ tfulitna li (p.298) f’dawn iz-zminijiet intilfet u ntesiet kwazi ghal kollox fost it-tfal tal-lum.24 Hawn ta’ min isemmi li fl-antik il-knejjes kollha kienu jgawdu l-immunita25 hekk li xi hadd li jkun kiser il-ligi u jdabbar rasu mqar fuq iz-zuntier ta’ knisja, il-gustizzja ma setghetx tmidd idejha fuqu. Jista’ jkun li xi hadd bhal dan kien iqatta l-hin tieghu fuq l-ghatba tal-knisja jilghab it-trija wahdu. Instabu graffiti tat-trija fic-celel tal-habsijiet bhal dawk t’Ghawdex u tal-Gran Kastellanija l-Belt. Il-prigunieri, hem, kien ikollhom hin bizzejjed biex jilaghbu trija!26


Graffit mal-Kappella San Pawl Nawfragu, tal-Qlejgha, Mosta

15. Meta thares man-naha tal-lemin tal-bieb, fuq il-hames filata ghandek tara graffit ta’ bastiment indefinibbli li ghandu l-buk gholi ghat-tond waqt li l-poppa hi catta u xi ftit imxengla lura. Ghal darb’ohra hawn naraw it-tliet arbli zarmati ghal kollox mill-qlugh u l-irbit tieghu. Dak tan-nofs jew tal-majjistra jaghti l-impressjoni li ghandu s-sarsi mieghu. Dan il-graffit thalla bl-ghamla semplici tieghu bla ma l-graffist habbel rasu biex ihalli warajh xi disinn specjali. Halla l-marka tieghu ta’ (p.299) hajr u barra bid-daqq.


Il-graffiti fuq il-hajt tax-xellug tal-kappella


Mal-hajt tax-xellug tal-knisja jidhru ta’ l-inqas dsatax-il graffit li tista’ tghid xi haga dwarhom (Fig. B). Dan barra l-hafna ohrajn li maz-zmien bdew jghibu minhabba t-tifrik tal-gebla u t-tifrix tal-likeni, ghalkemm b’xi mod dan ghen biex il-gebla zzomm ahjar. Biex wiehed jara sew dawn il-graffiti jaqbel li jiflihom fix-xemx ta’ bejn id-disgha ta’ filghodu u nofs inhar.


Graffiti fuq il-hajt tal-genb tal-Kappella San Pawl Nawfragu, tal-Qlejgha, Mosta
(p.291) Fig. B: Pjanta tal-faccata tat-tramuntana tal-kappella ta’ San Pawl li turi fejn huma l-graffiti


Graffit mal-Kappella San Pawl Nawfragu, tal-Qlejgha, Mosta

1. Dan il-graffit issibu qrib il-pilastru tax-xellug tal-bieb tal-genb fuq it-tielet filata mill-art. Hawn ghandna xbiha ta’ mirkeb mhux maghruf u mhux komplut li juri buk ftit gholi u ghat-tond mill-pruwa ghall-poppa, cinta wahda, tliet arbli u pruwa catta. It-tliet arbli huma zarmati minn kollox ghalkemm tidher bhal bandiera ta’ l-Ordni fuq il-majjistra u ohra bi tliet taqsimiet vertikali fuq it-trinkett.


Graffit mal-Kappella San Pawl Nawfragu, tal-Qlejgha, Mosta

2. Filata ‘l isfel mill-ewwel wiehed issib graffit iehor ta’ mirkeb bla forma ta’ xejn izda juri l-elementi ta’ bastiment b’zewg arbli. Il-buk hu ghol hafna mill-ilma, ghandu cinta wahda li tfisser gverta wahda. Tara linja wahda ghat-tond (p.301) mill-poppa ghall-pruwa b’linja zghira taht il-prim, li forsi tindika l-livell tal-bahar. L-arbli huma zarmati minn kollox ghalkemm fuq dak ta’ wara tidher il-bandiera ta’ l-Ordni u fuq ta’ quddiem hemm ohra b’zewg taqsimiet mimdudin.


Graffit mal-Kappella San Pawl Nawfragu, tal-Qlejgha, Mosta

3. Hawn ghandna graffit li ghal min ma jifhimx hu bla sugu ta’ xejn. Izda l-istorja hi xort’ohra meta wiehed isir jaf li hemm xebh bejn dan u graffiti li tara f’postijiet ohra. Dak li jidher ma’ l-arblu hu l-qlugh tieghu mkebbeb mieghu u bhalu naraw xi graffiti barranin bhal dawk li nstabu mal-hitan tal-knejjes ta’ San Stefan u San Spar tal-Bulgarija.27 Il-graffit juri bicca tal-bahar baxxa ma’ l-ilma, bi qlugh wiehed, forsi kwadru, u ma jidhrux imqadef. Il-haga kurjuza hi li tara dak li qisu buk iehor taht l-ewwel wiehed. Meta tifli sew dan il-buk tinduna li jixbah sew iehor li tarah fuq gebla wieqfa li hemm fit-Tempji ta’ Hal Tarxien.28


Graffit mal-Kappella San Pawl Nawfragu, tal-Qlejgha, Mosta

4. Dan hu graffit sabih ta’ galera li kienet xini tal-glied tal-kavallieri.29 Thalli barra xi ftit tifrik tal-gebla li hemm in-naha tal-poppa, il-graffit juri sew buk baxx ma’ l-ilma, xprun twil fil-pruwa, poppa xi ftit gholja izda mhassra minhabba l-hsara li fiha l-gebla u tara wkoll zewg arbli li kull wiehed hu armat bi qlugh latin. L-arbli huma kompluti bis-sarsi maghhom u bil-qlugh mifrux ghar-rih. Wiehed jinduna li biz-zmien xi linji tal-qlugh thassru. L-unika cinta li tidher fuq il-buk tindika l-gverta wahdanija li kien ikollha galera.


Graffit mal-Kappella San Pawl Nawfragu, tal-Qlejgha, Mosta

5. Il-graffit, bhal hafna bhalu ma’ din il-knisja, jidher li mhux komplut. Tara buk u poppa maqtugha ghad-dritt, xi ftit gholjin, u ma’ l-uniku arblu li jidher hemm qlugh kwadru komplut bil-brazzi mieghu u hemm is-sarsi ma’ kull naha ta’ l-arblu. Il-pruwa hi mitlufa fit-tifrik tal-gebla.


Graffit mal-Kappella San Pawl Nawfragu, tal-Qlejgha, Mosta

6. (p.303) Hawn ghandna graffit, jew dak li baqa’ minnu, ta’ xini bi qlugh latin jew dak trijangulari. Il-linja ghat-tond mill-pruwa ghall-poppa ma tistennihiex fuq xini li ssoltu tkun baxxa ma’ l-ilma u bil-buk xi ftit ghad-dritt ukoll. Jidher arblu wiehed armat bi qlugh li r-relinga tieghu n-naha t’isfel taralha l-marki tal-veres li minnhom ikun maghmul il-qlugh. In-naha ta’ wara, fuq il-poppa, ghalkemm din ma tantx fadal minnha, tara arblu iehor li x’aktarx kien dak li mieghu jitla’ l-istandard ta’ l-Ordni.


Graffit mal-Kappella San Pawl Nawfragu, tal-Qlejgha, Mosta

7. Dan il-graffit li ssibu fuq il-hames filata kwazi mal-koxxa tal-lemin tal-bieb tal-genb tal-knisja, ghadu jidher mhux hazin ghalkemm fuqu kibret ix-xitla tal-likeni. Dan il-graffit juri xini baxx ma’ l-ilma b’cinta wahda, ghalhekk kellu gverta wahda, il-pruwa tiela’ ‘l fuq u bil-poppa xi ftit gholja wkoll, izda bla kabina fuqha. Jidher li x-xini kien armat bi tliet arbli ta’ qlugh latin ghalkemm ghandna hjiel ta’ wiehed biss li qieghed fil-poppa izda ma jidhirx l-arblu tieghu. Dak tal-majjistra hu komplut bis-sarsi mieghu izda ma ghandux qlugh mieghu waqt li t-trinkett jidher wieqaf biss, bla attrezzatura ta’ hbula jew ta’ qlugh.


Graffit mal-Kappella San Pawl Nawfragu, tal-Qlejgha, Mosta

8. Zewg filati ‘l isfel mill-graffit li ghadna kemm fissirna tara iehor li jaghti l-impressjoni ta’ gifen ta’ qlugh kwadri fuq l-arblu tal-majjistra. Ghandu l-buk xi ftit gholi, pruwa xi ftit goffa u l-arblu ta’ quddiem jew it-trinkett hu armat bi qlugh latin. Billi l-poppa hi mitlufa xi ftit fit-tahsir tal-gebla ma tistax tghid jekk kienx hemm fuqha arblu iehor tal-qlugh, jew forsi dik il-bicca li ghadha tidher kienet bicca mill-arblu ta’ l-istandard.


Graffit mal-Kappella San Pawl Nawfragu, tal-Qlejgha, Mosta

9. Mat-tieni filata ‘l fuq mill-ghatba tal-bieb tal-genb, u mal-koxxa tal-lemin, tara graffit sabih ta’ gifen ta’ qlugh kwadri. Il-buk jew l-opramorta hi gholja mil-livell ta’ l-ilma, tidher fuqha cinta (p.304) wahda ghalhekk nghidu li l-gifen seta kellu batterija wahda ta’ kanuni u l-poppa fiha dehra tridimenzjonali, haga li ma kontx isibha hafna fuq il-grattiti billi dawn generalment juru biss il-profil ta’ bastimenti. Il-pruwa m’ghandiex disinn tajjeb jew forsi hi xi ftit mitlufa fil-hsara tal-gebla. Harsa lejn l-arbli naraw li t-trinkett u l-majjistra huma armati bi qlugh kwadri waqt li l-mezzana jew l-arblu ta’ wara ghandu mieghu qlugh latin. Ghal min jaf josserva, jinduna li l-qlugh il-kbar, sew tat-trinkett kif ukoll tal-majjistra, mhumiex armati, manuvra li kienu juzawha meta bastiment ikollu rih xi ftit haj fid-direzzjoni mehtiega. Fuq il-poppa tidher bandiera b’zewg taqsimiet mimdudin waqt li ma’ l-arbulett tat-trinkett tidher ohra bla tifsir ta’ xejn.


Graffit mal-Kappella San Pawl Nawfragu, tal-Qlejgha, Mosta

10. Dan hu graffit li forsi qatt ma tkompla, li l-graffist bdieh billi ghamel it-toqob f’posthom qabel ma kompla bil-brix tieghu. Dan issibu mal-filata ta’ fuq l-ghatba mal-koxxa tax-xellug tal-bieb tal-genb. Nistghu nghidu wkoll li l-graffist kien interessat biss li jhaffer it-toqob u xejn izjed.30


Graffit mal-Kappella San Pawl Nawfragu, tal-Qlejgha, Mosta

11. Hawn mal-hajt ta’ din il-knisja nstab graffit rari ta’ ghasfur jew ta’ tajra u forsi izjed minn wahda wkoll hdejn xulxin, simbolizmu li forsi ghandu l-gheruq tieghu f’xi drawwiet tal-Gharab. Min jaf forsi ‘l quddiem johrog xi taghrif gdid li jixhet dawl fuq dan is-simbolizmu. Dawn l-ghasafar tarahom fuq ir-raba’ filata ‘l fuq mill-ghatba tal-bieb tal-genb.31


Graffit mal-Kappella San Pawl Nawfragu, tal-Qlejgha, Mosta

12. Qrib il-graffit ta’ l-ghasafar jew tajr tara graffit ta’ xini bil-buk baxx ma’ l-ilma, cinta wahda, poppa gholja u zewg arbli armati bi qlugh latin. Ghalkemm id-disinn tal-poppa ma fihx ghamla maghrufa jew li taqbel ma’ wahda ta’ zmien il-kavallieri, b’danakollu jaghti idea ta’ wahda ta’ galera. L-arbli u (p.305) l-qlugh ma juru l-ebda sinjal ta’ attrezzatura tal-hbula.


Graffit mal-Kappella San Pawl Nawfragu, tal-Qlejgha, Mosta

13. Mat-tielet filata ‘l fuq mill-ghatba, u n-naha tal-lemin tal-bieb, tara graffit imhaffer xi ftit fil-fond izjed mill-ohrajn u forsi ghalhekk baqa’ jidher sewwa. Ghalkemm hawn ghandna xini ta’ qlugh latin, il-buk hu gholi mill-ilma, haga li mhux soltu taraha fuq xini. Fil-pruwa jidher car l-ixprun u fuq il-poppa hemm il-bandiera ta’ l-Ordni. Min jaf, forsi qrib il-bandiera hemm il-padrun bilwieqfa mqabbad mal-lacc tat-tmun tal-bicca tal-bahar. Iz-zewg arbli huma armati bil-qlugh latin u tara wkoll fuqhom hjiel tal-veres li minnhom ikun maghmul il-qlugh. Fuq l-arblu tat-trinkett hemm bandiera ohra li ma tistax tghid x’tirraprezenta.


Graffit mal-Kappella San Pawl Nawfragu, tal-Qlejgha, Mosta

14. Qrib tal-graffit nru. 13 tara iehor li fih figura mhux hazin. Hawn ghandna mirkeb ta’ qlugh latin bi xprun fil-pruwa u tara dik li qisha rambata li minn fuqha kienu jaqbzu s-suldati ghal fuq l-ghadu, Il-poppa titla’ ‘l fuq izda fuqha la tidher kabina u lanqas bandiera. Sinjal mimdud, jew dak li baqa’ minnu, jfisser li l-mirkeb kellu gverta wahda. Waqt li l-arblu tat-trinkett jew dak ta’ quddiem jidher bil-qlugh latin mieghu mill-majjistra tidher l-antenna biss. Ghal darb’ohra hawn naraw graffit li jhalli ghal kollox barra kull hjiel ta’ attrezzatura tal-hbula.


Graffit mal-Kappella San Pawl Nawfragu, tal-Qlejgha, Mosta

15. Dan il-graffit, li b’xorti hazina ghandu fuqu xi tahziz modern tal-vandali ta’ zmienna, juri r-rambata n-naha tal-pruwa. L-ixprun hiereg ‘il barra, u l-poppa hi mitlufa, forsi minhabba z-zmien li ghadda minn fuq dawn il-graffiti kif ukoll minhabba l-hsara min-nies li ziedu hafna tahziz fuqu. Fuq it-trinkett tara qlugh latin tassew proporzjonat mal-bqija tal-mirkeb. Il-linja ghat-tond mill-pruwa sal-poppa mhux soltu taraha fuq xini (p.307) ta’ din l-ghamla.


Graffit mal-Kappella San Pawl Nawfragu, tal-Qlejgha, Mosta

16. Filata ‘l fuq mill-ghatba, u man-naha tal-lemin tal-bieb tal-genb, hemm il-fdal ta’ graffit ta’ mirkeb kbir li minnu tara biss il-linja mimduda tal-bardnell - biex nghidulha hekk - u zewg arbli armati bi tlitt iqlugh kwadri fuq kull wiehed minnhom. Dan hu graffit iehor nieqes minn kull hjiel ta’ hbula.


Graffit mal-Kappella San Pawl Nawfragu, tal-Qlejgha, Mosta

17. Dan il-graffit kbir li ssibu max-xellug tal-pilastru tax-xellug hu nieqes minn bosta dettalji. B’danakollu fil-poppa jidhru xi sinjali li jaghtu idea tridimenzjonali taghha, il-pruwa hi mitlufa ghal kollox. Ghandna hjiel ta’ tliet arbli, izda neqsin mill-pniener taghhom.


Graffit mal-Kappella San Pawl Nawfragu, tal-Qlejgha, Mosta

18. Max-xellug tal-pilastru ta’ qrib il-faccata tal-knisja, u mar-raba’ filata ‘l fuq mill-art, wiehed jista’ jara ghamla tal-palma ta’ l-id xi ftit sfigurata. B’differenza ma’ postijiet ohra fejn instabu xi graffiti, hawn tara ta’ l-inqas erba’ idejn li jfakkruk fis-simbolizmu ta’ l-id ta’ Fatma li ghadek issibha f’pajjizi Gharab.


Graffit mal-Kappella San Pawl Nawfragu, tal-Qlejgha, Mosta

19. (p.308) L-ahhar graffit, jew il-ftit li baqa’ minnu, li tara mal-hajt tal-genb ta’ din il-knisja, issibu fuq it-tielet filata mill-art, u mat-tarf tal-hajt n-naha tax-xellug. Dan il-graffit ma jurix hlief dak li qisu l-buk ta’ mirkeb bil-pruwa li tispicca bl-ixprun u l-poppa ghat-tond; ma tarax arblu wiehed, jew ikollna nghidu li l-graffist ma kompliex dan il-mirkeb, jew iz-zmien ghamel tieghu.


Mal-hitan tal-kappella ta’ San Pawl Nawfragu fil-Mosta ma narawx xi graffiti ‘sbieh’ hafna izda l-ghadd kbir taghhom ipatti ghal dan in-nuqqas. Nafu li mill-Mosta ma hargux hafna bahhara u forsi ghal din ir-raguni tara hafna graffiti qishom xoghol tat-tfal. Ghal min jaf ihares lejn dawn il-graffiti ghandu jisma’ l-lehen tal-messagg li johrog minnhom. Kien hemm bosta nies li resqu lejn Alla jitolbu l-ghajnuna Tieghu jew biex jirringrazzjawH ghall-ghajnuna li sabu Fih. Ghax dawn il-graffiti ghandhom tifsira xi jwasslu, ta’ min jaghti kashom u jharishom.


Il-graffiti huma bicca shiha mill-kultura taghna li barra milli jixhtu dawl fuq l-istorja marittima ta’ pajjizna, tara fihom l-att ta’ fidi ta’ missirijietna. Dan il-wirt religjuz u kulturali ghandu jinghata l-importanza li tixraqlu u ghandna niehdu hsiebu qabel ma jkun lard wisq.


Riferenzi

  1. Vide J. Muscat, ‘Il-Graffiti mal-Hitan tal-Grotta ta’ San Pawl tar-Rabat’, Lehen is-Sewwa, 30.iii.1991, 8 & 6.iv.1991, 8-9; Graffiti Marittimi f’Haz-Zebbug, (Malta, 2003); ‘Graffiti mal-Hitan tal-Knisja’, H’Attard, 83 (Malta, 1993), 7-27.
  2. J. Muscat, ‘Maltese Ship Graffiti’, C. Villain-Gandossi, S. Busuttil, P. Adam (ed.), Medieval Ships and the Birth of Technological Societies, ii, The Mediterranean Area and European Integration, (Malta, 1991), 331.
  3. The Sunday Times, 10.vi.2001, 18.
  4. Instabu graffiti fuq l-injam fil-Habs il-Qadim, Ghawdex, u fil-Muzew ta’ l-Istorja Naturali, l-Imdina. Fis-sagristija l-gdida tal-knisja parrokkjali ta’ Haz-Zebbug tara graffiti ma’ l-injam tal-kaxxarizzi li ta’ min jaghti kashom.
  5. P. Cassar, ‘The Nautical Ex-Votos of the Maltese Islands’, Maltese Folklore Review, i/3 (Malta, 1966), 226; L. Luttrell (ed.), A Maltese Casale, its Churches and Paintings, (Malta, 1976), 81.
  6. Vide J. Muscat, Il-Kwadri Ex-Voto Marittimi Maltin (Malta, 2003).
  7. Dan hareg car mix-xhieda ta’ mara anzjana, Rita Cardona, meta kont qed nezamina l-graffiti li hemm mal-faccata tal-knisja tal-Madonna ta’ l-Abbandunati, Haz-Zebbug.
  8. Fil-knisja ta’ San Rokku, Hal Balzan, tara xi graffiti tassew interessanti mal-hitan ta’ gewwa taghha.
  9. Ghal lista twila ta’ fejn instabu graffiti fil-gzejjer Maltin: vide J. Muscat, Il-Graffiti Marittimi Maltin, (Malta, 2002), vii-ix, 278; J. Muscat, ‘Ship Graffiti - A Comparative Study’, Journal of Mediterranean Studies, 9/1, (Malta, 1999), 86, 87.
  10. L. Basch, Le Musee Imaginaire de la Marine Antique (Athens, 1987), 395.
  11. A.F. Anati & E. Anati, Missione a Malta (Milano, 1966), fig. 27.
  12. F’Hal Far, f’qabar neo-Puniku, nru. 3, nstabet gebla li fuqha jidher graffit ta’ qoxra tal-bahar ta’ 100 q.K.
  13. Ghal taghrif fit-tul dwar il-graffiti ta’ zmien l-Ordni f’Malta: vide Muscat (2002).
  14. P. Cassar, ‘The Nautical Ex-Votos of the Maltese Islands’, Maltese Folklore Review, i/3 (Malta, 1966), passim.
  15. Ghal kotba u bosta awturi barranin li kitbu dwar il-graffiti: vide J. Muscat, Il-Graffiti Marittimi Maltin, (Malta, 2002), 279-81.
  16. Ghas-simbolizmi ta’ trija, moxt, pala ta’ l-id u l-id ta’ Fatma: vide J. Muscat, Il-Graffiti Marittimi Maltin, (Malta, 2002), 22. Dwar l-id ta’ Fatma, ghadu wiehed jista’ jaraha fuq xi bcejjec tas-sajd Tunezini u ssib bhalha zghira tal-metall li tinxtara bhala suvenir.
  17. Dan il-graffit issibu fil-knisja ta’ San Rokku f’Hal Balzan.
  18. Ghal graffiti ta’ bastimenti ta’ zmien klassiku: vide Muscat (2002), 51-60.
  19. Kollezzjonijiet ohra kbar ta’ graffiti ssibhom mal-hitan tal-knisja parrokkjali l-qadima ta’ Birkirkara; il-knisja tal-Vizitazzjoni ta’ Wied Qirda, Haz-Zebbug; San Blas, is-Siggiewi; il-habs il-qadim f’Ghawdex; u dar privata f’Hal Qormi.
  20. Dan kollu nistghu nghiduh ghal bosta graffiti barranin, bizzejjed tara dawk li jidhru fil-ktieb: N. Ovcharov, Ships and Shipping in the Black Sea XIV-XIX, (Sofia, 1993), passim.
  21. Il-graffiti li nstabu f’dar privata f’Hal Qormi jinqatghu ghalihom minn graffiti ohra: vide Muscat (2002), 250-9.
  22. A. Guillaumier, Bliet u Rhula Maltin (Malta, 1972), 274.
  23. J. Muscat, Il-Graffiti Marittimi Maltin, (Malta, 2002), 88.
  24. Dwar il-loghba tat-trija, kienu jilaghbuha b’settijiet ta’ hdax-il pedina maghmulm minn bicciet ta’ (p.310) hgieg, zrar, xaqquf jew fazola. Kienet tindaghab billi jaqbzu pedina wiehed ta’ l-iehor u f’kaz bhal dan it-trija jsejhulha ‘Nieklu,’ i.e. ‘Take it’ or ‘We win.’
  25. Dwar l-immunita tal-knejjes: vide F. Ciappara, Non Code L’lmmunita Ecclesiastica, Melita Historica, ix/2 (Malta, 1985), passim.
  26. Vide J. Muscat & J. Cassar, ‘The Gozo Prisons Graffiti’, Melita Historica, 11/3, (Malta, 1994), 241-73.
  27. Ovcharov, passim; J Morgan, La Prehistoire Orientale (Paris, 1926), 131.
  28. D. Woolner, ‘Graffiti of Ships at Tarxien, Malta,’ Antiquity, xxxi/122 (UK, 1957), 62-6.
  29. Ghal taghrif fit-tul dwar il-galera: vide J. Muscat, The Maltese Galley (Malta, 1998).
  30. Graffit bhal din, maghmul minn toqob biss, tarah mal-hajt tal-knisja tal-Lunzjata ta’ Haz-Zebbug (Malta): vide J. Muscat, Il-Kwadri Ex-Voto Marittimi Maltin (Malta, 2003), 30.
  31. Graffiti ta’ tajr jew ghasafar instabu wkoll fil-Palazz ta’ San Anton, H’Attard, u mal-hitan ta’ l-Imhazen ta’ Pinto, il-Belt.



Kapitli ohra mill-ktieb

  1. Introduzzjoni.
  2. Il-bidu u l-ewwel zminijiet tas-Socjeta Filarmonika Santa Marija tal-Mosta.
  3. Is-Socjeta Santa Marija: minn Kazin ghal Socjeta Filarmonika.
  4. In-nisga urbana u rurali tal-Mosta.
  5. Il-Mosta u l-inhawi ta’ madwar fiz-Zmien tan-Nofs.
  6. Il-Mosta Nisranija.
  7. Il-Gvern lokali fil-Mosta (1773 – 1896).
  8. Rahal fi gwerra: il-Mosta matul it-Tieni Gwerra Dinjija.
  9. Iz-zamma ta’ l-ordni fil-Mosta mill-1800.
  10. Mill-hajja tal-Mosta fl-ewwel nofs tas-seklu ghoxrin.
  11. Graffiti fil-Mosta: Il-hitan tal-kappella ta’ San Pawl Nawfragu.