EX ANNALIBUS MUSTAE
George Cassar, editur
Pubblikazzjoni tas-Socjeta Filarmonika Santa Marija Mosta f'gheluq l-100 sena (1905-2005) mit-twaqqif tas-Socjeta.
Dan il-ktieb interessantissimu jinxtara mill-Kazin Santa Marija. Din il-verzjoni digitali ma fihiex il-parti bl-Ingliz, u dik bil-Malti taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.
1. Il-bidu u l-ewwel zminijiet tas-Socjeta Filarmonika Santa Marija tal-Mosta
Grazio A. Grech
(p.3) Xi kittieba jgharrfuna li wara li xi bandisti nfirdu minn hdan l-ghaqda muzikali ‘Nicolo Isouard’ tal-Mosta, dawn, fl-1905, waqqfu ghaqda muzikali ohra fil-Mosta, u b’hekk f’dawk iz-zminijiet kien hemm zewg ghaqdiet filarmonici. Dawn l-istess kittieba jghidu li qabel ma l-ghaqda muzikali ‘Santa Marija’ hadet l-isem taghha, din kienet maghrufa bhala Circolo Unione.
Fis-sena 1903 insibu li fil-Mosta ga kien hemm ‘Casino Santa Maria’ li kien jinsab f’numru 103, Strada Rjali.1 Nota taht il-firma tal-President, Cesareo Chetcuti, tghid li d-direzzjoni ta’ dan il-kumitat kompost minn president, segretarju, kaxxier u direttur, jilqghu membri godda fi hdan din il-ghaqda bi hlas ta’ mizata: “… è stato la direzione di un Comitato composto del Presidente, Segretario, Casiere e Direttore. L ammesione da essere proposta da qualunque membro del Casino. Sotto scrizione trimestrale 3s. Ingresso 4s 2d. Presidente Cesareo Chetcuti.” Din l-istess informazzjoni nsibuha wkoll ghas-sena 1905.2 Nafu wkoll li parti mill-ispejjez tax-xoghol tal-gwarnicun tar-Rotunda li sar bejn l-1899 u l-1903 thallsu mill-President Cesareo Chetcuti tal-Kazin Santa Marija.
Xi sorsi jinnotaw li l-kittieb Robert Mifsud Bonnici jgharrafna li ghal habta tas-sena 1900, Mro. Anton Miruzzi kien direttur tal-Banda Santa Marija.3 Madankollu l-istess Mifsud Bonnici jghidilna li ghall-habta tal-1900 il-Banda Nicolo Isouard kienet immexxija minn Mro. A. Miruzzi.4 Anki l-istorja tgharrafna li f’dak iz-zmien Mro. Anton Miruzzi kien surmast-direttur tal-banda l-ohra Mostija, Nicolo Isouard.5
L-istoriku Arturo Caruana fil-ktieb tieghu Storja ta’ Malta, indika li fl-1905 Mro. Anton Miruzzi kien is-surmast-direttur tal-Banda Santa Marija waqt li (p.4) bhala surmast tal-Banda Nicolo Isouard indika lil Giobattista Mifsud.6 madanakollu, ghas-sena 1905, sors iehor jghid Mro. Anton Miruzzi kien surmast-direttur tal-Banda Nicolo Isouard, waqt li s-Sur Giobattista Mifsud kien id-direttur tal-kazin u l-istess banda.7 Il-Malta Taghn ta’ l-istess sena tikkonfenna li Mro. A Miruzzi kien ghadu surmast-direttur tal-Banda Nicolo Isouard,8 waqt li l-Guida Generale tas-sena 1908, jindika wkoll bhala surmast-direttur tal-Banda Nicolo Isouard lil Mro. A Miruzzi.9
Izda storikament nafu li fl-1905, il-Banda Santa Marija tal-Mosta kienet diga mwaqqfa u stabbilita tajjeb. Tant li matul l-istess sena din il-banda Mostija tat diversi servizzi muzikali fil-pubbliku kemm fil-Mosta kif ukoll barra mill-Mosta. Nafu li nhar it-23 ta’ Lulju, 1905, il-Banda Santa Marija taht it-tmexxija tas-surmast taghha, Mro. Guzeppi Micallef, esegwiet programm muzikali fil-pjazza tal-Mosta. F’dan il-programm il-banda esegwit il-marc Core ed Arte ta’ D. Barbara, l-Overture Masaniello ta’ Auber, selezzjoni mill-opra Aida ta’ Verdi, il-kavatina Barbiere ta’ Rossini, il-valz Spanjol El Turia ta’ D. Granado u l-polka Aux Frendchaft ta’ Liebig. Il-Banda Santa Marija kienet ghalqet dan il-programm bid-daqq ta’ l-innu L’Unione u l-God Save the King.10
Mro. Guzeppi Micallef twieled f’Haz-Zabbar, nhar il-5 ta’ Gunju, 1854, bin Anton u Carmela, mwielda Meli. Kien idoqq mal-banda tar-Royal Malta Fencible Artillery u kien ukoll surmast-direttur ta’ diversi baned Maltin, fosthom tal-baned Maria Mater Gratiae (p.5) u San Mikiel ta’ Haz-Zabbar, Prince of Wales ta’ Vittoriosa, Melita tan-Naxxar, kif ukoll tal-banda l-ohra Mostija, Nicolo Isouard. Is-Surmast G. Micallef ikkompona wkoll diversi bcejjec muzikali. Huwa kien mizzewweg lil Grazia Psaila u kellhom hames ulied. Miet il-Hamrun nhar l-20 ta’ Ottubru, 1914.11
Minn korrispondenza, datata 20 ta’ Lulju, 1906, li ghaddiet bejn id-deputazzjoni tal-festa ta’ Santa Marija komposta mill-arcipriet ta’ dak iz-zmien, Dun Gwann Sarreo D.D., Dun Gwann Fenech, Dun Ang Camilleri, u Dun Guzepp Borg, u l-baned Santa Marija u Nicolo Isouard dwar is-servizzi li dawn iz-zewg baned Mostin kellhom jaghmlu matul il-granet tal-festa tas-sena 1906, fost affarijiet ohra nsibu ndikat: “… nixtiequ nafu jekk il-filarmonika tieghek (Santa Marija) tridx taccetta l-istess servizz u ddoqqu programm filwaqt il-ghasar ta’ lejlietha bhalma ghamiltu s-sena l-ohra.” Dan il-kliem jindika car li l-Banda Santa Marija kienet hadet sehem fil-festa ta’ Santa Marija fil-Mosta tas-sena 1905.12
Matul is-sena 1905 il-Banda Santa Marija harget iddoqq barra l-Mosta. F’rapport dwar il-festa tal-Madonna tad-Duluri ccelebrata f’San Pawl il-Bahar fl-1905, insibu li z-zewg baned Mostin kienu hadu sehem f’din il-festa: “... San Pawl il-Bahar, mal-banda l-Qadima il-bierah marru wkoll kwazi l-istess nies, San Pawl il-Bahar ghax marret il-banda gdida”. 13 Kif wiehed jista’ jinnota, f’dan r-rapport il-Banda Nicolo Isouard giet identifikata bhala l-banda l-qadima, waqt li l-Banda Santa Marija giet msejha bhala l-banda gdida. Rapport iehor li deher fuq il-gazzetta Malta Taghna (p.6) tat-23 ta’ Novembru 1905, jindika wkoll li l-Banda Santa Marija daqqet programm fl-okkazjoni tal-festa tal-Madonna tad-Duluri fil-Mosta.
Is-sena 1906 gabet maghha xi ftit ta’ l-inkwiet. Mill-korrispondenza li d-deputati tal-festa kienu baghtu lid-dirigenti tal-Banda Santa Marija sabiex jaraw jekk riedux jaccettaw l-istess servizz li kienu ghamlu fis-sena 1905, jigifieri programm lejlet il-festa waqt il-ghasar, mir-risposta li kienu taw l-ufficjali tal-Banda Santa Marija datata 24 ta’ Lulju. 1905, indirizzata lil Dun Ang Camilleri, wiehed mid-deputazzjoni tal-festa, hemm indikat li, “… ahna mixtiqin wisq li niehdu sehem fil-festa ta’ l-Assunta, imma bhala nies ta’ l-istess pajjiz”.14
(p.7) Dan l-ilment hu wkoll indikat fl-ittra li l-istess mexxejja tal-Banda Santa Marija kienu baghtu nhar is-27 ta’ Lulju 1906, lid-deputati tal-festa meta nsibu miktub: “… nirrepetulkom dak li gia ktibnilkom cioe illi ahna nixtiequ wisq li ikolna sehem fil-festa bhala tfal tal-Mosta, u ahna qeghdin naghmlu hekk mhux biex nimmaltrattaw il-festa, imma biex naghmluha izjed kbira il-festa tal-Beata Vergni Marija”. 15
L-ittra tas-27 ta’ Lulju, tkompli taghti aktar taghrif: “… fl-ewwel ittra taghkom li fiha ghidtulna indoqqu fil-festa bhas-soltu, u jiena inghidilkom li dak li kien solitu, ma jezistix izjed, imma spicca, u ma jigix ikkalkulat izjed, imma z-zmien li ahna fih jghodd u mhux l-imghoddi, ghaliex ahna ta’ l-istess patria, cioe ta’ l-istess rahal, ma ghandniex inkunu maltrattati u persegwitati minkom b’dina l-manjiera.” L-ittri f’isem l-Ghaqda Muzikali Santa Marija, kienu ffirmati mill-president, is-Sur Edward Grech, il-vici-president, is-Sur Frangisk Gatt, u l-kummissjonant, is-Sur Pawlu Grech.16
Izda, minkejja dan, iz-zewg baned taw is-sehem taghhom permezz ta’ diversi servizzi matul il-jiem tal-festa ta’ Santa Marija ta’ dik is-sena. Ittra li dehret fuq il-gurnal Malta Taghna tal-25 ta’ Awissu 1906, bil-firma ta’ ‘Indipendent,’ tgharrafna li: “… bosta kienu illi dis-sena hasbu il-kuntrarju billi l-banda l-gdida kienet offisa ghal xi hwejjeg li ppretendiet bhala Mostin u lilha gew michuda. Izda l-banda l-gdida hija Mostija, u bhala Mostija hija kwieta, hija prudenti …” Anki hawn il-Banda Santa Marija giet indikata bhala il-banda l-gdida.17
Fil-bidu tas-sena, 1907, il-Banda Santa Marija li kienet ghadha taht it-tmexxija tas-surmast Guzeppi Micallef, esegwiet programm muzikali fil-pjazza (p.8) tal-Mosta,18 waqt li fl-1908 thallset is-somma ta’ £5 ta’ zewg servizzi li ghamlet fis-7 u fit-8 ta’ Settembru, ghall-okkazjoni tal-festa tal-Vitorja fin-Naxxar: “… pagati alla Societa Filarmonica ‘S. Maria’ della Musta per due servizzi musicali eseguiti l’uno la sera del 7 Sett. e l’altro nel tempo della Processione del giorno susseguente dell’anno 1908”.19 Il-Hadd, 14 ta’ Frar, 1909, il-Banda Santa Marija, taht it-tmexxija tas-Surmast Micallef, esegwiet program mmuzikali fil-pjazza tal-Mosta.20
Ta’ min jghid li Mro Guzeppi Micallef kellu sehem kbir in konnessjoni mal-Banda Peace tan-Naxxar, waqt li din il-banda kienet ukoll taghti xi servizzi fil-Mosta. J.F. Caruana jgharrafna li Mro. Micallef fl-1910 kien ghadu surmast-direttur tal-Banda Santa Marija waqt li jghid ukoll li kien ikkompona l-marca sinfonika, La Giovane Turche, ghall-Banda Santa Marija tal-Mosta.21
Il-Guida Generale tas-sena 1910 tindika li s-sede ta’ din l-ghaqda muzikali kienet f’Via Nuova Valletta.22 Fil-publikazzjoni Storja tal-Mosta hemm indikat li l-Banda Santa Marija baqghet tiffunzjona sal-1911, izda wara l-kazin ta’ din is-socjeta baqa’ miftuh.23 J.F. Caruana jindika li fl-1917 il-Banda Santa Marija kienet ghadha tezisti.24
Robert Mifsud Bonnici fl-istorja tieghu dwar il-Banda Nicolo Isouard jikteb li: “… bejn l-1918 u l-1922, il-banda sfrattat, mietet, u rxutat fl-1923 … waqt li l-Banda z-zaghzugha iffjakkat u mietet hesrem”.25 Hawn l-awtur, qed jalludi ghall-Banda Santa Marija bhala l-banda z-zaghzugha.
Intant fil-Guida Generale tas-sena 1920 niltaqghu mal-Banda Santa Marija, izda din id-darba taht l-isem ta’ ‘L’Assunta,’ li bhala direttur muzikali taghha kellha (p.9) lil Mro. Anton Miruzzi.26 Fl-istess sors nsibu li l-kazin - Circolo Filarmonico - ta’ din l-ghaqda muzikali kien f’numru 179, Triq il-Kungress Ewkaristiku, waqt li bhala president taghha kellha lis-Sur Giovanni Schembri. Is-segretarju u l-kaxxier kienu s-Sinjuri Carmelo Gatt u Vincenz Mifsud rispettivament.27
Fl-istess Guida Generale ta’ snin varji nsibu li l-kazin ta’ din l-ghaqda muzikali - L’Assunta - kien ghadu fl-istess lokal.28 F’numru ta’ hargiet ta’ din il-pubblikazzjoni hemm indikat li Mro. Anton Miruzzi kien id-direttur tas-Socjeta Filarmonika L’Assunta.29
Is-surmast Anton Miruzzi twieled il-Furjana nhar l-10 ta’ Ottubru 1867, bin Guzepp u Mikelina, imwielda Brincat. Huwa kien surmast-direttur ta’ diversi baned Maltin, fosthom La Valette tal-Belt Valletta, San Guzepp tal-Hamrun, Beland taz-Zejtun, I Cavallieri di Malta ta’ tas-Sliema, San Piju X ta’ Hal Lija, Sant’Andrija ta’ Hal Luqa, Nicolo Isouard tal-Mosta u Leone ta’ Ghawdex. Mro. Miruzzi kkompona ghadd varjat ta’ bcejjec muzikali li whud minnhom ghadhom jindaqqu sal-lum, waqt li kiseb diversi unuri bil-kompozizzjonijiet tieghu. Huwa kien mizzewweg lil Koncetta, imwielda Cauchi, u miet il-Hamrun nhar it-23 ta’ Ottubru, 1944.30
Il-Guida Generale tas-sena 1922/23 tindika bhala ufficjali tal-kumitat ta’ din l-ghaqda muzikali lil Cesareo Chetcuti bhala president, lil Felic Schembri bhala segretarju, lil Anglu Grech bhala kaxxier u lil Pietru Camilleri bhala direttur.31
L-istess sors ghas-sena 1925, juri bhala ufficjali tal-Banda L’Assunta lil Cesareo Chetcuti bhala president, lil Pietru Camilleri bhala segretarju, lil Anglu Grech bhala kaxxier, waqt li bhala deputati jindika lil Marcell Vella, (p.10) Salvu Sciberras, Guzeppi Bonnici, u Pietru Camilleri.32
It-tibdil fil-formazzjoni tal-karigi ta’ l-ufficjali tal-kumitat ta’ din l-ghaqda muzikali matul is-snin ghoxrin tas-seklu l-iehor jikkonferma li din is-socjeta, dik il-habta kienet ukoll attiva, u ghalhekk hu ragonevoli li wiehed jassumi li, bhal socjetajiet ohra, matul is-snin gew organizzati minnha ghadd ta’ attivitajiet socjo-kulturali ghall-membri u l-partitarji taghha.
Riferenzi
- Guida Generale di Malta e Gozo (Malta: 1903), 327.
- Guida Generale di Malta e Gozo (Malta: 1905), 292.
- Filarmonika Santa Marija, Mosta 1991 (Malta: 1991); J.J. Camilleri, ‘Filarmonika Santa Marija,’ L-Istorja tal-Kazini tal-Baned f’Malta u Ghawdex, iii (Malta: 1998).
- R. Mifsud Bonnici, Grajja ta’ Baned f’Malta u Ghawdex, ii (Malta: 1957), 75.
- Guida Generale di Malta e Gozo (Malta: 1900), 297; (1903), 318.
- A. Caruana, Storja ta’ Malta, (Malta: 1904), 448.
- Guida Generale di Malta e Gozo (Malta: 1905), 289.
- Malta Taghna, 12.vii.1905.
- Guida Generale di Malta e Gozo (Malta: 1908), 327.
- Malta Taghna, 22.vii.1905.
- Socjeta Filarmonika Maria Mater Gratiae 1883-1983, Grajja ta’ Mitt Sena (Malta: 1983); The Times, 14.ix.1982.
- Malta Taghna, 4.viii.1906.
- Ibid., 30.ix.1906.
- Ibid., 4.viii.1906.
- Ibid.
- Ibid.
- Ibid., 25.viii.1906.
- Ibid., 23.ii.1907
- A(rkivju) P(arrokjali) N(axxar), ‘Esito per banda musicale,’ Lib. Esito, Amministr. Rev. Guzeppe Attard, 1908, f.47.
- In-Nahla, 13.ii.1909.
- The Times, 14.ix.1982; Programm tal-festa, 1985, Soc. Fil. Maria Mater Gratiae, Zabbar (Malta: 1985).
- Guida Generale di Malta e Gozo (Malta: 1910), 395.
- E.B. Vella et al., Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta: 1972), Zieda IV,, 260.
- The Times, 14.ix.1982.
- R. Mifsud Bonnici, Grajja ta’ Baned f’Malta u Ghawdex, ii (Malta: 1957), 76.
- Guida Generale di Malta e Gozo (Malta: 1920), 220.
- Ibid., 329.
- Guida Generale di Malta e Gozo (Malta: 1922/23, 1925, 1927, 1929/30, 1931/21, & 1933/34), 327.
- Guida Generale di Malta e Gozo (Malta: 1922/23), 300; (Malta: 1925), 354; (Malta: 1927), 398.
- G.A. Grech, 14-il Profil ta’ Muzicisti Ghawdxin, Maltin u Barranin (Malta: 1998), 22-8.
- Guida Generale di Malta e Gozo (Malta: 1922/23), 310.
- Guida Generale di Malta e Gozo (Malta: 1925), 364.
Kapitli ohra mill-ktieb
- Introduzzjoni.
- Il-bidu u l-ewwel zminijiet tas-Socjeta Filarmonika Santa Marija tal-Mosta.
- Is-Socjeta Santa Marija: minn Kazin ghal Socjeta Filarmonika.
- In-nisga urbana u rurali tal-Mosta.
- Il-Mosta u l-inhawi ta’ madwar fiz-Zmien tan-Nofs.
- Il-Mosta Nisranija.
- Il-Gvern lokali fil-Mosta (1773 – 1896).
- Rahal fi gwerra: il-Mosta matul it-Tieni Gwerra Dinjija.
- Iz-zamma ta’ l-ordni fil-Mosta mill-1800.
- Mill-hajja tal-Mosta fl-ewwel nofs tas-seklu ghoxrin.
- Graffiti fil-Mosta: Il-hitan tal-kappella ta’ San Pawl Nawfragu.