EX ANNALIBUS MUSTAE
George Cassar, editur
Pubblikazzjoni tas-Socjeta Filarmonika Santa Marija Mosta f'gheluq l-100 sena (1905-2005) mit-twaqqif tas-Socjeta.
Dan il-ktieb interessantissimu jinxtara mill-Kazin Santa Marija. Din il-verzjoni digitali ma fihiex il-parti bl-Ingliz, u dik bil-Malti taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.
4. Il-Mosta u l-inhawi ta’ madwar fiz-Zmien tan-Nofs
Stanley Fiorini
(p.57) Il-Mosta hi lokalita antika hafna.
L-isem Mosta
Mosta hu wiehed mill-ftit eccezzjonijijet fost il-lokalitajiet Medjevali Maltin li la hu wiehed mill-parrocci rurali l-qodma – il-parrocca ta’ fuq is-sies li jaqsam il-gzira mill-Bahrija sal-Madliena hi n-Naxxar, tefgha ta’ gebla mill-Mosta, imma mhux il-Mosta u lanqas, bhala rahal dipendenti min-Naxxar, ma’ jinghad fost dawk li qabel isimhom igibu ‘Hal’ (taqsira karatteristika tas-seklu XVI ghal ‘Rahal’). Eccezzjonijijet ohra fin-nofsinhar ta’ Malta huma l-Imqabba u l-Qrendi li kienu jiddependu, ta’ l-ewwel mill-parrocca centrali ta’ Birmiftuh, u l-ohra minn dik taz-Zurrieq. Analizi ta’ l-ismijiet fit-toponomastika Maltija tikxef kif l-irhula li jgibu l-prefiss ‘Hal’ aktarx li ghandhom isimhom marbut ma’ dak ta’ xi persuna (isem, jew laqam, jew kunjom) u ssib li jkunu bil-bosta izghar u dipendenti fuq parrocca rurali centra ferm akbar li isimha ma jgibx il-prefiss ‘Hal’ imma li hu aktarx marbut ma’ xi karatteristika topografika tal-lokal bhal ma huma Bir Kalkara, Il-Mellieha, In-Naxxar u l-bqija.1
Dal-fatt wahdu diga jeskludi l-bidu tal-Mosta bhala xi razzett jew tnejn ta’ xi proprjetarju kunjomu Musta, mhux ghax dan il-kunjom ma niltaqghux mieghu hawn Malta. Fil-fatt, fir-Roster tal-Milizzja ta’ l-1417 nsibu lil Antoni Musta (f. 2) - wahdu wahdu; tant wahdu li ma jitfacca fl-ebda lista ohra tal-milizzja tas-seklu XV, hekk li wiehed jiddubita mill-korrettezza tal-kunjom u li forsi, wara kollox, mhux ghajr xi laqam, nghidu ahna, ‘il-Musti,’ ta’ xi hadd b’rabtiet mal-Mosta u li kunjomu jidher kif tassew hu fil-listi l-ohra.2 Imma ta’ min jghid li min jipproponi din it-teorija jinsisti billi jiccita ezempji ohra tal-kunjom Musta, ghalkemm (p.58) minn Palermo, li jidhru f’dokumenti ta’ l-1432 u ta’ l-1480.3 Xorta wahda nishqu li l-prefiss ‘Il-’ ta’ l-artiklu jidher li ghandu jeskludi din it-tifsira ipotetika fuq argument ta’ semantika.
Ipotesi aktar popolari, li jissuggerixxi Aquilina fid-dizzjunarju tieghu, hi l-interpretazzjoni ta’ l-isem bhala nom minimal mill-verb Gharbi wasata li jfisser tqieghed xi haga fin-nofs.4 Din it-tifsira ghandha favur taghha li l-Mosta qieghda sewwa sew f’nofs Malta u Aquilina jirfed l-argument tieghu, kif soltu jaghmel, billi jqabbel mat-toponomastika tal-Palestina. Ma nohduhiex bi kbira li Wettinger jirrifjuta ghal kollox dan l-argument.5 Hawn tant postijiet ohra f’nofs Malta u ma jisimhomx Mosta! U Ghawdex m’ghandux il-Mosta tieghu?6 Wettinger innifsu jissokta billi jaghmel suggeriment iehor li mhux ghalkemm twarrbu. Minn att notarili li ghandu x’jaqsam ma xiri ta’ qasam dwieli, hu jsemmi isem ta’ post li donnu jorbot l-isem Musta ma ghasir il-gheneb (Latin: mustum, Sqalli: mustu): “terre vacate la Musta,” fl-inhawi ta’ Wied il-Busbies, ‘il boghod mill-Mosta taghna.
Inhoss li l-aktar ipotesi li taghmel sens hi s-suggenment gratwit ta’ Caracausi, li, f’kuntest ghal kollox barrani,7 johrog mid-dokument bil-Grieg ta’ Frar 1141 li jiccita minn Cusa:8 Id-deskrizzjoni tal-limiti tat-tliet irhula ta’ Burginisem, Rachaliob u Rasgaden fl-inhawi ta’ Naro/Licata fi Sqallija tinghata b’referenza ghal turreni (rhúaks) jismu Mousta - árkhetai ek megalou tinòs rhúakos hóstis légetai Moûsta kakeîthen hupágei tôn rhúaka ton katerkhómenon ek toû rhúakos tês Moûste - li dan l-isem Caracausi jnissel mill-Gharbi masîtah. Wahda mit-tifsiriet tal-kelma li jaghti Kazimirski mhix ghajr vallée oû il y a peu d’eau,9 jista’ jkun li t-terre vocate la Muste (p.59) f’Wied il-Busbies kellhom din l-istess karatteristika fizika? Il-Mosta taghna, allura, tidher li qed taghmel referenza ghal Wied il-GhaseI - wied fond ghaddej fil-qrib li kemm-il darba wara xi xita qalila jgorr il-hamla daqs l-aqwa xmara imma wara l-maltemp jigi l-bnazzi li dlonk ma jibqax fih ghajr xi ghadira ‘l hawn li ‘l hemm.
Irhula ta’ madwar
Jekk inqisu l-ghadd ta’ rhula zghar, kollha jibdew b’Hal, li darba kienu jdawru l-Mosta dawra mejt, wiehed jintebah li l-Mosta darba kienet centru rurali bikri li setghet facilment tizviluppa f’centru parrokkjali li kieku l-progress tan-Naxxar ma kienx aktar mghaggel u rrendiha dipendenti fuqu. Fost dawn l-irhula zghar ta’ madwar wiehed jiltaqa ma Rahal Calleja, Rahal Hobla, Rahal Pessa jew Bise, Rahal Sir, Rahal Kircipulli, Rahal Brabar u Rahal Dimekk.10
Rahal Calleja bilfors li kien qrib sewwa tal-Mosta ghaliex fiz-zewg listi tal-milizzja, kemm dik ta’ l-1419-20 kif ukoll l-ohra ta’ l-1425,11 insibuhom imzewga flimkien daqs li kieku l-irgiel taghhom gew minn rahal wiehed. Minkejja dan, sas-seklu XVI kienu ghadhom jinghazlu minn xulxin bizzejjed kif jidher minn ghadd ta’ nies deskritti bhala li joqoghdu jew minn Rahal Calleja. Hekk niltaqghu ma Manfredi Bezine u ma martu Agata fl-atti tan-Nutar Giuliano Muscat li, fl-1539, ighid li huma “de Casali Calleja”,12 u ghaxar snin wara niltaqghu ma’ Wistin Busuttil ukoll minn Rahal Calleja.13 Sas-seklu XVII il-Mosta kienet tmattret u nfirxet bizzejjed biex thaddan maghha lil Hal Calleja hekk li f’deskrizzjoni ta’ l-1616 insibu lil Hal Calleja issa sar mhux aktar minn “spatio nel casale di Musta”14 bl-istess mod kif Haz-Zebbug gabar fil-limiti (p.60) tieghu lil Hal Muxi, Hal Mula u Hal Dwin.
Deskrizzjoni tal-gzira tal-bidu tas-seklu XVII tfakkar rahal iehor qrib sew tal-Mosta - Hal Hobla - li fdalijiet tal-bini tieghu kienu ghadhom jidhru f’dak iz-zmien. Ta’ min jifliha sew:15
“Vi sono in quest’Isola Casali al numero di 43 abitati che prima erano in maggior numero16 e furono disabitati per tema e dubbio che li corsairi non catturassero I suoi abitanti; de questi siti oggi appajono le vestigial delle case rovinate, come in quello che ora nella contrada da Maltesi chiamasi Hain Rihana, ó Hain Mula, chiamavasi il Casale Hal Draco, ed altro presso à Casal Musta, che chiamavasi Rahal // Hobula, ed altro alla punta delle Cale di S. Paolo Rahal tal Guardia ove al presente non solp vo sono rovine de case ma ancora tre chiese una col titolo di S. Giovanni, altra S. Simeone, e la terza S. Niccolo; poco distante da detto casale verso la Citta Notabile in una contrada chiamata Bidnia vi era un’altro casale chiamato Gebel Guzara, con una Chiesa sotto titolo S. Niccoló per sua cappella sopra la punta del vallone della Musta …”
Dan Hal Hobla hu msemmi bhala “in contrata Casalis Calleya” fl-1538 u, bhal dan ta’ l-ahhar, jidher li kien sar parti mill-Mosta li taghha jissemma bhala spatio publico fl-1618.17 Rahal iehor aktarx kurjuz, li bhal Calleja u Hobla kien qrib sew tal-Mosta, hu Hal Sir. Ma jissemmiex ghajr darba, kmieni fis-seklu XVI, bhala “Chens ta’ Rahal Sir” li kien “clausura in contrata Rahal Sir”.18 Biss wiehed ma jistax ma jorbotx dan l-isem ma Wied Ziri li mieghu l-knisja principali tal-Mosta kienet assocjata, kif ghad naraw. L-isem Triq Wied is-Sir tal-lum ghalkemm ma jikkostitwixxi ebda prova soda, certament jissuggerixxi din l-identifikazzjoni.19
(p.61) Id-deskrizzjoni kkwotata fuq taghti hjiel ta’ fdalijiet ta’ rhula ohra fuq in-naha l-ohra ta’ Ghajn Rihana u tispjega kif il hbit tal-furbani kien il-kawza ghala gew mitluqa. Dawn l-irhula huma dak li baqa’ mill-parrocca l-qadima tal-Mellieha li c-centru taghha kien diga ghosfor sa tmiem is-seklu XIV,20 jew ahjar, kien ingibed ‘il gewwa u sposta ruhu lejn l-gholjiet tal-Bidnija f’Rahal Dragu, li kienu aktar kennija ghax boghod izjed mix-xtut u eqreb lejn is-swar l-Imdina. Dokument ta’ nofs is-seklu XV isejjah lil Rahal Dragu bhala capella li tiehu postha flimkien ma’ l-ohrajn tan-Naxxar, Birkirkara, s-Siggiewi u l-bqija, flok il-Mellieha.21 Il-listi tal-milizzja li semmejna u l-Lista ta’ l-Angara ta’ c.1485 ga jaghtu hjiel ta’ din il-kontrazzjoni u disintegrazzjoni. Fl-1419-20 l-irhula Dragu, Gazara et Maricatu jitqiesu migbura flimkien u bejniethom jikkontribwixxu 33 ragel ghall-milizzja; fi zmien hames snin dan in-numru kien ga naqas ghal 27 u sa l-1485 kien gheb ghal’kollox. M’hemmx xi dubju kbir li dak li din id-deskrizzjoni ssemmi bhala “Rahal tal Guardia alla punta delle Cale di S. Paolo” hu r-rahal ta’ Gebel Marikatu fil-Wardija thares fuq San Pawl il-Bahar,22 li nafu ta’ lanqas bi tnejn mit-tliet knejjes imsemmija hawn: Sanctu Johanni de Gebel Maricatu u Santu Nicolao tal Carbuni,23 jekk inzommu f’mohhna l-identifikazzjoni “locus vocatus Carbuni in contrata Gibel i Marcato”.24
Eqreb lejn il-Mosta, fuq in-naha l-ohra ta’ Ghajn Rihana, kien hemm irhula ohra li damu aktar jezistu ghax kienu mharsa ahjar fuq l-gholjiet tas-sies. Rahal Pessa jew Bise, isem aktarx marbut mal-kunjom Di Pisa (li f’Malta tas-seklu XV kien ga ha l-forma Pisani) insibuh ghadu jhaddar fl-1419-20, dejjem imzewweg ma Rahal Dimekk. Kien jinsab fl-inhawi ta’ bejn il-Bisbisija u fejn illum hemm il-Fortizza tal-Mosta.
(p.62) F’dokumenti tas seklu XVI insibuh assocjat mal knisja ta’ San Zakkarija,25 isem li sas-seklu ta’ wara thassar u sar maghruf bhala z-Zokrija kif jidher minn dokument ta’ l-1629: “Clausura di S. Zaccaria o ta’ Zocria in contrata di S. Zaccaria sive Hal Pise”.26 Il-qasam taz-Zokrija llum kulhadd jaf fejn hu, max-xellug tat-triq tal-Bisbisija sejra lejn l-lmdina. Dokument iehor ta’ l-1624 xejn anqas awtentiku, jiddeskrivi l-knisja ta’ Santa Katerina taht il-Fortizza tal-Mosta bhala “in contradu ta’ Hal Pissa sive Wiet il Ghasel”.27 Dan kollu jissuggerixxi li ghandna nqieghdu Hal Pessa fl-inhawi ta’ Misrah Ghonoq fejn illum hemm il-Gnien tal-Gharusa tal-Mosta. Dan ir-rahal dam abitat sal-bidu tas-seklu XVII kif jidher minn nota fil-ktieb tal-maghmudijiet tal-Parrocca tan-Naxxar. “A di 15 di Setembro \1609/ Jo Don Joani Bessine agio batizato Vice[n]sio filio di Gregorio Xerri; compari Iuliu Bessina de Casali Musta domicilio in Hal Pisa”.28
Hal Dimekk ma setax kien ‘il boghod wisq minn Hal Pessa kif jindika t-titlu Casali Bise et Dimag, li jorbot dawn iz-zewgt irhula flimkien fil-lista tal-milizzja ta’ l-1419-20, u juri li f’dik is-sena, bejniethom iz-zewgt irhula kienu jikkontribwixxu 32 ragel ghall-milizzja.29 Sa hames snin biss wara, Casali Bise jibda jidher wahdu fil-lista ta’ l-1425 b’14-il ragel biss. Jekk inqabblu flimkien l-ismijiet taz-zewg listi30 tohrog informazzjoni interessanti. L-14-il ragel tat-tieni lista, kollha jidhru fl-ewwel wahda. Mit-18-il isem li jinsabu biss fl-ewwel wahda f’Bise et Dimag, tnejn biss ma jidhru mkien fit-tieni wahda; is-16 l-ohra kollha nsibuhom x’imkien jew iehor fil-gzira: 10 f’Casali Calleya et Musta, 2 f’Casali Naxar u 1 f’kull wiehed minn Casali Lie, Civitas (Mdina), Casali Dragu Gazara et Maricutu, u f’Casali Sifileni et Gallun. It-tnejn li ma jidhru mkien tista’ (p.63) tispjegahom jekk, nghidu ahna mietu jew siefru, jew xjiehu u qabzu s-sittin matul dawk il-hames snin. L-istampa li tohrog hi li Rahal Dimekk gie abbandunat sewwasew matul dawk il-hames snin, 1420-1425, ghal xi raguni li mhix daqshekk cara. Bhala isem ta’ kontrada, Rachal Dumeh / Dumag / Dimech jibqa’ jissemma sa tmiem is-seklu XVIII.31 Gian Francesco Abela fl-1647 kien ghadu jzewweg flimkien l-ismijiet Bise u Dimag fil-lista tieghu.32 Barra minn hekk, jidhru wkoll it-tnejn f’mappa tas-seklu XIX, li mhix mahduma b’xi reqqa kbira, li tinsab fl-Arkivju tal-Parrocca tan-Naxxar.33 Madankollu, Rahal Dimekk jista’ jigi identifikat b’certa precizjoni qrib il-knisja ta’ Sant’Andrija, fit-tramuntana tal-Mosta hdejn ta’ Bistra, jekk inqisu li l-ghalqa ‘tal-Qares,’ assocjata ma’ isem ir-rahal fl-1530,34 ghadha tidher fuq il-mappa sal-lum.35
Eqreb lejn l-Imdina fl-inhawi ta’ ta’ Qali u Ta’ Vnezja kien hemm zewg irhula ohra qrib xulxin, Rahal Brabar u Rahal Kircipulli. L-ebda wiehed minnhom ma jidher fil-listi tal-milizzja, jigifieri t-tnejn kienu ghebu sas-seklu XIV. Referenza notarili ghall-artijiet ‘ta’ l-Idward’ tqeghidhom “in contrata Rahal Curchipulli seu Rahal Brahar,” u ohra tixbahha tqeghidhom qrib il-Hemsija.36 Abela ma jsemmihomx, biss, meta t-tezorier tal-Kattidral fl-1467 kiseb art f’Rahal Kircipulli tmiss ma’ artijiet li ga kellu hemm,37 l-isem beda jidher u baqa’ jidher fil-kotba ta’ l-amministrazzjoni tat-Tezorier hekk li issa kien garantit li ma jintesiex malajr.38 Hekk nghidu ahna, il-kotba tad-decmi tat-Tezorier ta’ l-1648 jibdew juru ‘Habel l-Ibil[aq?]’ u ‘Ta’ Bert’ fil-kontrada ta’ Kircipulli.39
Demografija
L-eqdem tifkiriet miktuba li ghandna (p.64) tal-popolazzjoni tal-Mosta huma l-lista tal-milizzja tal-bidu tas-seklu XV u dawk ta’ l-Angara lejn tmiem l-istess seklu. Billi kif inghad, il-listi tal-milizzja gew ippubblikati, hawnhekk nillimitaw ruhna li naghtu, ghall-ewwel darha, il-Lista ta’ l-Angara ta’ c.1485 (Tab. 1) u hawn nisiltu biss in-numri li jirrizultaw mil-listi tal-milizzja biex b’hekk inkunu nistghu nanalizzaw l-izvilupp li sar fil-popolazzjoni matul is-seklu XV.
Kif ga gie nnotat, il-lista ta’ l-1425 ma tinkludix Rahal Dimekk u rajna kif il-popolazzioni ta’ dan ir-rahal emigrat, fil-parti kbira taghha, lejn il-Mosta. Naghtu harsa lejn il-figuri li johorgu mill-listi ta’ l-1419 u l-1425 filwaqt li noforqu l-kunjomijiet f’diversi kategoriji fejn in-numri bejn qawsejn jaghtu l-frekwenza (Tab. 1).
Tab. 1 (p.65) |
Bise-Dimag [1419-20] Axac (4). Bartalu (5), Buhaiar(2), Burgi (1), Curmi (1), Dibonu (1), Fenec (1), Galie (4), Hellul (1), Lukisi (2), Mahanuc (1), Maltisi (2), Mifsud (1), Muzangar (1), Pisan (1), Samud (1), Sejkil(1), Turuntinu (1), Xuerib (1): 32 isem, 19-il kunjom [familja]. Bisse [1425] Axac (1), Bartalu (2), Buhaiar (1), Burgi (1), Dibonu (1), Fenec (1), Galie (1), Mahanuc (1) Maltisi (1), Mifsud (1), Muzangar (1), Pisan (1), Sejkil (1): 14-il isem, 13-il kunjom. Kunjomijiet f’Dimag li mxew bejn l-1420-1425 lejn Casali Calleya-Musta: Axac (3), Bartalu (1), Curmi (1). Galie (2), Hellul (1), Lukisi (1), Xuerib (1): 10 ismijiet, 7 kunjomijiet. Casali Naxar: Bartalu (2) Casali Lia: Maltisi (1) Casali Dragu-Gazara-Maricatu: Turuntinu (1) Civitas: Buhaiar (1) Casali Sifileni-Gallun: Lukisi (1) Casali Calleya-Musta [1419-20] Axac (1), Bartalu (4), Bertelli (1), Bindin (2), Burasi (1), Busitin (2), Cagege(2), Calafatu (1), Calleya (4), Camenzuli (2), Camilleri (5), Chakim (3), Chumi (1), Cumbu (2), Curmi (1), Cuzin (1), Daiona (1), Dibonu (1), Dinkille (2), Felu (2), Fenec (2), Galie (3), Gristi (1), Guaractu (1), Haleu (2), Hayculina (1), Lukisi (1), Mahanuc (1), Maltisi (1), Muzangar (2), Pisanu (1), Spiteri (2), Xeberasi (1), Xerri (1), Xikilune (3), Zarur (1): 63 isem, 36 kunjom. Casali Calleya-Musta [1425 jidhru wkoll fl-1419-20] Axac (1), Bartalu (4), Bertelli (1), Bindin (1), Burasi (1), Busitin (2). Cagege (1), Calafaru (1), Calleya (3), Camenzuli (2), Camilleri (4), Chakim (2). Chumi (1), Cumbu (2), Curmi (1), Cuzin (1), Daiona (1), Dibonu (1), Dinkille (2), Felu (2), Fenec (2), Galie (2), Gristi (1), Guaractu (1), Haleu (1), Hayculina (1), Mahanuc (1), Maltisi (1), Muzangar (1) Spiteri (1), Xeberasi (1), Xerri (1), Xikilune (3): 51 isem, 33 kunjom. Mxew xi mkien iehor bejn l-1420-25 Casali Atardu: Pisanu (1) Civitas: Calleya (1) Ghebu bejn l-1420-25 Bindin (1), Cagege (1), Camilleri (1), Chakim (1), Galie (1), Haleu (1), Lukisi (1), Muzangir (1), Spiteri (1), Zarur (1). Marru Calleya-Musta bejn l-1420-25 Dimag: Axac (3), Bartalu (1), Curmi (1), Galie (2), Hellul (1), Lukisi (1), Xuereb (1) Johanni-Buzubudi: Debonu (1) Axac: Gristi (1) Rabat: Muhumud (1) Ma jidhru mkien fl-1420 imma jinsabu f’Calleya-Musta fl-1425 Chakim (1), Chumi (1), Frendu (1), Galie (1) Lukisi (1), Ponzu (1), Xuerb (1). |
Ic-caqliq fil-popolazzjoni ta’ Calleya-Musta indikat minn din l-informazzjoni jista’ jinghata l-interpretazzjoni kif gej: iz-zewgt irgiel - Pisanu, Calleya - li marru Attardu u Civitas rispettivament, setghu kienu zghazagh li zzewgu barra r-rahal u marru joqoghdu fil-belt jew rahal ta’ marthom. Dawn jidhru mwiezna mit-tlieta - Debono, Gristi u Muhumud - minn barra l-Mosta li zzewgu l-Mosta u baqghu joqoghdu hemm, flimkien ma’ l-ghaxra li gew minn Dimag ghal ragunijiet li ghad ma nafuhomx fiz-zgur u li nistghu biss nobsru x’setghu kienu. Hemm diversi ipotesijiet li nistghu nissuggerixxu biex naghmlu sens minn dan ix-xenarju. In-nies ta’ Dimag setghu marru l-Mosta, lokal ikbar, ghax hassewhom aktar protetti fuq in-naha l-ohra tal-wied li kien jifridhom mill-Imdina; il-pont tal-lum zgur li ma kienx jezisti! Wiehed ma ghandux jinsa kemm kien veru l-periklu mill-kursara dak iz-zmien. Insemmu biss li kien sewwasew fl-1418 li l-Universita ta’ l-lmdina kienet ghamlet talba lir-Re, fil-capitula ta’ dik (p.66) is-sena, biex jinbena torri fuq Kemmuna biex ihares il-fliegu u x-xaqliba tat-tramuntana tal-gzira,40 u kif ma kinux ghaddew aktar minn ghaxar snin meta Malta kienet inkinset f’invazjoni mill-ehrex, kif ser naraw. Mill-banda l-ohra, ir-raguni setghet kienet sempliciment li riedu jersqu lejn komunita akbar li aktarx kellha facilitajiet ahjar, bhal knisja, qassis, nutar, u forsi tabib. Wiehed ma jistax jonqos milli jinnota l-kuntrast bejn il-komunita ta’ Bisse f’dan iz-zmien, li kellha 14-il ragel bi 13-il kunjom (jigifieri gejjin minn familji differenti), ma’ dik aktar qaqocca f’Dimag fejn 10 irgiel jaqsmu bejniethom 7 kunjomijiet biss. Raguni ohra setghet kienet wahda influwenzata mill-politika ta’ dak iz-zmien. Ma ninsewx li dawk kienu s-snin meta Consalvo Monroy kien jahkem b’id tqila fuq il-gzejjer taghna. Ghalkemm ghandna vojt kbir fid-dokumentazzjoni ta’ dak il-perjodu ma setax jonqos li kien hemm taqlib kbir fil-popolazzjom jekk is-sitwazzjoni sbruffat, kif nafu, f’ribelljoni generali li ma kienx hemm ohra bhala dak iz-zmien.41
Jekk nergghu lura ghall-informazzjoni li tlaqna minnha, l-ghaxra li ghebu bejn l-1420 u l-1425 aktarx huma dawk li, jew mietu jew kibru u qabzu l-eta li tahtha kienu mistennija jservu fil-milizzja: dawn jitwieznu mis-seba’ persuni godda li lahqu l-eta biex jibdew iservu fil-milizzja. Ir-rizultat ahhari ta’ dan ic-caqliq kollu juri li l-profil demografiku ta’ Calleya-Musta kiber minn 63 fl-1419-20 ghal 71 (=63-2-10+10+3+7) fl-1425. Jekk nassumu, kif nistghu, li l-proporzjon ta’ rgiel felhana fil-komunita ghall-popolazzjoni totali (xjuh, nisa, tfal, morda u f’sahhithom) hu ta’ 1:5, allura jkollna nghidu li l-popolazzjoni ta’ Calleya-Musta rat zjieda ta’ xi 40 ruh biex lahqet total ta’ xi 353 abitant.
(p.67) Fl-isfond ta’ dak li ntqal qabel, jidher li d-daqs tal-Mosta vis-à-vis dak tan-Naxxar, b’popolazzjoni ta’ xi 475, ma kienx daqshekk inqas u lura numerikament f’dak iz-zmien. Madankollu, din id-diskrepanza baqghet tikber matul in-nofs seklu li gie wara. L-informazzjoni tohrog mill-Lista ta’ l-Angara ta’ c.1485.42 B’xorti hazina f’din il-lista, filwaqt li hu car li Casali Bise u Casali Dimag issa hargu mix-xena, l-irgiel tan-Naxxar u tal-Mosta mhux dejjem jistghu jintghazlu minn xulxin ghax hemm tliet kategoriji distinti, jigifieri, dawk li hu car li huma min-Naxxar, dawk li huma zgur mill-Mosta, u ftit ohra li huma ambigwament deskritti bhala min-Naxxar/Mosta. Ghaldaqstant il-konkluzjonijiet ikollhom jibqghu approssimattivi. Naghtu hawn in-numri biss ta’ rgiel min-Naxxar (Tab. 2) imma tal-Mosta naghtuhom shah bl-ismijiet (Tab. 3). Irridu nghidu li l-Lista ta’ l-Angara hija roster ta’ xoghol bla hlas li l-irgiel kollha tal-gzira (barra dawk ta’ madwar iz-Zejtun li kellhom xoghol iehor x’jaghmlu f’Sant’ Anglu), kellhom jaghtu, jum fix-xahar, aktarx biex jitlesta l-foss ta’ l-Imdina. Ggajtiet ta’ rgiel kienu assenjati ghal kull jum tal-gimgha, barra l-Hdud, ghall-erba’ gimghat ta’ kull xahar.43
Tab. 2 (p.67) |
Prima Septimana Die Luni (f. 1) - 10 Die Martis (f. 2v) – 10 Die Mercurij (f. 3) – 10 Die Jovis (ff. 4-5) – 11 Die Veneris (f. 6) – 11 Die Sabati (f. 7v) – 10 Total: 62 ragel Secunda Septimana Die Luni (f. 8v) - 6 Die Martis (f. 10) - 6 Die Mercurj (f. 10v) - 4 Die Jovis (f.11v) - 9 Die Veneris (f. 12) - 8 Die Sabati (f. 12v) - 7 Total: 40 ragel Tercia Septimana Die Martis (f. 15) - 13 Total: 13-il ragel Quarta Septimana Marti (f. 22) - 10 Total: 10 irgiel |
Dan it-total ta’ 125 ragel flimkien ma xi 8 ohra miz-zewg gruppi mhallta (p.68) Mosta-Naxxar (Tab. 3), xi 133 b’kollox irid jitqabbel mas-57 ragel mill-Mosta li, flimkien ma xi 8 ohra mill-gruppi mhallta, jammontaw ghal xi 63 ragel. (p.69) Minn dan jidher li wara xi hamsin sena, filwaqt li l-popolazzjoni tal-Mosta regghet ghal li kienet fl-1419-20, dik tan-Naxxar issuktat tikber, ghalkemm bil-mod, hekk li l-feles tad-diskrepanza kompla jissikka.
Tab. 3 (p.68) | |
L-irgiel tal-Mosta fil-Lista u l-Angara: c.1485 | |
---|---|
SECUNDA SEPTIMANA | |
[f. 11v] Die Jovis | |
Jorgi Calleye Bercax | |
Jorgi Galie | |
Jorgi Cumbu | |
Nicolu Chumi | |
Gullielmu Buchaiar | |
Jacubu Dibonu | |
Manfre Chumi | |
Petruczu Chumi | |
Ben Luckis | |
Fanio Calleya | |
Thumeu Calleya | |
TERTIA SEPTIMANA | |
[f. 14] Die Luni | [f. 16v] Die Mercuri |
Agustin Busictil | Constabuli Franciscu Galie |
Rendo Xikilune | Orland Galie |
Angarao Bezine | Jacubu Camilleri |
Angilo Camilleri | Dominicu Busictil |
Gulino Camilleri | Stephanu Cumbu |
Fiderico Xikilune | Thomasi Burg |
Mro Petro Dibonu | Paulu Galie |
Petro Busictil [mortu] | Jorgi Fenec |
Danczu Curmi | Pino Bartalu |
Andria Galie | |
Laurenzu Chumi | |
QUARTA SEPTIMANA | |
[f. 21] Luni | [f. 22v] Mercuri |
Micheli Calleie | Lemu Cumbu |
Julian Barthalu | Andria Camilleri [mortu] |
Dimitri Cumbu | Mro Niculuso Buchaiar |
Nardu Sans | Micheli Buchaiar |
Agustin Galie | Vestru Fenec |
Frankin Galie | Agustin Cumu |
Giglu Cumbu | Ximun Barthalu |
Bernard Xerri | Brancat Stival |
Petru Camilleri | Jorgi Bunich |
Randin Busictil | Brancat Galie |
Lancza Fenec | Cola Cassar |
Pino Busictil | Gregori Cumbu |
Marcu Samud | Paulu Curmi f[iglu] di Niculi |
Mosta et Naxar | |
[f. 17v] Jovis | [f. 23v] Jovis |
Constabili Bendo Cauki | Tannu Hellul |
Leyppe Cauki | Ximun Dejf |
Matheu Bertelli | Lancza Maltisi |
Gustino Xebiras | + Gregori Galie [mortu] |
Jacubu Michallif | Andria Fenec |
Rogeri Cumbu | Gullielmu Barthalu |
Nardo Galie | Czeyczu Busictil |
Andria Maltis | Danczu Michallif |
Paulu Burg |
Wiehed jista’ bi profitt jieqaf jixtarr din l-informazzjoni u jqis u jara l-umanità tofrogh u timla fir-rahal matul is seklu XV billi jistudja l-kunjomijiet (Tab. 4)
Tab. 4 (p.69) |
Il-kunjomijiet 1419 - 1425 - 1485 |
---|
1419-20: Mosta-Calleja: Aquilina, Axac, Bartolo, Bertelli [wara, Portelli], Bindin, Buras, Busuttil, Cagege, Calafato, Calleja, Camenzuli, Camilleri, Chumi, Cousin, Cumbo, Curmi, Daiona, Debono, Dingli, Felu. Fenech, Galea, Griscti, Guaratto, Hakeirt, Haleu, Lukis, Mahnuc, Maltisi, Muzangar, Pisani, Scicluna, Spiteri, Xerri, Xiberras, Zarur. 1419-20: F’Pessa-Dimekk imma mhux f’Mosta-Calleja: Borg, Buhagiar, Ellul, Mifsud, Sammut, Seychel, Turuntino, Xuereb. 1425: Mosta-Calleja: Aquilina, Axac, Bartolo, Bertelli, Bindin, Buras, Busuttil, Cagege, Calafato, Calleja, Camenzuli, Camilleri, Chumi, Cousin, Cumbo, Curmi, Daiona, Debono, Dingli, Ellul, Felu, Fenech, Frendo, Galea, Griscti, Guaratto, Hakem, Haleu, Lukis, Mahnuc, Maltisi, Muhammed, Muzangar, Ponzu, Scicluna, Spiteri, Xerri, Xiberras, Xuereb. 1425: F’Pessa imma mhux f’Mosta-Calleja: Borg, Buhagiar, Mifsud, Pisani, Sejchel. 1485: Mosta: Bartolo, Bezzina, Bonnici, Borg, Buhagiar, Busuttil, Calleja, Camilleri, Cassar, Chumi, Cumbo, Curmi, Debono, Fenech, Galea, Lukis, Sammut, Sans, Scicluna, Stivala, Xerri; [dubbjuzi: Cauchi, Dejf, Ellul, Maltisi, Micallef, Portelli, Xiberras] |
Wiehed jinnota kif kunjomijiet Mostin tas-snin ta’ wara, bhal Cumbo, Fenech, Galea, diga kienu mqabbda sew lejn is-sena 1400. Kunjomijiet ohra tipici tal-parrocca tan-Naxxar, fosthom Buhagiar, Bertelli (Portelli), Bezzina, Mifsud, Sammut, u Xerri, ukoll kellhom rapprezentanza xierqa. Ta’ min jinnota wkoll it-tizwig tal-kunjom Calleya ma Rahal Calleya, bl-istess mod kif hafna (p.70) mill-Attardijiet f’dak iz-zmien insibuhom sewwasew f’Rahal Attard u s-Sammutijiet f’Rahal Sammut, u l-bqija. Dan il-fenomenu jaghtina hjiel sew tal-genesi ta’ ismijiet fl-irhula taghna li, b’xorti hazina, ma fadlilniex dokumentazzjoni bikrija bizzejjed biex insejsuha ahjar kif nixtiequ. Ikollna nharsu lejn Sqallija ghal sitwazzjoni analoga imma mifhuma ahjar. Hekk, nghidu ahna, johrog car minn koncessjoni ta’ Ottubru 1195 – “Ego Maria filia quondam Petri filii Stephani … concedo Ecclesie Panormi casale meum Rahal Stephani quod hucusque jure successorio tamquam patrimonium meum tenui …” – kif, kieku l-kitbiet li jirrigwardaw il-gzejjer taghna kellhom johduna lura sas-seklu XII, bhal fi Sqallija, kien ikollna ahna wkoll il-provi kollha li nehtiegu.44
Id-difiza tal-gzira: Milizzja u Angara
Il-listi tal-milizzja u ta’ l-Angara huma ghejjun ta’ informazzjoni ta’ siwi kbir ghad-demografija taghna imma, aktar minn hekk, ghandhom hafna x’jghidulna dwar id-difiza tal-gzira fis-seklu XV, l-ghan li ghalih inkitbu. Il-listi ta’ l-1419-20 u 1425 huma katalgu ta’ l-irgiel kollha tal-gzira, ta’ l-eta bejn is-sittax u s-sittin sena, li kellhom id-dmir li jghassu x-xtut bil-lejl biex iwasslu l-ahbar tal-periklu mill-ghadu kmieni bizzejjed biex il-poplu jahsiblu. Din l-ghassa tax-xtut kienet maghrufa bhala il-mahras li mhix l-istess bhad-dejma, li kien kontingent ibbazat fl-irhula.45 Il-listi tal-milizzja jigbru l-irgiel skond ir-rahal mnejn kienu jigu filwaqt li r-roster, kemm xejn aktar bikri ta’ l-1416-17, jassenjahom skond il-lokalita fuq ix-xtajta fejn kellhom jaghmlu l-ghassa. Jekk inqabblu z-zewg elenki ma xulxin johrog car fejn l-irgiel tal-Mosta kellhom iservu. Ma nistaghgbux wisq meta niskopru li kienu jigu assenjati ghall-postijiet fuq il-kosta (p.71) l-eqreb lejn ir-rahal. Erbatax-il ragel fil-lista ta’ l-1419-20 insibuhom Ghajn Tuffieha, wiehed l-Imgarr, wiehed Blajjet Moghza (fuq ir-rih tal-Gnejna), tnejn Razun (aktarx Ta’ Rasul, qrib il-Vecca), wiehed Bugibba, wiehed Benwarrad, tlieta San Pawl il-Bahar (aktarx qrib it-Torri Wignacourt), wiehed Climenti vicin Qalet Marku, u wiehed fuq is-swar ta’ l-Imdina. L-irgiel kienu jintbaghtu tlieta tlieta u fuqhom kien ikun hemm ir-rividituri li kien jikkontrolla tnejn jew tliet posti tal-ghassa qrib xulxin biz-ziemel. L-irgiel Mostin li kellhom jipprovdu ziemel jew baghal ghas-servizz tal-ghassa kienu Nardu Buras, Nuzu Camenzuli, Jacubu Calleja, Gaddu Calleja, Niculozu Calleja u Antoni Chumi, li kien ir-rividituri ghal Razun, Bujubbe u Santu Paulu. Bl-istess mod Bisse/Dimag kienu jibaghtu tmint irgiel l-Imgarr u wiehed Benwarrad. Salvu Buhagiar biss minn dawn iz-zewgt irhula kellu jipprovdi ziemel.
Irid jinghad li Benwarrad kien il-port l-eqreb lejn l-Imdina u li kien imhares b’torri, ta’ lanqas sa mill-1397 meta jissemma’ l-ewwel darba;46 nafu li kien jenhtieg li jissewwa seklu wara.47 Eqreb lejn il-Mosta, u jidher kemm minn Benwarrad kif ukoll mill-Imdina, kien hemm it-Torri Falca mahsub aktarx, kif jissuggerixxi Mifsud,48 biex iwassal messaggi bejn il-port u l-belt li kienet tikkoordina l-operazzjonijiet kollha fi zmien ta’ hbit. Ma nafux kif beda dan it-torri. Nghidu biss li jidher l-ewwel darba fuq mappa ta’ l-Assedju l-Kbir, maghmula fl-1567 minn Giovanni Antonio Viperano.49 Fost l-ismijiet medjevali ppublikati minn Wettinger jissemma’ l-ewwel min-Nutar Antonio Cassar fl-1554,50 isemmih Abela fl-1647,51 u jibqa’ jidher sa zmienna meta twaqqa’ biex jinbnew il-Victoria Lines.52 Aktarx li nbena mill-familja Falca fis-seklu XV jew XVI bikri, ghax dil-familja tibda tidher qrib l-1400.53 Il-funzjoni (p.72) tat-Torri Falca, qrib il-Bisbisija, tidher li kienet analogu ghal dik tat-Torri tan-Nadur, vicin Bingemma, mnejn kienu jinxteghlu l-hgejjeg tan-nafra biex iwasslu l-ahbarijiet bejn ix-xtut u t-Turri dila Bandera jew Turri Mastra hdejn il-bieb ta’ l-Imdina. Fl-1417 Philippu Cumbu u Arrigu Cassar kienu jiehdu hsieb dan ix-xoghol.54
Ghalkemm din il-ghassa tax-xtut ma setghetx toffri difiza ahjar milli tnaffar il-popolazzjoni tal-gzira, f’kaz ta’ xi hbit, gieli gara li xi ghassa fix-xatt giet habta u sabta wicc imbwicc ma’ l-ghadu u sar il-glied. Hekk kien gara lil zewgt irgiel tal-mahras min-Naxxar - Saycu Xerri u Gustin Xebiras - meta, lejla minnhom waqt li kienu qed jaghmlu l-ghassa f’Selmun, sehhilhom jieqfu lill-Misilmin li kienu nizlu l-art f’dawk l-inhawi u ghall-qlubija taghhom l-Universita helsithom mid-dmir tal-ghassa ghall-bqija ta’ hajjithom.55 Imma l-invazjoni ta’ l-1429, ma kienet xejn bhal din it-taqtiegha qasira, imma pjan mahsub ta’ l-ghadu biex jiehu dawn il-gzejjer b’kull ma fihom.56 Qa’id Ridwan b’armata ta’ 18,000 fuq 70 gifen, habtu ghal dawn il-gzejjer fit-13 ta’ Settembru l-1429, kinsu kull ma sabu quddiemhom sar-Rabat, u waqqfuhom biss il-hitan ta’ l-Imdina u l-qlubija tal-Maltin. Minn dawk li ma rnexxilhomx jilhqu jidhlu ghall-kenn fil-belt, huma kaxkru fil-jasar mat-3,500 ruh. Ricerka li ghadha ghaddejja turi kif l-isforzi ta’ l-awtoritajiet Sqallin biex joffri xi forma ta’ ghajnuna kienu dghajfa ghall-ahhar, u moghtija b’nofs qalb, hekk li l-Maltin kellhom jiddependu biss fuqhom infushom.57 Noti li zdiedu wara fil-lista tal-milizzja ta’ l-1425 juru kemm minn dawk l-irgiel kienu mietu (morti) jew inqabdu (prisi). L-ghadd kbir taghhom ma jinftiehemx jekk mhux f’termini ta’ attakk kbir bhal dak li semmejna. Fost il-vittmi mill-Mosta nsibu lil Fidiriku Xuerib u lil Culajta Galie, it-tnejn prisi. (p.73) Wiehed jista’ jobsor kif il-qrubija tal-Mosta ghall-Imdina switilha sonbor u tispjega ghala nisimghu bi tnejn biss li ttiehdu meta nqiesu d-9 min-Naxxar jew id-29 minn Haz-Zebbug jew is-26 minn Hal Qormi, kollha mmarkati b’salib - morti.
Imma l-Mosta pattietha qares xi mitt sena wara. Il-minuti ta’ l-Universita tas-6 ta’ Novembru 1526 ifakkru kif Ra’is Sinan habat ghar-rahal u halla warajh, qerda u mewt: “fecerunt maximum invasionem et ceperunt quamplures Christianas in Casali Musta et alios occiderunt.” Ir-raguni li tinghata ghas-success ta’ dan l-attakk hi proprju n-nuqqas ta’ ghases fuq ix-xtut minhabba n-nuqqas ta’ nies: “ex quo multi guardi dila marina dila gitati et altri lochi su isforniti”,58 Kemm Guze Cassar Pullicino, li bbaza l-konkluzjonijiet tieghu fuq materjal tas-sekli XVII u XVIII, kif ukoll Mons. Mifsud, it-tnejn huma ta’ l-opinjoni li dan l-incident jipprovdi l-bazi storika ghal-leggenda tal-Gharusa tal-Mosta.59 Skond din il-leggenda, festa ta’ tieg li kienet qed issir fit-Torri Cumbu, fil-limiti tal-Mosta, thassret meta l-gharusa garrewha fil-jasar il-Misilmin. Biss, ma ghandniex evidenza soda ghall-ezistenza ta’ dan it-torri f’dik is-sena. Madankollu dan m’hu xejn impossibbli ghaliex, kif rajna, il-familja Cumbo nafu li kienet imqabbda sew fil-Mosta ta’ lanqas sa minn mitt sena qabel dawn il-grajja. Dwar dan ma jsemmi xejn Abela li, mill-banda l-ohra, jaghtina informazzjoni ohra:
“In quest’anno [1526] il Casale della Mosta vien saccheggiato, e depredato da Rayes Sinen famoso corsale in quei tempi, con alquante galeotte, sbarcando il suo campo nelle saline, ò cala di Benuarrat; entra per lo vallone di Vyed el Aasel di notte tempo, e và à ricouerarsi sotto detto Casale; quindi (p.74) all’improuiso l’assale, e facendoui prigionieri intorno à quattrocento abitatori, oltre quelli, che furono da Barbari miseramente vccisi per defender se stessi, e le famighe, si ritira sollecito, (temento d’essere sopragiunto dalla caualleria dell’isola) per imbarcarsi nella cala di San Paolo ou’erano andate le sue fuste ad aspettarlo”.60
Fl-isfond ta’ dak li ghedna qabel dwar id-daqs tal-popolazzjoni tal-Mosta f’dan iz-zmien, jekk il-ghadd ta’ vittmi, li skond Abela kien ilahhaq ma l-400 ruh bejn maqtula u maqbuda, allura dan ifisser li Rayes Sinan prattikament qered jew kaxkar fil-jasar in-nies kollha tar-rahal. Dak li hu zgur hu li l-attakk tqies serju bizzejjed biex il-vicire jwarrab minn nofs lill-Capitano d’Armi Hieronimo lo Campo u jqieghed minfloku lil Johannes Ribes Altes. L-ittra li appuntatu mahruga fil-11 ta’ Mejju 1526 tistqarr bla tlaqliq li r-raguni ta’ din il-bidla kienet ezattament l-ugiegh ta’ ras li kienu qed joholqu dawn l-attakki fuq dawn il-gzejjer mill-Mori u mit-Torok.61
Interessanti l-kumment li ghaddew fil-Kunsill ta’ l-Universita dwar li r-responsabbilta ghall-attakk kienet kollha kemm hi tal-ghases tax-xtut li kienu qed jiskartaw minn dmirhom u aktarx dan il-kumment kien mahsub biex ighabbi l-kuxjenza ta’ l-irgiel tal-mahras biex jaqdu dmirhom ahjar. Ftit zmien qabel din il-grajja, il-Kunsill kien qed isibha tqila biex isib irgiel biex ighassu f’Ghoxx il-Bies, vicin Selmun, u f’imkejjen ohra meqjusa bhala periculosissimi, filwaqt li qatt ma naqsu rgiel lesti joffru ruhhom joqoghdu jitlajjaw ala plaza fl-Imdina: “nobiles jurati atrovano assai persuni disposti a fari li dicti guardi nisi affari guardra in plaza et ali mura di la chitai.” F’din l-okkazjoni kienu l-irgiel tal-capella tan-Naxxar li laqqtuha biex jidhlu ghal (p.75) bicca xoghol iebsa.62 Ma tantx hemm dubju li meta, fl-1515, kien hemm il-hsieb li jinholqu posti godda f’Santo Zacharia, qrib Targa Gap, il-Bisbisija, u f’Tat-Targa, in-Naxxar, kienu wkoll l-irgiel tal-Mosta u n-Naxxar li kellhom jidhlu ghalihom.63
L-irgiel tal-Mosta, bhall-ohrajn tal-bqija tal-gzira, kellhom dmir iehor lejn id-difiza tal-gzira, jigifieri, li jaghtu jum xoghol bla hlas fix-xahar ghad-difiza ta’ l-Imdina. Fit-tmeninijiet tas-seklu XV, minhabba biza’ ta’ invazjoni ohra, kien qed isir xoghol ta’ tqattiegh ta’ blat biex jinholoq il-foss difensiv quddiem il-bibien ta’ l-Imdina li naraw illum; ir-roster ghal dan ix-xoghol ghadu jezisti, kif rajna, imma l-Maltin ma kien jinzlilhom xejn dan ix-xoghol ghax kienu jaraw fih hjiel tas-servitu fewdali. Mhux darba jew tnejn li rribellaw kontra tieghu u anki f’din l-okkazjoni nstema’ tgemgim xewwiexi.64 Hamsin sena wara, lanqas lahaq rifes fuq dawn il-gzejjer l-Ordni Gerosolmitan li n-nies ma ghamlitx attentat iehor biex tehles darba ghal dejjem minn dan it-toqol “liberari li popoli dila dicta terra dila angara dili marammi quanto ancora dila angara dila guardia chamata lo maharas”.65 M’hemmx ghalfejn nghidu, dawn il-protesti ma nghatawx wisq widen mill-Ordni, anzi bil-maqlub, is-sitwazzjoni hraxet ghall-Maltin li issa d-dmirijiet tal-ghassa zdiedu fuq li zdiedu; bizzejjed insemmu li, sal-1647, in-numru ta’ posti tal-ghassa madwar ix-xtut tela’ ghal 70 mill-24 tal-1417.66
Aspetti ekonomici u socjali
Fl-irhula kollha madwar il-Mosta li jissemmew fil-listi tal-milizja - Bise, Dimag, Calleya, Mosta - niltaqghu ma’ ragel wiehed biss li jissejjah mastru fl-1419-20 li mbaghad mar l-Imdina sa l-1425 hekk li wara dik is-sena ma kien baqa’ l-ebda mghallem il-Mosta. Neqsin (p.76) ghal kollox ukoll il-falcuneri u juculari, f’kuntrast, nghidu ahna man-Naxxar fejn hemm zewg mastri residenti – Carnivali Buhaiar u Johanni Buhaiar - u falcuneri wiehed - jew ma’ Haz-Zebbug, b’seba’ mastri. Dawn il-figuri jindikaw il-fatt li l-ekonomija tal-komunita Mostija kienet wahda bbazata ghal kollox fuq il-biedja. Il-ftit atti notarili li fadlilna mis-seklu XV isahhu dan li qed nghidu.
Jekk inwarrbu fil-genb il-kaz wiehed ta’ xi hadd mill-Mosta li qed joffri s-servizzi tieghu biex jaqdi sinjur mill-Imdina fl-1496,67 il-kuntratti l-ohra kollha ta’ xoghol li jinvolvu Mostin, huma ta’ natura agrikola. X’uhud minnhom huma kuntratti ta’ shubija jew ta’ bejgh ta’ bhejjem. F’Marzu 1487 Nardu Calavà mill-Imdina u Guliermu Buhagiar, mill-Mosta, dahlu bi shab ghal erba’ snin hekk li Calavà ipprovda baqra u zewgt erhiet li ghalihom Buhagiar hallas 10 uqijat u wieghed li jrabbihom mill-ahjar li seta’ biex, wara erba snin, setghu jaqsmu bejniethom il-frott kollu tas-shubija.68 F’Awissu ta’ l-istess sena Bisqallin Calleya, mill-Mosta, wara li emancipa liz-zewgt uliedu Nikolosu u Pawlu, flimkien maghhom jiddikjara li hu midjun ma Toni Falzon ghal zewg fjorini u nofs minhabba f’self lil Ingraw Mula; iwieghdu li jhallsu nofs l-ammont fl-Ghid li jmiss u l-bqija nhar San Gwann Battista. Bhala garanzija jsemmu l-mandra taghhom, qrib il-Mosta, bil-bhejjem kollha ta’ go fiha, fosthom gniedes ghall-hrit, baqar, hmir u nghag.69 F’Ottubru 1494, Ruggier Bertelli jistqarr dejn li kellu ta’ 8 uqijat u 13-il irbieghi lejn Pietru Cumbu mill-Mosta minhabba f’barri li kien xtara minghandu. Il-hlas weghidulu fl-Ghid.70
Ghadd ta’ kuntratti ohra kienu jirrigwardaw il-produzzjoni u l-bejgh tal-qoton minn Mostin. Tliet kuntratti (p.77) bejn l-1486 u l-1487 jizvelaw din l-istampa: Randin Busuttil mill-Mosta wieghed lil Gakbu Sillato mill-Imdina qantar qoton mhux mahdum ghal 8 fjorini sal-Milied.71 L-istess Bisqallin Calleya mill-Mosta, li ga ltqajna mieghu bhala sid ta’ bosta bhejjem, biegh 50 ratal qoton mhux mahdum ghal 4 fjorini lil Mastru Indri Axac sa nhar San Martin.72 Pinu Busuttil, Gakbu Fenech u Salvu Busuttil, kollha mill-Mosta, wieghdu 10 wizniet qoton gdid sa l-ahhar ta’ Novembru lin-Nutar Pawlu Bonell, prokuratur ghal Pietru de Rihera; il-hlas kellu jsir b’qamh ta’ Sqallija.73
Kiri u bejgh ta’ raba’ huma minn ta’ quddiem f’dawn il-kuntratti, bhalma huma wkoll hlasijiet f’ghamla ta’ prodotti tal-biedja. F’Settembru 1467 Mannu Sammut mir-Rabat jistqarr li biegh bi dritt ta’ rkupru lil Fideriku Xicluna mill-Mosta tliet bicciet art ghal 130 uqija fi flus Maltin. Qabel ghalaq iz-zmien stipulat ta’ l-irkupru, Sammut cieda d-dritt u, mal-kuntratt, Xicluna hallsu 20 uqija fi flus, tah zewg salmi (salma hi sittax il-tomna jew erba’ wejbiet) qamh u wahda xghir jiswew 7 uqijat ohra, u wieghdu l-bqija taht forma ta’ bettija nbid jew ghasir ta’ dik is-sena ghaz-zewg uqijat li kien fadallu jaghtih, nofs fil-Milied u nofs fl-Ghid ta’ wara; tliet kwarti tat-taxxa dovuta fuq dan il-bejgh ftiehmu li jhallasha Xicluna u l-bqija Sammut.74 Fl-istess xahar, Toni Fenech mill-Mosta biegh lil Gakbu Mellechi minn Rahal Lamann (Hal Mann) ghalqa msejha ‘Ta’ San Pawl’ fl-inhawi ta’ Rahal Perrun ghall-prezz ta’ 40 uqija fi flus Maltin.75 Fir-registri tan-Nutar Zabbara, imbaghad, wiehed jiltaqa’ ma’ Toni Axac mill-Imdina li, fl-1486, jikri artijiet fil-Pwales lil Toni Ellul mill-Mosta ghal erba snin, bi hlas ta’ 26 fjorin ta’ Sqallija.76 Sena wara, Nardu Sammut mill-Mosta jikri l-art imsejha ‘tad-Daqqaq’ ghal sentejn (p.78) lil Stiefnu Agius ghal 6 fjorini fis-sena dovuti fil-Milied ta’ kull sena,77 filwaqt li Gakbu Frendo biegh, bi dritt ta’ rkupru, il-hames parti ta’ harga dwieli fil-Mosta lil Amaldu Galie ghal 7 uqijat fi flus Maltin.78 Tmien snin wara, il-koppja Pietru u Granata Fenech mill-Mosta bieghu ghalqa tinharat, jisimha ‘Ta’ Borg Mehdi’ fl-inhawi Ta’ Mehdi, lil Lew Ebejer (min-Naxxar) ghal 9 uqijat u 15-il irbieghi flus Maltin.79 Dik il-habta wkoll, Zirona mart Dimitri Xicluna dahlet responsabbli ghall-hlas ta’ dejn ta’ 30 karlin lill-ahwa Nardu u Salvu Calleya fuq Il-kiri ta’ l-artijiet ‘Ta’ Hazerna’; bhala garanzija semmiet l-artijiet taghha fil-Mosta.80
Il-kotba tad-diecmi tad-dekan tal-Katidral ghandhom hafna xi jghidulna dwar proprjeta ta’ artijiet tal-Mostin. Dawn il-kotba jirrigwardaw pizijiet ta’ eghxur fuq certi artijiet dovut lid-dekan tal-Katidral, mhux ghax proprjeta tieghu jew tal-Katidral. Bhalhom hemm ukoll diecmi ta’ l-arcidjaknu u tat-tezorier tal-Katidral imma minn dawn il-kotba kollha, fadlilna wiehed biss ta’ qabel l-1530, dak tad-dekan ta’ l-1522.81 Il-folji 35-38v ta’ dar-registru jirrigwardaw l-art tal-Mostin u jsemmu fejn kienet l-art u x’piz kien hemm fuqha (Tab. 5). F’kemm-il kaz jissemmew ukoll min kienu l-proprjetarji li gew qabel u ghalhekk dawn il-kotba jidher li jkopru snin ferm qabel l-1522.82
Minn Tab. 5 nistghu nisiltu informazzjoni fuq fejn il-Mostin kienu jahdmu artijiethom li jidher minn hawn li hafna minnhom kienu lejn it-tramuntana u taht is-sies fil-wita ghammiela ta’ Benwarrad. Statistika importanti li tohrog minn dawn il-figuri hi t-total ta’ 47 tomna u 4 sighan li t-23 Mosti msemmi kellhom jaghtu bejniethom lid-dekan. Dan ifisser medja ta’ 12-il siegh u nofs kull wiehed. Minkejja l-isem, ‘diecma’ (jigifieri, (p.80) ghaxar parti u ghalhekk ghexur), wiehed ma jistax ikun zgur li t-taxxa kienet ta’ ghaxra fil-mija; setghet kienet hekk originaniment u biz-zmien nizlet u ghalhekk il-proprjeta attwali setghet kienet ferm izjed minn ghaxar darbiet tad-diecmi. Hu kemm hu dan il-proporzjon, wiehed jinnota li dak li kellhom jaghtu l-Mostin hu l-izjed fost tal-gzira kollha. Inqabbluh, nghidu ahna, mal-Qriema li kienu jhallsu medja ta’ 5 sighan, mal-Karkarizi (5 sighan), mal-Luqin (6 sighan), ma l-Gharghurin (6 sighan u nofs), mar-Rabtin [jekk neskludu l-kunventi) (8 sighan) u man-Naxxann (11-il siegh). Dawn il-figuri huma certament indikazzjoni li l-kommunita kienet wahda tat-tajjeb sew imqabbla mal-bqija tal-gzira.
Tab. 5 (p.79) | ||||
Mostin proprjetarji ta’ artijiet b’piz ta’ eghxur lid-dekan tal-Katidral - 1522 | ||||
Propjetarju | Ghalqa | Distrett | Diecmi | Propjetarji Qabel |
---|---|---|---|---|
Johanni Fenec | Ta Merczebbe | Il-Ghallis | 2 sieghan | Anthoni Camilleri |
Petru Cauchi | Sancti Georgi | Tal-Qadi | 1 tomna | |
Jacubu Salibe | Sancti Pauli | Wied Sardin | 1 tomna | Anthoni Fenec |
Gaddu Cauci | Tal-Qadi | 3 sieghan | Xmuni Ebeyer | |
Wied Qannotta | 2 tmien | Bernardu Cauchi | ||
Yl Gameri | Wied Qannotta | 3 tmien | Andria Chantar | |
Deonisi Barialo | Ta yl Guarrera | Il-Wardja | 2 tmien | |
Il-Qarbuni | 1 tomna | Ximuni Sant | ||
Gar yl bachrin | Qortin Sammat | 1 tomna | ||
Agnesa Bertelli | Il-Qarbuni | 1 tomna | ||
Lemu Galie | Gar Czayte | Andar Farrug | 3 tmien | Paulu Borg |
Ta Faynel | Wied Sardin | 1 tomna | Blasi Hellul | |
Blasi Busittil | Il-Wardija | 7½ sieghan | Michel Besine | |
Garita Borg | Andar Farrug | 2 sieghan | Marcu Borg | |
Micheli Galie | Andar Farrug | 1 tomna | Salvu Bucajar | |
Dimitri Calleya | ||||
Dar yl Cammira | Qortin Sammat | 9 sieghan | Brancat Stivala | |
Jacobu Salibe | Ta yl Bakibec | Wied Bufula | 2 tmien | Petru Cauchi |
Barth. Berteili | Ta Nadur | Qortin Sammat | 2 tmien | Petru Ajus |
Blasi Cormi | ||||
Lemu Cauchi | Ta Spiteri | Wied Qannotta | 1 tomna | Bertu Cauchi |
Matheu Galie | Ta yl Gebel | San Nikola | 3 sieghan | Andria Borg Stacca |
Marcu Borg | ||||
Hal Farrug | 7½ sieghan | Andria Buras | ||
Marcu Burg | ||||
Thumeu Burg | ||||
Luca Galie | Wied Qannotta | 9 sieghan | Gullielmu Galie | |
Matheu Bertelli | Wied Qannotta | 3 sieghan | Gullielmu Galie | |
Paulu Fenec | Ghar Xbiek | 1 tomna | Ximum Seikel | |
Agustino Calleya | ||||
Georgi Galie | Brangaljun | 7 sieghan | Johanni Bucajar | |
Yl chabel yl chiel | Brangaljun | 2 tmien | ||
Ta Chanpita | Hal Pessa | 1 tomna | [missieru] | |
Laur. Buchajar | Yl chabel | Il-Qarbuni | 3 tmien | |
Jacobu Conbu | Hal Pessa | 1 tomna | Fidiricu Buras | |
Bernardu Camalleri | ||||
Cataldu Xerri | Sancti Georgi | Il-Qadi | 3 sieghan | Jacobu Salibe |
Deonisi Xerri | San Nikola | 4 tmien | Manfredi la Chabica | |
Gebel Maratat | 4 sieghan | Leu Cauki | ||
Lencza S. Nicolai | Il-Qarbuni | 1 tomna | Costanczu Xerri | |
Qortin Sammat | 2 sieghan | Jacobu Xerri | ||
Bartalu Xerri | ||||
Brinkeli Xerri | ||||
Qortin Sammat | 1 tomna | Lippi Lifitec | ||
Nardu Fenec | Mineg | Ghar Xbiek | 1 tomna | |
Caliet yl Habid | Ghar Xbiek | 2 sieghan |
Forsi din il-klima ta’ affluwenza relattiva kienet tahti ghala fil-Mosta niltaqghu ma wahda mill-ftit projbizzjonijiet li ghandna fid-dokumentazzjoni tas-seklu XV kontra l-loghob ta’ l-azzard. Il-bandu mniedi mill-kunsill ta’ l-Universita jwissi lill-Mostin biex ma jkomplux jilaghbu r-rullu u r-rucellu f’Bieb Guytan fil-limiti tar-rahal. Il-piena ghal min jinqabad kienet ta’ 30 karlin.83
Malta u Sqallija ma jixxiebhu xejn f’kif u f’min jippossjedi l-art. Fi Sqallija l-art kienet kollha tal-Kuruna u kienet tinghata lill-barunijiet b’fewdu li, min-naha taghhom, iqabbluha lill-bdiewa biex jahdmuha. Min-naha l-ohra, ghalkemm il-Kurja Regja kienet tippossjedi hafna artijiet f’Malta - tista’ tghid koncentrati fi crieki wiesgha ta’ art dawramejt ma l-Imdina u mal-Kastell ta’ Sant Anglu - bhal fi Sqallija, kienet jew tinhadem mis-servi rjali jew tinghata b’fewdu lil ftit barunijiet u nies tat-tajjeb, aktarx barranin joqoghdu l-Imdina, li mbaghad kienu jqabbluha. Imma l-bdiewa Maltin, bil-maqlub ta’ Sqallija, xorta wahda kienu jippossjedu l-artijiet taghhom li minnhom kienu (p.81) jghixu. Dan jinftiehem fil-kuntest ta’ l-etnicita tal-biduini Maltin imnissla direttament mill-Gharab, bil-maqlub ta’ li gara fi Sqallija fejn il-popolazzjoni Islamika twarrbet ghal kollox u ntemmet fl-ezilju u haditilha postha popolazzjoni Latina li meta giet fi Sqallija sabet kollox f’idejn il-kuruna u, ghalhekk, ma kellha ebda drittijiet fuq l-art. Bil-maqlub ta’ dan, f’Malta kien hawn kontinwita etnika, jekk mhux kontinwita religjuza, riflessa fl-ilsien li ghadna nhaddmu sal-lum - il-Malti - u fil-kunjomijiet li ghadna ngorru maghna.84 L-art, allura, kienet l-ghajn ewlenija tal-gid tal-bdiewa u dan jispjega ghala kwazi qatt ma kienet tibdel l-idejn jekk mhux fil-familja stess, b wirt, dota, ghotja lill-ulied, ecc. Il-kuntratti ta’ bejgh bi dritt ta’ rkupru - “cum carta grade redimendi” - huma biss prima facie trasferimenti ta’ art. Huma aktarx paraventu ghal self ta’ flus li fih jinqdew bl-art bhala ipoteka biex jaharbu mic-censuri tal-Knisja fuq self bl-uzura. Tista’ tghid f’kull kaz l-art tigi rkuprata, jew direttament mill-‘bejjiegh’ jew mill-familjari tieghu jure prothomisios. Bejjiegh irid ikun veru mghallaq biex icedi artu lil xerrej barrani.
Dan jidher minn ghadd ta’ kuntratti ta’ din ix-xorta tas-seklu XV li fihom parti wahda hi mill-Mosta. Ninnutaw kif Rigu Cumbo fit-testment tieghu fl-1467, fejn wera li xtaq jindifen fil-parrocca tan-Naxxar, ihalli lil Sibilla, bint Mannu Bartalu pro maritagio, ghalqa zghira fil-Mosta jghidulha ‘Ic-Cens’, li jmissu maghha kien hemm art ta’ Indri Buras u Indri Camilleri.85 Ghoxrin sena wara niltaqghu ma’ dota, li kienet tinkludi art fil-Lwatam, jigifieri l-Mosta, li kienet inxtrat minn Randinu Busuttil.86 Fit-18 ta’ Frar 1495 ghandna zwieg doppju, ahwa l-ahwa, bejn Pawlu Percop, iben Frangisku u Zuna minn Hal Zebbug, ma’ Barsula Ellul, bint Toni u Anjeze (p.82) mill-Mosta, kif ukoll bejn Agata, oht Pawlu, mgharrsa lil Blas, hu Barsula; dawn id-doti jinkludu “hospicium habitacionis eiusdem Antonii in Casali Musta cum galcis”.87 Artijiet ohra li bidlu l-idejn f’dota biex b’hekk baqghu fil-familja jinkludu “terre ta’ il Kynisie in contrata Musta”.88 F’xi okkazjoni rari, fejn wiehed jissuspetta li min qed ibiegh ikun gie dahru mal-hajt, wiehed jiltaqa’ ma bejgh ta’ art lill-barranin minghajr ebda attentat ta’ rkupru. Dan kien il-kaz ta’ Rigu Dejf mill-Mosta li, fl-24 ta’ Mejju 1495, emancipa lil bintu Ylagia u ghamlilha ghotja ta’ terz l-art tinharat li kellu f’Rahal Binsinjur li hi, wara li akkwistatha, marret dritt tbieghha lil Nardu Calavà ghal 15-il uqija tad-deheb, flus Maltin.89
Drittijiet komuni
Bhall-bqija tal-popolazzjoni Maltija, il-Mostin ukoll kellhom access ghal artijiet komuni qrib ir-rahal taghhom u kienu jghozzu hafna dan id-dritt hekk li ma kienu jhallu lil hadd li jxellifulhom u malajr kienu jirrappurtaw kull ksur lill-Universita fl-Imdina. Hekk gara fit-12 ta’ Novembru 1519 meta naraw lil Mattew Galie mill-Mosta qed jirrapporta lil Mattew Bonnici li kien qed jokkupa illegalment art komuni fil-wied; l-awtoritajiet ma qaghdux jitnikkru biex jinvestigaw.90 L-istess gara fid-29 ta’ Ottubru 1512 meta Deunisi Xerri beda jaqla’ t-torba mit-triq ta’ quddiemu biex jiftah giebja hemm. Dan kien ta’ detriment mhux biss ghall-pubbliku in generali imma l-izjed ghal Mikiel Falzon il-gar tieghu li kien qed jitlef l-ilma tax-xita li soltu kien jigbor mit-triq. Falzon harrek lil Xerri u tal-kunsill bla dewmien baghtu tliet gurati l-Mosta biex jinvestigaw il-kaz kif jidher mill-bandu li nidew.91
(p.83) Aspett iehor ta’ propjeta komuni jirrigwarda gwiebi komuni ghar-rahal. Il-kunsill municipali bid-dritt kien jistenna li n-nies tar-rahal jiehdu hsiebhom huma u jzommuhom li stat tajjeb ta’ manutensjoni ghax kienu huma li fl-ahhar mill-ahhar jibbenefikaw minnhom. Izda l-egoizmu anki dak iz-zmien kien isaltan u kemm-il darba dawn il-gwiebi kienu jithallew jiddeterjoraw ghax hadd ma kien lest jidhol biex jaghmel bicca xoghol li jgawdi minnha r-rahal kollu. F’kazijiet bhal dawn, wara li jinhareg avviz f’ghamla ta’ bandu pubbliku, l-Universita kienet lesta li tikri l-giebja lil xi hadd mir-rahal li ried inaddafha ghall-uzu tieghu, u hekk tkun tista ddahhal xi haga minnha. Hekk, nghidu ahna, naqraw kif fis-7 ta’ Lulju 1523 tnieda bandu bhal dan fil-Mosta biex jaghti l-ahhar twissija lill-Mostin dwar il-giebja fil-Lwatam; jekk hadd ma kien jinteressah inaddafha ghall-uzu pubbliku, allura kienet ser tinghata b’kera lil Mattew Calleya ghall-uzu tieghu personali.92
In-nies tar-rahal kellhom kemm drittijiet kif ukoll dmirijiet ohra lejn l-art komuni. Kellhom id-dritt li jghaddu minn fuq din l-art minghajr ma jista’ jwaqqafhom hadd; setghu jirghu l-imriehel taghhom hemm, u, setghu jigbru z-zkuk niexfa bhala hatab ghall-ifran u l-kcejjen taghhom. Mill-banda l-ohra, l-aktar wara l-1530, din l-attivita saret dejjem aktar regolamentata mill-Universita sabiex tigi mharsa l-provvista ta’ xewk, saghtar u hxejjex ohra tax-xaghri biex ma jinqerdux ghal dejjem bi qtugh esagerat. Ghalhekk niltaqghu ma’ bandi li jirregolaw iz-zmien meta seta’ jinqata’ s-saghtar, bhal meta l-granmastru, fl-1538, nieda:
"pro bon regimento et bond conservacioni dila sanirati di dicta chirati et insula perpetuo duraturi: (p.84) nixuno sia ausanti taglari spini per ligne perfinke non sia passato tutto lo misi di Julio; Item chi nixuno sia ausanti dal primo Jorno di Marczo perfina tutto lo misi di Septembri cuiuslibet anni coghri ligne di satari”.93
Aspetti politici
Lejn tmiem is-seklu XV jibdew jidhru sindaki qed jirrapprezentaw l-irhula taghhom fil-kunsill ta’ l-Imdina. Sa l-1450 il-partecipazzjoni ta’ l-irhula fil-kunsill kienet haga rari.94 Anki meta l-agenda tal-kunsill kienet tirrigwardahom direttament, id-decizjonijiet bosta drabi kienu jittiehdu minghajr ebda konsultazzjoni ma min kien ikun l-aktar koncernat. Hekk, meta kien mehtieg self ta’ flus ghax-xiri ta’ qmuh, il-kunsill qabad u dar fuq min fl-irhula kien l-aktar jista’; dawk li kellhom jikkontribwixxu mill-capella tan-Naxxar insibu fosthom lill-Mostin Nardu Buras u Fidiriku Xiklune.95 Imma xi ghoxrin sena wara, ghax il-kunsill basar li ser isib min jiqaflu meta ried jimponi xoghol bl-angara fuq il-hitan ta’ l-Imdina, l-gharef Nutar Pietru Caxaru, li ma kienx jara biss sa mniehru, ippropona li jigu msejha zewg rapprezentanti minn kull capella biex ikunu ko-responsabbli mal-kunsill fit-tehid ta’ dik id-decizjoni; u jekk din l-istrategija ma tahdimx, allura kellhom jiktbu lill-vicire.96 Kif wiehed seta’ jobsor, ta’ l-irhula xammew x’kien gej ghalihom u ghall-ewwel laqgha b’dik l-agenda ma mar hadd ghajr is-sindaki tan-Naxxar u ta’ Birkirkara - “reliqui vero sindici requisiti noluerunt comparere”.97 Bilfors li wara dan kienet saret xi pressjoni fuq l-ohrajn ghax, tliet gimghat wara kollha attendew, bi Xmun Bartalu u Tumew Cassar jidhru ghall-capella tan-Naxxar.98 Ir-rezistenza imma ma naqsitx. Sejha urgenti ghal laqgha fuq dan is-suggett ghall-Hadd, 20 ta’ Gunju 1473, kienet ibbojkottjata (p.85) sfaccatament minn kulhudd, imma meta l-agenda kienet tkun inqas tahraq, allura ta’ l-irhula kienu jattendu.99 Fl-ahhar, l-affari spiccat quddiem il-vicire biex jaqtaghha hu b’ordni severa, kif jidher mill-ittra tieghu tat-28 ta’ Lulju 1472. Din inqrat fil-kunsill fl-20 ta’ Settembru 1477 (wiehed jistaqsi ghala dan id-dewmien ta’ hames snin?): “et eciam digiano interveniri sindaki da li parrochi una per chasquiduna parrocha”.100 Wara dan ir-rapprezentanti ta’ l-irhula bdew jidhru fil-kunsill b’iktar regolarita, l-aktar meta l-kooperazzjoni taghhom kienet mehtiega. Il-kooperazzjoni fix-xoghol bl-angara nghatat ghax hassew li, wara kollox, din kienet ghall-gid ta’ kulhadd. Constabuli mill-irhula gew appuntati biex jikkoordinaw il-hidma fl-Imdina bl-istess mod kif ir-rividituri kienu jikkoordinaw l-ghassa tal-mahras.101 Il-Listi ta’ l-Angara jsemmu lil-Constabuli Frangisku Galie mill-Mosta (f. 16v) u lill-Constabuli Bendu Cauki minn Mosta/Naxxar (f. 17v). Din ir-rapprezentanza fil-kunsill issuktat l-aktar meta kien jissejjah Parlamentu Generali, li kien aktarx jitlaqqa’ jew quddiem jew gol-Katidral.102
Sa l-1498 id-dmirijiet tal-kuntistabbli nfirxu biex ikopru wkoll ghajnuna fl-organizzazzjoni, tqassim u xiri ta’ qamh ta’ Sqallija ghall-irhula taghhom.103 Fis-7 ta’ Novembru ta’ dik is-sena kull kuntistabbli kellu jmur Sant’Anglu biex jigbor is-sehem tal-qamh ghar-rahal tieghu minn fuq il-mirkeb ta’ Alvaro de Nava u jekk jiddawwar li jaghmel dan u l-qamh jithassar, allura hu kien jinzamm responsabbli.104 Minbarra dan ix-xoghol gdid, il-kuntistabbli baqa’ responsabbli ghall-organizzazzjoni tax-xoghol bl-angara. Fil-31 t’Ottubru 1498 il-kuntistabbli kellhom jizguraw li l-irgiel tar-rahal taghhom kellhom ikunu prezenti l-lmdina biex jibda xoghol fuq it-tindif tal-foss, fejn kull parrocca kellha (p.86) l-qatgha taghha x’tiehu hsieb.105 Wara l-migja ta’ l-Ordni fl-1530 din l-istruttura organizzativa fl-irhula giet imsahha u jibda jidher l-involviment tan-nies tar-rahal fl-ghazla tar-rapprezentanti taghhom. Element gdid li jibda jidher wara l-1530 hu li r-rapprezentant fil-kunsill, li qabel kien jissejjah sindicus, issa sar identiku mal-conestabilis. Dan jidher car, nghidu ahna, mil-laqgha tal-kunsill tad-9 t Awissu 1541, ghalkemm din il-prassi setghet bdiet hafna qabel.106 Fit-8 ta’ Gunju 1553 il-Mostin, fil-maggoranza taghhom, dehru quddiem il-gurati jipprotestaw kontra l-kuntistabbli taghhom, Pietru Mamo. Il-gurati, wara li semghu l-ilmenti gustifikati taghhom, warrbu lil Mamo u hatru minfloku lil Xmun Galie.107 Kuntistabbli iehor, Wenzu Debono, kien ikkonfermat ghall-Mosta fis-6 ta’ Marzu 1559.108 L-elezzjonijiet tal-1560 raw l-ucuh godda ta’ Wenzu Galie u Blas Calleya bhala kuntistabbli ghar-rahal.109
Il-Knisja
L-eqdem dokument li fadlilna li jiddeskrivi l-istat generali tal-Knisja f’Malta hu l-hekk imsejjah Rollo li l-Isqof Senatore de Mello, fl-1436, ordna li jsir biex jirregolarizza t-tassazzjoni fuq il-kleru skond il-propjeta ekklezjastika li kellu, l-aktar vis-a-vis l-kleru f’Ghawdex. B’rizultat ta’ dan id-digriet, ghandna dokumentat kif f’dik is-sena kien ga hemm hdax-il parrocca, barra l-Katidral, u Knisja li kienet tgawdi minn xi 100 beneficcju, prebendi u animagji ghas-sosten tal-kleru f’Malta; il-parti Ghawdxija ntilfet. Il-beneficjarji f’dik is-sena kienu l-erba dinjitarji tal-Katidral - l-arcidjaknu, id-dekan, it-tezorier u l-kantur - kollha kemm huma, barra l-kantur, kellhom id-diecmi taghhom (kif rajna), hdax-il kanonku u hmistax-il qassis iehor (13-il presbiteru, kjeriku u frater).110
(p.87) Ghalkemm il-Mosta, bhala dipendenti fuq il-capella tan-Naxxar, ma tissemmiex esplicitament fir-Rollo, jezistu konnessjonijiet interessanti bejn ir-rahal u l-beneficcji msemmija. Bhal fil-kaz ta’ nofs il-capelle msemmija, il-kappillan tan-Naxxar, Dun Pietro Mollica, kien kanonku tal-Katidral.111 Il-capella tieghu kienet tipprovdilu dhul rispettabbli hafna ta’ 18-il uqija – fis-sena (li fost il-capelle l-ohra kienet it-tielet, wara r-Rabat, b’25 uqija, u Birkirkara b’20 uqija). Billi dan id-dhul kien gej minn drittijiet sagramentali u primizji li kienu jridu jaghtu l-parruccani, din ic-cifra tirrifletti d-daqsijiet tad-diversi parrocci f’dik is-sena u, fil-fatt, tipparaguna tajjeb hafna mal-figuri tal-listi tal-milizzja.112 Mollica kellu dhul iehor minn sitt beneficcji ohra u tliet animagji, tnejn minnhom qrib sew tal-parrocca tieghu. Dawn kienu l-beneficcju ta’ Rahal Dejf, gon-Naxxar stess, u l-iehor l-’animagium bita l-Giziet’ li kien go Wied il-Ghasel.113 L-isem ‘Tal-Giziet’ (jigifieri Gizett, diminuttiv ta’ Giza) ma jipprovdix informazzjoni bizzejjed biex tigi identifikata l-fundatrici tieghu. Imma nistghu nkunu hafna aktar fic-cert dwar animagju iehor, jigifieri ‘animagio di Gulino Guratto,’ li kien f’idejn Dun Alban de Franco, billi l-familja Guaracto hi unika fid-dokumentazzjoni Maltija u, bla dubju, b’rabtiet mal-Mosta. Gulinu / Ugolinu / Guliermu Guaracto jibda jissemma lejn l-1398 meta l-armla tieghu, Manna, ipprotestat quddiem ir-Re Martin li s-secretus tal-Majesta Tieghu kien qed izommilha marbutin certi proprjetajiet taghha f’Malta li kienu taghha personali ghax kienet wirtithom hi. Tkompli tghid li, kieku xtaqet tfittex drittijietha fil-qrati Maltin imma l-hafna perikli fuq il-bahar zammewha milli taqsam ghall-gzira minn Sqallija. Il-gustizzja li talbet lir-Re li ssir maghha ma damitx ma ntghamlitilha u ftit wara nsibuha terga’ tiehu artijietha li hafna (p.88) minnhom jidhru li kienu madwar il-Mosta fosthom ‘Ta’ Santu Zakkarija,’ ‘Habel San Gorg’ f’Benwarrad, eghlieqi f’Ghajn Targa, Gebel Marikatu, il-Qarbuni u Qortin Sammat; iktar ‘il barra kien hemm il-Pwales, Gherien Nifus u Ghajn Tuffieha.114 Barra minn hekk, certu Gulinu Guractu, aktarx iben Gulinu u Manna, jidher taht Calleya et Musta fil-listi kollha tal-milizzja (1416-1425). Mhux car jekk il-fundatur ta’ l-animagju kienx Gulinu l-missier jew l-iben.
Id-devozzjoni lejn il-Knisja li wrew il-Mostin tidher ukoll mill-bosta knejjes zghar u kappelli li jinsabu fir-rahal u madwaru. L-ewwel katalgu shih li ghandna ta’ dawn il-knejjes ma jmurx lura aktar mill-vizta appostolika li kien ghamel Mons Pietro Dusina fl-1575, imma dawn il-knejjes ma sarux mil-lum ghall-ghada dakinhar imma kienu ilhom hemm is-snin; dan nistghu nghiduh minn atti notarili u dokumentazzjoni ohra li tirreferi ghalihom. Hekk nghidu ahna, il-knisja ta’ Santa Marija ta’ Wied Ziri ga tidher fl-1496, ta’ San Zakkarija fl-1399, ta’ Sant Andrija tal-Blat fl-1522, u ta’ San Nikola tal-Lwatam fl-1524.115 Mons. Dusina zar ir-rahal nhar il-Hadd, 30 ta’ Jannar 1575, meta sab rahal b’116-il dar li kienu jfissru popolazzjoni ta’ madwar 500 ruh.116 Hafna mill-knejjes li zar sabhom fi stat hazin hafna. Ma ghandniex ghax nistghagbu b’dan meta niftakru li Dusina kien hawn ghaxar snin biss wara l-Assedju l-Kbir (1565) li matulu t-Torok ghamlu herba minn kull ma sabu. Ir-rapport ta’ Dusina nnifsu jsemmi kemm-il darba: “ecclesia fuit penitus a Turcis diruta” (ff. 114, 177) u “porta lignea a Turcis fuit ablata” (ff. 183v, 184, 186). Fir-rahal stess, hu u niezel min-Naxxar, Dusina zar il-knejjes zghar ta’ San Mikiel u ta’ Sant Antnin Abbati (f. 37). La wahda u lanqas l-ohra ma kellha bieb jew pavimentar (p.89) jew il-htigijiet ordinarji ta’ knisja ghalkemm kellhom jiehdu hsiebhom lil Lew Xerri u Teramu Vassallo. Dawn il prokuraturi kellhom jassiguraw li l-festi ta’ dawn il-kappelli jsiru kull sena. Dusina zar ukoll tliet knejjes ohra zghar iddedikali lil San Anard, San Gakbu u Santa Katerina li kollha kellhom bieb ta’ l-injam imma ma kellhomx l-art iccangata (ff. 37v-38).
Imma gor-rahal kien hemm knisja ohra, hafna differenti minn dawn il-hames kappelli, li Dusina jirreferi ghaliha bhala “Parrochialis ecclesia” (ff. 37rv). Mhux facli tirrikoncilja din it-terminologija mal-fatt li l-hajja sagramentali tar-rahal kienet ghadha titmexxa min-Naxxar kif baqghet sas-sena 1608 meta l-Mosta nqatghet min-Naxxar bhala parrocca (p.90) indipendenti.117 Barra minn hekk, Dusina nnifsu jiddikjara li din il-knisja “non habet introytus nisi primitias que debenture capellano Nasciari.” Din ukoll hija procedura normali li l-primizji migbura mill-parruccani johodhom il-kappillan f’dan il-kaz, tan-Naxxar. Li hu interessanti imma hu l-fatt li, b’xi mod, proprju din il-knisja u mhux l-ohrajn, kellha marbuta maghha l-primizji ta’ nies ir-rahal. Barra minn hekk, l-obbligu wahdani tal-kappillan f’din il-knisja kien biss li jqaddes kull sena f’nhar il-festa: “Rector ipse dicit non teneri ad aliquod onus nisi ad celebrandum in die festivitatis.” Wiehed ikollu jikkonkludi li t-titlu ‘parrochialis’ kien zbaljat u aktarx intuza biex jidher l-istat fiziku superjuri ta’ dil-knisja mqabbel ma l-ohrajn, kif Dusina stess jixhed: “Ecclesia est amplia et satis decens et habet altare, pavimentum et portas ligneas.”
Il-qaghda superjuri tal-Knisja ta’ l-Assunzjoni kienet ilha zmien. Sa mill-1496 kienet diga l-ghira ta’ l-irhula ta’ madwar. Bizzejjed insemmu kif meta il-pittur Malti Fra Gwann Antonju Pulcella, Karmelitan, riduh ipitter it-tribuna (abside) tal-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Rahal Attard, insistew mieghu li l-mudell kellu jkun xejn anqas minn dik ta’ Santa Marija tal-Mosta: “ad similitudinem tribone Ecclesie gloriose Virgtnis Marie de la Musta de Gued Ziri” - deskritta bhala Ta’ Wied Ziri.118 M’hemm l-ebda dubju li dik il-knisja li Dusina jsejjah ‘parrochialis’ mhix ghajr dik li biz-zmien saret il-parrocca tal-Mosta.119 Il-prokuraturi ta’ H’Attard, Blas Attard u Litterju Attard, kienu lesti jhallsu lil La Pulcella disa fjorini ghal xoghlu u biex jizguraw li jibqa’ fidil ghat-termini stipulati, il-hlas kellu jsir f’erba’ pagamenti, nhar San Martin, fil-Milied, fil-Karnival u fl-Ghid ta’ wara, meta l-kriterju wahdani ta’ kemm kellu jkun fidil fl-ezekuzzjoni tal-pittura kien (p.91) il-konformita mal-pittura fil-knisja tal-Mosta: “quod si la dicta picture non sirra simili in coluri et ystoria ala dicta pictura dila tribona di Santa Maria di Gued Ziri quod dictus frater Antonins amictat salarium sive mercedem ... et si sirra meglu dicii yconimi se obligaverunt addere et suplere eidem Frati Antonio unum crastatum in dicto festo Ressurecionis Dominice.” Wiehed jista’ jobsor li l-pittura f’tal-Mosta setghet saret minn La Pulcella nnifsu u li l-prokuraturi kienu qed ihegguh jisboq xoghlu stess.
Kien hemm knejjes ohra li Dusina zar fil-konfini tar-rahal kif ukoll barra minnu. Jissemmew knisja tal-Lunzjata, knisja ta’ San Pawl, knisja ta’ San Nikola (aktarx Tal-Lwatam), knisja ta’ Santa Margarita, knisja ohra zghira ta’ l-Assunzjoni (aktarx dik Ta’ Zejfi),120 kif ukoll knisja ohra ta’ San Gakbu, kollha kemm huma deskritti bhala “in dicto Casali Muste.” Fost l-ecclesiae rurales tan-Naxxar, wahda biss, dik ta’ San Gorg (ff. 166v-167) “a parte dextera versus Casale Mu[sta],” nistghu nqisu li kienet qrib il-Mosta. Dawk il-knejjes li llum konna nqisu bhala li jaghmlu mal-Mosta, dik is-sena kienu ghadhom meqjusa bhala parti mill-parrocca l-qadima u estinta tal-Mellieha (ff. 181-182); dawn jinkludu Sant’Andrija tal-Blat (f’Rahal Dimekk), deskritta bhala “super dictum Casale Musta,” San Pawl l-Ewwel Eremita f’Wied il-Ghasel, Santa Katerina taht Hal Pessa fl-istess wied u l-knisja tal-Vizitazzjoni tal-Madonna msejha kurjozament bhala “supra Casale Muste quae ecclesia est sculpta in gripta quadam, in forma rotunda exigua, quae dicitur alias fuisse consecrata a septem episcopis, qui ob naufragium casu in Insula Melitae pervenerunt.” Din ma nahsibx li hi l-knisja Ta’ l-Isperanza kif isostni E.B. Vella u rrepetew ohrajn warajh, imma aktarx dik maghrufa bhala l-Knisja (p.92) tal-Vizitazzjoni (Ta’ Wejda). L-isem Ta’ Wejda jfakkar il-laqam tal-familja ta’ Damjan u Agata Bonnici, Ta’ Wejda, li bnewha mill-gdid fil-bidu tas-seklu XVII fuq is-sit ta’ l-oratorju maqtugh fil-blat li zar Dusina. It-tila tal-Vizitazzjoni li hemm fis-sagristija, li ggib id-data ‘1605’ u li turi l-figuri fic-cokon tal-koppja Bonnici li kkommissjonawha, ghadha xhieda. Mhix haga ta’ staghgib li l-knisja ta’ San Zakkarija, li ma kenitx baqghet tissemma fi zmien Dusina, setghet kienet sewwasew din il-knisja trogloditika qadima; il-pittura fuq l-altar li hemm illum tirrapprezenta lill-qaddis Zakkaria flimkien ma martu Elizabbetta fix-xena familjari tal-Vizitazzjoni.
Il-knisja qrib il-Mosta ddedikata lil San Pawl Eremita, fl-isfond suggestiv tal-ghar kbir mixruf fuq Wied il-Ghasel, minkejja snin twal ta’ abbandun ghadha titnieghes tohlom holm medjevali u, mhux ta’ l-iskantament, li matul is-sekli nebbhet xi leggenda jew ohra. Fi zmien Abela kien diga jinghad kif certu eremita li kien mar joqghod f’dak il-ghar kien widdeb xi rghajja Mostin minhabba l-hajja laxka taghhom. Dawn it-talin xejn ma nizlitilhom din il-kedda li tahom u, bil-gebel f’idejhom, grew (p.93) warajh sakemm ma kellux fejn jahrab ghax kien wasal sax-xatt. Ir-ragel t’Alla, ma nkeddx wisq, firex mantaru fuq il-mewg, rikeb fuqu u salpa ‘l barra lejn Kemmuna u Ghawdex fejn sab kenn f’ghar iehor qrib Santa Marija tal-Qala.121 Wiehed jistaqsi jekk setax kien hemm bazi, zghira kemm hi zghira, ghal din il-leggenda. Buhagiar ifakkar kif l-istorja jafu biha f’Noto, fi Sqallija, fejn l-eremit bla isem f’Abela hu identifikat ma San Corrado minn dik il-belt. Vers fil-litanija li tinghad kull nhar ta’ Gimgha quddiem ix-xbiha tieghu f’Noto jghid: “Sancte Corrade, qui de Melita in Siciliani sicco vestigio pertransisti, ora pro nobis”.122 Ir-rabta ma dan il-qaddis tidher li tissahhah mit-toponimu Ghawdxi ‘Dahlet Qorrot’ li jibda jidher mis-seklu XVI u li Wettinger jinterpreta bhala d-dahla ta’ Corrado.123 Il-Frangiskan Patri Gorg Aquilina jaqbad l-istorja mit-tarf l-iehor ta’ Sqallija u jsib li dan Corrado mhux ghajr San Corrado Confalonieri, imwieled fi Piacenza fl-1290, sar Terzjarju Frangiskan, u qatta hajtu ta’ eremita fi Sqallija hdejn Noto fejn miet fid-19 ta’ Frar 1351.124 Il-konnessjoni li Aquilina jaghmel ma’ Malta hi li sewwasew fis-seklu XIV skond kif dokumentat, it-Terzjarji Frangiskani kienu stabbilew ruhhom fir-Rabat ta’ Malta fejn kellhom sptar (aktar tard Santu Spirtu), knisja (ta’ San Frangisk), u kunvent, kollha hdejn xulxin, li wara l-1495 ghaddew f’idejn il-Konventwali. It-Terzjarji Frangiskani kienu maghrufin kemm ghall-hidma taghhom fl-isptarijiet kif ukoll ghall-hajja eremitika.125 Kien x’kien il-kaz ta’ San Kerrew, in-nies tal-Mosta zgur li bbenefikaw mis-servizzi li kienu joffru t-Terzjarji fl-isptar tar-Rabat; wahda mill-fqar li kien imantni l-isptar ta’ Santu Spirtu fl-1554 kienet Peruna di la Mosta u wiehed mill-feruti li t-tobba dewwew hemm fl-1546 gie mill-Mosta.126
Lejn tmiem iz-zmien li qed (p.94) nikkonsidraw, jigifieri mal-wasla ta’ l-Ordni tal-Kavallieri fl-1530, f’Malta sehh zvilupp interessanti meta n-nies komuni hassew li z-zmien kien wasal biex jehilsu darba ghal dejjem mill-oppressjoni baronali li kienet ilha ttaqalhom ghomor. ls-setgha f’idejn l-erba’ familji b’sahhithom fl-Imdina ma hallewhiex tizloqilhom minn bejn subghajhom kif gieb u lahaq.127 Interessanti wiehed jinnota kif kienet griet il-kelma li l-profezija li l-madmad li kien jghakkishom kellu jitkisser kellha ssehh ma ddumx.
“Il popolo exclamava pregando il Signore che li mandasse un Padrone che insieme maltrattasse li nobili come I’ignobili anzi li antiqui nostri da longissimo tempo aveano pronosticato la venuta della Religione in Malta sotto questa metafora: ‘Verra da levante un sparvere spennato che caccerà il falcone peregnno dal suo nido,’ il che fu verificato, perche dopo la venuta della Religione in Malta tutta la nobilta per non stare sotto l’obedienza della Religione si e partita in diverse Citta di Sicilia”.128
Diga rajna kif lanqas lahaq rifes l-art l-Ordni li l-Maltin ma pprotestawx bil-qawwa quddiem il-granmastru biex jehilsu mill-ahhar fdalijiet ta’ servitu li kienu jaraw fix-xoghol bla hlas li kellhom jaghtu lill-awtoritajiet bhala Dejma, Mahras u Angara. F’din l-ewforja ta’ liberazzjoni in-nies komuni ghamlu attentat iehor biex jehilsu minn toqol iehor li kellhom igorru bilfors - il-primizji li kellhom jaghtu lill-kappillan. Mewga ta’ ribelljoni griet mal-capelle kollha ta’ Malta, aktarx mibdija miz-Zebbugin li ismijiethom jidhru fuq nett fil-lista ta’ firem.129 Il-primizji li kellhom ihallsu kienu jammontaw ghal “uno tummino di frumento et uno altro di orzu per casa de quilli fanno massaria et una pisa de (p.95) cuctuni de omni uno tanto povero quanto ricto.” Fi tmiem il-protesta jidhru l-ismijiet ta’ l-abitanti jirrapprezentaw id-diversi cappelle, jibdew b’Casale Zebug u warajh Casale Naxar u l-bqija. Ir-rapprezentanti tan-Naxxar kienu: Georgius Buchajar, Jorlandus Ketcuti, Matheus Galata, Bertus Sckembri, Termus Sckembri, Leo Cauki, Paulus Besine, Antonius Samut, Termus Calfat u Bastianus Xerri.
Id-dettalji tal-kawza li tqajmet u li L’Isle Adam irrefera ghall-Curia Gubernatorialis ta’ l-Imdina huma interessanti u jinkludu kemm allegazzjonijiet u akkuzi ta’ estorsjoni mill-kappillani, li jammontaw ghal ftit inqas minn simonija, kif ukoll informazzjoni fattwali bhall-istqarrija ta’ l-avukat tal-kwerelanti li jghid, fost l-ohrajn, li fis-sittin sena li ghaddew il-popolazzjoni ta’ l-irhula kienet zdiedet b’50 fil-mija (ff. 8-9).
Konkluzjoni
Din il-harsa hafifa lejn grajjet ir-rahal fuq l-ghatba ta’ l-era moderna tiftah tieqa fuq l-izvilupp ta’ komunita tipika rurali Maltija fuq medda ta’ seklu u nofs li thares lejn diversi aspetti importanti tal-hajja tar-rahal. Il-Mostin jidhru li kienu nies hawtiela, li gharfu jieqfu ghal drittijiethom, u li taw sehemhom bis-shih fil-hajja tal-gzira. Din l-esperjenza ppreparat lill-poplu tar-rahal biex, flimkien ma’ l-irhula l-ohra, seta’ jaffaccja l-isfidi u l-opportunitajiet li l-gejjieni taht l-Ordni kien qed ihejjilu.
Riferenzi
- (p.96) Vide: S. Fiorini, ‘Hal Kirkop sal-1592,’ H.C.R. Vella (ed.), Hal Kirkop u l-inhawi ta’ madwaru (Malta 2000a), 24-6.
- Jidher li hemm x’wiehed jitghallem meta nqabblu l-kunjomijiet ta’ l-irgiel li jisimhom Antoni fir-Rabat u l-Imdima fil-Lista tal-Milizzja ta’ l-1419-20 ma dawk li qed iservu ali mura u ala plaza fir-Roster (filwaqt li nzommu f’mohhna li l-pagna bl-ismijiet tal-ghassa ta’ nhar ta’ Hadd ali mura ma nstabitx). It-8 ismijiet ta’ l-Imdina (kollha kunjomijiet) jaqblu perfettament. Tar-Rabat, mill-20 isem fil-Lista u s-16 fir-Roster, 8 biss jaqblu; fost dawn Musta, Tartani, Burasi, Mahaduf u Hayed setghu kienu biss laqmijiet.
- G. Wettinger, Place-Names of the Maltese Islands ca. 1300-1800 (Malta: 2000), 397.
- J. Aquilina, Maltese - English Dictionary (Malta: 1990), 859.
- Qabbel: Malti, fost < Gharbi, fi + wast.
Vide E.B. Vella et al, Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta: 1972 / 1986), Taqsima II, 23. Vella jghid li din l-opinjoni esprimewha qabel Temi Zammit, P.P. Saydon, Ninu Cremona u l-Abbè E. Poggi. - G. Wettinger, Place-Names of the Maltese Islands ca. 1300-1800 (Malta: 2000).
- G. Caracausi, Arabismi medievali di Sicilia (Palermo: 1983), 237.
- S. Cusa, I diploma greci ed arabi di Sicilia (Palermo 1868, facsimile Köln-Wien: 1982), 18.
- A. de Biberstein Kazimirski, Dictionnaire arabe-francais, ii (Paris: 1860), 1105.
- Mhux imsemmi f’din il-lista Rahal Mlit li, ghalkemm maghdud minn Castagna, ma niltaqghux mieghu f’dokumentazzjoni medjevali. Il-qasam Ta’ Mlit hu qrib il-Mosta. Sahansitra sa l-1647, Abela ghadu jsejjahlu biss territorio.
(Vide 1:2500 Survey Sheets (1972), 485/736),
Vide P.P. Castagna, Lis Storia ta’ Malta bil Gzejer Tahha, i ( Malta 1888; facsimile Malta: 1985), 199; G.F. Abela, Della descrittione di Malta isola nel mare siciliano (Malta 1647; facsimile Malta: 1984). - Vide M(alta) C(athedra) M(dina), A(rchivium) C(athedralis) M(elitea), Misc. 437 No. 6.
- N(otarial) A(rchives) V(alletta), R376/1, f. 278v (26.iv. 1539).
- G. Wettinger, Place-Names of the Maltese Islands ca. 1300-1800 (Malta: 2000), 274.
- Ibid.
- N(ationaI) L(ibrary) M(alta), Lib. MS. 631, ff. 4v-5. [c. 1610], Descrizione di Malta.
- Dokumeni ta’ l-1514 jinnota li f’dik is-sena f’Malta kien hawn sittin rahal abitat (sesenta aldeas), Vide J. Del Amo, S. Fiorini & G. Wettinger, Documentary Sources of Maltese History, Pt. III: Documents of the Maltese Universitas. No. 1: Cathedral Museum, Mdina, Archivum Cathedralis Melitae, Miscellanea 33 (1405-1542) (Malta: 2001), Doc. 100
- G. Wettinger, Place-Names of the Maltese Islands ca. 1300-1800 (Malta: 2000), 280.
- Ibid., 94, 289.
- It-transizzjoni bejn il-fonemi alveolari-frikattivi S< >Z fil-pozizzjoni inizjali tal-kelma zgur li mhux xi fenomenu barrani ghall-Malti taz-zmien li qed nitkellmu fuqu fis-seklu XV tal-Malta:
Zabbara < > Sabbara (vide S. Fiorini, Documentaruy Sources of Maltese History, Pt. I: Notarial Documents, No. 1, Notary Giacomo Zabbara R494/1(1) (1486-1488) (Malta 1996), Doc. 73 (Notarii Jacobis Sabbara) & G. Wettinger, Acta Juratorum et Concilii Civitatis et Insulae Maltae (Palermo 1993), Doc. 943 (Egregius Notarius Jacobus Zabbara).
Ziguchi < > Siguchi (vide S. Fiorini, Documentary Sources of Maltese History, Pt. II: Documents in the State Archives, Palermo, No. 2, Cancelleria Regia (1400-1459) (Malta: 2004), Doc. 361 (Jacobum Siguchi) & ibid., Doc. 47 (Jacobum Ziguchi).
Sammut < > Zammut, it-tnejn fis-seklu XV, (vide S. Fiorini, Documentary Sources of Maltese History, Pt. I: Notarial Documents, No. 2, Notary Giacomo Zabbara R494/1(II) (1494-1497) (Malta: 1999a), Doc. 194 (Nicolaus Zammit testis) & ibid., Doc. 269 (Nicolaus Sammut testis). U sahansitra sa zmienna stess missier il-famuz Temi Zammit ma kienx ghajr Sammut!!! (Informazzjoni minghand il-Prof. Roger Ellul Micallef). - (p.97) Dan minkejja l-fatt li bhala entità ekklezjastika (distintament minn entità ta’ centru abitat) fir-Rollo de MelIo ta’ l-1436 ghadha meqjusa daqslikieku ezistenti.
Vide, J. Busuttil & S. Fiorini, ‘The Rollo de Mello (1436) and the Will of Don Bernardus Yaner (1442),’
T. Cortis, T. Freller & L. Bugeja (eds.), Melitensium Amor - Festschrift in honour of Dun Gwann Azzopardi (Malta: 2002), 66. - N(ational) L(ibrary) M(alta), Univ. 11, If. 77-79v. Also, M(alta) C(athedral) M(dina), Curia Episcopalis Melitae, Acta Originalia I. f. 269 (8.iv.Ind XIII).
- Din tikkoregi s-suggeriment li konna ghamilna qabel dwar il-Manikata.
Vide. S. Fiorini, ‘Naxxar Before the Knights,’ P. Catania and L.J. Scerri (eds ), Naxxar - A Village and its people (Malta: 2000b), 73. - G. Wettinger, Place-Names of the Maltese Islands ca. 1300-1800 (Malta: 2000), 495, 501.
- S. Fiorini, Documentary Sources of Maltese History, Pt. II: Documents in the State Archives, Palermo, No. 1. Cancelleria Regia (1259-1400) (Malta: 1999b), Doc. 275 (22.viii.1399).
- G. Wettinger, Place-Names of the Maltese Islands ca. 1300-1800 (Malta: 2000), 285.
- Ibid., 634.
- NAV Not. Mario Attard (15.iii.1624).
Irrid nizzi hajr lis-Sur Paul Catania li gibidli l-attenzjoni ghal din ir-referenza u dik li jmiss. - N(axxar) P(arish) A(rchives), Liber Bapt., 1. f. 43v.
- Hemm diskrepanza ta’ isem wiehed fil-lista kif ippubblikata f’Wettinger. Dan hu Ximuni Burgi li ismu jidher ripetut bi zball taht Casali Grigori et Samud, fejn ghandu jkun; dan l-izball hu nnotat mill-iskriba li jikkwalifika l-isem bi “scriptu dui fiati.”
Vide G. Wettinger, ‘The Militia List of 1419-20,’ Melita Historica, v, 2 (1969), 25-42. - Il-lista ta’ l-1419-20 hi ppubblikata f’Wettinger (1969) u l-parti tal-lista ta’ l-1425 li tirrigwarda l-capella tan-Naxxar, li tigbor fiha l-Mosta, Rahal Calleja u Rahal Pessa, giet ippubblikata mill-awtur prezenti (Fiorini, 2000b, 75-8).
- G. Wettinger, Place-Names of the Maltese Islands ca. 1300-1800 (Malta: 2000), 96, 274, 476, 538.
- G.F. Abela, Della descrittione di Malta isola nel mare siciliano (Malta 1647; facsimile Malta: 1984), 70.
- Vide, Catania & Scerri (eds), qoxra minn gewwa.
- G. Wettinger, Place-Names of the Maltese Islands ca. 1300-1800 (Malta: 2000), 434.
- 1:2500 Survey Sheets (1972), 480/753.
- G. Wettinger, Place-Names of the Maltese Islands ca. 1300-1800 (Malta: 2000), 334.
- S. Fiorini, ‘The earliest surviving accounts books of the Cathedral procurators 1461-1499’, Proceedings of History Week 1992 (Malta: 1994), 112-4.
- Vide, S. Fiorini, The ‘Mandati’ Documents at the Archives of the Mdina Cathedral Malta 1473-1539 (Malta: 1992):
M36: 611 (16.v.1529) Il-Prokuratur tal-Kattidral ihallas lit-Tezorier tal-Kattidral id-diecmi jew l-eghxur fuq il-qasam imsejjah Rachal Curchipulli u l-qasam imsejjah Musta que fuit Salerni.
M36: 639 (28.viii.1529) bhal ta’ qabel.
M2: 296 (4.ix.l527) bhal ta’ qabel imma jispecifika “tomna xxvj mudia iiij de muxcato czoe frument et orgio.”
M2: 431 (15.viii.1530) bhal ta’ qabel.
M3. 123 (18.vii.1534) bhal ta’ qabel imma jinkludi eghxur ohra ghall-Mosta.
M3: 549 (24.viii.1538) bhal ta’ qabel b’zjieda ta’ dettalji. - M(alta) C(athedral) M(dina), A(rchivium) C(athedralis) M(elitae), Prebende 12 (Decime Thesaurarii, 1648), ff. 236v, 248v.
- S. Giambruno & L. Genuardi, Capitoli inediti delle città demaniali di Sicilia, i (Palermo: 1918), 383.
- Fiorini, (2004), xvi-xviii.
- (p.98) Vide C(athedral) M(useum) M(dina), A(rchivium) C(athedralis) M(elitae), Misc. 437, No.7.
- Vide, S. Fiorini, ‘Li Buky di lu Rabatu: The population of Rabat c. 1480,’ T. Cortis, T. Freller & L. Bugeja, (eds.), Melitensium Amor – Festschrift in honour of Dun Gwann Azzopardi (Malta: 2002), 73-7.
- Archivio di Stato, Palermo, Misc. Archivistica II, 44, ff. 36v.
- S. Fiorini, ‘Id-Dejma, il-Mahras and the defence of the Maltese Islands in the late medieval and early modern times,’ Sacra Militia, 2 (2003), 16-28.
- Thumeu Inbruglu mill-lmdina kien ippremjat mir-Re f’dik is-sena ghas-servizz li ta’ lill-kuruna u b’mod specjali ghas-servizz f’dak it-torri.
Vide, Fiorini (1999b), Doc. 249 (transumptum of duty dated 29 xii.1397). - M(alta) C(athedral) M(dina), A(rchivium) C(athedralis) M(elitae), Misc. f. 111, Capitula 20.ix.1494.
- A. Mifsud, La milizia e le torri antiche in Malta (Malta: 1920) 1-48: extract from Archivum Melitense, iv (1920), 17.
- A. Ganado and M. Agius-Vadalà, A Study in Depth of 143 Maps representing the Great Siege of Malta of 1565, i (Malta 1995), 312-3.
- G. Wettinger, Place-Names of the Maltese Islands ca. 1300-1800 (Malta: 2000), 355.
- G.F. Abela, Della descrittione di Malta isola nel mare siciliano (Malta 1647; facsimile Malta: 1984), 70, 335, Ta’ Torri Falka ghadu jidher fuq il-mappa sal-lum – 1:2500 Map (1972) 455/745.
- Ganado & Agius-Vadalà, 313 no. 7.
- Fiorini, (2004), Doc. 125 (20.vi.1408) and later.
- Militia Roster, f. 14v, vide, G. Wettinger, ‘The Militia Roster of Watch Duties of 1417,’ The Armed Forres of Malta Journal, 32 (1979), 25-42.
- G. Wettinger, Acta Juratorum et Concilii Civitatis et Insulae Maltae (Palermo 1993), Doc. 488 (23.v.1473).
- A. Mifsud, ‘Le franchigie costituzionali alfonsiane e I’invasione dei mori del 1429,’ Archivum Melitense, iii, 8-12 (1918-19), 303-69: R Valentine, ‘Ribellione di Malta e spedizione alla Gerba,’ Archivio Storico di Malta, viii, 3 (1937), 253-316.
- Fiorini, (2004), xviii-xix.
- N(ational) L(ibrary) M(alta), Univ. 12, ff. 421, 425, 429v: M(alta) C(athedral) M(dina), A(rchivium) C(athedralis) M(elitae), Misc. 2, f. 192 (6.xi.1526): Consegho de’ Giurati per pnnedere l’isola di munizioni di guerra essendo minacciata dal corsale Raies Senan, quale sbarcato prese la gente di Casal Musta.
- G. Cassar Pullicino, La Leggenda Maltese della Sposa della Mosta, Journal of Maltese Studies, xvii-xviii (1987-88), 170. Mifsud, (1920), 24, no. 1.
- G.F. Abela, Della descrittione di Malta isola nel mare siciliano (Malta 1647; facsimile Malta: 1984), 442.
- Del Amo, Fiorini & Wettinger, Doc. 124.
- 83. G. Wettinger, Acta Juratorum et Concilii Civitatis et Insulae Maltae (Palermo 1993), Doc. 955 (4.i. 1499).
- N(ational) L(ibrary) M(alta), Univ. 12, f. 101v (15.iv.1515).
- Wettinger (1993), Doc. 768 (25.v.1480): Consilium congregatum quia populus insole non vult obedire provisionem viceregis et exequi fac[ere] angarie … [et] eciam de tumultu per eum factum.
- N(ational) L(ibrary) M(alta), Libr. MS. 670, f. 42v (1531).
- Fiorini (2003), 21 (Tab.).
- Marcus Sammut de Musta jimpjega ruhu ma’ Manfridu Axac mill-Imdina xahar b’xahar ghal sitt xhur skond id-drawwa ta’ Malta.
Vide, Fiorini, (1999a), Doc. 380 (31 x 1496). - Fiorini, (1996), Doc. 159 (28.iii.1487).
- Ibid., Docs. 236. 237 (11,13.viii.1487).
- Fiorini, (1999a), Doc. 20 (22.x 1494).
- Fiorini, (1996), Doc. 12 (14.iv.1486).
- Ibid., Doc. 20 (21.iv.1486).
- Ibid., Doc. 155 (24.iii.1487).
- S. Fiorini, Documentary Sources of Maltese History, Pt. 1, Notarial Documents, No. 3: Notary Paulo Bonello MS. 588 (1467-1517) (Malta 2005), Doc. 3 (3.ix.1467).
- Ibid., Doc. 17 (8.ix.1467).
- Fiorini, (1996), Doc. 54 (30.viii.1486).
- Ibid., Doc. 119 (9.ii.1487).
- Ibid., Doc. 167 (12.iv.1487).
- Fiorini (1999a), Doc. 191 (9.xii.1495).
- Ibid., Doc. 286 (18.v.1496)
- M(alta) C(athedral) M(dina), A(rchivium) C(athedralis) M(elitae) Prebende 6 (Decime Decanali, 1522).
- (p.99) Fost propjetarji ta’ qabel niltaqghu ma’ Mostin li isimhom jidher lil-Lista ta’ l-Angara tat-tat-tmeninijiet – Brinkat Stivala (f. 22v) jew Pawlu Borg (f. 23v) - ohrajn jidhru f’atti notarili tas-seklu XV bhal Indri Buras (f’att tad-29.x. 467), Manfredi dila Chabica mill-Imdina (att tat-13.vi.1486), jew Blas Ellul (att tat-18.ii.1495), li diga nnotajna. (Vide CMM, A(rchivium) C(athedralis) M(elitae), Misc. 437 No. 7).
- G. Wettinger, Acta Juratorum et Concilii Civitatis et Insulae Maltae (Palermo 1993), Doc . 735 (23.vii.1479).
- Hawn mhux il-lok li nidhlu f’dan is-suggett wiesgha u nirreferu l-qarrej ghal H. Bresc, Un Monde Mediterranéen Economie e Sociéé Sicile: 1300-1450, i (Rome: 1986), u ghal G. Wettinger, ‘Agriculture in Malta in the Late Middle Ages,’ Proceedings of History Week 1981 (Malta 1982). Insemmu biss hawn, ghax jolqotna, kif il-kunjom Muhammed (isem Islamiku aktar minnu m’hawnx) kien ghadu jidher fil-Mosta sas-seklu XV u kif ftit wara, meta ma felahx aktar jibqa’ popolari, dawruh f’Mamo.
- Fiorini (2005), Doc. 107 (29.x.1467).
- Fiorini, (1996), Doc. 302 (15.xi.1487).
- Fiorini, (1999b), Docs. 94, 95.
- Ibid., Doc. 131 (9.vii.1495).
- Ibid., Doc. 288, 289.
- N(ational) L(ibrary) M(alta), Univ. 12, f. 225v (12.xi.1519).
- Ibid., f. 11 (xi.1512).
- Ibid., f. 332 (7.viii.1523).
Ta’ min jinnota hawn li Lwatam hija plural ta’ Latmija, jigilieri, barriera li setghet tintuza ghall-hazna ta’ l-ilma. - N(ational) L(ibrary) M(alta), Univ. 13, ff. 162-163v (23.vii.1538).
- Okkazjoni rari minnhom meta l-capelle kienu rapprezentati fil-kunsill kienet meta r-Re Alfonsu hedded li jaghti dawn il-gzejjer lill-Ordni ta’ Montesa, wara li kien jaqbillu jinsa ghal kollox dak li kien halef lill-Maltin wara r-rewwixta taghhom kontra Monroy! (Vide G. Wettinger, Acta Juratorum et Concilii Civitatis et Insulae Maltae (Palermo 1993), Doc. 20 (20.vii.1450) ).
- G. Wettinger, Acta Juratorum et Concilii Civitatis et Insulae Maltae (Palermo 1993), Doc. 25 (c. 1450).
- Ibid., Doc. 406 (28.ii.1471).
- Ibid., Doc. 463 (18.x.1472).
- Ibid., Doc. 466 (8.xi.1472).
- Ibid., Docs. 490, 491 (20.vi. 1473).
Is-sindaci kienu prezenti fis-17 ta’ Gunju 1474 (Ibid., Doc. 564) meta riedu jiddeterminaw il-prezz li kellu jinbiegh il-qamh; Xmun Bartalu min-Naxxar intghazel bhala wiehed mill-esperti. - Ibid., Doc. 681.
- Ibid., Doc. 801 (30.x. 1480).
- Ibid., Doc. 302 (1474), Docs. 941, 942 (11.xi.1498).
- Ibid., Doc. 936 (22.x.1498).
- Ibid., Doc. 938.
- Ibid., Doc. 937 (31.x.1498).
- N(ational) L(ibrary) M(alta), Univ. 13, ff. 212v-213v. Also, ibid., f. 333v (27.xii.1554).
- Ibid., f. 314v (18.vi.1553).
- Ibid., f. 344.
- Ibid., ff. 354v-355 (2.x. 1560).
- Busuttil & Fiorini, (2002).
- L-informazzjoni li ghandna dwar il-kappillani tan-Naxxar (u allura wkoll tal-Mosta) fil-mitt sena 1436-1536, fi ftit kliem ittina hekk: Dun Pietru Mollica (c.1420-c.1440), Dun Indri de la Turri (p.100) (c.1440-1446), Dun Ruggier de Bardino (1446 – c.1470), Dun Liemu Falzon (c.1470 – c.1500), Dun Giacomo Raficano (c.1500 - 1533), Dun Domenico Dimech (1533 - 1541). (Vide Fiorini, (2000b), 100-101).
- This argument is dealt with in S. Fiorini, ‘Rabat and its people in the late middle ages,’ J. Azzopardi (ed.), St Paul’s Grotto, Church and Museum at Rabat, Malta (Malta: 1990), 25-7.
- G. Wettinger, Place-Names of the Maltese Islands ca. 1300-1800 (Malta: 2000), 148-9.
- Fiorini, (1999b), Docs. 252 (31.x.1398) and 275 (22.viii.1399).
- Fiorini, (1999a), Doc. 374; Fiorini (1999b) Doc. 275: N(ational) L(ibrary) M(alta), Univ. 12, f. 101v; G. Wettinger, Place-Names of the Maltese Islands ca. 1300-1800 (Malta: 2000), 96, 492, 500, 507.
- Dusina, ff. 37v, vide J. Aquilina & S. Fiorini, Documentary Sources of Maltese History, Pt. IV: Documents at the Vatican, No. 1: Archivio Segreto Vaticano, Congregazione Vescovi e Regolari, Malta Visita Apostolica no. 51, Mgr. Petrus Dusina, 1575 (Malta: 2001).
- Vide, E.B. Vella et al, Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta, 1972 / 1986), Taqsima VII, 77.
- Fiorini (1999a) Doc. 374 (19.x.1496).
Fir-rapport tal-vizta pastorali ta’ l-1588-1602 din il-knisja tissejjah bhala Ta’ Ziri (V. Borg (ed.), Marian Devotions in the Islands of St Paul 1600-1800 (Malta: 1983), 16, fn. 125).
Bhal Wied Filep, Wied is-Sir aktarx hu tributarju tal-wied principali Wied il-Ghasel. Ir-rabta tieghu mal-knisja parrokkjali tissuggerixxi li hu precizament dak il-wied zghir li jibda minn wara l-knisja u jiftah sewwasasew f’Wied il-Ghasel. - Referenzi ghar-rapport taz-zjara pastorali marbuta ma din il-knisja mill-1575 jinsabu f’ Borg, (1983), 16, As. 35.
- Ma jidhirx li ghandna informazzjoni bizzejjed biex nidentifikaw dawn il-knejjes minghajr ambigwita. Kien hemm ta’ lanqas zewg knejjes iddedikati lill-Assunta fil-kampanja madwar il-Mosta: Santa Marija ta’ Zejfi li nbniet mill-gdid fl-1607 minn Dott. G.M. Camenzuli mlaqqam Zejfi (vide, Borg, (1983), 16-17, As. 36) u kien hemm ukoll dik li llum hi ddedikata lill-Kuncizzjoni tal-Madonna fi Triq Durumblat, ibbenefikata minn Bartilmew Busuttil fit-8 ta’ Gunju 1653 (ibid., 93 S/IC 5) imma li diga tissemma’ bhala Santa Marija ta’ Andar il-Blat fl-1585 (G. Wettinger, Place-Names of the Maltese Islands ca. 1300-1800 (Malta: 2000), 513). Hu ta’ interess li wiehed jinnota kif, fl-1647, Abela jsemmi li kien jezisti affresk bil-figura tal-Madonna mpitter fuq blata kbira sewwasew f’Andar il-Blat is-sit fejn l-armata Torka, fl-1565, ingabret qabel ghamlet l-irtirata ta’ l-ahhar (G.F. Abela, Della descrittione di Malta isola nel mare siciliano (Malta 1647; facsimile Malta: 1984), 84); jista’ jkun li l-isem ta’ l-1585 qed jirreferi ghal din il-figura, mhux knisja, u li ghalhekk il-knisja tibqa’ dik ta’ Zejfi.
- G.F. Abela, Della descrittione di Malta isola nel mare siciliano (Malta 1647; facsimile Malta: 1984), 373-4.
- M. Buhagiar, The Church of St Paul the Hermit, Heritage, i (Malta), 145.
- G. Wettinger, Place-Names of the Maltese Islands ca. 1300-1800 (Malta: 2000), 102-3.
- G. Aquilina, Eremitaggi u Eremiti f’Malta? Spirtu u Hajja, 47 (Malta 1998), 173-6.
- G. Aquilina and S. Fiorini, The Origin of Franciscanism in Late Medieval Malta (Malta: 1995). 13-7, 92-3.
- S. Fiorini, Santo Spirito Hospital at Rabat, Malta The early years to 1575 (Malta: 1989), 28, 41.
- Vide C. Dalli, ‘Capitoli: The Voice of an Elite,’ Proceedings of History Week 1992 (Malta: 1994), 1-18.
- G. Wettinger, Early Maltese Popular Attitudes to the Government of the Order of St John, Melita Historica, vi, 3 (Malta 1974), 272.
- A(rchbishop’s) A(rchives) F(loriana), Scritture del 500, Vol. i/5 (Aug 1531); copies exist in M(alta) C(athedral) M(dina), A(rchivium) C(athedralis) M(elitae), Misc. 10, 333-43 & Misc. 27, 260-2.
Kapitli ohra mill-ktieb
- Introduzzjoni.
- Il-bidu u l-ewwel zminijiet tas-Socjeta Filarmonika Santa Marija tal-Mosta.
- Is-Socjeta Santa Marija: minn Kazin ghal Socjeta Filarmonika.
- In-nisga urbana u rurali tal-Mosta.
- Il-Mosta u l-inhawi ta’ madwar fiz-Zmien tan-Nofs.
- Il-Mosta Nisranija.
- Il-Gvern lokali fil-Mosta (1773 – 1896).
- Rahal fi gwerra: il-Mosta matul it-Tieni Gwerra Dinjija.
- Iz-zamma ta’ l-ordni fil-Mosta mill-1800.
- Mill-hajja tal-Mosta fl-ewwel nofs tas-seklu ghoxrin.
- Graffiti fil-Mosta: Il-hitan tal-kappella ta’ San Pawl Nawfragu.