The Mosta Archives Banner

Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta 1986)

migbura minn E.B. Vella u ohrajn


IS-SEBA' TAQSIMA


Iz-zjara ta' Monsinjur Dusina


Id-Delegat Apostoliku w Inkwizitur Mons. Pietru Dusina Id-Delegat Apostoliku w Inkwizitur Mons. Pietru Dusina

(p.74) L-isqof ta' Malta Martin Royas, u l-Gran Mastru Giovanni La Cassiere kellhom xi jghidu bejniethom, u ghat-talba ta' dan ta' l-ahhar il-Papa Girgor XIII baghat hawn Malta lil Monsinjur Pietru Dusina, bhala Delegat Apostoliku w Inkwizitur. Dan, fis-sena 1575, zar il-knejjes kollha tal-gzejjer taghna u halla bil-miktub x'sab u x'kellu jsir. Wara li, fit-30 ta' Jannar 1575, spicca z-zjara tal-matrici tan-Naxxar, dan d-Delegat Apostoliku qabad il-knejjes filjali ta' Har Ghargur u tal-Mosta. Dan hu bil-malti dak li kiteb is-segretarju tiegu fuq il-Mosta:-


"ghamel iz-zjara tal-knisja parrokjali tal B.M. Assunta fil-Mosta. Dan ir-rahal ghandu 116 dar, ma ghandux qliegh iehor hlief l-offerti ewlenin li ghandhom jaghtu lill-kappillan u rettur tal-Parrocca tan-Naxxar li mieghu hi maghquda u r-rettur jghid li ma hux obligat ghall-ebda piz hlief li jqaddes f'jum il-festa. Il-knisja msemmija hi wiesgha u xierqa bizzejjed u ghandha artal, qiegha u bibien tal-ghuda.

Fl-istess knisja hemm artali ohra zghar u r-rettur ma ghandux la qliegh u lanqas pizijiet. Jinghad li fihom ma jqaddisx, izda biss fl-artal maggur1"


Imbaghad dar dawn il-knejjes filjali li kien hemm fir-rahal – San Gakbu, Santa Katerina, il-Lunzjata, San Pawl, San Nikola (din giet ipprofanata), Santa Margerita, Santa Marija, San Gakbu, San Mikiel u Sant'Anton.


Dawn bhal hafna mill-knejjes zghar bhalhom ma Malta kollha, ma kenux mizmumin kif jixraq. Ghad li kollha kellhom artal, l-ebda wahda minnhom ma kellha l-qiegha tal-art iccangata, u bicciet minnhom lanqas biss ma kellhom bibien. Il-knisja ta' San Pawl biss kellha t-tizjin li jinhtieg, dhul ta' xi ftit (p.75) flus u rettur, mill-bqija kienu kollha mnezzghin u bla qassis minn jiehu hsiebhom.


Kull knisja kienet imhollija f'idejn min ghandu r-raba jew bini li fuqhom kien hemm imholli xi legat biex bih tinzamm il-knisja li tkun u biex isiru l-ghosrien u quddiesa f'jum il-festa tal-qaddis.


Fejn kien jinhtieg, id-Delegat geghlhom jirrangawhom taht pena ta' xi ftit skudi.


Minn din iz-zjara wiehed jara li Mons Dusina sejjah lill-knisja tal-Mosta bhala Parrokjali. Dan mhux ghax dak iz-zmien kienet parrocca, imma sejhilha hekk ghax aktarx li, billi kienet knisja gmielha f'rahal mhux hazin, kienu jsiru fiha xi htiega tar-ruh u aktarx ukoll li kienu jinzammu hemm is-sagramenti2 li l-amministrazzjoni taghhom kienet dritt tal-kappilllan tal-matrici tan-Naxxar.


Ghar tal-Vizitazzjoni


Imma mill-knejjes mitlufin l-iktar wahda li hija ghaziza u li ghandha tradizzjoni sabiha hija dik tal-Vizitazzjoni ta' Marija Santissima. Fiz-zjara li fi Frar Mons Dusina ghamel tal-limiti tal-Mellieha, niltaqghu ma dan li gej:


"Knisja taht it-titlu tal-Vizitazzjoni tal-Beata Marija qeghda fuq ir-rahal Mosta. Din il-knisja hija mhaffra fil-blat, zghira, u ta' ghamla tonda. Jinghad illi dina kienet ikkonsagrata minn 7 Isqfijiet, illi nzertaw kienu nawfragati fuq il-Gzira ta' Malta".


Ghall-ewwel hsibna illi din il-knisja, maghmula ghall-qima t'Alla mill-iktar zmenijijet qodma3, kienet qedgha fuq ix-xaqliba tan-naha tal-majjistral tal-Mosta, bejn il-Wied u t-truncieri. Dak li kompla jwettaq dan, kien li ltqajna ma isem ta' knisja fir-raba taht it-titlu tal-Vizitazzjoni tal-Madonna f'Hal Dmiegh, illi giet profonata mis-superjuri4.


(p.76) L-istoriku Abela semma lil din il-knisja u qal biss dak li kiteb fuqha Mons Dusina. L-istoriku ta' warajh, il-Konti Ciantar, kompla jghid dan li gej:-


"L-immagini ta' din il-knisja, billi tharbtet biz-zmien kienet irrangata madwar is-sena 1761; u fuq l-imsemmi ghar giet mibnija kappella taht l-isem tal-Madonna ta' l-Isperanza illi l-festa taghha ssir fit-3 Hadd ta' Novembru5".


F'kelma wahda Ciantar jghidilna illi dak il-ghar hekk qadim u ghaziz tal-Vizitazzjoni kien dak stess li llum inghidulu "il-ghar tal-Madonna ta' l-Isperanza."


Illum tistaqsi lin-nies qodma u li joqghodu f'dawk l-inhawi ma tiehu l-ebda dawl fejn kien dan is-santwarju gol-blat; u ghalhekk jekk ma noqoghdux ghal dak li qal il-Konti Ciantar fl-1780 (2 sekli u nofs ilu), meta l-post tieghu kien ghadu frisk f'mohh in-nies, ma nafux fuq min ghandna noqghodu.


Fl-istess zjara tal-Mellieha, wara li tkellem minn dik tal-Vizitazzjoni, Mons Dusina semma wkoll:

"il-knisja ta' Sant'Andrija, qedgha fuq l-imsemmi rahal Musta."
"Il-knisja ta' San Pawl, l-ewwel eremita".


Dawn huma Sant'Andrija ta' Hal Dmiegh (ahna u sejrin San Guzepp tat-Targa) u l-ohra San Pawl ta' Wied il-Ghasel, li jidher minn fuq il-Pont tal-Mosta.


Guh u Pesta


Fi Zmien il-Granmastru Verdala, dak li fl-1588 bena ghalih il-Palazz tal-Buskett, f'Malta waqa' guh kbir, ghax minn Sqallija ma gewx hwejjeg ta' l-ikel bizzejjed ghan-nies tal-gzejjer taghna. Ma nafux inghidu minn madwar 3,000 malti li mietu bil-guh kemm kienu mill-Mosta.


Biex taghqad sewwa xi xwieni mcapsin bil-pesta dahhlulna din il-marda, li bdiet ghal bidu ta' Gunju 1592 u baqghet sejra sa Settembru tas-sena ta' wara. F'dawn is-16-il (p.77) xahar din il-marda tal-biza kinset mal-4,000 ruh ma Malta kollha, li minnhom 27 kienu mill-Mosta6.


Il-festa ta' Santu Rokku u t-tigrijiet li jsiru fil-jum tieghu (16 t'Awissu) gew imwaqqqfin wara li spiccat din il-pesta bhala tifkira tal-helsien taghha.


Fil-Mosta hemm tifkira, ta' din il-pesta, iktar ghaziza mit-tigrija taz-zwiemel. Dan huwa c-cimiterju zghir li hemm quddiem il-knisja ta' Santa Margerita, fejn barra minn dawk is-27 li semmejna tal-Mosta, gew midfuna mill-matrici tan-Naxxar u minn Hal Gharghur, 283 impestati, u li jigu mberkin kull sena fix-xahar ta' Novembru. Hemm qabar li ghandu hagra mberfla bi gwarnic, bi fleur de lys f'kull rokna, u fin-nofs arma mohfija bis-sena 1594 imnaqxa tahta.


Ir-rahal Parrocca


Il-Mosta kienet ilha maqghuda mal-matrici tan-Naxxar ghal 172 sena, meta, fl-1608 l-isqof Tumas Gargalolo gie jaghmel zjara pastorali, u fil-ktieb taz-zjajjar tieghu nsibu miktub dan li gej:7


"Firda tal-Mosta mill-Parrocca tan-Naxxar – 16 ta' Settembru 1608.


Billi l-esperjenza twila sallum turina li l-kappillan tan-Naxxar ma jistax jilhaq mat-tqassim tas-Sagramenti, imhabba fil-bghid, u billi l-knisja parrokjali tan-Naxxar ghandha 1,100 parruccan, li minnhom 800 iqerru u jitqarbnu, ghalhekk waqt iz-zjara u wara li wiehed iqis il-bghid tal-Mosta, li ghandha 180 dar b'900 ruh, u li hija boghod madwar 3 mili, u t-triq hija hazina u kollha hagar, fil-hin li naghmlu skond il-kap. 4 tas-sezzjoni 21 tal-Koncilju ta' Trentu De Reform u l-kap. Audentia, fuq il-bini tal-knejjes, (bir-rieda ta' l-Imqaddes Papa Pawlu V u tas-Sede Apostolika) nifirdu u naghzlu mill-knisja parrokkjali tan-Naxxar l-imsemmi rahal tal-Mosta, sabiex ma jkunx iktar jaghmel mal-imsemmija Parrocca tan-Naxxar. (p.78) Naghmlu u nqeghdu l-knisja ewlenija ta' S.Marija imtella' fis-sema ta' l-imsemmi rahal tal-Mosta, bhala Parrocca; bid-drittijiet, l-unuri, pizijiet, u dhul kollu li huma soltu jimxu mal-knisja parrokkjali, kull meta hija ma jkollhiex kap, imma bla ebda telf tal-kappillan li llum jinsab in-Naxxar tohodhom, u mhux izjed tard; sewwa sew bhalma qsamna l-Parrocca ta' S.Lawrenz tal-Birgu, ta' Birkirkara, u ta' Birmiftuh u ghamilna fit-twaqqif ta' knejjes ohra parrokkjali, jigifieri ta' H'Attard, Hal Lija, Hal Kirkop, l-Imqabba, Hal Safi, Hal Tarxien, Bormla u tal-Gzira Senglea.


Tomasu, Isqof ta' Malta.


Minn dan id-digriet jidher illi sa ma baqa' haj il-kappillan tan-Naxxar, l-ewlenin drittijiet ma seta jmisshomlu hadd u dawn waqghu fuq il-kappillan il-gdid li gie mahtur ghal Mosta wara l-mewt ta' dak tal-Matrici. Ghalhekk ir-rahal baqa' maghqud man-Naxxar sal-mewt tal-kappillan il-W.R. Dun Giljan Borg, li grat fl-14 ta' Lulju 1610.


Filwaqt li n-Naxxar kien ghadu minghajr kappillan, in-nies tal-Mosta hasbu li ahjar ifakkru lil Isqof li huma kienu jixtiequ li jigu mifrudin mill-matrici u Ii ma jmurx jintesa d-digriet ta' sentejn qabel. Ghalhekk kitbu malajr din it-talba:8


"Wisq Illustrissimu u Wisq Reverendissimu Monsinjur,


Gorgi Galea, Gakbu Xiberras, Glormu Ebejer, Wistin Busuttil u n-nies tal-Mosta, sudditi l-iktar baxxi u qaddejjja tas-sinjurija tieghek Wisq Illustrissima u Wisq Reverendissima, jixtiequ juruk illi billi fl-imghoddi r-rahal taghhom gie mqieghed taht il-hsieb tal-kappillan tan-Naxxar, huma kellhom hafna tahbit u tfixkil biex imorru fil-knisja parrokkjali tan-Naxxar (li huwa boghod 2 mili mir-rahal taghhom) biex hemm jiehdu s-Sagramenti u jisimghu l-uffizzji mqaddsa.


(p.79) Barra minn dan, it-triq ta' bejn iz-zewgt irhula hija minnha nfisha hazina, u fix-xitwa hija hekk mimlija ghadajjar bl-ilma illi fil-granet tax-xita ma tistax tmur fl-imsemmija knisja parrokkjali. Gara wkoll li meta hafna nies kienu qedghin fil-knisja li ghedna, biex jisimghu l-uffizji mqaddsa f'jum ta' festa, kellhom jibqghu fin-Naxxar zmien twil u tista tghid il-jum kollu, imhabba x-xita li nizlet u li ghamlet it-triq wied ta' ilma. Gieli gara wkoll li xi drabi l-kappillan, imhabba l-boghod li ghandu, ma lahaqx il-morda hajjin biex jaghtihom is-Sagrament Imqaddes tat-Tqarbin u jaghmlilhom il-Grizma tal-Morda.


Ghalhekk issa li l-parrocca ghadha minghajr kappillan wara l-mewt tal-mejjet Dun Giljan, l-ahhar kappillan, huma jixtiequ li, mhabba dak kollu li semmejna, fil-Mosta titwaqqaf parrocca gdida skond kif jitlob l-imqaddes Koncilju ta' Trentu Ses,21, Kap. 4 de reform. Ghalhekk jitolbu lis-sinjurija tieghek Wisq Illustrissima u Wisq Reverendissima joghgobha li mhabba fil-boghod maghruf, kif ukoll huwa veru dak kollu li ghedna, twaqqfilhom u tibdielhom parrocca gdida fir-rahal taghhom; sabiex f'dak li huma hwejjeg tar-ruh ikunu ahjar moqdijin milli kienu fl-imghoddi; billi jispicca t-tfixkil u t-tahbit imhabba l-boghod li semmejna.


Jitolbu wkoll illi, lil din il-parrocca l-gdida taghtiha bicca kif jixraq mid-dhul fis tal-matrici, kif ukoll is-salib zghir tal-fidda illi ghalih kienu wkoll hargu dawn li qedghin jitolbu, li huma foqra.


Din l-imbierka Mosta fiha 200 dar; u huma biex issir din it-twaqqifa tal-parrocca, riedu min jeddhom jaghmlu gabra bejniethom ta' tant flus kemm ikun bizzejjed biex iwaqqfu dhul ghal-lampa ta' l-Imqaddes Sagrament u htigijiet ohra tal-knisja tat-Tlugh is-sema tas-Sinjura Taghna, illi kif jittamaw u jixtiequ tkun il-parrocca taghhom; u b'daqshekk dejjem ikollhom izjed jibqghu jitolbu lis-Sinjur ghall-hajja twila u hienja tas-sinjurija tieghek Wisq Illustrissima u Wisq Reverendissima".


Imbaghad, taht din it-talba tidher din il-kitba:-


(p.80) Titqieghed u tigi mnizzla fl-atti ta' l-ahhar zjara ta' l-imsemmi rahal Mosta.


Moghti mill-Palazz taghna tal-Belt Valletta, Fis-27 ta' Lulju 1610.


Tomasu Isqof ta' Malta."


L-istess Isqof rega mill-gdid fired l-imsemmija knisja, u ghamilha parrokkjali, billi taghha barra mid-dicmi tas-soltu tar-rahal, tliet bcejjec raba, wahda fix-xaqliba tan-Naxxar, l-ohra magenb il-knisja u t-tielet imsejha tal-Carbuni9.


Fl-10 ta' Novembru 1610, l-Isqof, hatar lil Dun Gwann Bezzina (li kien ilu ghoxrin sena vici-parrokku tal-parrocca tan-Naxxar) biex ikun l-ewwel kappillan tar-rahal10.


Il-knisja l-Qadima


Knisja l-Qadima tal-Mosta Il-knisja l-qadima tal-Mosta xoghol l-arkitett Tumas Dingli

Issa li l-Mostin infirdu mill-matrici tan-Naxxar hasbu biex ikollhom knisja ahjar. Ma nistghux inghidu kemm hallew minn dik li kellhom, imma ma nahsbux li dik hattewha ghal kollox, meta nafu minn Mons. Dusina illi kienet "wisa u xierqa bizzejjed."


Intant huma hallew f'idejn l-arkitett inginier Tomasu Dingli sabiex jiehu hsieb tax-xoghol tal-knisja l-gdida. Tomasu Dingli kien l-ahjar arkitett ta' dak iz-zmien, u dan jidher mix-xogholijiet li ghamel, bhalma huma l-palazz ta' l-Isqof tal-Belt, il-bieb il-qadim ta' Putirjal, knejjes fil-parrocci, bhal dik tan-Naxxar, H'Attard, il-Gudja, Haz-Zabbar, Har Gharghur, li mbaghad il-bicca l-kbira minnhom komplew ziedulhom xi xoghlijiet wara.


Minn pjanta tal-knisja l-qadima, mill-qisien tal-hitan taghha ta' wara (kif jidhru fil-kannirja tal-gdida) u minn dak li qalulna minn jiftakarha, nigbru illi dik il-knisja kienet ghamla ta' salib bil-qisien ta' barra li kienu madwar 120 pied tul, 102 pied wisa', fil-kappelluni, u faccata ta' 42 pied wisa u 65 pied gholi mill-quccati tal-kampnari. Kellha bieb f'din il-faccata (p.82) tal-kursija u wiehed kull naha fil-kappelluni. Kellha wkoll koppla zghira u fil-pjazza ta' quddiemha, kien hemm kolonna b'salib fuqha11. Il-qiegha taghha kienet hafna iktar fil-baxx minn dik tal-gdida, tant hu hekk illi fi zmien li kienet tinbena l-gdida mill-bibien ta' din, kienu jinzlu ghal gol-qadima minn tlett rampi.


Minn manuskritti qodma12 niehdu illi x-xoghol taghha tlesta fl-1619 u li kellha dawn l-artali li gejjin:-

  1. L-artal tar-Ruzarju, taht idejn il-Kunfraternita tar-Ruzarju.
  2. L-artal ta' San Pawl, imwaqqaf minn Dun Salv Muscat.
  3. L-altar ta' San Gozma u Damjan, ta' Dun Salv Fenech, J.U.D.
  4. L-altar ta' San Guzepp, imwaqqaf minn Gorg Galea.
  5. L-altar tal-Madonna tal-Grazzji, mwaqqaf u ddotat minn Gorg Muscat.
  6. L-altar ta' Santu Rokku, dotat minn Damjan Busuttil.
  7. L-altar ta' San Duminku u ta' Sant'Antnin ta' Padova mqieghed magenb il-hawt tal-Maghmudija;
  8. L-altar tal-Lunzjata, li l-kwadru u pizijiet gew imqeghda hawn wara li giet ipprofonata l-knisja zghira tal-Lunzjata.
  9. L-altar tal-Kor.
  10. L-altar maggur, li sar b'intal sabih fl-168213.

(p.83) Il-kwadru tal-kor tar-Rotunda ghamlu l-pittur Baskal Buhagiar, b'legat ta' Dun Gakmu Chetcuti, mholli fl-atti tan-Nutar Gan Pawl Fenech, 167814.


Kellha wkoll hawt tar-rham ghall-Maghmudija, li kien ordnat mill-Isqof Cubelles fl-1557.


Fil-knisja kien hemm imwaqqfin il-Konfraternitajiet tar-Ruzarju u tas-Sagrament, u ghall-ahhar tas-seklu sbatax kienu jitqaddsu fiha ghaxar quddisiet kuljum15.


Riferenzi

  1. MS. 139, p.25.
  2. Componimento Storico di S. Pubblio, Not. IV, p. 170.
  3. O'Bres, Malta Antica, Cap. XVI, p. 450.
  4. Mill-Arkivju tal-Knisja tal-Mosta.
  5. Malta Illustrata, Lib. III, Not. IV, par. XIX, p. 203
  6. Libro Antico delle Festivita, Arkivju tal-Knisja.
  7. Visitatio Episcopi Gargallo, 1608, f. 9, p. 17 (Segreteria Vescovile)
  8. Visitatio Gargallo, 1608.
  9. Abela e Ciantar, Malta Illustrata, Lib. III, Not. IV, p. 832.
  10. MS, 360, p. 542.
  11. Ara l-istampa fuq skrizz taghha, ippublikat fil-Mosta, its memories and Charms, by Don E. Salomone.
  12. Breve Relazione dello Stato Spirituale di tutta la Diocesi di Malta – dokument mizmum min-Nutar F.Catania; Libro Antico delle Festivita, Arkivju tal-Knisja; MS, 142, Vol. V, p. 199; MS, 422, p. 93.
  13. Dan hu l-artal li llum hemm fil-kor.
  14. Dan ukoll huwa l-kwadru tal-kor fir-Rotunda. Ghall-iktar taghrif ara Il-Mosta, Nru. 45 – Awissu – Settembru 1972.
  15. Iktar taghrif fuq il-Knisja l-Qadima ara Il-Mosta, Nru. 8 – Gunju – Lulju 1966.

Kapitli ohra mill-ktieb