Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta 1986)
migbura minn E.B. Vella u ohrajn
ZIEDA XII: OPRI U GRAJJIET FIR-ROTUNDA
minn Joseph Borg
IZJED XOGHLIJIET FIR-ROTUNDA
(p.451) Kienu hafna x-xogholijiet u l-opri artistici li saru gewwa r-Rotunda minn meta tlestiet il-bicca xoghol kbira ta' l-iskultura u l-induratura tal-Koppla. Nistghu nghidu, minghajr biza li nizbaljaw, li l-Knisja Arcipretali taghna baqghet ghal niesna, bhalma kienet ghal missirijietna, "il-mimmi t'ghajnejhom.” Ghalhekk insibu li f'kull zmien ta' l-istorja ta' dan it-tempju ghaziz taghna l-Mostin qatt ma naqsu minn dik li hi hegga ghat-tizjin tat-tempju monumentali taghhom. Hawn ta' min isemmi biss l-izjed xogholijiet jew opri importanti li saru mit-Tieni Gwerra dinjija ‘l hawn.
Tinbidel l-istatwa titulari
Fuq din l-imbierka statwa kien hemm hafna kontroversji. Kiien hemm min ried li ssir wahda gdida; ohrajn dehrilhom li jekk titranga kien ikun bizzejjed. L-Arcipriet Dun Karm Sciberras qataghha li l-vara kellha titranga u dan minhabba li, kieku kellha ssir wahda gdida, aktarx li (p.452) xorta kien ikun hemm min irid il-qadima. Hawn ta' min ifakkar li originarjament l-istatwa ta' Santa Marija kienet giet skolpita fl-injam fl-1868 mill-iskultur Mosti Mastru Salv Dimech (1805 – 1887), maghruf bhala ‘is-Sartx.'
Ix-xoghol kien gie fdat f'idejn il-maghruf skultur ta' zmienna Censu Apap, skultur imsemmi mhux biss fil-Gzejjer taghna izda wkoll barra minn Malta. Apap kien diga tana dik l-opra artistika, li hija l-istatwa ta' Santa Marija ta' fuq iz-zuntier. Fi ftit inqas minn sena l-iskultur Apap irnexxielu, ghalkemm xejn ma kienet haga hafifa, li mill-istatwa l-qadima li kellna johrog l-istatwa artistika ta' l-Assunta li ghandna llum.
Il-vara kienet giet imzanzna nhar il-Hadd 8 t'Awissu 1948. F'dik l-okkazjoni, ftit qabel ma l-vara bdiet tigi mnizzla minn tarf Triq il-Kungress Ewkaristiku fost briju kbir, Dun Pawl Calleja, li dak iz-zmien kien Vici-Parrokku pogga madwar ras l-Assunta stellarju gdid tad-deheb migbur minn fost il-poplu Mosti. Hekk kif waslet fuq iz-zuntier tar-Rotunda l-istatwa kienet giet imbierka mill-Monsinjur Mosti Antonio Buhagiar. L-iskultura flimkien ma l-induratura u l-pittura ta' l-istatwa titolari swew b'kollox £M600.
Id-damask
Fl-1950 beda jsir il-gbir ghal opra tant mixtieqa u li ghal hafna kienet holma; id-damask! Fl-1951 izzanzan id-damask tal-kolonni, il-pavaljuni tal-kappelli u l-purtieri tat-twieqi tat-tambur u fil-festa ta' Santa Marija tas-sena ta' wara, jigifieri fl-1952, wiehed seta' jara ghall-ewwel darba r-Rotunda thammar bil-libsa l-gdida tal-festa. Dan id-damask tal-harir maghruf bhala ‘tal-palma' kien sewa madwar £M6,000 u sar bit-thabrik ta' l-Arcipriet Dun Pawlinu Galea, illum Monsinjur tal-katidral.
Fi zmien li sar id-damask, jigifieri bejn l-1951 u l-1952 il-knisja regghet giet mizbugha u tkompliet bl-irham il-bicca l-kbira taz-zokklatura tal-knisja.
Il-Bankun
(p.453) Nhar l-ewwel tat-Tridu ta' Santa Marija, il-Hadd 11 t'Awissu 1957 izzanzan il-bankun artistiku ta' l-Assunta, li sar fuq id-disinn tas-Surmast Carmelo Tonna tar-Rabat (Malta). Dan il-bankun tal-gewz amerikan, barra mill-iskultura fina li biha huwa mzejjen, ghandu wkoll erba riljievi u tmien statwetti tal-bronz li nhadmu f'Ruma mill-iskultur Carlo Pisi. Din l-opra kienet swiet qrib l-£M4,000.
Qoxra tar-ram ghall-koppla
It-toqba li ghamlet il-bomba Germaniza li nifdet il-koppla fl-1942 inghalqet ftit snin wara izda l-effetti ta' dik it-thezziza qawwija tal-balla bdew jinhassu kull meta kienet taghmel ix-xita qawwija. Il-koppla kienet toqtor u f'xi partijiet kienet qed tixxarrab b'dannu kbir ghall-induratura u z-zebgha tal-koppla! Xi haga kien jinhtieg li ssir mill-iktar fiss biex din il-hsara ma tkomplix.
Wara hafna pjanijiet, fuq il-pariri li kien ta' l-espert J.Megilly, kien gie deciz li dik il-parti ta' fuq tal-koppla fejn hemm il-weraq hellha tinkesa b'qoxra tar-ram ahmar. Dan ix-xoghol kien gie fdat f'idejn Messrs. Fredk. Barby and Co Ltd. ta' Londra. Ix-xoghol kien inbeda fid-19 ta' Frar, 1960, u ntemm f'Gunju ta' l-istess sena. In-nefqa kollha ntelghet £M5,962.82.
Dawn l-opri kbar u ta' siwi saru fi zmien il-parrokat ta' Mons. Pawlinu Galea li bhala id leminija tieghu kellu l-Prokuratur tal-Knisja Dun Salv Magro, li hadem u rsista kemm felah ghaliha.
L-Appostli tal-Portiku
Kien l-Arcipriet Dun Bartilmew Bezzina li twebbel li jimla n-nicec vojta ta' taht il-portiku. Ftit qabel il-festa ta' Santa Marija ta' l-1966 kienu tpoggew f'posthom l-istatwi ta' l-Appostli San Gwann, San Tumas, Sant'Andrija u San Gakbu l-Kbir. Lejliet it-Tre Re (jghidulu wkoll l-Epifanija, jahbat l-ewwel Hadd wara l-ewwel tas-sena) ta' l-1968 kienu tqeghdu l-istatwi ta' San Filippu u San Bartilmew filwaqt li f'Lulju ta' (p.454) l-istess sena hadu posthom l-istatwi ta' San Gakbu z-Zghir u San Mattew. F'Lulju ta' l-1969 tpoggew l-istatwi ta' San Xmun u ta' San Guda Taddew. L-ahhar zewg statwi, dik ta' San Pietru u l-ohra ta' San Pawl, tqeghdu f'posthom fejn narawhom bil-pedestalli b'kollox nhar it-30 ta' marzu 1974.
It-tnax il-statwa msemmija huma xoghol mill-isbah fil-gebel ta' l-iskultur Qormi Marco Montebello u gew imhalsin minn diversi benefatturi Mostin li isimhom jidher minqux taht kull statwa.
Il-Frontispizju tal-Faccata ta' wara
L-Arcipriet Bezzina ha hsieb ukoll sabiex jinbena l-frontispizju ta' fuq il-faccata ta' wara tar-Rotunda kif kien ippjanat mill-Arkitett Grognet. Din il-bicca xoghol kienet ilha tinhass nieqsa u kellha titkompla wara izjed minn mitt sena li kienet ilha lesta l-knisja! Ix-xoghhol ghal dan il-frontispizju kien inbeda f'April ta' l-1968 u kien gie afdat f'idejn il-'Gatt Bros.' tal-Mosta. Din il-bicca xoghol kienet tinkuludi wkoll is-sala kbira li nbniet fuq is-sagristijiet. L-iskultura tal-frontispizju qattaghha s-Sur Karmnu Cini miz-Zebbug t'Ghawdex. Din l-opra swiet b'kollox qrib £M7,000.
Lampier tal-fidda ghal kuljum
Din l-opra tant mixtieqa u sa minn hafna snin ilu ippjanata swiet hafna flus u tahbit. Saret l-aktar bil-flus imhollija mill-ahwa benefatturi Pietru u Pawlu Cuschieri u l-benefattrici Carmela Borg li l-armi ta' kunjomhom bir-ragun kollu jidhru fuq dan il-lampier sabih.
Il-lampier huwa xoghol ta' l-argentier Zejtuni s-Sur Tarcisio Cassar fuq id-disinn tas-Surmast Guze Galea tar-Rabat (Malta). Iddendel ghall-ewwel darba fil-knisja nhar il-Hamis 27 ta' Lulju 1978. Il-Hadd ta' wara 30 ta' Lulju, l-ewwel tal-Kwindicina ta' Santa Marija, dan il-lampier kien gie mbierek waqt il-quddiesa ta' fil-ghaxija mill-Arcipriet Dun Bert Bezzina li tant irsista sabiex din l-opra ssehh.
GRAJJIET
Petizzjoni nazzjonali ghad-definizzjoni tad-Domma tal-Assunzjoni
(p.455) Ir-Rotunda tal-Mosta kisbet l-akbar glorja li qatt setghet tikseb meta fl-1913 laqghet fiha l-24 Kungress Ewkaristiku Internazzjonali. F'dik l-okkazjoni kbira ghall-Maltin kollha l-Knisja Arcipretali taghna kienet kisbet tant fama li fis-snin li gew wara nsibu li mhux darba jew tnejn regghu saru fiha kungressi jew laqghat kbar ohra.
L-ewwel Kungress Djocesan ta' l-A.K.M. infetah gewwa r-Rotunda nhar il-Hadd fil-ghodu, 22 ta' Settembru, 1946. F'dik il-ghodwa eluf ta' nies, fosthom membri ta l-Azzjoni Kattolika Maltija, fgaw it-tempju tal-Mosta. Wara quddiesa djalogata mill-E.T. l-Arcisqof Mikiel Gonzi saret il-Petizzjoni Nazzjonali lill-Q.T. l-Papa Piju XII sabiex ifittex jiddefinixxi bhala domma ta' fidi t-Tlugh fis-Sema tal-Madonna bir-Ruh u bil-Gisem. Kienu ngabru l-firem ta' 164,818-il ruh minn fost 46,158 familja Maltija. L-inizjattiva biex jingabru l-firem haduha c-Children of Mary tas-Sacred Heart ta' San Giljan. Il-firem kienu tpoggew f'riglejn l-istatwi titolari ta' l-Assunta li kellna, xoghol l-iskultur Mosti Salvu Dimech. F'dik l-okkazjoni sabiha l-istatwa msemmija kienet tpoggiet in-naha ta' l-Epistola tal-maggur f'tarf it-tarag tal-kancell. Ta' min isemmi wkoll li l-istatwa kienet giet imqieghda taht pavaljun tal-haxix u fjuri tas-"sempre viva.'' Kienet dehra tassew sabiha; Malta kollha kienet f'riglejn l-Assunta f'dik il-ghodwa! Sabiha wkoll kienet il-ghazla fejn kellha ssir din il-petizzjoni. Kellha ssir fir-Rotunda tal-Mosta, dik il-knisja tal-ghageb li l-Mostin waqqfu f'gieh ll-misterju tat-Tlugh fis-Sema tal-Madonna.
Erba' snin wara, sewwa sew fl-ghodwa ta' l-1 ta' Novembru, 1950, il-Papa Piju XII iddefinixxa sollennement id-Domma ta' l-Assunzjoni ta' Marija. Dakinhar fl-ghaxija sar gewwa r-Rotunda ‘Te Deum' nazzjonali bhala hajr 'l Alla. (p.456) Fost l-ghadd kbir ta' nies li mlew il-knisja f'dik il-lejla kien hemm ukoll l-istess Prim Ministru ta' Malta, li dak iz-zmien kien Dr. Nerik Mizzi.
L-Akkademja Pawlina
Fit-1960 l-Gzejjer taghna iccelebraw bil-kbir id-dsatax-il mitt sena mill-wasla fostna tal-kbir Appostlu Missiema San Pawl. F'dik l-okkazjoni l-Papa Gwanni XXIII kien baghat bhala Legat tieghu fostna lill-Kardinal Aloisius Muench. Ghal darba ohra r-Rotumda tal-Mosta regghet intaghzlet din id-darba biex fiha ssir l-Akkademja Pawlina ta' dan ic-Centinarju. Din is-'Soiree Academique' kienet saret nhar it-22 ta' Lulju, 1960 fil-5.30 ta' fil-ghaxija u kienet ippreseduta mil-Legat tal-Papa, l-Eminenza Tieghu l-Kardinal Muench. Il-kelliema f'dik l-Akkademija kienu l-Arcisqof ta' Liverpool, Mons. Heenan, li wara lahaq Kardinal u li dakinhar kien tkellem bl-Ingliz fuq Shipwreck in the Mind of God. Warajh tkellem l-istudjuz kbir Malti ta' l-Iskrittura Monsinjur Pietru Pawl Saydon, li tkellem bil-Malti fuq it-Taghlim ta' San Pawl Illum. Tkellem imbaghad Patri Alfonso Orlini O.F.M. Conv., ex-General ta' l-Ordni, bit-Taljan fuq La lieta ventura di Malta nel Naufragio di San Paolo. Patri Albert Borg ikkonduca l-opra Paulus ta' Mendellsohn li ghalqet dik l-akkademja grandjuza. F'dik l-akkademja kienet daqqet ukoll il-Banda Nicolo Isouard tal-Mosta.
Ic-centinarju tal-konsagrazzjoni tal-knisja
Fil-15 ta' Ottubru, 1971, il-Knisja Arcipretali taghna ghalqet mitt sena ikkonsagrata. F'dik l-okkazjoni ghaziza, l-Arcipriet Dun Bartinmew Bezzina, bil-ghajnuna u l-koperazzjoni tal-Kleru u tal-poplu Mosti kien organizza festi tassew kbar u xierqa.
Il-ftuh solenni tal-festi kien sar nhar il-Hadd, 10 ta' (p.457) Ottubru, bi Transulazzjoni sollenni bir-Relikwa tal-Madonna mill-E.T. Maons. Isqof Kugitur Emanuel Gerada. Fost l-ohrajn kienu hadu sehem fil-granet ta' matul dik il-gimgha festi, il-komunitajiet tal-Karmelitani, tal-Frangiskani u ta' l-Agostinjani. Il-Gimgha, 15 ta' Ottubru, 1971, il-jum propju li fih ir-Rotunda kienet ghalqet mitt sena ikkonsagrata, kienet saret Akkademja Muziko-Letterarja taht il-Presidenza ta' l-E.T. Mons. Emanuel Galea Isqof ta' Tralles. Is-Sibt, 16 ta' Ottubru, l-Eminenza Tieghu l-Kardinal Corrado Ursi, Arcisqof ta' Napli, il-mistieden specjali ta' dawn il-festi, ghamel Ghasar Pontifikali u ta l-Barka Sagramentali.
L-ghada, il-Hadd, 17 ta' Ottubru, gheluq il-festi centinarji, il-Kardinal Ursi, assistit mir-Rev.mu Kapitolu tal-Katidral, ghamel Quddiesa Pantifikali. Wara l-Vangelu, l-imsemmi Kardinal kien ghamel Omelija wisq sabiha bit-Taljan fuq it-tifsira ta' dik ic-cirkostanza ghaziza.
Fil-ghaxlja, wara Ghasar mir-Rev.mu Monsinjur Mosti Pawlinu Galea saret purcissjoni devota u mponenti bis-Sagrament. Fil-purcissjoni, flimkien mal-kleru tal-parrocca kienu hadu sehem il-Komunitajiet tal-Patrijiet li ffunzjonaw matul il-gimgha flimkien mar-Rev.mu Kapitolu ta' B'Kara. Hekk kif dahlet il-purcissjoni tkanta t-"Te Deum" u saret ic-Celebrazzjoni Ewkaristika u hekk spiccaw dawk il-festi memorabbli.
Ta' min ifakkar fis-sehem li l-Banda Nicolo Isouard tal-Mosta kellha fl-okkazjoni tal-festi centinarji tal-Konsagrazzjoni; hija wkoll iccelebrat bil-kbir gheluq il-mitt sena minn twelidha, ghax kien fil-Konsagrazzjoni tar-Rotunda li din il-banda taghna kienet daqqet ghall-ewwel darba.
NOTA
- Ghal aktar taghrif fuq dawn l-opri ara:
- Il-Mosta, Nru. 40, pp. 1, 4, 7, 8, 9.
- Il-Mosta, Nru. 41, pp. 2, 3, 6.
- Il-Mosta, Nru. 42, pp. 6, 7.
- Il-Mosta, Nru. 83, p. 2.
- Il-Mosta, Nru. 85, p. 2.
- Il-Mosta, Nru 86, pp. 2, 4 inter alia.
Kapitli ohra mill-ktieb
- Taqsima: 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 13, 14, 15
- Zieda: I, II, III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XI, (XII), XIII, XIV, XV, XVI, XVII