EX ANNALIBUS MUSTAE
George Cassar, editur
Pubblikazzjoni tas-Socjeta Filarmonika Santa Marija Mosta f'gheluq l-100 sena (1905-2005) mit-twaqqif tas-Socjeta.
Dan il-ktieb interessantissimu jinxtara mill-Kazin Santa Marija. Din il-verzjoni digitali ma fihiex il-parti bl-Ingliz, u dik bil-Malti taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.
7. Rahal fi gwerra: il-Mosta matul it-Tieni Gwerra Dinjija
George Cassar
(p.163) Bla dubbju ta’ xejn wahda mill-aghar esperjenzi ta’ poplu hi dik fejn pajjizu jghaddi minn zmien ta’ gwerra. Malta ghaddiet minn hafna mumenti fejn kellha tissaporti l-qilla ta’ konflitti, uhud ghal perjodi qosra u ohrajn ghal zmien aktar twil. Imma zgur li l-itwal u l-eqqel perjodu li l-Maltin ghaddew minnu kien jigbor fih dawk is-snin ta’ matul it-Tieni Gwerra Mondjali.
Din il-gwerra, li faqqghet fl-1939, laqtet lil Malta mill-1940 u kompliet qalila sa l-1943, biex imbaghad taffiet u l-hajja bdiet bil-mod il-mod terga’ lura ghan-normal, sakemm fl-1945 spiccat ghal kollox, mhux biss f’pajjizna izda wkoll fil-bqija tad-dinja.
Sir Winston Churchill, Prim Ministru Ingliz fi zmien din il-gwerra, kiteb hekk:
“Malta hija gzira zghira bi storja kbira. Ir-rekord tal-poplu Malti matul din l-istorja twila huwa rekord ta’ determinazzjoni u kuragg. Hu b’dawn il-kwalitajiet unici, li qeghdin jaffrontaw is-sahha mallinna ta’ l-Assi. Imma mhux moghti lilhom izjed minn popli ohra biex jibqghu jzommu shih minghajr sofferenza jew li jevitaw it-telf ta’ hajja biex johorgu rebbieha”.1
U jekk din ir-riflessjoni kienet tghodd ghal Maltin zgur li mhux inqas kienet tapplika ghall-Mostin. Il-Mosta f’dawk iz-zminijiet kien rahal imdaqqas b’popolazzjoni li tlahhaq madwar 6,000 ruh. Kienet lokalita agrikola u pjuttost kwieta. Madankollu kellha fil-vicinanzi taghha zewg stallazzjonijiet militari ta’ importanza li poggew lill-Mosta fuq il-mappa strategika ta’ l-ghadu. Dawn iz-zewg punti jaharqu kienu l-mitjar ta’ Ta’ Qali, fiz-zona maghrufa bhala Ta’ Vnezja, u l-Fortizza tal-Mosta, imperca fuq Wied il-Ghasel. Minhabba f’hekk il-Mosta sofriet hafna attakki mill-ajruplani ta’ l-Assi li b’konsegwenza (p.164) taghhom mhux biss iggarraf ammont kbir ta’ bini u grat hsara strutturali fil-propjeta, izda wkoll weggghu u sahansitra tilfu hajjtihom numru ta’ Mostin jew refugjati li, ironikament, gew biex jippruvaw isibu kenn fil-Mosta.
Kumitati Distrettwali
Meta l-possibilita ta’ gwerra fl-Ewropa bdiet issir aktar reali, l-awtoritajiet f’Malta bdew jahsbu aktar bis-serjeta biex jippreparaw il-gzejjer Maltin ghal din is-sitwazzjoni gdida. Haga naturali Malta kellha tinqasam f’distretti biex tkun tista’ tigi amministrata ahjar u x-xoghol mehtieg ikun jista’ jsir b’aktar efficjenza. Ghalhekk inhasset il-htiega li jitwaqqfu kumitati distrettwali. Il-Mosta, li kienet taghmel mad-Distrett tat-Tramuntana, ukoll kellha kumitat distrettwali.2 Skond korrispondenza ta’ l-1939. kull kumitat kellu jkun maghmul mill-kappillan, l-ufficcjal mediku distrettwali, il-kap ta’ l-iskola tal-lokal, u persuna, jew aktar, maghzula minn fost ir-residenti prominenti tal-lokal.3 Ghal dan il-ghan, l-awtoritajiet kitbu lid-dipartimenti koncernati u awtoritajiet ohra biex jiksbu l-ismijiet mehtiega. Id-direttur ta’ l-edukazzjoni nnomina lill-kapijiet taz-zewg skejjel primarji tal-Mosta, jigifieri P. Sammut (skola tas-subien) u C. Sammut (skola tal-bniet).4 L-ufficcjal mediku ewlieni tal-gvern innomina lit-Tabib Victor Briffa, li kien qed iservi bhala ufficcjal mediku distrettwali fil-Mosta.5 Bhala persuna prominenti fil-Mosta gie nominat il-Perit A. Mifsud Ellul li kien joqghod f’Eucharistic Congress Road.6 Ma’ dawn il-membri, l-awtoritajiet civili hassew li kellu jkun hemm ukoll ir-rapprezentant tal-Knisja Kattolika. Ghalhekk, il-gvernatur, personalment, kiteb kemm lill-arcisqof ta’ Malta u kemm lill-isqof ta’ Ghawdex biex jitlobhom il-kooperazzjoni taghhom ghal dan l-iskop.7 Kemm il-kurja ta’ Malta8 u (p.165) kemm dik ta’ Ghawdex9 qablu mal-proposta tal-Gvernatur Charles Bonham-Carter biex il-kappillani jew rapprezentanti taghhom ikunu parti mill-kumitati distrettwali. Ghalhekk ghall-Mosta gie nominat l-Arcipriet Dun Gregorio Borg.10 Tant kienet tinhass importanti l-presenza tal-kap spiritwali tal-lokal li kien hemm il-hsieb li dawn jinghataw kors ta’ tliet tahdidiet fuq Air Raid Precautions. Ghal din il-proposta l-arcisqof ta’ Malta kien qabel perfettament.11 Madankollu, minhabba xi kumplikazzjonijiet, dan il-kors baqa’ ma sarx.
Wara l-proceduri preliminari, il-Kumitat Distrettwali tal-Mosta gie mwaqqaf. Fl-1940 dan kien kompost minn disa’ membri. Dawn kienu: il-W.R. Gregorio Borg (l-arcipriet) bhala Cermen; O. Gollcher LL.D., protection officer; P. Sammut, segretarju onorarju; V. Briffa M.D., ufficjal mediku distrettwali; A. Mifsud Ellul A.&C.E.; C. Mifsud; G.M. Camilleri Borg; N. Abela u J. Galea. Dan il-kumitat, sa mit-twaqqif tieghu, ha hsieb problemi lokali b’konnessjoni ma’ l-ARP u sitwazzjonjiet ohra li giebet maghha l-gwerra, bhalma kienu t-talbiet ghall-ghajnuna, u li dan l-kumitat kellu d-dover li jivverifika.12 Jidher li fost il-membri ma gietx inkluza l-kap ta’ l-iskola tal-bniet, Carmela Sammut.
Il-Korp tal-Pulizija
Barra dan il-kumitat ta’ nies civili, kien hemm ukoll korpi ohra li kellhom jikkoordinaw u jiehdu hsieb il-bzonnijiet specjali li kienet iggib maghha l-gwerra. Ma setax jonqos li l-Korp tal-Pulizija jigi organizzat ghal din l-emergenza. Malta giet maqsuma f’Distretti tal-Pulizija u l-Mosta kienet taghmel parti mid-Distrett tal-Punent. Jidher li f’dan id-distrett il-Mosta kienet it-tielet l-aktar lokalita importanti. Ghalhekk inghatat ufficjal wiehed, (p.166) ufficjal mhux kummissjonant wiehed u seba’ pulizija. Aktar importanti mill-Mosta f’dan id-distrett kien hemm Tas-Sliema bi 3 ufficjali, 6 ufficjali mhux kummissjunati, 21 pulizija u 20 pulizija ta’ riserva. Imbaghad kien hemm Birkirkara b’ufficjali wiehed, ufficjal mhux kummissjunat wiehed u 10 pulizija. Il-pulizija tal-Mosta kellhom jahdmu fuq orarju ta’ xoghol ta’ 12-il siegha.13
Il-Passive Defence
Il-pjanijiet biex il-gwerra ma taghmilx hsara aktar minn dak inevitabbli kienu kumplessi hafna. L-awtoritajiet f’Malta kienu jafu li l-attakki mill-ajru kienu mhux biss se jhallu herba shiha fuq il-bini. imma wkoll kienu se jolqtu l-hajja umana negattivament. Skond korrispondenza bejn l-ufficjal ta’ l-Air Raid Precautions (ARP) u l-gvern, giet proposta sistema msejha ‘Passive Defence’.14 Il-pjan kien li Malta tinqasam f’sezzjonjiet ikkontrollati min-numru ta’ centri. Dawn ic-centri fl-irhula kellhom jiffurmaw ‘l hekk imsejha centri mobbli. Ir-rapport imsemmi nnota li fl-1940 (meta hareg dan ir-rapport) kien hemm biss centru mobbli wiehed, u dan kien fil-Mosta, biex iservi ghaz-zona ‘C’ kollha. Id-dokument josserva li dan ma kienx bizzejjed. Jghid ukoll li kieku dan ic-centru mobbli kellu jitwaqqaf f’Hal Lija, dan kien ikun aktar f’pozizzjoni centrali u mbaghad ikun hemm numru ta’ postijiet fejn tinghata l-ewwel ghajnuna u dawn jitwaqqfu fil-Mosta, fin-Naxxar, f’Hal Gharghur, f’Hal Balzan, f’H’Attard u f’Birkirkara.15
Barra li jissuggerixxi xi tibdil, ma’ dan ir-rapport hemm annessi dettalji ohra. Jghidilna li fl-1940 f’Malta kien hemm ghaxar centri mghammra bhala centri ta’ l-ewwel ghajnuna u dekontaminazzjoni u kien hemm wiehed iehor f’Ghawdex. Wiehed minn dawn (p.167) ic-centri kien fil-Mosta. Ir-rapport jaghti informazzjoni ta’ kif dawn ic-centri kellhom ikunu mghammra. Ghalhekk pulizija riservisti mharrga kellhom jintbaghtu f’kull centru hlief f’dak t’Ghawdex biex jaqdu dmirijiethom fuq barra. Dawn kellu jkollhom l-ghajnuna ta’ riservisti tad-difiza passiva. Id-dmirijiet fuq gewwa, imbaghad, kellhom jigu esegwiti mill-wardens. Giet inkluza tabella biex tindika n-numru ta’ personal propost ghal kull centru. Ic-Centru tal-Mosta kien mahsub li jkollu 10 pulizija, 30 riservisti tad-difiza passiva, 24 air raid wardens, 8 haddiema tad-Dipartiment tax-Xogholijiet Pubblici u 10 nisa. Gie specifikat ukoll li kull centru kellu jinghata mezzi ta’ trasport u kull membru ta’ l-ARP ried jikkwalifika fl-ewwel ghajnuna b’certifikat tas-St. John s Ambulance Brigade jew ekwivalenti.16
Provvista ta’ l-ilma
Ma setax jonqos li tkun ukoll ikkunsidrata l-provvista ta’ l-ilma. L-ilma naturalment kien essenzjali u ghalhekk il-hazna li kien hawn f’Malta kellha tkun aktar protetta. F’laqgha tal-Kumitat tad-Difiza Lokali tat-2 ta’ Frar 1940, il-hazna ta’ l-ilma giet diskussa. Intqal li Malta kellha zewg sorsi minn fejn jingieb l-ilma ghax-xorb u htigijiet ohra. Kien hemm provvista li tigi mill-gibjuni u ohra li tigi ppumpjata permezz ta’ pumping stations. Kien osservat li, kieku kellhom jintlaqtu u jitfarrku l-gibjuni, dan ikollu effett minimu ghax l-ammont essenzjali ta’ l-ilma xorta jibqa’ jittella’ permezz tal-pumping stations. L-aktar tliet stazzjonjiet importanti kienu dawk Tal-Hlas, b’kapacita ta’ 1,200,000 gallun kuljum, ta’ Wied il-Kbir, b’1,000,000 gallun kuljum, u ta’ Wied il-Ghasel, b’800,000 gallun kuljum. Rigward protezzjoni ghal dawn l-istazzjonjiet, gie rivelat li ta’ (p.168) l-ewwel kien protett mhux hazin izda t-tnejn l-ohra ma kellhom protezzjoni ta’ xejn. Ufficcjal tar-Royal Air Force prezenti ghal din il-Iaqgha osserva madankollu li ebda stazzjon minn dawn ma kien ta’ qies hekk kbir li seta’ jaqa’ taht il-mira ta’ l-ajruplani ta’ l-ghadu. Wara diskussjoni, il-kumitat iddecieda li dawn it-tliet pumping stations kellhom jingiebu blast-proof izda ma kienx essenzjali li jkunu bomb-proof.17
L-Isptarijiet u s-sahha tal-poplu
Deliberazzjoni ohra kienet fuq il-feruti li l-gwerra ggib maghha. Skond l-istruzzjonijiet ta’ l-ufficjal mediku ewlieni tal-gvern lill-ufficjali medici, Malta giet maqsunra f’erba’ zoni kbar. Ghal kull zona kien hemm assenjat sptar li kien mghammar b’facilitajiet ghal operazzjonjiet magguri. Dawn l-isptarijiet kienu: l-Isptar Centrali fil-Furjana, l-Istitut Tekniku Bugeja fil-Hamrun, l-Isptar tal-Blue Sisters f’San Giljan, u l-Iskola Mater Boni Consillii f’Rahal Gdid. Kazi serji ta’ feriment fil-Mosta, flimkien ma’ dawk f’San Giljan, Tas-Sliema, il-Gzira, l-Imsida u Tal-Pieta, Birkirkara, Hal Balzan, H’Attard, l-Imdina u r-Rabat, Had-Dingli u lokalitajiet ohra vicin, kellhom jittiehdu fl-Isptar tal-Blue Sisters f’San Giljan.18
Ghajnuna ghal nies bla dar u refugjati
Barra nies imwegga’, zgur kien ser ikun hemm bini mwaqqa’. Ghalhekk kien previst li, jew minhabba l-biza’ jew minhabba n-necessita, numru ta’ persuni kienu se jitilqu mil-lokalitajiet taghhom u jfittxu x’imkien anqas perikoluz. Dawk li jitilfu darhom naturalment kienu se jfittxu xi saqaf ghal fuq rashom f’xi parti ohra ta’ Malta jew imorru lejn Ghawdex. Naturalment biex dawn ir-refugjati jkollhom x’imkien fejn joqoghdu l-awtoritajiet kellhom isibu mezz kif jipprovdulhom (p.169) xi post alternattiv. Bi gwerra iminenti mhux biss l-awtoritajiet civili izda wkoll dawk ekklezjastici hadmu biex jghinu lil dawn l-imsejkna. Il-Knisja Kattolika f’Malta poggiet ghad-dispozizzjoni tal-gvern bini taghha ghall-uzu ta’ nies bla dar. Harget lista ta’ postijiet li c-cwievet taghhom kienu jinsabu ghand il-kappillan ta’ kull lokalita partikulari. Kien hemm eccezzjoni wahda, jigifieri li l-knisja parrokkjali ta’ kull parrocca kellha tithalla barra mil-lista ta’ bini pprovdut mill-Knisja ghall-akkomodazzjoni ta’ nies skond il-bzonn, u dan biex il-fidili jkollhom post fejn jistghu jibqghu jipprattikaw ir-religjon taghhom. Fil-Mosta l-awtoritajiet ekklezjastici offrew disa’ postijiet bejn knejjes, kappelli u bini iehor. Kull post kellu kalkolu ta’ kemm jesa’ nies bil-wieqfa. Dawk imsejha knejjes fil-lista kienu dawn: Ta’ Wejda (40 ruh), San Anard (50 ruh), San Anton Abbati, Ta’ l-Isperanza u San Silvestru (80 ruh kull wahda). Il-kappelli fit-tarf tar-rahal kienu: Tal-Kuncizzjoni u Santa Margerita (50 ruh kull wahda). Bini iehor offrut kien l-oratorji tas-subien u tal-bniet (10 kmamar kull wiehed).19
Ma’ dawn, l-awtoritajiet civili wkoll krew postijiet ohra fil-Mosta biex jakkomodaw lil dawk bla dar. Minn cirkulari20 li hareg il-gvern jidhru numru ta’ postijiet fil-Mosta riservati bhala centri ghar-refugjati (Tab. 1).21 Dawn kienu jghoddu disa’ postijiet.
Tab. 1 (p.169) | ||
Post | Nru ta’ refugjati | Kera fis-sena |
---|---|---|
225, High Str. (Oratory) | 28 | £10 + konsum ta’ l-ilma |
190, High Str. | 6 | £10 + konsum ta’ l-ilma |
175, Eucharistic Congress Rd. | 7 | £9 + konsum ta’ l-ilma |
55, Eucharistic Congress Rd. | vojt | £12.10 ghall-emergenza |
8, Curate Calleja Str. | 11 | £ 8 |
22, Curate Calleja Str. | hadd | £8 ghall-emergenza |
31. St John Str. | 3 | £18 |
38, St John Str. | 12 | £11 |
bla numru, Constitution Str. | 10 | £20 |
(p.170) Kien hemm imbaghad tmien postijiet biex jakkomodaw familji li sfaw bla dar jew li kienu nhargu minn darhom (Tab. 2).22
Tab. 2 (p.170) | |
Post | Kera fis-sena |
---|---|
161, Congress Rd. | £7 |
78, Gafa Str. | £9 |
64/5, Gafa Str. | £25 |
kamra bla numru, Constitution Str. | £3.10 |
173, Tower Str. | £8 |
16, Cassar Str. | £16 |
28, Short Str. | £7 |
3, St Margaret Str. | £10 |
Protection Regions
Decizjoni ohra li ttiehdet biex nies fil-bzonn waqt il-gwerra jkunu mghejjuna ahjar, kienet li Malta nqasmet f’regjuni u kull wiehed minn dawn tpogga taht regional protection officer. Il-Mosta kienet taghmel parti mir-Regjun tat-Tramuntana.
Ix-xoghol tal-protection officer kien varju. Kien jghin lil dawk li jitilfu darhom biex isibu akkomodazzjoni alternattiva, johrog permessi ghal bzonnijiet partikulari bhat-thaffir ta’ kmamar fix-xeltrijiet, u jara li l-popolazzjoni tar-regjun tieghu jkollha l-bzonnijiet bazici ta’ ikel u hwejjeg.23 Kull regional protection officer kellu ufficcju u l-personal ghall-koordinament ta’ dawn il-bzonnijiet u ohrajn fir-regjun tieghu. Imbaghad kien hemm ufficcju iehor f’kull centru li jaghmel parti mir-regjun. Ghalhekk, fir-Regjun tat-Tramuntana, kien hemm ufficcji fil-Mosta, in-Naxxar, Hal Gharghur, l-lmgarr, il-Mellieha u San Pawl il-Bahar.24
Ir-Regjun tat-Tramuntana, li l-Mosta kienet taghmel parti minnu, biddel (p.171) l-istruttura tieghu kemm-il darba matul is-snin tal-gwerra. Bejn Gunju 1940 u t-30 ta’ Jannar 1941 kien iffurmat minn Hal Gharghur, il-Mellieha, il-Mosta, l-Imgarr, in-Naxxar u San Pawl il-Bahar. Mil-31 ta’ Jannar 1941 sal-31 ta’ Lulju 1942 zdiditlu mieghu Kemmuna, biex imbaghad mill-1 ta’ Awissu 1942 regghet tnaqqset Kemmuna.25
Ta’ min jghid ukoll li l-Mosta ma kinitx ikkunsidrata bhala zona ‘perikoluza’ ghax tpoggiet taht protection officer (PO) go regjun taht regional protection officer (RPO). Iz-zoni kkunsidrati perikoluzi kienu jaqghu taht district commissioners jew assistant district commissioners. Dawn il-kummissarji saru kollha RPO jew PO mill-1 ta’ Awissu 1942.26 Iz-zoni li kellhom district commissioner kienu hamsa: il-Kottonera, il-Hamrun, il-Marsa, Tas-Sliema, u l-Belt Valletta.27
L-ewwel RPO li kellu f’idejh ir-Regjun tat-Tramuntana kien l-Imhallef Harding. Dan okkupa l-pozizzjoni bejn is-17 ta’ Gunju 1940 u l-21 ta’ Jannar 1941. Warajh ha l-inkarigu l-Markiz Barbaro di San Giorgio. Il-PO ghall-Mosta mbaghad, kien Dott. O.F. Gollcher LL.D. li ha l-pozizzjoni f’Gunju 1940.28
L-RPO tar-Regjun tat-Tramuntana kellu l-ufficcju tieghu f’numru 325B, St Paul’s Street, San Pawl il-Bahar. Kellu jghinuh staff ta’ erbgha min-nies. Is-segretarju tar-Regional Relief Committee kien Paul V. Galea.29 L-ufficcju tal-PO tal-Mosta kien jinsab f’Mustina, Constitution Street, u l-gvern kien ihallas kera ta’ (p.172) £18 fis-sena ghalih.30 Dan l-ufficcju kellu staff ta’ 11-il ruh. Kull membru kellu xoghol specifiku. Carmel Chetcuti kien jiehu hsieb jassenja l-kwoti tad-dqiq u l-fuel lill-furnara, iqassam il-pitrolju u jzomm ir-registri tal-pitrolju. Joseph Christie kellu f’idejh it-tqassim tal-hobz ta’ emergenza, jzomm ir-registri tal-halib, jiehu hsieb tal-halib u bzonnijiet specjali ohra u jiehu hsieb xi formoli specifici. Josephine Vella Gatt kienet tiehu hsieb lt-trasferimenti, timla xi formoli specifici, tibghat l-istatistika tal-popolazzjoni, registrazzjonijiet ta’ l-Ingilterrra (U.K. registrations), tittajpja, tiehu hsieb l-exit permits, u xoghol iehor ta’ l-ufficcju. Assunta Galea kienet tiehu hsieb timla l-kartuna tar-razzjon, il-biljetti ta’ l-emergenza ghall-ikel, il-kupuni tal-pitrolju, ir-roster tal-hwienet tal-merca u tal-haxix, taghmel xoghol ta’ ttajpjar u xoghol iehor ta’ l-ufficcju. Annie Grech imbaghad kienet izzomm ir-registri tal-hobz, tiehu hsieb il-formoli ghall-hobz, formoli ta’ registrazzjoni, formoli ghal-laham, tiffajlja l-korrispondenza, timla l-formoli msejha ‘M.R.F.’ u ‘Loss of Income,’ xoghol ta’ ttajpjar u xoghol iehor ta’ l-ufficcju. Dawn l-ufficjali kien jghinhom Joseph Sciberras li kien jaghmel xoghol generali ta’ l-ufficcju. Il-Protection Office tal-Mosta kellu wkoll impjegati ohra. Salvatore Pizzuto kien shelter supervisor u Michael Falzon u Joseph Busuttil kienu shelter wardens, ilkoll jiehdu hsieb il-kripta tal-knisja tal-Mosta li kienet tintuza bhala xelter. Kien hemm ukoll Carmela Sammut, il-fattiga ta’ l-ufficcju, u Carmel Scicluna li kien scout messenger.31 Jidher car li x-xoghol tal-Protection Office tal-Mosta kien wiehed vast ghax ried ilahhaq ma popolazzjoni li ma kinitx zghira u li kibret bil-migja tar-refugjati li gew ifittxu kenn fir-rahal. Ic-cifra kienet titla u tinzel maz-zmien imma kienet ddur madwar is-7,000 ruh.
(p.173) U l-Mosta ma kellhiex biss PO, li kien Dott. Gollcher, izda kellha wkoll assistant protection officer. F’Lulju ta’ l-1940 dan kien Dott. F. Apap Bologna LL.D. Dawn l-ufficjali kellhom jiehdu zewg guramenti li kienu l-Gurament ta’ l-Ufficcju u l-Gurament ta’ Lealta.32
Minn listi ufficjali ohra, nafu li barra l-RPO, ir-Regjun tat-Tramuntana kellu deputy RPO li kien Joseph Mercieca. Nafu wkoll li l-assistent PO tal-Mosta f’xi zmien inbidel u sar J.M. Pace.33 Fl-1942 l-RPO kien jithallas £400 fis-sena filwaqt li l-PO li kellu responsabilta ta’ bejn 6,001 u 8,000 ruh (bhal dak tal-Mosta) kien jigi mhallas £275 fis-sena.34
Special Constabulary
Fl-10 ta’ Mejju 1940 gie mwaqqaf korp gdid biex jghin lill-Pulizija ta’ Malta. Dan kien imsejjah Special Constabulary. Sezzjoni minn dan il-korp kienet (p.174) l-‘Anti-Parachutists Section.’ Persuni minn kull belt u rahal gew ingaggati f’dan il-korp li kien maghruf fil-qasir bhala ‘Specials.’ Dan il-korp kellu l-ufficjali tieghu. B’kollox kien hemm 53 spettur u l-bicca l-kbira ta’ dawn kienu gejjin mid-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni u kienu kapijiet ta’ skejjel.35 Mill-Mosta kien hemm tliet spetturi li kienu parti minn dan il-korp. Dawn kienu Nazzareno Abela li kien joqghod Rotunda Square, Salvatore Gatt minn Eucharistic Congress Road, u Joseph Sciberras minn Ponsonby Street.36
L-Air Raid Precautions
Korp imponanti hafna fix-xoghol kbir li kien inqala’ bil-gwerra kien l-Air Raid Precautions (ARP). L-organizzazzjoni ta’ dan il-korp kienet b’tali mod li kien hemm Centru ta’ l-ARP kwazi f’kull zona jew distrett ta’ Malta. Kull wiehed minn dawn ic-centri kien responsabbli mill-ibliet u l-irhula u art ohra li taqa’ taht il-kontroll tieghu. Kien hawn 18-il centru ta’ l-ARP fil-gzira ta’ Malta, u Ghawdex kellu l-ARP tieghu wkoll. Il-Mosta kienet wahda mic-centri ta’ l-ARP.37
Ic-Centru tal-Mosta kien taht il-kmand ta’ supretendent ta’ l-ARP. Ghalhekk il-Mosta kienet tikkoordina erba’ skwadri ta’ l-ARP. Kull wahda kienet maghmula minn surgent u tmienja min-nies. Fuq l-erba’ skwadri flimkien kellek surgent maggur, u kulhadd taht is-supretendent. Dan it-tim kien jiehu hsieb ir-Regjun tat-Tramuntana li kien jikkonsisti fil-Mosta, in-Naxxar, Hal Gharghur, San Pawl il-Bahar, l-Imgarr, il-Mellieha u l-art kollha tal-madwar.38 F’korrispondenza bejn id-Dipartiment ta’ l-ARP, li dak iz-zmien kien fl-Istitut Bugeja, fil-Hamrun, u s-segretarju tal-Kumitat Distrettwali tal-Mosta, inghatat f’Lulju 1940 lista ta’ persuni mill-Mosta, irgiel u nisa, li kienu registrati (p.175) mac-Centru ta’ l-ARP tal-Mosta. Dawn l-air raid wardens kienu jghoddu 21 ragel u 14-il mara (Tab. 3).39
Tab. 3 (p.175) | ||||
IRGIEL | ||||
---|---|---|---|---|
Numru ta’ l-identita | Isem | Indirizz | ||
286 | Edgard Borg | 47, Bridge Str. | ||
506 | Anthony Attard | 71, Gafa Str. | ||
507 | Vincent Borg | 39, Tower Str. | ||
510 | Paul Chetcuti | 20, Girolamo Cassar Str. | ||
511 | Pasquale Galea | 199, Strada Reale | ||
512 | G.M. Galea | 466, High Str. | ||
514 | Sebastian Gatt | 270, Strada Reale | ||
517 | Carmelo Saliba | 3, Callus Str. | ||
518 | Salvatore Sammut | 37, Eucharistic Congress Rd. | ||
519 | John Sant | 147, High Str. | ||
741 | Isaac Vella | 1, Eucharistic Congress Rd. | ||
742 | Giuseppe Fenech | 42, Tower Str. | ||
743 | Nazzareno Camilleri | Eucharistic Congress Rd. | ||
744 | Carmelo Galea | Eucharistic Congress Rd. | ||
745 | Abraham Vella | 22, Eucharistic Congress Rd. | ||
746 | Giuseppe Borg | 39, Tower Str. | ||
747 | Benjamin Vella | 19D, Eucharistic Congress Rd. | ||
748 | Joseph Muscat | 52, Eucharistic Congress Rd. | ||
749 | Paul Sammut | 37, Eucharistic Congress Rd. | ||
750 | Ganni Borg | - | ||
751 | G.M. Psaila | 23, Callus Str. | ||
Victor Catania | (Sliema 816) 17, Callus Str. | |||
NISA | ||||
Numru ta’ l-identita | Isem | Indirizz | ||
752 | Grazia Abela | ‘Sylvia’, Rotunda Square | ||
753 | Salvina Muscat | 52, Eucharistic Congress Rd. | ||
754 | Carmela Scicluna | 373, Strada Reale | ||
755 | Paola Tanti | 79, Tower Str. | ||
756 | Concetta Camilleri | 41, Tower Str. | ||
757 | Giovanna Gatt | Eucharistic Congress Rd. | ||
758 | Catarina Gatt | Curate Calleja Str. | ||
759 | Giuseppa Gatt | Eucharistic Congress Str. | ||
760 | Maria Ass. Sammut | 12, Tower Str. | ||
761 | Giovanna Schembri | 55, Old Mill Str. | ||
762 | Paulina Sammut | Tower Str. | ||
763 | Grazia Gauci | 24, Old Mill Str. | ||
764 | Grazia Camilleri | 123, Strada Reale | ||
765 | Paolina Gatt | Eucharistic Congress Rd. |
Ic-Centru ta’ l-ARP tal-Mosta kien taht il-kmand ta’ supretendent. Mit-twaqqif tac-Centru sal-bidu ta’ l-1942 dan kien Joseph Galea. Imbaghad mis-17 ta’ Frar 1942 gie appuntat minfloku Anthony Woods. Dan kien serva qabel (p.176) fiz-Zurrieq u fil-Belt Valletta.40 Wara s-supretendent, fl-ordni tal-kmand, kien hemm surgent maggur. Sa Awissu 1940 jidher li dan kien Carmelo Meli, li meta rrezenja, ha postu Joseph Fenech mill-Mosta b’effett mis-26 ta’ Awissu 1940.41 Warajh, mhux aktar tard mill-bidu ta’ l-1942 kien hemm is-Surgent Maggur Scalpello.42
Jidher li ghall-bidu tal-gwerra l-air raid wardens (ARW) kienu ghadhom mhux mghammrin b’dak kollu mehtieg ghal xogholhom. Fis-17 ta’ Gunju 1940 membru ta’ l-ARW mic-Centru tal-Mosta kiteb lil-ARPO ta’ Malta, P.W. Samson, li l-ARP tal-Mosta kienu ghadhom ma rcevewx t-taghmir protettiv. Dan kien jikkonsisti f’elmu, respiratur civili u l-faxxa li tintlibes mad-driegh. Il-kittieb ta’ l-ittra Imenta li kull meta talbu dawn l-oggetti lil nies fl-awtorita, dejjem (p.177) qalulhom li ma kienx hemm. Fl-ahhar, hu staqsa ghaliex huma kienu l-unici nies li ma kellhomx dawn in-necessitajiet.43
Ghalkemm it-taghmir kien forsi nieqes ghall-ewwel, il-paga ta’ l-air raid wardens kien sar sforz biex tithallas regolarment. Ghallinqas hekk turi ittra tad-Dipartiment ta’ l-ARP bazat fl-Istitut Bugeja lis-supretendenti tac-centri li nkitbet fil-5 ta’ Novembru 1940. Is-supretendenti kienu jigbru huma l-hlas dovut lill-istaff taghhom. Kien ikun perikoluz ghal Malta li kieku s-supretendenti kollha kellhom imorru fl-istess hin fil-Kwartieri Generali ghall-pagi. Ghalhekk ic-centri gew moghtija l-hinijiet specifici meta kellhom jigbru l-flus. Hekk, is-supretendenti ta’ Tas-Sliema, il-Furjana, il-Baviera, il-Marsa, Haz-Zabbar u l-Mosta, kellhom jigbru l-pagi bejn is-1.00 p.m. u 2.00 p.m. u sas-2.30 p.m. kellhom ikunu lura fic-centru taghhom. Imbaghad imorru s-supretendenti ta’ l-Imsida, il-Liceo, Hal Tarxien, il-Kottonera u l-Hamrun, bejn is-2.30 p.m. u l-4.00 p.m. u li ma kellhomx jitilqu mic-centru taghhom qabel is-2.30 p.m.44
Naturalment il-Kwartieri Generali ried ikun jaf kemm kellu jghaddi flus lil kull supretendent kull darba li jsir il-hlas. Ghalhekk, biex il-lista ta’ dawk li se jithallsu, u l-ammont, tasal ghand pagatur, fl-1940 kienet tfasslet sistema skond l-esigenzi tal-mument. Billi fil-bidu tal-gwerra setghu jutilizzaw despatch rider wiehed biss, dan kellu jdur ic-Centri kollha, hu wahdu, u fi ftit sighat. Dan id-despatch rider kien jibda mic-Centru ta’ Haz-Zabbar fis-7.15 a.m. u jigbor il-lista tal-hlas biex jibqa sejjer il-Kottonera, Hal Tarxien, il-Marsa, il-Furjana, il-Birgu, il-Berga ta’ Franza, il-Berga tal-Baviera, il-Liceo u jasal il-Hamrun. Hawn ihalli l-informazzjoni migbura fil-Kwartieri Generali. (p.178) Imbaghad jitlaq lejn il-Mosta, Tas-Sliema, l-Imsida u jerga jiddepozita l-listi tal-hlas ta’ dawn ic-centri fil-Kwartieri Generali sa mhux aktar tard mill-10.30 am.45
Fost l-Istaff ta’ ARP kien hemm l-ufficjali medici. Dawn it-tobba fl-1942 inghataw sistema ta’ frank u frank tal-mard, kollu mhallas. Dawn kienu se jibdew igawdu minn 30 gurnata frank tal-mard fis-sena u 12-il jum frank fis-sena wara li jkunu wettqu sitt xhur servizz. Naturalment ebda centru ma seta jibqa’ minghajr tabib. Ghalhekk ic-centri gew migbura (p.179) tnejn tnejn u t-tabib li ma jkunx frank jissostitwixxi lill-kollega tieghu li jkun hareg bil-vaganzi filwaqt li jibqa’ jiehu hsieb ukoll iz-zona propja tieghu. Il-Mosta giet imsiehba mar-Rabat ghall-fini ta’ din l-iskema.46
Ix-xoghol tal-ARP kien importanti hafna fl-istruttura ta’ l-organizzazzjoni kollha u ghalhekk ried ikun ta’ l-oghla efficjenza. Mela sa mill-bidu tal-gwerra, ghajnejn l-awtoritajiet kienu jkunu fuq kull centru biex jaraw li l-operat tieghu jilhaq il-livell mehtieg. Minn korrispondenza ta’ Settembru 1940 nafu li c-Centru tal-Mosta gie avzat li se ssirlu spezzjoni nhar id-9 ta’ Ottubru ta’ dik is-sena fis-7.30 a.m. Gie indikat x’kienu l-aspetti mix-xoghol ta’ ARP li se jigu ezaminati. Dawn kienu: id-drill ta’ l-iskwadra; drill bl-istrecer u l-immaniggar prattiku tal-feruti; id-drill tar-respiratur; u l-immaniggar tal-feruti, infaxxar u splinting filwaqt li jkunu milbusa l-izvali tal-lastiku, l-ingwanti u r-respiratur ghal kontra l-gass.47
L-efficjenza kienet essenzjali u l-iskwadri mic-Centri ta’ l-ARP ta’ Hal Tarxien, Haz-Zabbar u l-Mosta kellhom struzzjonijiet qabel bdiet il-gwerra f’Malta li setghu joperaw biss fiz-zoni tal-vicin, jigifieri f’dawk abitati, u kellhom jahdmu f’kooperazzjoni shiha mal-Pulizija u l-iSpecial Constables.48
Fost l-istaff ta’ l-ARP kien hemm numru ta’ ghalliema mill-Mosta. Skond is-Supretendent Joseph Galea tac-Centru tal-Mosta, dawn l-ghalliema offrew l-ghajnuna taghhom. Galea assenjalhom xoghol ta’ l-ewwel ghajnuna.49 Dawn l-ghalliema gew integrati f’erba’ gruppi ta’ ARP, tnejn ta’ l-irgiel u tnejn tan-nisa (Tab. 4).50
Tab. 4 (p.178) | ||||
IRGIEL | ||||
---|---|---|---|---|
L-Ewwel Grupp | ||||
Telefonista | GioMaria Galea | |||
Messaggier | John Sant | |||
Jilqghu n-nies | Paul Sammut, Salv Sammut, Joe Muscat | |||
Infermieri | Vincent Borg, Carmelo Saliba, Isaac Vella, Sebatian Gatt | |||
Jiehu hsieb il-boiler | Giuseppe Vella | |||
It-Tieni Grupp | ||||
Telefonista | Paul Chetcuti | |||
Messaggier | Nazzareno Camilleri | |||
Jilqghu n-nies | GioMaria Psaila, Antonio Attard, Carmelo Galea | |||
Infermieri | Benjamin Vella, Abraham Vella, Pasquale Galea, Giuseppe Borg | |||
Jiehu hsieb il-boiler | Ganni Agius | |||
NISA | ||||
L-ewwel Grupp | ||||
Kap | Giovanna Gatt | |||
Infermieri li jilqghu n-nies | Catarina Gatt, Concetta Camilleri | |||
Infermieri | Giuseppa Gatt, Carmela Scicluna | |||
Skrivani | Grazia Abela, Maria Assunta Sammut | |||
It-Tieni Grupp | ||||
Kap | Giovanna Schembri | |||
Infermieri li jilqghu n-nies | Grazia Gauci, Paolina Sammut | |||
Infermieri | Paola Tanti, Grazia Camilleri | |||
Skrivani | Salvina Muscat, Paolina Gatt |
Minn dawn l-34 membru ta’ l-ARP assenjati mac-Centru tal-Mosta, 26 minnhom kellhom certifikati (p.180) tas-St. John’s Ambulance Brigade fl-ewwel ghajnuna. Is-Supretendent Galea ddikjara f’Gunju ta’ l-1940 li minghajr dawn in-nies kwalifikati, ic-Centru tal-Mosta ma kienx jista’ jiffunzjona.51
Jidher li l-ARP tal-Mosta kellhom problema partikulari li aftettwat l-operat taghhom fil-qadi ta’ dmirijiethom. Din il-problema mill-ewwel giet enfasizzata mis-Supretendent Galea. Fl-ittra tat-13 ta’ Gunju 1940 lill-awtoritajiet, hu qal li l-Mosta jidher li kienet qisha ‘l boghod minn kullimkien u minsija fix-xoghol ta’ l-ARP. Josserva li s-sireni ma jinstemghux, u l-murtaletti li kienu jigu sparati bhala sinjali kienu jahsbuhom bumbardamenti u s-sinjal ta’ l-"All Clear" kien jintbaghat permezz ta’ telefonata mill-ghassa tal-pulizija tan-Naxxar. Izda dan kien idum hafna ma jasal. Galea qal li s-soluzzjoni kienet li jitwahhal sett tar-Rediffusion (cable radio) fic-Centru ta’ l-ARP tal-Mosta. Jekk dan ma jsirx, is-supretendent hass li ma kienx jista jaqdi d-doveri mitfugha fuqu.52 L-argument ta’ Galea kien li minhabba li l-avvizi ta’ attakk mill-ajru u li l-attakk spicca kienu jixxandru fuq ir-Rediffusion, b’sett imwahhal fic-Centru kien ikun jaf mill-ewwel bis-sitwazzjoni attwali.
Jidher li xi hadd kien haseb li fuq in-naha l-ohra tat-triq li fiha kien jinsab ic-Centru ta’ l-ARP li kien fl-iskola primarja tal-Mosta, kien hemm sett tar-Rediffusion. Dan naturalment seta jiffacilita li jitwassal is-servizz ghall-faccata l-ohra tat-triq u hekk jidhol is-servizz fic-Centru tal-Mosta. Madankollu, il-kumpanija Rediffusion Broadcast Relay Service (Malta) Limited, ghamlitha cara li dan ma setax ikun. Il-kumpanija ddikjarat li fil-Mosta ma kienx hemm installat sett tar-Rediffusion imkien. Barra dan, lanqas setghu jwahhlu loudspeaker zghir fic-Centru ghax dan ma kienx jahdem (p.181) flimkien mal-loudspeaker kbir li kien installat fil-pjazza tal-Mosta u li kien iservi biex jixxandru l-ahbarijiet.53 Dan il-loudspeaker kien imwahhal faccata ta’ l-ufficcju parrokkjali u kien jintuza biex jaghti l-informazzjoni lill-pubbliku.54
Mill-Istitut ta’ Fra Diegu, il-Hamrun, l-awtoritajiet baqghu jsostnu li kellu jitwahhal sett tar-Rediffusion fic-Centru tal-Mosta. Biex isahhu l-argument, gibdu l-attenzjoni tal-maniger tar-Rediffusion (il-kumpanija kellha l-ufficcji taghha gewwa Vincenti Buildings, il-Belt Valletta) li fil-fatt kien hemm sett tar-Rediffusion fil-Mosta. Dan kien qieghed f’posta militari minn fejn jintbaghtu s-sinjali u li kienet tinsab fid-distrett tal-Mosta. Kien hemm fiha surgent u tliet suldati biss u dawn installawlhom sett tar-Rediffusion billi wzaw il-linja tat-telefon li kien hemm. Ma setghetx issir xi haga simili, staqsew ta’ l-ARP fic-Centru tal-Mosta, fejn kien hemm madwar 40 ragel li ma kellhom ebda mezz ta’ zvog?55 Ir-risposta kienet li l-kumpannija ma setghet taghmel xejn ghal dawn in-nies tal-Mosta jekk l-ARP ma jirnexxilhomx igibu linja tat-telefon u amplifajer. Il-maniger tal-kumpanija ghalaq il-korrispondenza billi informa lill-ARP li l-iskema ghall-estensjoni tar-Rediffusion ghall-Mosta kienet se tkun approvata dalwaqt. Kif tkun approvata hu kien jirranga biex jinstalla s-servizz fic-Centru ta’ l-ARP tal-Mosta.56 Ghalhekk ic-Centru kellu jistenna sakemm is-servizz seta’ jinghata, sitwazzjoni li holqot diffikultajiet lil dawn l-air raid wardens fix-xoghol taghhom. Kellhom jibqghu jiddependu fuq mezzi xejn efficjenti biex ikunu jafu s-sitwazzjoni attwali ta’ bumbardament mill-ajru.
Ghalkemm forsi l-membri ta’ l-ARP tal-Mosta setghu hassewhom minsija jew imwarrba f’dan il-kaz partikulari, zgur (p.182) li l-oghla awtoritajiet tal-gvern kienu jfakkru lil dawn il-wardens li huma ma nsewhomx. Kien fis-17 ta’ Ottubru 1940 li l-gvernatur innifsu ghamel zjara allarrieda fic-Centru fit-3.15 p.m. Il-Gvernatur Dobbie, akkumpanjat minn martu, spezzjona l-membri li kienu skjarati ghall-okkazjoni u staqsihom fuq is-servizz taghhom u kemm kienu ilhom fl-ARP. Is-Supretendent Divizjonali Galea rrisponda ghalihom u informa lill-gvernatur li n-nies tieghu kienu ghamlu kors fid-dekontaminazzjoni u l-ewwel ghajnuna u li whud minnhom kienu minn ta’ l-ewwel li nghaqdu mad-Dipartiment ta’ l-ARP. Ghall-mistoqsija ta’ Dobbie dwar kemm kien ilu mwaqqaf l-ARP, Galea irrisponda li dan id-Dipartiment kien beda jiffunzjona mill-Gwerra ta’ l-Abbissinja ta’ l-1935. Il-gvernatur spezzjona l-kamra tal-konferenzi, il-kwartieri ta’ l-irqad, l-ufficcju, u l-mahzen tac-Centru. Iltaqa’ wkoll mat-tabib tac-Centru.57
L-ispezzjoni kompliet billi l-gvernatur staqsa dwar il-parti fejn kienet issir id-dekontaminazzjoni fic-Centru u jekk kinux ippreparati ghal dak li seta’ jinqala fil-futur qarib (issa li l-gwerra kienet bdiet). Is-supretendent irrisponda li kienu se jaghmlu mill-ahjar biex jissodisfaw lill-awtoritajiet u biex jaghmlu dmirhom lejn l-Imperu u lejn Malta. Dobbie staqsa wkoll kif l-ARP tal-Mosta kienu se jghinu jekk jitwaddbu bombi bil-mijiet u jiggarrfu d-djar fiz-zona taht ir-responsabilta taghhom. Ir-risposta kienet li, barra li l-iskwadri jintervjenu malajr, icemplu wkoll il-Kwartieri Generali biex tigi izjed ghajnuna. Wara, il-gvernatur zar ix-xelter li kien qed jithaffer fic-Centru min-nies ta’ l-ARP tal-Mosta ghalihom stess, u barra li wera interess fix-xoghol, kellem lil dawk li kienu qed ihaffru x-xelter. Dobbie ried ukoll informazzjoni fuq xeltrijiet ohra fil-Mosta. Galea (p.183) rrisponda li kien hemm ftit xeltrijiet pubblici fil-Mosta - sitta jew sebgha - u dawn kienu jinsabu fit-toroq principali u kienu jintuzaw minn dawk in-nies li kienu jkunu ghaddejjin minn hemm, u kien hemm ukoll il-knisja parrokkjali. Galea kompla li meta jigi mhabbar attakk mill-ajru, in-nies titlaq tigri biex tistkenn fil-knisja. Dobbie ried idur ix-xeltrijiet u l-knisja parrokkjali u Galea mar mieghu fil-karrozza privata tal-gvernatur. Qabel telaq mic-Centru, Dobbie rringrazzja lill-personal u xtaqilhom ir-risq it-tajjeb.58
Ma’ l-ARP hadmu numru konsiderevoli ta’ nies. Interessanti li ma kienx hemm biss adulti imma wkoll xi zghazagh. Insemmu liz-zewg skawts Mostin Charles J. Vella u Emidio Fenech li ta’ 14-il sena kienu jaghmlu xoghol ta’ operaturi tat-telefon fic-Centru tal-Mosta fi zmien is-Supretendent Woods.59
Bil-qtugh il-qalb b’kollox, ma tistax tghid li l-membri ta’ l-ARP tal-Mosta ma kinux ihossuhom parti mill-isforz komuni li Malta kienet qed taghmel f’din il-gwerra. Tant hu hekk li ma baqghux lura biex jikkontribwixxu anki bi flushom ghall-bzonnijiet ta’ haddiehor. U jekk kien hemm fond li kien ifakkar il-vittmi tal-gwerra, dan zgur kien il-Poppy Day Fund. Ic-Centru tal-Mosta kkontribwixxa 16s. 5d. fil-gabra tas-sena 1941.60
Ic-Centru ta’ l-ARP tal-Mosta
Bhal f’postijiet ohra, l-ARP kellhom ukoll Centru fil-Mosta. Dan kien fl-iskola primarja tal-gvern fi Triq Grognet. Din l-iskola61 kienet tintuza bhala post ta’ dekontaminazzjoni u l-ewwel ghajnuna, fost funzjonijiet ohra.62 Il-bini ta’ l-iskola kellu jittiehed fil-bidu tal-gwerra u gie mqassam f’sezzjonijiet biex jaqdi bzonnijiet medici u klinici li setghu jinqalghu matul l-attakki u (p.185) l-konsegwenzi taghhom.
Pjanta fl-Arkivju Nazzjonali ta’ Malta turi dan b’mod car.63 Ma’ dan ic-Centru thaffer ukoll xelter ghall-uzu mill-istess staff ta’ l-ARP. Ix-xoghol nbeda fis-16 ta’ Awissu 1940 u kien lest sal-15 ta’ Dicembru ta’ l-istess sena. Ix-xoghol ta’ thaffir sar mill-iskwadra ‘D,’ wahda mill-iskwadri ta’ l-ewwel ghajnuna u dekontaminazzjoni. Dan ix-xelter thaffer fil-bitha fil-vicinanzi tal-logga ta’ l-iskola. Il-haddiema li haffru x-xelter kienu nies li kellhom is-sengha ta’ minaturi u kienu hadmu mal-militar qabel ingaggaw ma’ l-ARP. Hadmu waqt il-hin liberu taghhom u wzaw l-ghodda personali taghhom. B’hekk l-ispejjez kienu minimi u kien ikkalkolat li ghalkemm intefqu biss £7, ix-xoghol li sar kien fil-fatt jiswa £120. Is-Supretendent Galea ta’ l-ARP tal-Mosta talab lill-awtoritajiet biex juru xi forma ta’ apprezzament lejn dawn in-nies. Issuggerixxa li jinghataw tlitt ijiem vaganza bi hlas. Jidher li din il-proposta giet accettata mill-awtorita.64
Dan ix-xelter, li d-dahla tieghu kellha forma ta’ kurutur imhaffer fl-art b’saqaf ohxon forma ta’ arkata fuqu,65 ma kienx (p.186) progett ghal xejn ghax il-Mosta hadet sehemha mill-bombi u l-ghadu u lanqas l-iskola/Centru ma helsitha. Kien nhar it-12 ta’ Gunju 1942 fit-3.20 p.m. li c-Centru ta’ l-ARP intlaqat b’bomba High Explosive (HE). Sewa x-xelter ghax, ftit qabel, is-supretendent tac-Centru kien ta’ ordni lill-istaff biex jinzlu fih. Ftit hin wara bomba laqtet l-iskola u farrket parti minnha. Ma’ l-incident is-supretendent sejjah lill-PDR Nru. 59 E. Sammut, li kien qieghed fuq il-bejt jaqdi dmiru ta’ spotter biex jara jekk dan kienx intlaqat. Sammut irrisponda lura u b’hekk wera li ma kellu xejn. Wara l-ARP dahlu fil-bini ta’ l-iskola u sabu zewgt irgiel ta’ l-iskwadra tad-demolizzjoni mirduma. Dawn inhargu u nghataw l-ewwel ghajnuna mill-ufficjal mediku. Wiehed miz-zewg midruba miet aktar tard fl-isptar.66
F’dan l-istess attakk ic-Centru ha n-nar u ghalhekk l-istaff ta’ l-ARP organnizzaw katina ta’ bramel u tfew in-nar f’qasir zmien. Minhabba t-tigrif il-klinika kienet inaccessibbli, izda wara li tnaddaf il-passagg ghaliha, regghet bdiet tiffunzjona. F’dan l-istess incident inqerdu wkoll l-ambulanza u karozza tac-Centru.67
L-iskola tal-Mosta baqghet tintuza bhala Centru ta’ l-ARP sat-30 ta’ Settembru 1943. Minn dik id-data l-iskola regghet bdiet taqdi l-funzjonjiet edukattivi li kienet inbniet ghalihom. Inzammu biss temporanjament zewgt ikmamar biex jitpogga xi ekwipaggament fihom. Sadattant, in-nies ta’ l-ARP gew provduti b’post alternattiv fdar privata.68
Ftit wara li l-ARP taw lura l-iskola lis-surmast Sammut, dan irrapporta lid-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni xi tkissir li kien sab. Hu osserva li kien hemm seba’ toilet seats nieqsa, w.c. minnhom kien miksur, u kwazi il-fittings kollha ta’ l-elettriku, bhal swiccijiet u apparat (p.187) iehor, kienu nieqsa.69
Naturalment dan l-ilment spicca lid-Dipartiment ta’ l-ARP fl-Istitut ta’ Fra Diegu fil-Hamrun. Dan id-Dipartiment ccara l-pozizzjoni tieghu. Dwar is-sedili tad-w.c., qal li dawn is-seba’ kienu se jithallsu. Dwar id-w.c. miksur, dan gralu hekk ghax bomba splodiet 20 jarda ‘l boghod minnu. Ix-xoghol ta’ tiswija kellu jsir mid-Dipartiment tax-Xogholijiet Pubblici (PWD). Dwar il-fittings ta’ l-elettriku, skond id-Dipartiment ta’ l-ARP, dawn kienu ttajru meta l-post infetah bil-qawwa tal-bumbardament li sofra. U fuq kollox, zied l-ufficjal ta’ l-ARP, l-iskola kienet intuzat ukoll mill-militar u min-nies tad-Demolition and Clearance.70 Suldati mir-Royal Artillery kienu juzaw l-iskola biex jistriehu u jorqdu meta ma kinux duty. Stakkament zghir minn dan ir-rigment kienu jaghtu servizz fil-Mosta billi fost xoghol iehor, jimmaniggaw pozizzjoni tal-maxingan li kienet tinsab fuq art vicin fejn illum hemm Vjal Indipendenza u li fi zmien il-gwerra ma kenitx mibnija. Dwar tad-Demolition and Clearance, dawn kienu jokkupaw ukoll dar fi Triq il-Kungress Ewkaristiku. Meta dahlu fiha l-ewwel darba sabu nassa kbira li min kien hemm qabel ghamilha ghal kontra s-serq. Kienet nassa tonda maqsuma fi tnejn u bis-snin li meta tintrifes tinghalaq fuq dak li jkun u jinqabad hemm fiha.71
L-iskola primarja giet mehlusa ghal kollox mill-uzu tal-gwerra fit-8 ta’ Jannar 1944, meta l-ahhar zewgt ikmamar gew zvojtati wkoll.72 Hekk l-iskola issa kienet kollha ta’ l-ghalliema u l-istudenti taghhom.
Kien propizju li dawn iz-zewgt ikmamar gew moghtija lura ghax in-nuqqas taghhom kien qed johloq inkonvenjent kbir lit-tfal u ugigh ta’ ras ikbar (p.188) lis-surmast. Dan jidher car minn rapport li kiteb E.B. Vella wara zjara lill-iskola tas-subien tal-Mosta fl-14 ta’ Dicembru 1943. Emmanuel Benjamin Vella, li dak iz-zmien kien spettur ta’ l-iskejjel, dar ma’ l-iskola u ghen lill-ghalliema f’xi diffikultajiet li kellhom. Ghamel ukoll tahdita lill-istudenti kollha dwar l-Ingliz mitkellem, l-indafa u l-imgieba tajba. Vella mbaghad ghadda biex jispecifika d-diffikulta kbira li kienu qed jesperjenzaw l-istudenti. Sostna li s-surmast kien jonqsu zewgt ikmamar li kienu ghadhom okkupati skond l-esigenzi tal-gwerra. Madankollu, minhabba f’hekk, zewg klassijiet ta’ studenti kienu joqoghdu jew fil-bitha jew ippakkjati fil-kuruturi. Dan l-istat kien isir difficli immens meta jkun il-maltemp. E.B. Vella zied jghid li wahda mill-ommijiet ilmentat mas-surmast li ma riditx li binha, li kien ibati mill-mard tal-kliewi, jinghata taghlim fil-bitha ta’ l-iskola. Is-soluzzjoni, jghid Vella, kienet wahda, dik li l-kmamar uzati bhala mhazen jinghataw lura mill-Ufficcju ta’ l-ARP.73 Appuntu hekk gara f’Jannar 1944, forsi wkoll bis-sahha ta’ dan ir-rapport. Ta’ min jghid li l-ARP tal-Mosta meta hallew l-iskola, fethu c-Centru taghhom f’131, Eucharistic Congress Road, post li qabel kien mahzen ta’ l-ARP.74
Attakki mill-ajru
Kien l-10 ta’ Gunju 1940 il-jum li fih Malta dahlet ufficjalment fit-Tieni Gwerra Dinjija, wara li l-Italja kienet iddikjarat gwerra fuq l-lngilterra. L-ewwel attakk fuq Malta sar fil-11 ta’ Gunju u mietu l-ewwel Maltin.75
L-ewwel attakk mill-ajru fuq il-Mosta sar il-Hadd, 16 ta’ Gunju fis-2.55 p.m. Skond rapport ufficjali ta’ l-ARP tal-Mosta, bomba HE waqghet fiz-zona tal-grawnd tal-futbol f’Eucharistic Congress Road. Il-wajer ta’ l-elettriku gie maqtugh (p.189) izda ma kienx hemm vittmi. F’dan l-istess attakk gie bbumbardjat ukoll ta’ Qali, u l-mitjar u l-gibjuni f’Ta’ Vnezja. Intefghu erba’ bombi HE li laqtu numru ta’ djar (Nri 8a, 9, u 17) fi Triq San Silvestru vicin l-imtiehen tar-rih. Ma kienx hemm imwiet imma persuna wahda sofriet kommozjoni celebrali u giet salvata tarbija ta’ seba’ xhur minn wahda mid-djar milquta. Il-gvernatur li kien qed jaghmel zjara fil-Mosta mar ukoll fiz-zona msemmija.76 Fil-fatt il-General Dobbie kien fuq zjara lic-Centri tal-Malta Volunteer Defence Force u l-Mosta kienet wiehed minnhom.77
L-attakki mill-ajru fuq Malta issa kienu bdew. Il-Mosta u l-vicinanzi taghha bdew jiehdu s-sehem taghhom ukoll bil-konsegwenzi li dan kien igib mieghu. Il-Mosta kienet aktar u aktar fil-periklu ghax fl-inhawi taghha kien hemm il-mitjar militari f’Ta’ Qali li kien kontinwament fil-mira ta’ l-ghadu. Dan ircieva attakk wara iehor. Per ezempju fis-17 ta’ Gunju attakkawh fis-6.25 ta’ filghodu fejn 12-il bomba twaddbu fuqu u fil-5.30 ta’ filghaxija fejn sitt bombi ohra nizlu fil-vicinanzi tieghu.78 U din kienet storja li rrepetit ruhha gurnata wara l-ohra u xahar wara l-iehor. U jekk bdew nizlin il-bombi zdied ukoll il-periklu ghall-popolazzjoni.
Wahda mill-problemi li nholqu fil-bidu ta’ l-attakki giet propju mill-istess kurzita tan-nies. Fil-bidu tal-gwerra l-Mostin (u l-Maltin) riedu jhossu mill-qrib din l-esperjenza gdida. Per ezempju fl-attakk tat-30 ta’ Gunju 1940 fuq il-gibjun f’Ta’ Qali, sitt persuni weggghu. Biss dan seta’ jigi evitat li kieku dawn ma baqghux fil-berah esposti ghall-bombi ta’ l-ghadu. Sforz il-kurzita, hamsa minnhom kellhom jittiehdu l-Isptar ta’ l-Imtarfa biex jiddewwew.79
Din il-problema kienet preokkupanti (p.191) specjalment fl-ewwel xhur tal-gwerra meta n-nies kienu ghadhom ma fehmux bizzejjed il-konsegwenzi serji tal-bombi li bdew nizlin. Is-Supretendent Galea tac-Centru tal-Mosta ghamel rapport wara l-attakk tat-23 ta’ Novembru 1940 fuq din is-sitwazzjoni. L-ewwelnett, Galea stqarr li n-nies intebhu bl-attakk meta nizlu zewg bombi incendjarji u b’hekk biss indunaw li kellhom imorru jsibu kenn. Madankollu, il-problema kienet li anki meta n-nies kienu jaraw jew jisimghu l-murtaletti tad-dawl (maroons) li kien is-sinjal li gej attakk mill-ajru, dawn flok imorru jistkennu, kienu johorgu barra bil-mijiet biex jaraw l-ajruplani. Galea osserva li x-xeltrijiet miftuha mill-gvern kienu qed jintuzaw bhala latrini pubblici. Is-supretendent imbaghad ghadda biex jezamina ghala kien qed jigri hekk. Hu wahhal fir-rapporti li kienu jidhru fil-gazzetti lokali. Galea qal li bhala ezempju tista’ tissemma’ it-Times of Malta li kienet ggib rapporti eccitanti ta’ glied bejn l-ajruplani, it-tigrif ta’ ajruplani nizlin huggiega wahda, u paraxutisti li jaqbzu ghal isfel. Dawn kienu stejjer, sostna Galea, li kienu jheggu lin-nies jiksru l-ordnijiet marbuta ma’ attakki mill-ajru. Galea kkonkluda li dawn l-ispettaturi kollha, jew ajjutanti misthajla, kienu jfixklu x-xoghol ta’ l-ARP. Fil-konkluzjoni, is-supretendent talab lill-ARP jfittxu soluzzjoni ghal din is-sitwazzjoni.80
(p.190) Disinn ta’ wiehed mill-huts - fiz-zewg kazi, il-bini sar minn Salvu Zahra
Il-kurzita ma kinitx biss li jaraw l-ajruplani jiggieldu fl-arju. Hafna kienu wkoll imissu b’idejhom dak li l-ajruplani kienu jitfghu. Kien hemm min qaghad ibabas ma’ balal tal-maxingan u wegga’.81 Ohrajn kienu weggghu b’oggetti li jitwaddbu mill-ajru izda li huma ma jkunux intebhu bihom. Bhala ezempju kien hemm il-kaz tal-bdiewa go ghalqa vicin ta’ Ta’ Qali, li waqt li kienu jimlew hofra f’din l-ghalqa, xi hadd laqat bomba anti-personnel (p.192) bl-imghazqa. Din splodiet u weggghu.82 Jew il-kaz ta’ dak li, waqt li kien qed jghabbi t-trakk bis-silla, wegga’ b’bomba anti-personnel.83 U l-kaz ta’ Dun Karm Xiberras li kien joqghod Triq Sant’Antnin u li ndarab minn bomba simili waqt li kien fil-gnien tad-dar tieghu.84
Waqt l-attakki mill-ajru kienu jintefghu tipi varji ta’ bombi. Per ezempju, waqt l-attakk mill-ajru tal-11 ta’ Frar 1941 wara nofsinhar, ajruplan ta’ l-ghadu gie milqut u sploda fl-ajru. Dan nizel go l-ghelieqi fit-triq Mosta-Valletta vicin il-grawnd tal-futbol. Mill-ispezzjoni li ghamel Joseph Galea, supretendent ta’ l-ARP, irrapporta li sab kwantita ta’ forom tal-plywood imxerrda ma’ l-erja fejn iggarraf l-ajruplan. Dawm kienu jixbhu l-forma ta’ huta b’zaqq tonda u b’denb ukoll li jixbah lil dak tal-huta. Skond l-opinjoni ta’ Galea, dawn kienu forma ohra ta’ bombi incendjarji maghmula minn injam irqiq li jitwaddbu f’pari. Hu zied fir-rapport tieghu li sab ukoll pajp tal-hadid forma ta’ ‘Z’ li kien jghaqqad zewg kontenituri flimkien.85
Madankollu, fil-Mosta, bhal f’kull parti ohra ta’ Malta, l-aktar li batew u garrbu hsara kien mill-bombi mitfugha. Per ezempju, ir-rapport ta’ l-ARP ta’ l-14 ta’ April 1941, jaghti hjiel ta’ dawn l-attakki mill-ajru. Kien il-Hadd, 13 ta’ April. L-attakk thabbar fl-10 ta’ bil-lejl (‘Air Raid Warning’). Dam madwar siegha ghax l-avviz li l-ghadu kien ghadda (Raiders Passed) hareg fil-11 ta’ bil-lejl. L-‘All Clear’ inghata fil-11.05 p.m. Ir-rapport jiddikjara li dak kien l-aghar attakk fuq il-Mosta sa dak il-hin. Mewga wara mewga ta’ ajruplani ta’ l-Assi tefghu bombi madwar ir-rahal tal-Mosta izda ma kienx hemm nies milquta. Jidher li l-mira principali kien il-mitjar ta’ Ta’ Qali. L-ARP taw l-ghajnuna lil wahda mara xiha li kellha xokk hafif (p.193) fuqha bil-hobmbi li waqghu fiz-zona tar-razzett taghha fit-triq Mosta-Rabat, fil-punent tal-Mosta. Ir-razzett taghha laqqat direct hit. Bombi ohra laqtu direttament zewgt idjar fi Triq Sant’Antnin u dar ohra spiccat bla saqaf bil-blast tal-bombi li waqghu. Hdax-il bomba HE nizlu go l-ghelieqi bejn il-Mosta u n-Naxxar. Madwar il-Fortizza tal-Mosta nstab li madwar 40 bomba HE kienu twaddbu. Sbatax ohra kienu twaddbu fuq il-batterija tal-Besbizija. Il-grawnd tal-futbol tal-Mosta laqqat 4 bombi HE fejn erba’ arbli gratilhom hsara u l-wajers ta’ l-elettriku nqatghu minn erba’ postijiet differenti. Fl-ghelieqi f’Ta’ l-Isperanza nizlu 8 bombi HE U razzett laqqat direct hit. Madwar is-searchlight battery ta’ Bingemma twaddbu 4 bombi HE ohra. Naturalment ma setax jonqos li Ta’ Qali jiehu sehemu. Erbghin bomba nizlu madwar l-ajruport imma ma ntlaqtux ajruplani. Intlaqat biss kanun ta’ kontra l-ajruplani izda ma kienx hemm midruba. Xi bombi ohra nizlu vicin San Pawl il-Bahar u l-Mellieha.86
Ghalkemm dak l-attakk daqshekk qawwi ma halliex vittmi, attakki ohra, anki jekk izghar, hallew nies midruba u anki mejtin. Nghidu ahna, f’attakk tat-Tnejn, 9 ta’ Frar 1942, li sar madwar l-4.05 p.m., inxtehtu biss hames bombi HE fuq il-Mosta. Kull wahda minn dawn nizlet f’post differenti: f’Eucharistic Congress Road, f’Tower Street, f’Curate Calleja Steet, fi Bridge Street, u hdejn il-mitjar ta’ Ta’ Qali. Hallew 7 mejta (6 minnhom mill-Mosta) u 23 midruba (21 mill-Mosta). Mietu wkoll tlitt irgiel tal-Air Force f’Ta’ Qali. Gew interrotti wkoll is-servizzi ta1 l-elettriku u t-telefon. Dan ir-rapport ifahhar ix-xoghol tat-Tabib Ferdinando Calleja li ta’ l-ghajnuna tieghu kollha lill-ARP.87
U dan ma kienx l-aghar mument. Fil-21 ta’ Marzu 1942 fis-2.37 p.m. sar (p.194) attakk mill-ajru b’numru ta’ direct hits. Kienu ntlaqru d-djar minn 42 sa 38, 36 sa 32, 57 sa 41 u 39 sa 31 f’Eucharistic Congress Road. F’Cassar Street intlaqtu djar numri 12 sa 16b u 24 sa 16x. L-aghar li marret kienet Gafa Street. Hawn intlaqtu d-djar minn 60 sa 61, 68 sa 90, 62 sa 74, u 90 sa 85. Imma fuq kollox intlaqat ix-xelter li kien jinsab f’din it-triq. Skond ir-rapport ta’ l-ARP ta’ l-24 ta’ Marzu, kien hemm 68 midruba u 27 mejta.88 Ix-xelter ta’ Triq Gafa ma setghax jehlisha kif gieb u lahaq ghax ma ntlaqatx minn bomba wahda izda minn tnejn. Wahda splodiet fil-bokka ta’ naha u l-ohra fil-bokka tan-naha l-ohra, u hekk in-nies ta’ gewwa ma setghu johorgu minn imkien. Kienu nqabdu gewwa bil-konsegwenzi kollha li dan gab mieghu.89 Dan kien l-aghar attakk fuq Malta minn meta l-Luftwaffe kienet bdiet tuza lil Sqallija bhala bazi f’Dicembru 1941. F’dak il-jum ta’ Marzu kien hemm attakki kontinwi matul il-gurnata bl-ajruplani Germanizi jattakkaw f’formazzjonjiet ta’ bejn 50 u 75 ajruplan.90 Kienet il-Mosta li sofriet l-aktar mill-attakki ta’ dak il-jum.
Ix-xelter ta’ Triq Gafa ma kienx l-uniku (p.195) wiehed li ntlaqat mill-bombi ta’ l-ghadu. Nafu li fl-attakk ta’ l-20 ta’ April 1942 li gara fin-12.30 p.m., intlaqat ix-xelter Nru. 51 ta’ Tower Street. Kienet direct hit fuq id-dhul ghal dan ix-xelter. Fl-istess jum intlaqtu d-djar numri 34a, 35, 36, 41, 42, 43 u 44 f’Curate Calleja Street; il-gnien tas-Sinjura L. Grech Mifsud; numri 89, 90 u 102 ta’ Tower Street; u bomba HE waqghet fit-triq faccata tax-xelter nru 51. F’dan l-attakk, madankollu, ma miet jew wegga’ hadd.91
Ghall-Mosta, minbarra l-attakk tal-21 ta’ Marzu 1942, li halla tant vittmi tax-xelter ta’ Triq Gafa, kien hemm okkazjoni ohra li wkoll baqghet tissemma’ b’mod specjali. Din kienet id-9 ta’ April 1942 fejn intlaqtet ir-Rotunda tal-Mosta. Fil-knisja f’dak il-hin ta’ l-attakk kien hemm mat-300 ruh. Hadd ma gralu xejn.92 U f’dan l-attakk mhux bomba wahda laqtet jew nizlet vicin il-knisja parrokkjali, izda diversi. Il-hsara li saret kienet minima ghalkemm il-koppla kienet giet minfuda minn wahda minn dawn il-bombi.93 Knejjes ohra fil-Mosta ukoll intlaqtu mill-bombi ta’ l-ghadu. Dik tal-Kuncizzjoni (Ta’ Durumblat) li kienet tinsab vicin sew tal-mitjar ta’ Ta’ Qali ggarrfet ghal kollox u regghet inbniet meta spiccat il-gwerra. Dik tal-Vizitazzjoni tal-Vergni Marija (Ta’ Wejda) ukoll sofriet hsara u giet irrangata meta l-gwerra fuq Malta kienet prattikament spiccat.94
It-tigrif ta’ bini fil-Mosta kien estensiv mhux hazin. Angelo Dougall, refugjat mill-Isla li kien mar joqghod ghand nanntu l-Imdina, jirrakkonta li meta wasal il-Mosta mill-Imdina ra xena ta’ hafna bini mwaqqa’, herba u tifrik. Dehra, jkompli jghid, ta’ desolazzjoni mill-akbar.95
Ix-xeltrijiet
L-attakki mill-ajru kienu qliel, kif diga semmejna, u hallew hafna vittmi. Kien (p.196) fid-19 ta’ Jannar 1942 li l-ewwel pajzana Mostin hallew hajjithom fil-Mosta. Dawn kienu jinkludu membri tal-familji Riolo u Bugeja li kienu jigu minn xulxin. Kienu jghixu f’zewgt idjar f’Eucharistic Congress Road li ntlaqtu mill-bombi ta’ l-ghadu. Mietu wkoll jew weggghu numru iehor ta’ Mostin.96
Kien jidher car li f’attakki bhal dawn in-nies kellhom jigu pprovduti b’xi kenn mill-bombi. Id-djar taghhom ma setghux jilqghu kontra dan it-tip ta’ periklu. Madankollu, fil-bidu l-awtoritajiet kienu qalu lin-nies biex juzaw imwejjed b’sahhithom li fuqhom jippakkjaw is-saqqijiet u hekk jistkennu mill-bombi li jitwaddbu. Barra dan, il-gvern baghat periti biex jidentifikaw kmamar fid-djar privati li kienu meqjusa tajba biex joffru protezzjoni u dawn gew imsahha billi tpoggew twavel mas-saqaf mizmuma bil-puntali.97
Ghall-bidu tal-gwerra n-numru ta’ xeltrijiet u postijiet ohra ta’ kenn kontra l-attakki kienu ftit. Post li kien beda jintuza mill-ewwel kif bdew nizlin il-bombi, kienet ir-Rotunda tal-Mosta. Fil-fatt, fuq talba ta’ l-arcipriet, l-assistant protection officer u s-supretendent ta’ l-ARP tal-Mosta, l-awtoritajiet ekklezjastici ta’ Malta taw permess biex ir-Rotunda tinzamm miftuha matul il-gurnata. Dan biex isservi ta’ xelter f’attakki matul il-jum. Madankollu, meta fit-12 ta’ Awissu 1940, inghata avviz ta’ attakk fid-9 10 p.m., il-Mostin telqu minn darhom u grew lejn il-knisja biex jistkennu. Sabuha maghluqa u l-pulizija ma setghux jikkontrollaw lin-nies skond ir-Regolamenti tal-Kerfju. Is-Supretendent Galea ta’ l-ARP intalab jghid lill-arcipriet biex jiftah il-knisja. Fir-rapport tieghu Galea stqarr mas-superjuri tieghu li huma qatt ma hasbu li jitolbu li l-knisja tinfetah bil-lejl matul is-sighat tal-kerfju. Ghalhekk meta nqala l-incident imsemmi kulhadd (p.197) thawwad x’jaqbad jaghmel. In-nies kienu marru jigru lejn il-knisja ghax inginier tal-lokal kien qallhom biex jigru lejn ir-Rotunda waqt attakk bil-lejl. Madankollu, Galea ssuggerixxa li l-knisja tibqa’ maghluqa bil-lejl u hekk ma jergax jigri xi haga simili fil-futur.98
Dan ma jidhirx li kien l-uniku intopp li sabu l-Mostin biex imorru jistkennu f’xi post protett. Sa Frar 1941, ic-Centru ta’ l-ARP tal-Mosta kien ghadu jilmenta li n-nies ma kinux jafu x’se jaghmlu meta jkun gej attakk mill-ajru. Dan ma kienx it-tort taghhom. Bejn inzul u tlugh ix-xemx kienu qed jigu sparati maskli (petards) flok il-murtaletti tad-dawl (maroons). Madankollu, dawn il-maskli kienu jinstemghu biss fil-vicinanzi ta’ l-ghassa tal-pulizija f’distanza ta’ madwar 200 jarda. Dan il-fatt qajjem ilmenti kemm mill-Mostin u kemm mir-refugjati. Ghalkemm kienet tindaqq sirena ta’ l-idejn mill-pulizija, din ukoll ma kinitx ta’ utilita ghall-bqija tar-rahal. Id-djar u l-irziezet kienu mferrxa hafna u minn certu distanza la l-maskli u lanqas is-sirena ma kienu jinstemghu. L-ARP tal-Mosta staqsew lill-awtorijtajiet jekk setghux jipprovdu sirena ohra li possibilment titwahhal x’imkien fil-parti tal-punent tar-rahal.99
Ghalkemm problemi kien hemm, il-gvern centrali ma baqax idu fuq zaqqu. L-aktar element importanti ghas-sikurezza tan-nies kien li dawn ikollhom postijiet mahsuba apposta biex jistkennu fihom waqt attakki mill-ajru. Ghalhekk, bhal ma gara f’postijiet ohra, anki fil-Mosta, gew imhaffra numru ta’ xeltrijiet ghall-uzu mill-Mostin u r-refugjati li kienu marru hemm fi zmien il-gwerra. Skond wahda mic-cirkularijiet li harget fuq dan is-suggett, fil-Mosta kien hemm zgur mhux inqas minn 37 xelter pubbliku (Tab. 5).100 Fil-fatt minn sorsi ohra nsibu li xeltrijiet pubblici kien hemm anki ohrajn (p.198) bhall-kannierja tar-Rotunda li kienet tesa’ 400 ruh. Din intuzat sakemm imbaghad infetah xelter fi pjazza Rotunda (taht il-pjazza) u hekk il-kannierja nghalqet. Xeltrijiet ohra kienu jinsabu per ezempju fil-grawnd ta’ l-Oratorju Qalb ta’ Gesu u fi Triq il-Wata.101 Hafna ohrajn kellhom xelter privat fir-residenzi taghhom.
Tab. 5 (p.198) | |
Xelter Nru. | Persuni |
---|---|
82, St. Anthony Street | 193 |
84, St. Anthony Street | 76 |
119, St. Anthony Street | 95 |
77, Bridge Start | 159 |
97, Bridge Street | 183 |
101, Bridge Street | 189 |
111, Bridge Street | 81 |
31, Britannia Square | 202 |
70, Callus Start | 210 |
94, Callus Street | 276 |
124, Eucharistic Congress Road | 108 |
9, Constitution Street | 90 |
91, Gafa Street | 79 |
71, Gafa Street | 97 |
22, High Street | 185 |
21, High Street Alley No 4 | 230 |
106, High Street (St Joseph) | 150 |
115, High Street (Haddied) | 68 |
36, Hope Street | 128 |
38, Hope Street | 156 |
23, St. Leonard Square | 116 |
144, Middle of Constitution Street | 110 |
142, Upper Constitution Street | 109 |
116, St. Margaret Street | 210 |
73, St. Mary Street | 116 |
58, St. Mary Street | 232 |
46, Old Mill Street | 174 |
8, Parish Street | 255 |
86, Quarries Street | 186 |
49, Tower Street | 119 |
51, Tower Street | 94 |
64, Tonna Street | 140 |
42, Hope Street | 109 |
87, Quarries Street | 80 |
90, Ponsonby Street | 140 |
33, Orchard Street | 150 |
57, Grognet Street | 87 |
Dawn ix-xeltrijiet kienu jitqattghu fil-blat samm u ghalhekk kien ikun xoghol iebes tassew. Kien xoghol li jiehu fit-tul minhabba l-ebusija tal-gebel zonqri. (p.199) Per ezempju, ix-xelter biswit iz-zuntier tar-Rotunda beda jithaffer fl-1940 u bdew juzawh fl-1941 wara hames xhur xoghol. Tqatta’ minn 15-il haddiem tas-sengha li kienu jahdmu f’xiftijiet lejl u nhar. Hu twil 75 metru u jinzel fond ta’ 7 metri taht wicc l-art.102
Il-gvern kellu wkoll facilitajiet ohra biex il-poplu jsib kenn waqt il-hbit ta’ l-ghadu. Kien ukoll ihallas kera ghal bicciet ta’ art li kien juza ghal dan l-iskop. Matul il-gwerra fil-Mosta thallsu kirjiet ghal mhux inqas minn seba’ bicciet art li ntuzaw biex jistkennu n-nies matul xi attakk. Dawn kienu fuq art privata (Tab. 6).103
Tab. 6 (p.199) | |
Postijiet ta’ Kenn | Kera mhallsa |
---|---|
Passageway leading to an underground shelter in Quarries Street corner with Gafa Street | 7s per annum |
Slit Trench in Eucharistic Congress Road | 2s 6d per annum |
Slit Trench in lands ‘Tal-Blata l-Gholja’ crossroads Rabat–St. Paul’s Bay, Mosta–Zebbiegh | 2s 6d per annum |
Slit Tench in lands ‘Iz-Zebbuga’ crossroads Mosta–Bingemma and Mosta-Zebbiegh | 2s 6d per annum |
Slit Trech in lands ‘tal-Imselliet’ | 2s 6d per annum |
Portion of about 8 ft. sq. and the undersoil of a field abutting on Tower Roda, opposite Alley No.5 | 5s 1½d per annum |
Two plots of ground measuring about 20ft x 8ft each from a field in Hope Street | 2s 6d per annum |
Statistika ufficjali dwar ix-xeltrijiet sa Novembru 1942, turi li fil-Mosta kien hemm xeltrijiet li setghu jaghtu kenn lil 6,667 persuna. Numru ta’ haddiema kellhom x’jaqsmu mal-kostruzzjoni ta’ dawn ix-xeltrijiet. Kien hemm 72 minatur, 36 haddiem tas-sengha u 4 haddiema ohra.104 Barra dan kien hemm ukoll dawk li jiehdu hsieb l-indafa u l-uzu tajjeb tax-xeltrijiet. Per ezempju nsibu li Indri Abela li kien (p.200) shelter cleaner.105 U sitt nisa ohra impjegati biex inaddfu ix-xeltrijiet. Dawn ta’ l-ahhar kienu jithallsu 2s 6d flimkien ma war bonus ta’ 1s 9d,106 li b’kollox kienu jgibu 4s 3d kuljum. Ma’ dawn iridu jizdiedu shelter supervisor - Salvatore Pizzuto - u zewg shelter wardens - Michael Falzon u Joseph Busuttil - ilkoll jiehdu hsieb il-kannierja tal-knisja meta kienet ghada tintuza bhala xelter.107
Il-popolazzjoni matul il-gwerra
Bhal ma jigri f’sitwazzjonijiet ta’ emergenza, in-nies li jkunu jghixu f’xi post milqut minn dizastri kbar, jiddeciedu li jhallu z-zoni ta’ nkwiet u jerhula lejn zona ta’ inqas periklu. Hekk ghamlu hafna Maltin meta bdew nizlin il-bombi, specjalment fuq iz-zona tal-Port il-Kbir. Hafna telqu lejn it-tramuntana ta’ Malta, u lokalita li tidher li kienet popolari ma’ dawn ir-refugjati kienet il-Mosta. Ghaliex dan kien hekk mhux facli li tifhmu ghax il-Mosta kienet qrib il-mitjar ta’ Ta’ Qali u l-Fortizza tal-Mosta. Ghalhekk kien post fil-mira ta’ l-ajruplani ta’ l-Assi. Madankollu nafu minn statistika li kienet tinzamm li n-numru ta’ nies fil-Mosta kiber gmielu. Barra r-residenti, kien hemm numru sostanzjali ta’ Maltin ohra li ghaddew il-gwerra fil-Mosta. Skond censiment tal-popolazzjoni ta’ l-20 ta’ Awissu 1942, fil-Mosta kien hemm 6,266 residenti tal-post u 1,104 refugjati, ghal total ta’ 7,370.108 Sa Jannar 1943 ir-refugjati kienu naqsu bi ftit u anki n-nies tal-post. Kien ghadu zmien ta’ bumbardamenti. Madankollu fl-1943 il-gwerra bdiet tnaqqas mill-intensita taghha fuq Malta, u aktar u aktar matul l-1944. Ghalhekk il-popolazzjoni fil-Mosta regghet bdiet gejja ghan-normal. Ir-refugjati bdew jonqsu u r-residenti stabilizzaw fin-numru (Tab. 7).109
Tab. 7 (p.201) | |||
Popolazzjoni tal-Mosta 1942-44 | |||
---|---|---|---|
Data | Normal | Refugjati | Total |
20.viii.1942 | 6,266 | 1,104 | 7,370 |
19.i.1943 | 5,947 | 1,001 | 6,948 |
20.iii.1943 | 5,980 | 923 | 6,903 |
1.vi.1943 | 6,075 | 793 | 6,868 |
1.viii.1943 | 6,069 | 770 | 6,839 |
1.ix.1943 | 6,078 | 757 | 6,835 |
1.x.1943 | 6,092 | 749 | 6,841 |
1.xii.1943 | 6,089 | 732 | 6,821 |
3.i.1944 | 6,102 | 706 | 6,808 |
2.ii.l944 | 6,183 | 636 | 6,819 |
2.iii.1944 | 6,158 | 680 | 6,838 |
1.vi.1944 | 6,237 | 626 | 6,865 |
2.vii.l944 | 6,250 | 605 | 6,855 |
3.viii.1944 | 6,287 | 590 | 6,877 |
1.x.1944 | 6,330 | 552 | 6,882 |
Billi zdiedu n-nies fil-Mosta matul (p.201) is-snin tal-gwerra, kien hemm il-htiega li dawn ikollhom xi post fejn jghixu. Kif diga rajna, il-gvern ipprovda numru ta’ postijiet, u hallas il-kera ghalihom, biex jakkomoda lil dawn l-imsejkna.110 Postijiet li ntuzaw fil-Mosta kienu jinkludu l-Oratorju Qalb ta’ Gesu, li ntuza wkoll bhala skola ghat-tfal. Kien hemm ukoll il-kazin tal-Banda Nicolo Isouard, li akkomoda numru ta’ refugjati, u ghalhekk issospenda l-attivita bandistika tieghu ghal matul il-gwerra.111 Anki l-Kazin Santa Marija, li f’dak iz-zmien kien kazin socjali, ukoll serva bhala post ta’ kenn ghar-refugjati bejn l-1940 u l-1943.112 Ma’ dawn iridu jizdiedu dawk id-djar privati li offrew kenn lil min kien gie b’ta’ fuqu senduqu kif faqqghet il-gwerra. Jirrakkonta Giovanni De Martino li l-ghada li l-Italja ddikjarat gwerra, jigifieri fil-11 ta’ Gunju 1940, hu, flimkien mal-familja tieghu, telqu miz-zona tal-Port il-Kbir fejn kienu jghixu u telghu, flimkien ma’ hafna ohrajn, lejn il-Mosta. Ma garrew xejn maghhom imma sabu familji Mostin lesti li jaghtuhom kenn. Spiccaw biex mhux talli ma rritornawx lura minn fejn kienu gew fl-1940 izda zzewgu Mostin (p.202) u baqghu jghixu fir-rahal li kien ospitahom fis-snin tal-gwerra.113
Naturalment, aktar ma kien hemm nies aktar kien ikun difficli biex izzomm kontroll fuq il-moral tal-popolazzjoni. Ma kienx facli meta dawn kienu qed jaraw djarhom jiggarrfu, qrabathom imutu jew iweggghu, u dak kollu li kienu mdorrijin bih jonqos jew jispicca. Kien ghalhekk li l-militar ipprova izomm l-ispirtu kumbattiv b’sahhtu qalb m-nies. Per ezempju, it-Tieni Battaljun tar-Royal Irish Fusilliers bil-banda u t-tamburlini, zammew retreat beating fil-pjazza tal-Mosta fis-6.00 p.m. ta’ l-24 ta’ Mejju 1942. Dan ir-rigment kien stazzjonat fl-inhawi tal-Mosta f’dawk il-granet.114
Jidher li, ghalkemm it-tbatija kienet kbira, il-poplu Mosti b’mod generali ma kienx ihoss sentimenti kontra l-Inglizi li kienu f’dak iz-zmien hakkiema ta’ Malta. Anzi jista’ jkun li l-Mostin kienu jhossuhom aktar indukrati bis-suldati Inglizi stazzjonati vicin taghhom. Dan ma jfissirx li ma kinux ihossuhom nervuzi bis-sitwtazzjoni tal-gwerra. Xi whud kienu jesprimu certa mibeghda ghall-Germanizi. Xi ohrajn kienu jgergru ghax hassew li kien minhabba l-Inglizi li spiccaw f’din il-gwerra.115
Is-Sahha tan-nies
Barra l-moral, l-awtoritajiet riedu jaccertaw li dawn in-nies ikunu anki protetti kontra l-perikli tal-gwerra. Wiehed minn dawn il-perikli kien it-tfigh ta’ gass velenuz bhalma kien intuza fl-Ewwel Gwerra Dinjija. Il-gvern hareg maskli tal-gass ghal dan il-ghan, kemm ghall-kbar u kemm ghat-tfal. Skond statistika li ttiehdet, sal-30 ta’ Gunju 1943, fil-Mosta, kienu gew imqassma fost it-tfal, 354, Baby Helmets u 362 Mickey Mouse Respirators. Il-Baby Helmets kienu jintuzaw sakemm (p.203) it-tfal jghallqu 18-il xahar filwaqt li l-Mickey Mouse Respirators kienu jintlibsu bejn it-18-il xahar u t-3 snin u nofs.116
Il-gvern xtaq li n-nies ikunu ppreparati sew ghal dan il-periklu. Ghamel tahdidiet u demostrazzjonijiet f’numru ta’ Centri flimkien ma’ avvizi fil-gazzetti. Imma jidher li l-poplu, b’mod generali, kien apatetiku. Kienu ftit in-nies f’partijiet varji ta’ Malta, li per ezempju, hadu l-opportunita biex jittestjaw il-maskli tal-gass taghhom, u l-aktar li marru ghal dan il-ghan kienu t-tfal.117 Fil-Mosta ma jidhirx li n-nies agixxew b’mod differenti. Dan johrog mic-cifri ta’ dawk li marru jippruvaw il-maskli tal-gass gewwa l-vann tal-gass li zar il-Mosta ghal dan l-iskop. Ghalhekk, fis-16 ta’ Ottubru 1942, il-vann tal-gass kien li Grognet Street u marru 2 nisa u 368 tifel u tifla, total 370 b’kollox. Meta, jumejn wara, fit-18 ta’ Ottubru, il-vann kien fil-pjazza tal-knisja, marru 7 irgiel, 3 nisa u 40 tifel u tifla, ghal total ta’ 50 ruh.118 Jidher car li kien hemm sens ta’ nuqqas ta’ impenn u apatija biex fl-eqqel tal-gwerra jkollok 420 ruh b’kollox li jindenjaw ruhhom jiccekkjaw r-respiratur tal-gass taghhom minn (p.204) popolazzjoni ta’ madwar 7,000 persuna li kienu jabitaw lil-Mosta. Il-gvern kien verament herqan li n-nies jiteressaw irwiehhom fil-maskli taghhom. Qabel ma l-vann tal-gass mar il-Mosta f’Ottubru, insibu li l-ufficjal tal-ARP mill-kwartieri generali fil-Hamrun staqsa lis-segretarju tal-Kumitat Distrettwali tal-Mosta meta kellha issir laqgha ta’ dan il-kumitat. Ried ikun prezenti biex jitlob l-ghajnuna tal-Kumitat fl-ezercizzju ta’ theggig tan-nies biex jinteressaw irwiehhom fil-maskli tal-gass.119 It-Tabib Victor Briffa, li kien l-ufficjal mediku distrettwali tal-Mosta, izda li kien ukoll is-segretarju tal-Kumitat Distrettwali, irrisponda li l-laqgha kellha ssir fil-5 ta’ Ottubru 1942 fl-Ispizerija Pubblika li kienet ma’ l-ghassa tal-pulizija.120 Ghalhekk, l-ufficjal tal-ARP ikkonferma li kien gej.121 Mela, il-Mostin kienu avzati imma ma tantx jidher li habblu rashom bit-theddida tal-gass. Jerga’, hafna minnhom lanqas biss kienu jgorru l-maskla tal-gass maghhom avolja kien obbigatoju li l-maskli jingarru.122
Dan ma jistax jinghad ghall-awtoritajiet, li kienu jafu tajjeb il-konsegwenzi tat-tfigh tal-gass. Barra t-tqassim tal-maskli u l-avvizi u t-tahrig kontra xi attakk tal-gass, hasbu wkoll ghall-kura medika f’kaz li xi hadd jintlaqat. Gew provduti fjali tas-serum ghal kontra l-avvelenament mill-gass. Dawn il-fjali, sitta ghal kull Centru ta’ l-ARP, kellhom jinzammu fil-kesha go kaxxa tas-silg f’kull hin. Xi Centri kellhom izommu l-fjali taghhom flimkien ma’ dawk ta’ Centri tal-qrib. Madankollu, il-Mosta, flimkien ma’ xi Centri ohra, kellhom izommu biss il-fjali ghall-uzu fid-distrett taghhom stess. Kien important li dawn jinzammu ghall-kesha specjalment fis-shana tas-sajf.123
Il-periklu tal-mard ma kienx biss mill-gass. Wara l-attakki seta’ jkun hemm (p.205) xi vittmi. Il-mewt ta’ dawn kienet ta’ periklu kbir ghas-sahha tal-poplu kollu. Ghalhekk l-igsma taghhom kellhom jitnehhew malajr kemm jista’ jkun. Dan kien il-kaz, per ezempju, li gie rrappurtat mill-ufficjal ta’ l-ARP mill-ufficjal tad-Demolition and Clearance fit-13 ta’ Lulju 1942. Dan ta’ l-ahhar gie informat li l-ufficjal mediku ewlieni kien innota membri ta’ l-ekwipagg ta’ Junkers li kienu qed jiddikomponu. Dan l-ajruplan Germaniz kien iggarraf f’Callus Street. Kien importanti li l-igsma jitnehhew malajr ghax kienu ta’ periklu serju ghas-sahha tan-nies, u ghalhekk ix-xoghol ta’ tindif kien vitali li jithaffef.124
L-ikel
U jekk is-sahha tal-poplu kellha tithares mill-mard, naturalment, dieta tajba kienet ukoll essenzjali, izda fi zmien ta’ gwerra l-iskarsezza ta’ hafna prodotti ma tistax tkun evitata facilment. U hekk l-ikel jiskarsa, il-poplu jibda jbati min-nuqqas ta’ vitamini, protein, u dawk il-minerali essenzjali ghal gisem b’sahhtu. Mhux ta’ b’xejn li n-nies, anki dawk fil-Mosta, kienu jbatu b’mard bhal dak ta’ l-iskabbja. Din kienet marda tal-gilda li ma kienx facli tfejjaqha, li fiha l-persuna jkollha hakk qawwi.125
L-iskarsezza ta’ l-ikel, specjalment fl-eqqel snin tal-gwerra, dehret cara ghax anki l-aktar ikel baziku. bhall-hobz, kien jinghata bir-razzjon, u l-kwantita ghal kull persuna kienet ta’ kwart u nofs, ammont baxx hafna anki biex taqta’ l-guh, ahseb u ara biex tmantni ruhek. Il-gvern kien irrazzjona numru ta’ prodotti bhal ma kien il-corned beef, il-halib tal-bott, it-te, u l-gallettini, fost hafna prodotti ohra. Dawn kienu bir-razzjon ghal kulhad, inkluz in-nies li kienu involuti direttament fil-gwerra, bhall-ARP. Naraw lis-Supretendent Woods ta’ l-ARP tal-Mosta jikkonferma li kellu prodotti tar-razzjon fic-Centru (p.206) tieghu li kien ghadu ma uzax minnhom.126 Oggetti bir-razzjon kienu jistghu jinkisbu minn hwienet tal-merca awtorizzati u min-NAAFI. Skond ir-Rationing (Registration) Regulations, 1942, il-familji kellhom jirregistraw ma’ hanut tal-merca biex minn hemm jixtru l-prodotti razzjonati. Kellhom ktieb tar-razzjon bil-kupuni li kienu jiswew skond kif il-gvern jiddeciedi fuq kull kaz.127 Statistika ufficjali taghti n-numru ta’ persuni registrati ma’ dawn il-postijiet li jbieghu oggetti bir-razzjon u li tinkludi nies li kienu jghixu f’istituti, monasteri u skejjel (boarding). Fil-perjodu mill-21 sat-30 ta’ Novembru 1942, fil-Mosta kien hemm 1,903 familji jew 7,162 ruh ikkonsidrati bhala buying population.128 Fil-perjodu bejn is-6 u l-15 ta’ Lulju 1943, fil-Mosta, dawn naqsu ghal 1,878 familja jew 6,867 persuna.129 In-numru tal-hwienet tal-merca li kienu jbieghu oggett bir-razzjon fil-Mosta kien ta’ 32.130
Barra l-hwienet b’ikel razzjonat, kienu twaqqfu wkoll il-Victory Kitchens organizzatti mill-Communal Feeding Department. Dawn il-kcejjen kienu jsajjru ikla wahda kuljum ghal nofsinhar jew filghaxija u fihom kien jithejja ikel bhal minestra, ghagin, hut u laham.131 Dawn baqghu jahdmu sakemm dahlet fis-sehh is-sistema tar-razzjon u l-ammont ta’ ikel u fjuil f’Malta kien sar anqas skars.132
Naturalment, anki fil-Mosta kien hemm numru ta’ Victory Kitchens biex jitimghu lin-nies. Jidher li kien hemm kcejjen f’numru 36A, Tower Street, numru 90A, Orchard Street u ohra f’Eucharistic Congress Road.133 Victory Kitchen ohra kienet f’numru 20, Tower Street.134
L-iskarsezza ta’ l-ikel kienet tinkludi wkoll il-halib, prodott li kulhadd kien ifittex. Fil-gwerra kien jintuza l-halib tal-bott izda dan ukoll kien skarsa u ghalhekk kien jinghata f’ammonti zghar lill-familji li, pero, ma kienx iservihom. Kien hemm ukoll il-halib tal-moghza pastorizzat, izda anki dan jidher li ma kienx abbundanti, ghallinqas f’xi nhawi ta’ Malta. Tifel li kiteb taht ismu stess fil-gurnali, stqarr li kien hemm differenza fit-trattament ta’ nies ta’ xi rhula meta mqabbla ma’ dawk ta’ ohrajn. Semma’ bhala ezempju li t-tfal tal-Mosta u xi nhawi ohra ma kinux qed jinghataw halib pastorizzat ghax ma kienx infetah Centru. Kien tal-fehma li setghu ghallinqas jinghataw prodott alternattiv bhac-cikkulata biex jaghmel tajjeb ghan-nuqqas ta’ halib li huma kienu qed ibatu minnu.135
Kien hemm ukoll il-halib tat-trab jew halib rikostitwit. Fil-Mosta u l-irhula l-ohra tad-Distrett tat-Tramuntana bdew isiru provi ta’ kif kellu jigi rikostitwit dan il-halib minn Awissu 1942.136
Haga li giet osservata kienet il-qalb kbira tal-Mostin anki waqt din l-iskarsezza ta’ ikel. Meta s-suldati kienu jkunu fuq tahrig u jaghmlu waqfa biex jistriehu, ma kinetx l-ewwel darba li xi Mostin jaghtuhom xi bicca hobz zghira biz-zejt, xi galletta jew xi ftit te. Jidher li kien hemm Mostin li kienu jaqsmu l-ftit li kellhom ma’ haddiehor.137
Fil-Mosta, il-gvern kellu numru ta’ postijiet li kien izomm bhala mhazen ghall-ikel. Kien hemm mhux anqas (p.208) minn tmien postijiet fir-rahal u kollha kienu mikrija minghand sidien privati (Tab 8).138
Tab. 8 (p.207) | |
Mhazen ghall-ikel | Kera |
---|---|
369, High Street | £12 p.a. |
32, Curate Calleja Street | £8 p.a. |
216A, Tower Street | £6 p.a. |
3, Tower Street | £8 p.a. |
153, Bridge Street | £8 p.a. |
123, Hope Street | £10 p.a. |
38, Hope Street | £6 p.a. |
5, Stivala Street | £10 p.a. |
U fil-krizi ta’ l-ikel li kien hawn Malta kienet haga importanti li kulhadd jaghmel li jista’ biex tikber il-produzzjoni ta’ l-agrikoltura. Ghal dan il-ghan il-gvern nieda progett imsejjah ‘Dig for Victory.’ Dan kien jikkonsisti fil-ftuh ta’ centri li jheggu t-tkabbir ta’ aktar prodotti tar-raba’. Fil-Mosta, zona rurali u agrikola, l-inkarigat kien Emanuel Bajada li kien ibbazat f’Constitution Street.139 U ghax il-Mosta kienet zona ta’ biedja, din kienet meqjusa, flimkien mas-Siggiewi, bhala centru ewlieni ta’ gbir ta’ qamh. Dan ic-cereali kien jingabar mill-inhawi ta’ madwar il-Mosta fejn l-ghelieqi kienu l-element principali tal-pajsagg ta’ l-erja kollha.140
Mil-lat personali, kien hemm xi whud li kienu jghinu ruhhom minn taht billi jippruvaw jixtru jew ibighu ikel bil-black market. Per ezempju prodotti tal-militar gieli spiccaw jinbighu lic-civili u xi Mostin ma baqghux lura biex jiksbu prodotti ta’ l-ikel b’dan il-mod. Il-prezzijiet ukoll kienu ezagerati imma kienu jithallsu biex jinkisbu certi prodotti ta’ l-ikel. Per ezempju l-patata kienet tinbiegh bi prezzijiet bhal 4s ir-ratal u l-harrub kien jinbiegh 1d. Imma l-guh kien igieghlek thallas kollox, l-aqwa li tiekol xi haga.141
Tifkira tal-vittmi tal-gwerra
Il-Mosta daqet mit-tbatija tal-gwerra. Ta’ dan m’hemmx dubju. Barra d-distruzzjoni tal-propjeta, it-tharbit tal-hajja ta’ kuljum, il-biza’ u t-taqtigh il-qalb, il-Mosta rat ukoll hafna minn uliedha mwegga’ u sahansitra maqtula. Ghal dawn ta’ l-ahhar inhass li jkun xieraq li jitwaqqaf mafkar biex isimhom jibqa’ mfakkar. Il-monument (p.209) ifakkar il-vittmi kollha Mostin ta’ kull konflitt izda l-akbar numru ta’ vittmi hu dak ta’ zmien it-Tieni Gwerra Dinjija (Tab. 9). Il-Monument tal-Qalbiena Mostin gie mikxuf mill-President ta’ Malta Censu Tabone nhar l-1 ta’ Novembru 1992 u hu xoghol ta’ l-iskultur Mosti Ganni Bonnici.
Tab. 9 (p.209) | |||
Barbara Louis | Chetcuti John Mary | Gauci Jimmy | St. John Nazzareno |
Barbieri Mary | Cuschieri John Mary | Gaud Mary | Scerri Salvina |
Bartolo Carmelo | Cuschieri Teresa | Gauci Vincent | Schembri Grezzju |
Bartolo Joseph | Degiorgio Anthony | Grech Emanueal | Schembri Joseph |
Bezzina Albino | Degiorgio Carmela | Grech Joseph | Schembri Horatio |
Bezzina Francis | Degiorgio Mary | Grech Mary | Sciberras John |
Bezzina Carmel | Deguara Joseph | Grech Rosemary | Spiteri John |
Bonanno Matthew | Dimech Saviour | Haig Jessie | Tabone Pina |
Bonanno Paul | Dougall Giorgina | Mangion James | Tabone Lawrence |
Borg Doris | Fabri John | Micallef Catherine | Tonna Elia |
Borg Emanuel | Falzon Pacifico | Micallef Domenica | Tonna Joseph |
Borg Mary | Fenech Carmela | Micallef Peter | Tonna Joseph |
Borg Vincent | Fenech John | Micallef Rita | Tonna Santu |
Bugeja Carmel | Fenech John Mary | Mifsud Carmel | Vella Bartholomeo |
Bugeja Carmelo | Fenech John Mary | Mifsud Concetta | Vella Carmel |
Bugeja Ives | Fenech Joseph | Mifsud Rev. Joseph | Vella Evangelista |
Bugeja Joseph | Frendo Giovanna | Mifsud Ellul Annetto | Vella Joseph |
Bugeja Mary | Galea Grazio | Montanaro Alfred | Vella Joseph |
Bugeja Marianne | Galea John | Montanaro John | Vella Paul |
Buhagiar Joseph | Galea Saver | Montanaro Mary | Vella Sebastian |
Calleja Luigi | Galea Saverina | Muscat Carmel | Vincenti Edwige |
Camilleri Emanuel | Galea Saviour | Pizzuto Marietta | Vincenti John |
Camilleri Gerald | Galea Vitorin | Riolo Assunta | Xuereb Therese |
Caruana John | Gatt Edwin | Riolo Francesca | Zammit George |
Cassar Carmela | Gatt Francis | Sant Paul | Zammit Saviour |
Cauchi John Mary | Gatt Joseph | St. John Alfred | Zammit Vincent |
Chetcuti Francis | Gatt Kalang | St. John Olga | Zarb Jane |
Hekk zmien il-gwerra fil-Mosta ma jintesa qatt.
Riferenzi
- (p.209) The Epic of Malta (facsmile edit., Malta: 1990), 3.
- N(ational)A(rhives)M(alta), L(ieutenant)G(overnor’s)O(ffice) 890/1939, 8.iii.1939.
- Ibid., 6.v.1939.
- Ibid., 22.iii.1939.
- Ibid., 22.iii.1939.
- Ibid., ‘List of Proposed Members of the Committees in connection with the Appointment of Air-Raid Wardens.’
- Ibid., 22.ii.1939.
- Ibid., 27.ii.1939.
- Ibid., 23.ii.1939.
- (p.210) Ibid., ‘List of Parish Priests in Malta and Gozo to be asked to serve in District Committees.’
- N(ational) A(rchives) M(alta), L(ieutenant) G(overnor’s) O(ffice) 476/1939, 30.i.1939.
- N(ational) A(rchives) M(alta), A(ir)R(aid)P(recautions) Bundle 15, no. 5, ARP 79/40, 23.x.1940.
- N(ational) A(rchives) M(alta), A(ir)R(aid)P(recautions) Bundle 13 no. 7, ARP 51/40, 18.x.1939.
- N(ational) A(rchives) M(alta), A(ir)R(aid)P(recautions) Bundle 13 no. 6, ARP 50/40, 10.i.1940.
- Ibid., File: ‘Outline of proposed Organisation,’ pp. 1-3.
- Ibid., ‘A’ ‘Air Raid Precautions.’
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 13, N. 13, ARP 56/40, 2.ii,1940.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 14, 2.vi.1940, ‘Extract from C.G.M.O.’s Instruction to M.O.s.’
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 14, N. 7, ARP 68/40, 20.v.1940, ‘Billeting.’
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 14, ARP 77/40, Circular no. 362.
- Ibid., Statement ‘E’ ‘(a) Refugee Centres, Accommodation and Rent Paid’.
- Ibid., Statement ‘E’ ‘(b) Alternative Accomodation for Homeless or Evicted Families.’
- A. Zarb-Dimech, Mobilisation in Action: A History of Civil Defence - Malta: 1940-1943 (Malta: 2003), 108-12.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 14, ARP 77/40, Circular No. 362.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 14, ARP 77/40, ‘Changes in the constitution of Protection Regions.’
- Ibid.
- A. Zarb-Dimech, Mobilisation in Action: A History of Civil Defence - Malta: 1940-1943 (Malta: 2003), 109.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 14, no. 13, ARP 77/40, ‘Regional Protection Offices, etc. Refugees and Posts.’
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 14, ARP 77/40, Circular No. 362, Statement ‘A’, ‘Staff Employed - Duties (i) Regional Protection Office (a) Office Staff, (b) Minor Employees.’
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 14, ARP 77/40, Circular No. 362, Statement ‘E’, ‘(c) Offices & Official Residences.’
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 14, ARP 77/40, Circular No. 362, Statement ‘A’, ‘Staff Employed - Duties (ii) Mosta (a) Office Staff, (b) Minor Employees.’
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 14, Regional Protection Office Northern Region - the Legal Secretary, 2.vii.1940.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 14, ‘List of Regional Protection Officers, Deputy Regional Protection Officers, Protection Officers and Assistant Protection Officers in Malta and Gozo.’
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 14, ARP 77/40, ‘Circular to Regional Protection Officers, District Commissioners, Protection Officers and Assistant District Commissioners,’ 29.vii.1942.
- A. Zarb-Dimech, Mobilisation in Action: A History of Civil Defence - Malta: 1940-1943 (Malta: 2003), 48, 50.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 15, no. 13, ARP 86/40, 24.vi.1940, ‘List of Inspectors of the Special Constabulary,’ vide, Malta Police, Police Order No. 263, 31.v.1940, ‘General Instructions to Special Constables,’ Appendix I, p. v.
- A. Zarb-Dimech, Mobilisation in Action: A History of Civil Defence - Malta: 1940-1943 (Malta: 2003), 56, 58, 59.
- Il-Mosta, Is-Sena 1942: Il-Mosta fl-Aghar Siegha tal-Gwerra,’ E.B. Vella et. al., Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta: 1972), Zieda X, p. 433.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 15, no. 3, ARP 79a, 29.vii.1940.
- Il-Mosta, 433-4.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 13, no. 19, ARP 120/40, 28.viii.1940.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 41, no. 4, 5.i.1942.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 41, ARP 2/PK14, 17.vi.1940.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 13, no. 19, ARP 66/40, 5.xi.1940.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 13, no. 19, ARP 66/40, 13.ix.1940.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 14, no. 1, ARP 66/40, 25.vi.1942.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 13, no. 19, ARP 66/39, 23.ix.1940.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 14, no. 9, ARP 70/40, ‘ARP - Movements,’ 25.v.1940.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 14, no. 4, 29.vi.1940.
- Ibid.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 14, no. 4, 10.vi.1940.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 41, no. 4, 13.vi.1940.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 41, no. 4, 20.viii.1940.
- Charles J. Vella - intervista, 26.iii.2005.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 41, no. 4, 3.i.1941.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 41, no. 4, 7.i.1941.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 41, no. 4, 17.x.1940.
- Ibid.
- Charles J. Vella - intervista, 26.iii.2005.
- (p.211) N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 14, no. 1, ARP 66/40 & ARP 67/41, 10.xi 1941.
- Dwar l-iskola fis-snin tal-gwerra, vide G. Cassar, Grajja ta’ Skola: L-iskola primarja tal-Mosta fis-sekli dsatax u ghoxrin (Malta: 1999), 90-101.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 15, no. 13, ARP 86/40, 24.vi.1940, App. iii, p. vii ‘ARP, Centres for Decontamination, First Aid, etc.’
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP B41/4, ‘Sketch Plan of the Mosta D/C and F.A. - Government School Centre.’
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP B41/4, 15.xii.1940.
- Charles J. Vella - intervista, 26.iii.2005.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 13, no. 5, ARP 49/40, ‘Report on Work of the ARP Dept., 1st June - 30th September 1942’, 7.x.1942; ARP Bundle 41, ARP no. 2, pk 14, 14.vii.1942.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 41, ARP no. 2, pk 14, 15.vii.1942.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 13, no. 5, ARP 49/40, ‘ARP Dept. Quarterly Report 1st July 1943 – 30th September 1943, pp. 3-4.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 41, no. 4, Mosta Boys’ Schools - A/D of Education, 4.x.1943.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 41, no. 4, ARP 42/39, 15.x.1943.
- Charles J. Vella - intervista, 26.iii.2005.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 41, no. 4, A/ARP Officer - A/Director of Education, 11.i.1944.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 41, no. 4, E.B. Vella - A/DE, ‘Visit to Mosta Boys’ School,’ 14.xii.1943.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 41, no. 4, A/ARPO - ALG (Mr Nunn), 12.x.1943.
- M. Galea, Malta Diary of a War 1940-1945 (Malta: 1992), 2-4.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 41, ARP no. 2, pk 14, ‘Air-Raids on Mosta’, 17.vi.1940.
- M. Galea, Malta Diary of a War 1940-1945 (Malta: 1992), 9.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 41, ARP no. 2, pk 14, ‘Air-Raids on Mosta,’ 17.vi.1940.
- Ibid., 30.vi.1940.
- Ibid., 24.xi.1940.
- Ibid., 23.x.1942; 26.x.1942; 30.v.1943; etc.
- Ibid., 16.ix.1942.
- Ibid., 29.vii.1942.
- Ibid., 26.viii.1942.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 41, no. 4, ARP Centre Mosta - ARPO, 12.ii.1941.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 41, ARP no. 2. pk. 14, 14.iv.1941.
- Ibid., 10.ii.1942.
- Ibid., 24.iii.1942.
- Il-Mosta, 416.
- M. Galea, Malta Diary of a War 1940-1945 (Malta: 1992), 112-3.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 41, ARP no. 2, pk 14, 22.iv.1942.
- Il-Mosta, 422-3.
- A. Camilleri, Il-Hbit mill-Ajru fuq ir-Rotunda tal-Mosta (Malta: 1992), Kap. 2, 26-51.
- Il-Mosta, 433; G. Cassar, Kappelli fil-Mosta: Kalendarju 2004 Skola Primarja Carmela Sammut Mosta (Malta: 2004), Marzu, Mejju.
- A. Dougall, ‘Il-Mosta fi zmien il-Gwerra 1939-45,’ G. Cassar (ed.), Socjeta Filarmonika Santa Marija — Mosta: Annwal 2002 (Malta: 2002), 15.
- Il-Mosta, 412; Galea, 90.
- Charles J. Vella - intervista, 26.iii.2005.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 41, no. 4, Div. Supt. - ARPO. 22.viii.1940.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 41, ARP no. 2, pk. 14, 14.ii.1941.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 14, ARP 77/40, Statement ‘B,’ ‘Shelters, Accomodation & Shelter Cleaners’, (iv) Mosta.
- Il-Mosta, 411-2.
- G. Maggi, ‘Ix-xelter ta’ quddiem il-knisja,’ Filarmonika Santa Marija Mosta Programm tal-Festa 1999 (Malta 1999), 104.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 14, ARP 77/40, Statement ‘F’, ‘Shelters - Rent Paid’, (i) Mosta.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 14, no. 14, Aid5 77/40, Supervisor Shelter Construction, Nov/42.
- Il-Mosta, 411.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 14, Circular No. 362, Statement ‘B’ ‘Shelters, Accomodation & Shelter Cleaners’, (iv) Mosta.
- Ibid., Statement ‘A’, ‘Staff Employed - Duties’ (ii) Mosta, (b) Minor Employees.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 14, ARP 77/40, ‘Census of Population Northern Region,’ 20.viii.1942.
- Ibid., N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 15, ‘Census of Population Northern Region.’
- (p.212) Vide supra Tab. 6.
- Il-Mosta, 437-8.
- J.J. Camilleri, ‘Filarmonika Santa Marija,’ Kittieba diversi, L-istorja tal-kazini tal-Baned f’Malta u Ghawdex, ii (Malta: 1998), 15.
- G. De Martino, “Lill-Qalbiena Mostin,’ F. Deguara (ed.), Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard Mosta Festa Santa Marija 2002 - Mosta (Malta: 2002), 201.
- Il-Mosta, 432.
- Melita Simmons (nee Spiteri), Ammunition worker, Fort Mosta (1941-42) – intervista 27.iv.2004.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 13, no. 5, ARP 49/40, ‘Report on Work of ARP Department covering period 1st April - 30th June 1943,’ ARP Officer-The Lieutenant Governor, 9.vii.1943, Appendix ‘B’, ‘Baby Helmets and Mickey Mouse Respirators issued up to 30th June, 1943, in various districts’.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 13, no. 6, ARP 49/40, ‘Report of Work of ARP Department, 1st Oct – 31st Dec., 1942,’ 9.ii.1943, p. 1.
- Ibid., p. 2.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 41, ARP no. 2, pk 14, ARP 10/39, ARP Officer-The Secretary, District Committee, Mosta. 28.ix.1942.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 41, ARP no. 2, pk 14, Hon. Sec. District Committee-ARP Officer, 30.ix.1942.
- Ibid., A.R.P. Officer-Hon. Sec. District Committee, 1.x.1942.
- Charles J. Vella – intervista, 26.iii.2005.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 14. no. 1, ARP 66/40, ARP 1/39, ‘Re. Gas Gangrene Anti-Serum,’ 16.i.1942.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 41, no. 4, D/ARPO-Officer i/Demolition and Clearance, 13.vii.1942.
- P. Cassar, Medical History of Malta (London: 1964), 566.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 19. no. 1, ‘Rationed Foodstuffs Monthly Returns,’ e.g. 28.ii.1942, 1.ii.1943.
- A. Zarb-Dimech, Mobilisation in Action: A History of Civil Defence - Malta: 1940-1943 (Malta: 2003), 31.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 19, no. 3, ‘Statistics of Buying Population Period 21/30th Nov, 1942, Issue 22nd.
- Ibid., Period 6/15 July 1943, Issue 13th.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 19, no. 3, ‘Number of grocers selling rationed commodities,’ not dated.
- M. Galea, Malta Diary of a War 1940-1945 (Malta: 1992), 178.
- A. Zarb-Dimech, Mobilisation in Action: A History of Civil Defence - Malta: 1940-1943 (Malta: 2003), pp. 38, 40.
- Il-Mosta, 431.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 41, no. 4, Hd Tr-A/D of E, 9.ix.1943.
- Il-Mosta, 418-9.
- Ibid., 419.
- Melita Simmons – intervista, 27.iv.2004.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundle 14, ARP 77/40, Circular No. 362, Statement ‘E’, ‘Food and Other Stores,’ (ii) Mosta.
- Il-Mosta, 432.
- Ibid.
- Melita Simmons - intervista, 27.iv.2004
Kapitli ohra mill-ktieb
- Introduzzjoni.
- Il-bidu u l-ewwel zminijiet tas-Socjeta Filarmonika Santa Marija tal-Mosta.
- Is-Socjeta Santa Marija: minn Kazin ghal Socjeta Filarmonika.
- In-nisga urbana u rurali tal-Mosta.
- Il-Mosta u l-inhawi ta’ madwar fiz-Zmien tan-Nofs.
- Il-Mosta Nisranija.
- Il-Gvern lokali fil-Mosta (1773 – 1896).
- Rahal fi gwerra: il-Mosta matul it-Tieni Gwerra Dinjija.
- Iz-zamma ta’ l-ordni fil-Mosta mill-1800.
- Mill-hajja tal-Mosta fl-ewwel nofs tas-seklu ghoxrin.
- Graffiti fil-Mosta: Il-hitan tal-kappella ta’ San Pawl Nawfragu.