EX ANNALIBUS MUSTAE
George Cassar, editur
Pubblikazzjoni tas-Socjeta Filarmonika Santa Marija Mosta f'gheluq l-100 sena (1905-2005) mit-twaqqif tas-Socjeta.
Dan il-ktieb interessantissimu jinxtara mill-Kazin Santa Marija. Din il-verzjoni digitali ma fihiex il-parti bl-Ingliz, u dik bil-Malti taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.
2. Is-Socjeta Santa Marija: minn Kazin ghal Socjeta Filarmonika
Joseph J. Camilleri
(p.13) L-ewwel ktieb tal-minuti li gie f’idejja jkopri l-laqghat tal-kumitat u ohrajn generali bejn it-3 ta’ Frar 1935 u s-27 ta’ Frar 1995 – perjodu ta’ sittin sena.1 Notamenti ta’ qabel l-1935 jew intilfu jew qeghdin ghand xi hadd, dan ghaliex il-Kazin jissemma’ wisq qabel. Per ezempju nafu li l-kumitat tas-Socjeta kien hallas £25 permezz tal-president is-Sur Cesareo Chetcuti bhala parti mill-ispejjez tax-xoghol li kien qieghed isir fil-gwarnicun tar-Rotunda bejn is-snin 1899 u l-1903.2 Fis-7 ta’ Settembru 1908 u l-jum ta’ wara, il-Banda Santa Marija ghamlet zewg servizzi muzikali ghall-hlas ta’ £5.3 Dokument fl-arkivju tan-Naxxar juri li dik is-sena il-Banda hadet sehem ukoll fil-festa tan-Naxxar.4
Ghall-habta tas-sena 1900 is-Surmast Antonio Miruzzi ghamel zmien imexxi l-Banda5 kif ukoll ftit wara s-Surmast G. Micallef (1854-1914) minn Haz-Zabbar. Hemm referenza ghall-Banda ta’ L-Assunta fil-kazin taghha f’175, Triq il-Kungress Ewkaristiku.6
L-ewwel minuti kienu aktar notamenti ta’ dhul u hrug ta’ flus f’ammonti zghar. Jidher li dejjem kien hemm xi ftit ta’ dhul mill-bottegin. Interessanti xi dettalji bhal, per ezempju, il-permess biex jinzamm il-bottegin kien ghal xi zmien ta’ 7s 1d. Il-laqghat tal-kumitat lanqas kienu spissi ghax ma kinitx tinhass il-htiega. Interessanti wkoll il-fatt li bejn is-snin 1956 u 1980 il-minuti kienu jinzammu bl-Ingliz.
Kien hemm zmien ta’ pika bejn iz-zewg kazini tal-banda tal-lokal. Il-Banda Santa Marija taf il-bidu taghha meta inqala’ nkwiet bejn il-bandisti tal-Kazin Nicolo Isouard. Uhud telqu b’rizultat li trawmet banda ohra. Il-Kazini saru rivali u fis-sahna tal-piki qamu l-incidenti. Ir-rivalita u l-konfrontazzjoni hargu l-aktar fil-berah fil-festa ta’ San Guzepp ta’ l-1906. Jinghad li l-kwistjoni kollha (p.14) dwar min mit-tnejn kellu d-dritt ghall-precedenza. Tant sahnu l-irjus li, billi ma setax jintlahaq kompromess, il-purcissjoni ta’ dik is-sena kienet thassret. Kollox rega’ gie ghan-normal meta l-Banda Santa Marija ma baqghetx attiva ghalkemm il-kazin baqa’ miftuh ghall-membri.
lnteressanti l-fatt li ghalkemm jinghad li dan kollu gara fl-1911, fid-Daily Herald ta’ l-1927 hemm referenza ghall-Banda ta’ L-Assunta fil-kazin taghha fl-175, Triq il-Kungress Ewkaristiku. Fl-1921 infethet fil-kazin dik li bdiet tissejjah Il-‘camera di lettura.’ Kienu jiltaqghu fiha nies ta’ l-iskola, l-aktar professjonisti, qassisin u ghalliema, jiddiskurtu bejniethom, jaqraw il-gazzetti u jghaddu l-hin liberu taghhom hemmhekk. Fost l-ewlenin li kienu jmexxuha jissemmew l-aktar t-Tabib Ruzar Mizzi u s-Sur Carmelo Dimech. Fl-elezzjoni generali ta’ l-1932, it-Tabib Mizzi kien gie elett fl-Assemblea Legislattiva b’972 vot. Is-Sur Carmelo Dimech kien benefattur kbir tar-Rotunda - ghamel bi flusu ‘il-Monument’ tal-Gimgha l-Kbira (Kristu mejjet), ventartal u x-xoghol ta’ l-iskultura (kwadretti u ruzetti bl-induratura) fil-koppla.
Il-Kazin sab ruhu fi krizi fil-bidu tas-snin tletin. L-unika attivita kienet il-loghob tal-karti u l-kumitat kien maghmul minn tnejn min-nies. Jissemmew Marcell Vella u Guzeppi Bonnici li almenu rnexxielhom izommu l-bibien miftuhin. Sar sforz genwin biex il-qaghda titranga meta fl-1931, bl-inizjattiva tas-Sur Andrea Scicluna - persuna mahbuba u rispettata - inhatar kumitat gdid. Is-Sur Scicluna baqa’ president sa meta miet fl-1956. L-ewwel membri tal-kumitat kienu s-Sinjuri Gamri u Manwel Vella, Nazzareno u Guzeppi Sammut, Karmnu Catania, Elia Mifsud, Salvu Calleja u Guzeppi Falzon. (p.15) Dawn baqghu attivi ghal hafna snin.
Il-kumitat indahal biex jibda jiehu hsieb l-organizzazzjoni tal-festa ta’ l-Assunta - gbir ta’ flus fil-Hdud tul is-sena, u l-armar u t-tizjin tat-toroq. Dan l-inkarigu l-Kazin rega’ hadu fi zmien l-Arcipriet Dun Karm Sciberras (mahtur fil-25 ta’ Jannar 1943).
L-ewwel kumitat gdid sab ma’ wiccu ghadd ta’ problemi. L-akbar wahda kienet li meta ha f’idejh ic-cwievet sab kazin vojt u gheri minn kollox. La kien hemm ghamara u lanqas ma sab l-istrumenti tal-banda li suppost kienu merfughin. Il-kumitat ittanta jgib dak li kien nieqes billi fetah kawza fil-qorti. Il-persuni mharrka sostnew li kull ma kien hemm fil-kazin kien propjeta taghhom. Il-qorti tathom ragun. L-ispejjez tal-kawza kien harighom (p.16) il-president, is-Sur Scicluna, u rcevuta ta’ l-ewwel ta’ Jannar 1946 turi li l-ispejjez tal-kawza ta’ £67 15s 11d kien hadhom lura. Minn dawn ghamel offerta ta’ £2 13s 3d lill-Kazin.
Fi Frar 1940 il-kazin kien gie rekwizizzjonat mill-gvern biex fih jigu akkomodati refugjati li gew mill-Kottonera joqoghdu fil-Mosta matul il-gwerra. Wara tliet snin rega’ ghadda mill-gdid ghand il-kumitat (11 ta’ Gunju 1943).
Ghadd ta’ socjetajiet ghamlu talbiet biex jibdew jaghmlu uzu mill-kazin ghal-laqghat u attivitajiet taghhom. Jissemmew fil-minuti ftehim li sar mal-Mosta Athletics Football Club fl-1 ta’ Dicembru 1951, l-M.P.F.A. fl-10 ta’ Frar 1957, il-Mosta Stage Actors fis-6 ta’ Dicembru 1958, u z-Zghazagh Haddiema Nsara fil-13 ta’ April 1961. Dawn ma kinux accettati bi tmien voti kontra tlieta ghax kienu talbu li jidhlu kollha bhala soci. Il-Big Beaters (20 ta’ Settembru 1961), is-Shopkeepers’ Union (25 ta’ Settembru 1967), il-Girl Guides (1971), is-Cycling Club (4 ta’ Jannar 1975), u l-Mosta Gunners (28 ta’ Marzu 1975), ukoll kienu ghamlu talbiet. Il-minuti juru li l-kumitat kellu bosta disgwit mal-Mosta Gunners. Jidher mill-minuti tat-8 ta’ Settembru 1981 li s-serratura tal-bieb tal-kazin kienet giet mibdula ghax il-Gunners kienu naqsu milli jaghtu lura c-cwievet kif mitluba jaghmlu. Jidher li kienu gew ukoll imwiddba mill-pulizija.
Fil-Laqgha Generali tal-21 ta’ Jannar 1956, it-Tabib Frans Vella nhatar president tas-Socjeta, G. Vella sar segretarju, u Gamri Vella sar kaxxier. Il-Kazin beda kull ma jmur jigi aktar attrezzat, inxtara wkoll sett tat-televixin u gew organizzati tombli. Meta miet it-Tabib Vella, is-Sur Carmel Galea inhatar president (10 ta’Jannar 1965) u dam (p.17) f’din il-kariga sa meta rrezenja fis-7 ta’ Frar 1979. Bdew jigu organizzati attivitajiet bhal lectures, diskussjonijiet u ricevimenti ta’ l-okkazjoni. Bdew jinxtraw kuljum zewg gazzetti, l-Orizzont u Il-Haddiem flok Il-Berqa.
Fil-laqgha tal-kumitat li saret fis-7 ta’ Awissu 1979, il-kariga ta’ president ghaddiet ghand is-Sur Alex Vella. Izda fit-3 ta’ Marzu 1980 inhatar kumitat gdid fuq statut li kien ghadu kemm gie approvat. Il-Maggur Joe Vella kien gie propost bhala president nem con, u li jibqa’ fil-kariga ad vitam. Izda fl-14 ta’ Frar 1983 inhatar president is-Sur Alex Vella filwaqt li l-Maggur Joe Vella sar president onorarju ghal ghomru. Is-Socjeta bdiet kull ma tmur torganizza aktar ruhha, zdiedu l-membri u l-kumitati raw ucuh godda. Is-sala tal-kazin bdiet tinkera ghall-funzjonijiet bhal tigijiet u maghmudijiet.
Kronaka mir-rifondazzjoni tas-Socjeta
1985
- Saru kuntatti mas-Surmast A. Coleiro li skont il-minuti ta’ l-14 ta’ Marzu, accetta li jidderiegi l-Banda.
- Hareg permess biex is-Socjeta jkollha il-banka tal-lottu (13 ta’ Mejju).
- Il-kariga ta’ assistent surmast giet moghtija lis-Sur Ronnie Debattista.
- Partitarji offrew Lm5,000 bhala self.
- Il-banka tal-lottu tnizzlet f’isem is-Sinjura Debattista (3 ta’ Gunju).
- Meta s-Surmast A. Coleiro informa lill-kumitat li ma kellux hsieb jaccetta l-kariga ta’ surmast tal-Banda, din giet offruta lil Ronnie Debattista bit-tama li l-Banda taghmel l-ewwel harga ghall-Ghid (10 ta’ Gunju).
- Dott. L. Grech, propjetarju tal-kazin oggezzjona li tigi organizzata banda.
- Iz-zewg deputati lokali fil-Parlament Malti (p.19) gew mahturin presidenti onorarji.
- Din kienet sena ta’ hidma - gie stallat televixin tal-kulur, mejda tal-biljard, bieb tal-kewba ghas-sala, il-lokal gie attrezzat. Inxtraw ghadd ta’ strumenti tal-banda u kien hemm sponsors ghall-marci. Kienu dahlu 88 membru gdid.
- Il-kumitat u ghadd ta’ partitarji wrew hegga, u kien apprezzat fosthom is-sehem tas-Sur Nazzareno Vassallo li hadem bis-shih biex titwaqqaf il-Filarmonika.
- Inqala’ disgwid bejn iz-zewg Kazini lokali kif turi l-ittra tas-16 ta’ Lulju 1985. Kienet saret stedina lill-Kazin Nicolo Isouard ghat-13 ta’ Awissu, ghall-okkazjoni tal-festa ta’ l-Assunta. It-twegiba turi li dik tqieset stedina fiergha u li tesprimi sentimenti ipokriti u ghalhekk ma gietx accettata. Saru akkuzi ta’ serq ta’ bandisti.
- Fil-Laqgha Generali li saret il-Hadd, 31 ta’ Marzu 1985, li ghaliha kienu prezenti 11-il membru tal-kumitat u 57 soci, flimkien mas-Surmast A. Coleiro, gie emendat l-Istatut u gie deciz li s-Socjeta tiehu l-isem ta’ ‘Filarmonika Santa Marija,’ li tigi organizzata u tinzamm banda, u li l-hatra tal-kumitat tibda ssir kull sentejn. Il-laqgha dakinhar spiccat b’applawsi u hruq ta’ sfafar.
- Inhatret kummissjoni biex tiehu l-inkarigu li taghmel l-arrangamenti fid-dettall ghat-twaqqif tal-banda. Inqraw l-abbozzi tar-regolamenti dwar il-hatra tas-surmast u l-assistent tieghu, bandisti u allievi, u dettalji ohra (17 ta’ Gunju).
- Il-kumitat kellu laqgha ma’ l-Arcipriet ir-Rev. Dun J. Carabott, fejn saret talba biex il-banda tiehu sehem fil-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira u li l-marc ta’ filghodu jitqies parti integrali mill-festa. L-arcipriet wera li ma kellu xejn kontra li titwaqqaf banda izda beza’ li tinholoq xi bidla. Ghalhekk kien ser izomm ghajnejh miftuhin (22 ta’ Lulju).
- Ittiehdet decizjoni dwar il-ftuh (p.20) mill-gdid tal-Kazin fid-9 ta’ Awissu 1986. Ghall-inawgurazzjoni kienu ser ikunu l-mistednin ewlenin il-President tar-Repubblika u Monsinjur Arcisqof (19 ta’ Awissu).
1986
- Il-kumitat sahaq fuq il-politika ta’ hbiberija u kooperazzjoni li kellu hsieb jaddotta mas-socjetajiet kollha, l-aktar mal-Banda Nicolo Isouard u l-Ghaqda tan-Nar 15 ta’ Awissu (19 ta’ Jannar).
- L-ewwel kuncert tal-banda sar fis-7:00 p.m. tat-18 ta’ Frar. Wara 75 sena l-Filarmonika Santa Marija daqqet l-ewwel darba nhar il-Gimgha, 28 ta’ Marzu, fuq iz-zuntier. Sar marc quddiem il-vara tal-Veronika. Il-banda kellha 53 bandist u 43 alliev.
- Fost l-attivitajiet sar recording fl-istudjo ta’ Boffa fis-6 ta’ Mejju. Il-kazin gie affiljat ma l-Assocjazzjoni tal-Kazini tal-Banda (10 ta’ Ottubru), zdiedu 19-il alliev, u saru seba’ servizzi barra mill-Mosta. Saret esebizzjoni ta’ ritratti u Lejla Mostija li ghaliha attendew 280 ruh.
1987
- Fil-25 ta’ Jannar is-soci kienu jghoddu 377.
- Sehhet il-mewt tal-President Onorarju ad vitam, il-Maggur J. Vella (24 ta’ April).
1988
- Fil-konkors ghal Baned, il-Filarmonika giet fit-tieni post (16 ta’ Jannar).
- Fil-Laqgha Generali gie deciz li tinbena fabbrika tan-nar (31 ta’Jannar). Il-kumitat wera interess li jixtri bicca art ta’ zewgt itmiem bejn iz-Zebbiegh u l-Bidnija ghas-somma ta’ Lm2,500.
- Sar kuncert bil-partecipazzjoni tat-tenur A. Sapiano u l-baxx J. Vella Bondin (27 ta’ Marzu).
- Twaqqfet il-Kummissjoni Nisa tas-Socjeta.
1989
- Il-Filarmonika Santa Marija giet l-ewwel fil-Konkors ghall-Baned imniedi fil-25 Anniversarju tal-Indipendenza (27-28 ta’ April). Kienu hadu sehem il-Baned Beland (iz-Zejtun), Santa Marija (il-Qrendi), Santa Marija (il-Mosta), Nicolo Isouard (il-Mosta), Santa Katerina (iz-Zurrieq) u San Mikiel (Haz-Zabbar). Ir-rebha ta’ dan il-konkors giet imfakkra bil-kxif ta’ lapida fil-kazin.
- Il-bdiewa ta’ l-inhawi harrku lill-kumitat biex iwaqqaf il-bini tal-fabbrika tan-nar (20 ta’ Lulju).
1991
- Mons. B. Bezzina nhatar direttur spiritwali tas-Socjeta (6 ta’ Frar).
- Il-ftuh tal-kamra tan-nar f’Wied Qannotta sar fl-1 ta’ Awissu.
- Thejja programm ghall-okkazjoni tal-ftuh tal-fabbrika tan-nar tas-Socjeta (14 ta’ Awissu).
1992
- Saret zjara mis-Salinas High School Cadets Band (USA) (27 ta’ Frar).
- Kannizzata giet moghtija minn Vassallo Brothers Ltd. biex il-banda ddoqq tahta waqt il-marc ta’ filghodu.
1993
- (p.23) Mro. Paul Busuttil gie mahtur surmast direttur tal-Banda.
- Sar saggio mill-allievi fit-18 ta’ April 1993.
- Saru ghadd ta’ diskussjonijiet kemm mal-Kazin Nicolo Isouard u kemm ma’ l-arcipriet rigward x’kellu jkun l-impenn taz-zewg baned fil-festa ta’ Santa Marija biex jitwettaq bilanc xieraq. Saret Laqgha Generali Straordinarja importanti fid-9 ta’ Mejju 1993 dwar il-kwistjoni. Fl-ittra tieghu l-arcipriet wera li ma qabilx mal-proposti tal-Kazin ghax hass li z-zmien ma kienx matur, lanqas qabel li z-zewg Baned jaghmlu marc fl-istess waqt. Jekk il-Filarmonika Santa Marija tiehu xi decizzjoni li twaqqa’ kull ftehim li kien hemm sa dakinhar, qal li l-Banda ma tithalliex tiehu sehem fil-purcissjoni u ma tibqax tithallas ghas-servizzi l-ohra. Intbaghtu mozzjonijiet lill-arcipriet kif approvati mill-Laqgha Generali u kopji taghhom intbaghtu lil Monsinjur Arcisqof u lill-vigarju generali (10 ta’ Mejju).
1994
- Is-Sur Godfrey Mifsud, student-bandist mas-Socjeta, gie maghzul bhala t-tieni l-ahjar bandist f’konkors organizzat mill-Assocjazzjoni tal-Baned Maltin fil-25 ta’ Frar.
1995
- Is-sena 1995 kienet karatterizzata b’hidma kontinwa kemm fejn tidhol il-filarmonika kif ukoll il-piroteknika. Il-Banda hadet sehem fil-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira, u fil-festi ta’ Santa Marija. tal-Qalb ta’ Gesu u fil-Milied.
- Il-kumitat f’laqgha li kellu ma’ l-arcipriet iddiskuta l-possibilta li l-marc li taghmel is-Socjeta fuq l-inizjattiva u hlasijiet taghha, jibda jitqies bhala parti integrali tal-festa, liema proposta l-arcipriet wera li kien dispost li jikkunsidra jekk il-marc kellux jigi ssussidjat. Saru arrangamenti biex f’jum l-Assunta, il-Banda, waqt (p.24) il-purcissjoni iddoq l-’Ave Maria’ quddiem id-dar ta’ l-anzjani Pax et Bonum. Is-sehem tal-Banda fil-purcissjoni beda jintemm b’marc tul Triq il-Kungress Ewkaristiku.
- Is-Sur Godfrey Mifsud gie moghti l-inkarigu bhala assistant surmast biex jibda jghallem lill-allievi l-istrumenti ta’ l-injam.
- Fost attivitajiet, ta’ min isemmi sparatura li fiha hadu sehem 80 tiratur, u armar ta’ kannizzata ghal quddiem il-marc. Saru preparamenti biex jitfakkar l-10 anniversarju tat-twaqqif mill-gdid tal-filarmonika u jinkiteb innu biex jibda jindaqq f’okkazjonijiet specjali u jinhareg kassett ta’ marci godda u l-annwal (ktieb mahrug fl-okkazjoni tal-festa titulari). Is-sehem tal-piroteknika kien bhal dejjem ta’ livell gholi.
1996
- Fis-sena 1996 ta’ min isemmi r-regolamenti li saru dwar il-kiri tal-bottegin tas-Socjeta u kif il-kumitat kellu jirregola ruhu f’kazijiet ta’ funeral tal-membri tal-kumitat u tas-soci.
- Fil-Konkors Nazzjonali ghall-Ahjar Bandist tas-Sena, il-bandist tas-Socjeta (p.25) is-Sur Godfrey Mifsud gie fl-ewwel post. Il-kumitat tah ukoll trofew ta’ tifkira. Is-Surmast Paul Busuttil rregala sett ta’ hames marci. Is-Surmast Ronnie Debattista ta kompozizzjoni muzikali komposta minnu. Is-Sur P. Fenech irregala zewg marci ohra. Il-Kunsill Lokali tal-Mosta, fit-tieni anniversarju mit-twaqqif tieghu, offra Lm60 lis-Socjeta biex tinxtara muzika. Bdew jigu moghtija zewg trofej u zewg tazzi lill-bandisti l-aktar li jippromettu u li jattendu regolarment ghall-kuncerti.
- Fost l-attivitajiet, ta’ min isemmi r-rekording ta’ sett marci godda, ikla moghtija mill-president f’isem il-kumitat lill-eks-Sindku ta’ California Doris Morse, u l-programm kbir bil-filarmonika fi Triq il-Kungress Ewkaristiku sewwa sew quddiem il-kazin fid-9 ta’ Awissu, fl-10 anniversarju tar-rifondazzjoni tal-filarmonika. Sar ukoll programm fuq il-plancier fil-125 anniversarju tal-konsagrazzjoni tar-Rotunda, u programmi ohra muzikali fl-okkazjoni tal-ftuh tas-Sala tal-Komunita. Sar ukoll arkivju ghall-muzika mahdum minn Vassallo Joiners.
- Il-kumitat tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard kien mistieden fl-okkazjoni tal-125 anniversarju tat-twaqqif ta’ dik il-Banda.
- Inhatru aktar presidenti onorarji, il-Membri Parlamentari s-Sur Edwin V assallo u Don. Angelo Farurgia kif ukoll is-Sur C.M. Scicluna.
- Dik is-sena bdiet il-hidma tal-kumitat biex ir-relazzjoni bejn iz-zewg socjetajiet muzikali fil-Mosta tissahhah aktar. Ghalhekk il-kumitat hejja kodici ta’ etika li dan intbaghat lill-Kazin Nicolo Isouard. L-arcipriet u s-sindku gew infurmati b’din l-inizjattiva.
- Il-hidma sabiex jigu ccarati u miftiehma x’kellhom ikunu r-relazzjonjiet u l-imgieba bejn iz-zewg Kazini ssoktat. Saret laqgha bejn is-Sur J.J. Camileri, vici-president (p.26) tas-Socjeta Filarmonika Santa Marija u s-Sur J. Cauchi, president tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard, b’mod specjali dwar il-partecipazzjoni taz-zewg Baned fil-festi ta’ Santa Marija u l-Gimgha l-Kbira.
- Tfassal ftehim, izda kien hemm nuqqas ta’ qbil, ghax, filwaqt li s-Socjeta Santa Marija riedet li dan il-ftehim jibqa’ validu sal-hatra ta’ arcipriet gdid, is-Socjeta Nicolo Isouard riedet li jibqa’ jghodd ghal zmien indefinit. Meta t-terminu ta’ zmien indefinit gie rtirat, iz-zewg Socjetajiet ghamlu proposti flimkien lill-arcipriet dwar hlasijiet ta’ servizzi pendenti.
- Biex il-kumitat jaggorna ruhu aktar dwar din l-inizjattiva, is-Sur J.J. Camilleri kellu laqgha mas-Sur Azzopardi, segretarju tas-Socjeta San Guzepp tal-Hamrun, li tah dettalji dwar il-kuntratt notarili li kellhom mas-Socjeta San Gejtanu. L-informazzjoni utli serviet ta’ gwida ta’ kif il-kumitat jagixxi billi l-kaz li dahal ghalih kien simili.
1997
- Saret laqgha mal-president tal-Kazin Nicolo Isouard, is-Sur J. Cauchi, dwar abbozz ta’ ftehim. Ghall-Kazin Santa Marija, il-membri kienu s-Sinjuri Alex Vella (president), J.J. Camilleri u Giovanni Chetcuti. Is-Sur Cauchi ma accettax il-proposta li saret li tghid li l-ftehim milhuq kellu jibqa’ validu sakemm l-arcipriet prezenti jibqa’ fil-hatra tieghu ta’ arcipriet tal-Mosta. B’rizultat ta’ nuqqas ta’ qbil, dan l-abbozz ma sarx ftehim dwaru. Lanqas ma giet accettata mill-president tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard il-proposta li fil-purcissjoni ta’ Santa Marija l-baned jolternaw billi jdoqqu sena kull wiehed u b’hekk jigu ffrankati hafna spejjez.
- Dwar ftehim li kien sar bejn iz-zewg baned tal-lokal, ma ntlahaqx qbil biex iz-zewg Socjetajiet imorru jkellmu lill-arcipriet. Gie deciz li rapprezentanti tal-kumitat tal-Kazin Santa Marija xorta (p.27) wahda jmorru jkellmuh u jindikaw l-ammont ta’ zbilanc li kien hemm f’kull attivita.
- Il-gabra li saret ghax-xoghol tan-nar kienet tammonta ghal Lm2,090. Il-flus ghall-hlas tal-bandisti tul is-sena kien ser jilliaq Lm2,963.
- Kien hemm 24 alliev jitghallmu l-muzika.
- Twaqqaf bold editorjali maghmul mis-Sinjuri J.J. Camilleri, Joe Borg, Philip Borg, Tony Camilleri, Manwel Schembri u Mario Vassallo biex jiehu hsieb il-pubblikazzjoni tal-ktieb tal-festa.
- Is-Sur Joe Fenech offra lis-Socjeta 130 badge ghall-brieret tal-bandisti. Il-kumitat iddecieda li jiehu sehem bil-banda fil-festa tal-Qalb ta’ Gesu jekk tithallas.
- Dizgwid ma’ l-arcipriet dwar sehem il-banda li kellha ddoqq fit-30 ta’ Gunju. Billi l-bandisti kienu diga maqlughin, gie deciz li l-banda ddoqq ghall-hlas ta’ Lm100 allavolja kienu ntallbu Lm250.
- Nuqqas ta’ qbil ma’ l-Ghaqda tan-Nar 15 ta’ Awissu dwar l-insurance. Is-soltu l-arcipriet kien ihallas polza wahda ghaz-zewg ghaqdiet. Din id-darba, is-socjeta l-ohra ghamlet insurance ghaliha.
- Laqgha ma’ l-arcipriet li fiha gew diskussi l-ispejjez tas-Socjeta rigward il-banda u dwar il-hlas baxx li kien jaghti hu. L-arcipriet irrisponda li f’nahat ohra l-baned tar-rahal ma jithallsux. Gie deciz li jsir programm ta’ attivitajiet li l-banda ddoqq meta tkun mistiedna mill-arcipriet biex jkunu jafu jekk hux bi hlas jew b’xejn.
- Il-bagitt tan-nar minn Awissu sa Awissu kien ta’ madwar Lm3,000.
- Id-ditta Transmec sponsorjat t-shirts ghall-bandisti ghall-marc ta’ filghodu u ghas-sezzjoni tan-nar. Il-kumitat innomina ghall-onorificenza ‘Gieh il-Mosta’ lis-Sur Giovanni Chetcuti u lil Dun Ang Camilleri. Ghall-festin li kellu jsir fid-29 ta’ Lulju fl-okkazjoni tal-festa (p.28) ta’ Santa Marija gew mistiedna l-kumitat tal-Banda Nicolo Isouard u 375 persuna.
- Intlahaq ftehim ma l-Ghaqda tan-nar 15 t’Awissu dwar il-programm tal-hrug tan-nar fil-festa ta’ Santa Marija. Gew iccarati numru ta’ punti li setghu holqu kontroversja.
1998
- Giet imwaqqfa s-Sezzjoni Zaghzagh li wrew ix-xewqa li jibdew jaghtu l-kontribut taghhom bhal per ezempju jorganizzaw kompetizzjonijiet tal-biljard u jaghtu sehemhom fil-marc ta’ fil-ghodu nhar l-Assunta billi jipprovdu armar gdid. Gew moghtija fondi u setghu jkunu rapprezentati fil-kumitat.
- Fil-laqghat tal-kumitat ta’ sikwit saru diskussjonijiet kif tkun organizzata l-filarmonika.
- Is-Sur Leli Borg inhatar president onorarju ghal ghomru.
- Il-gabra tas-sena li saret lahqet Lm2,000.
- Benefatturi taw donazzjonijiet ghas-sezzjoni piroteknika: Novita Lm500, is-Sur Nazareno Vassallo Lm200, is-Sur Lino Scicluna Lm690, u kontribuzzjonijiet individwali Lm620.
- Saru ligijiet godda dwar l-ghaqdiet tan-nar. Ghalhekk is-sezzjoni tal-Kazin hatret l-avukat taghha. Kien hemm laqgha mas-sindku u l-vici-sindku (p.29) fil-kazin li taw rapport tal-hidma li wettaq il-Kunsill Lokali matul l-ahhar erba snin. Il-Kunsill ta’ donazzjoni u wieghed kull ghajnuna lis-Socjeta fis-snin li gejjin.
- Fi Frar ta’ din is-sena saret Fiera.
- Il-kumitat kien kuntent li x-xoghol fuq il-fabbrika tan-nar kien miexi b’rittmu mghaggel.
- Thabbret il-mewt tal-membru habrieki tal-kumitat Emmanuel Gatt. Il-banda hadet sehem fil-funeral tieghu.
- Giovanni Chetcuti rrezenja minn segretarju.
- Beda x-xoghol fuq l-arkivju.
- Fuq talba ta’ sid tal-kazin saret revizjoni tal-kera. Skond ftehim li sar, revizjoni ohra kellha ssir wara seba’ snin.
1999
- Matul is-sena 1999 baqghu jsiru l-attivitajiet u hidma shiha kemm mill-Filarmonika u kemm mill-piroteknika. Sehem shih fil-festa, l-aktar f’Santa Marija bil-marci brijuzi, b’mod specjali dak ta’ filghodu, u bil-partecipazzjoni fil-purcissjoni u l-ispettaklu tal-loghob tan-nar fl-art u fl-ajru ma naqasx. Il-Banda hadet sehem fil-Milied, fic-celebrazzjonijiet tal-festi tal-Millennju fil-belt Valletta, kif ukoll fic-celebrazzjonijiet tal-Millenju organizzati mill-Kunsill Lokali kemm bil-banda, kif ukoll bil-hruq tan-nar, flimkien ma’ l-Ghaqda tan-Nar 15 ta’ Awissu.
- Kompla t-taghlim tal-muzika ghall-allievi. Komplew il-kuntatti mas-Socjeta Nicolo Isouard dwar il-ftehim ta’ etika bil-ghan li nzommu relazzjonjiet tajbin bejnietna u l-bandisti. Sar hafna progress. Fil-latt, bi ftehim mas-Socjeta Nicolo Isouard, gew riveduti l-hlasijiet li jsiru ghall-partecipazzjoni fil-Gimgha l-Kbira. Dawn it-trattattivi kellhom jissuktaw. Saru wkoll tentattivi mas-sidien tal-kazin biex isir tibdil strutturali fil-post.
- Is-Sur Edwin Bonavia, konslu (p.30) Onorarju ta’ San Francisco, inhatar president onorarju.
2000
- Tul is-sena 2000 issahhet is-Sezzjoni Zaghzagh tas-Socjeta, u zdiedu s-servizzi tal-Banda. Is-servizzi muzikali kienu jinkludu sehem fil-festi lokali tal-Milied, il-Gimgha l-Kbira u Santa Marija, u fil-Marsa, Burmarrad, il-Fgura, il-Gzira u l-Bidnija.
- Ghall-proposta li jigi stallat mobile phone transmitter li dwaru kien sar ftehim u li kien diga beda x-xoghol fuqu, sid il-kazin, insista biex ix-xoghol ma jsirx. Dwar talba lis-sid dwar tibdil strutturali fuq pjanta tal-perit Valerio Schembri, is-sid ma hassx li kellu jaccetta din il-proposta.
- Intwera l-hsieb li ssir lapida ta’ l-irham biex tfakkar il-presidenti u surmastrijiet diretturi tal-Banda.
2001
- Fis-sena 2001 ta’ min isemmi l-hatra tas-Sur Saviour Spiteri bhala konsulent tal-banda, u r-ringrazzjamenti tal-kumitat lis-Sur Leo Grech tal-Paramount Garages talli dejjem pprovda transport ghall-bandisti bla hlas.
- (p.31) L-attivitajiet tal-banda, barra dawk tas-soltu, inkludew: programm fid-djar ta’ l-anzjani fil-Mosta; il-partecipazzjoni fl-okkazjoni taz-zjara tal-Papa Gwanni Pawlu II; u s-sehem shih fl-okkazjoni tal-50 anniversarju tas-sacerdozju ta’ Mons. Bartilmew Bezzina, direttur spiritwali tas-Socjeta. Saret wirja b’tema Marjana fis-Sala tal-Komunita. Saret proposta biex fil-purcissjoni ta’ Santa Marija l-baned jalternaw u jdoqqu sena iva u sena le.
- Dik is-sena l-presidenti onorarji tas-Socjeta kienu: ir-W.R. Joe Carabott u s-Sinjuri M. Falzon, J. Gatt, G. Gatt, L. Gatt, A. Farrugia, F. Micallef, C.M. Scicluna, E. Bonavia, C.L. Spiteri, C. Vassallo, u E. Vassallo. Il-membri onorarji kienu: is-Sinjuri V. Grech, R. Bonavia u P. Fenech.
- Bdew isiru arrangamenti ghall-programm bis-sehem tal-Banda gewwa Ginevra fl-Isvizzera. Kontingent maghmul minn bandisti mis-Socjeta Filarmonika Santa Marija u mis-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard marru l-Isvizzera bejn it-28 ta’ Novembru u t-2 ta’ Dicembru u daqqew f’servizzi gewwa Ginevra bhala parti mill-programm ‘Malta Crossroads of Civilisations’ imtella’ mill-Gvern ta’ Malta.
2002
- Tul is-sena 2002 sar programm bandistiku nhar Hadd il-Palm, u marc fil-Belt Valletta bhala parti mill-Festival tan-Nar (10 ta’ Mejju). Il-banda daqqet marc fil-festi tac-celebrazzjoni tal-promozzjoni ghall-Premier Division tat-tim lokali ta’ Mosta F.C. Ghamlet ukoll marcijiet fid-9 ta’ Awissu u fil-granet tal-festa titulari ta’ Santa Marija u fil-Gimgha l-Kbira. Hadet sehem fil-funeral ta’ l-eks-bandist tas-Socjeta Lorry Attard. Ghall-okkazjoni ta’ ‘Jum il-Mosta,’ fil-15 ta’ Settembru. hames bandisti tas-Socjeta flimkien ma’ hamsa ohra mis-Socjeta Nicolo Isouard, iffurmaw (p.32) ‘Brass Ensemble’. F’Ottubru l-Banda daqqet fil-funeral tal-President ad vitam is-Sur Guzeppi Grech.
- Fit-30 ta’ Mejju l-President ta’ Malta Guido de Marco ghamel zjara lill-Kazin.
- Victor u Leo Grech u Raymond u Paul Bonavia rregalaw standard gdid lis-Socjeta.
2003
- Fit-18 ta’ Jannar is-Socjeta hadet sehem bil-banda flimkien mas-Socjeta Nicolo Isouard fil-ftuh tac-centru ta’ matul il-jum ghall-anzjani fil-Mosta.
- Inhatru presidenti onorarji ohra: is-Sinjuri Lino Bartolo, Leo Grech, Pawlu Camilleri, Valerio Schembri, Joe De Martino, Michael Attard, Ganni Bonnici u Vince Farurgia.
- Gie deciz li l-presidenti tas-socjetajiet lokali (barra dawk politici) jitqiesu bhala membri onorarji tas-Socjeta.
- Fost l-attivitajiet jissemmew wirja mtella mis-Socjeta f’lokal fi Pjazza Rotunda fil-Gimgha Mqaddsa, imrewha kbira gdida nawgurata fil-marc tad-9 ta’ Awissu, flokkijiet bl-arma tas-Socjeta mis-Sezzjoni Zghazagh u uniformi gdida tax-xitwa ghall-bandisti. Saret ukoll open day fil-fabbrika tan-nar tas-Socjeta. Kien hemm ukoll proposta biex is-Socjeta tixtri qabar ghall-htigijiet tas-soci. Tkomplew in-negozjati ma’ sid il-kazin dwar tibdil strutturali propost.
- Is-Sur Armand Galea avvicina lis-Surmast Ray Sciberras biex jikkomponi oratorju fuq kitba ta’ J.J. Camilleri ghas-Socjeta. Dan kien se jigi sponsorjat mis-Sur Galea. Dan il-progett gie mwettaq u l-oratorju ‘Il-Ghid ta’ l-Assunta Lilek Marija’ kellu jizzanzan fic-celebrazzjonjiet tal-100 sena mit-twaqqif tas-Socjeta fl-2005.
- Fit-28 ta’ Dicembru sar saggio ghall-allievi u l-bandisti tal-post fis-Sala tal-Komunita, serata li kienet success.
(p.34) Is-Sur Alfred Magri (it-tielet mix-xellug) rebbieh ta’ ‘Gieh il-Mosta’ 2004.
2004
- Saret stedina biex bejn it-22 u l-25 (p.33) ta’ Jannar 2004 is-Socjeta tippartecipa fil-Festival tal-Fjuri u l-Konkors ghall-Baned gewwa l-belt ta’ San Remo fl-Italja. Is-Socjeta tellghet kontingent ta’ erbghin bandist u tfajla li rrapprezentat lil Malta fuq karru tal-fjuri bit-titlu ‘Malta Porta del Oriente’ li mexa mal-banda taghna. It-tfajla, is-Sinjorina Joyce Gatt, rebhet il-konkors ‘Miss San Remo in Fiore 2004.’
- Il-Comune di Ragusa stiednu lis-Socjeta ghall-festival li kellu bhala tema l-vicinanza kulturali li tezisti bejn iz-zewgt ibliet ta’ Ragusa u l-Mosta. It-tema principali ta’ din l-okkazjoni kienet ‘Cosi Lontani ...Cosi Vicini.’ Is-Socjeta tellghet ensemble ta’ tmien elementi taht id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Paul Busuttil.
- Fis-16 ta’ Settembru nghatat l-onorificenza ‘Gieh il-Mosta’ lil wiehed mill-membri tal-kumitat. Dan kien is-Sur Alfred Magri, kaxxier tas-Socjeta u direttur tas-Sezzjoni Piroteknika.
2005
- Is-Socjeta Filarmonika Santa Marija ticcelebra l-100 anniversarju mit-twaqqif taghha bhala ghaqda muzikali fl-1905.
- Saru numru ta’ attivitajiet biex jikkommemoraw dan l-avveniment. Ta’ importanza kbira kien it-tishieh tal-kazin li nghata dehra gdida.
Gheluq
- Il-kumitat centrali, is-Sezzjoni Piroteknika, is-Sezzjoni Zghazagh, u d-diversi kummissjonijiet (tal-banda, tal-kultura, u ta’ l-attivitajiet socjali u gbir ta’ fondi) flimkien mas-surmast, assistant surmast, ghalliem ta’ l-allievi, bandisti u allievi, ma naqsux mill-hegga u l-hidma taghhom li ma taqta’ xejn, biex jaraw lis-Socjeta timxi dejjem aktar ‘il quddiem u tkun minn ta’ quddiem nett ghall-gid tal-Mosta.
- Sar bil-wisq aktar xoghol minn dak li semmejna hawn.
Riferenzi
- B’mod generali din il-kitba hi bbazata fuq il-kotba tal-minuti tal-kumitat tas-Socjeta li jkopru bejn l-1935 u l-2004. M’hemmx kotba tal-minuti tal-laqghat ta’ qabel.
- Tifkira Ghaziza tas-Sac. D. Ang. Camilleri (Malta: 1928), 10-11.
- Hallashom Dun Guzepp Attard, amministratur tal-knisja.
- Hajr lis-Sur Victor Grech ghal din l-informazzjoni.
- Skont Robert Mifsud Bonnici
- Daily Herald, 1927.
Kapitli ohra mill-ktieb
- Introduzzjoni.
- Il-bidu u l-ewwel zminijiet tas-Socjeta Filarmonika Santa Marija tal-Mosta.
- Is-Socjeta Santa Marija: minn Kazin ghal Socjeta Filarmonika.
- In-nisga urbana u rurali tal-Mosta.
- Il-Mosta u l-inhawi ta’ madwar fiz-Zmien tan-Nofs.
- Il-Mosta Nisranija.
- Il-Gvern lokali fil-Mosta (1773 – 1896).
- Rahal fi gwerra: il-Mosta matul it-Tieni Gwerra Dinjija.
- Iz-zamma ta’ l-ordni fil-Mosta mill-1800.
- Mill-hajja tal-Mosta fl-ewwel nofs tas-seklu ghoxrin.
- Graffiti fil-Mosta: Il-hitan tal-kappella ta’ San Pawl Nawfragu.