The Mosta Archives Banner

Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta 1986)

migbura minn E.B. Vella u ohrajn


IT-TIENI TAQSIMA


Prejistorja


(p.10) Wara li rajna xi ftit mill-istorja tal-blat, u tkellimna wkoll minn xi annimali li kien hawn jiggerrew fuq din il-bicca art f'dawk iz-zmenijiet fil-boghod, immorru issa ghall-bniedem li hawn gie jghammar.


Meta sewwa deher il-bniedem fuq l-art taghna hadd s'issa ma jista jghid, biss mill-fdalijiet li ghandna mxerrdin 'I hawn u 'I hemm li dalwaqt insemmu, nafu li l-bniedem kien jiggerra f'dan id-distrett sa minn zmien prejstoriku jew fi kliem iehor zmien ta' qabel ma taf titkellem minnu l-istorja.


Zmien il-Hagar


L-iktar zmien bikri li l-bniedem kien ighammar fuq il-Gzejjer taghna huwa msejjah Zmien il-Hagar. Dana semmewh hekk ghaliex f'dak iz-zmien il-bniedem kien ghadu ma sabx metalli, inkella jekk stess kien jaf bihom kien ghadu ma tghallimx jaghmel htiega minnhom. Ghalhekk il-ghodod kollha li kien jenhtieg ghax-xoghol kienu maghmulin mill-hagar. Iz-znied kien l-iktar hagra li kien jiswielu, il-ghaliex barra milli huwa iebes daqs l-azzar, iz-znied jinqata bhal hgieg u jhalli xifer li jaqta daqs mus tal-lehja. Ghalhekk iz-znied kien jenhtieg ghal dawk il-hwejjeg fejn ahna llum indahhlu s-sikkina u ghodod ohra bix-xifer u bil-ponta. Dawk li huma mazez u ghodod ohra goffi kien jaghmilhom mill-hagar l-iktar iebes li sata jsib.


Ma' din l-ghodda kellu wkoll ghesieleg u ghadam li kienu jiswewlu mhux ftit f'hafna xoghlijiet tieghu. Meta kellu bzonn iqabbad in-nar kellu jhokk bicca njam matul hofra go ghuda (p.11) ohra sa ma bl-istess hakk il-frak taghhom stess jishon u jaqbad. Bhal hawn Malta fejn sata jsib hagra li fiha s-sulfat tal-hadid sata wkoll ikebbes in-nar billi jaghti daqqiet biz-znied fuq din il-hagra sa ma ttajjar is-suffarelli.


Billi Zmien il-Hagar dam mijiet ta' eluf ta' snin, il-ghorrief iqassmuh fi tlieta, li huma: l-Eolitiku (mill-grieg eos - tbexbix u lithos - hagra), il-Paleolitiku (mill-grieg palaios - qadim u lithos) u n-Neolitiku (mill-grieg neos - gdid u lithos). Fuq fdalijiet tal-bniedem eolitiku fil-Gzejjer taghna ma nafu xejn; fuq il-paleolitiku ghadna wkoll fid-dlam; imma fuq il-fdalijiet neolitici ma hawn l-ebda pajjiz li jhabbatha ma' Malta.


Ghad li fiz-Zmien il-Qadim tal-Hagar il-bniedem kien ghadu lura sewwa, fiz-Zmien il-Gdid tal-Hagar (neolitiku) insibu li l-bniedem mexa 'I quddiem mhux ftit, ghaliex issa holoq ghodod ahjar, tghallem jaqsam il-bahar, jahdem l-art, jimmansa xi ftit bhejjem, kien jaf jaghmel fuhhar il-gmiel tieghu u jinseg libsa ghal fuqu. Barra minn dan issa beda wkoll jibni d-dar jew gharix fejn jghammar u knejjes lil Alla li kien iqim, bhalma wiehed jista jara mit-Tempji ta' Hal Tarxien, Hagar Qim, l-iMnajdra, l-lmgarr, il-Ggantija u bini iehor megalitiku Ii jinsab imxerred ma' Malta u Ghawdex.


Iz-zmien il-Gdid tal-Hagar f'Malta huwa dejjem boghod, bejn wiehed u iehor mat-3,000 sena qabel Kristu (Q.K.), u sa minn dak iz-zmien hekk boghod, fid-distrett tal-Mosta kien ighammar u jahdem il-bniedem kif juru l-fdalijiet li halla.


L-etnologi jghidulna li dawn kienu gens tal-Mediterran, nies li aktarx hargu mil-Lvant u ghaddew ghall-Mediterran mill-kosta tal-Afrika ta' Fuq.


Hofor tar-Roti


Raddi tar-roti li nsibu fil-Mosta Raddi tar-roti li nsibu fil-Mosta

Wahda mill-fdalijiet prejstorici li ghandna u l-aktar wahda li habblet lill-ghorrief biex ighidulna xi haga fuqha, huma l-hofor tar-roti. Dawn niltaqghu maghhom (p.13) f'Misrah Ghonoq'. Jekk wiehed jaqbad dik it-triq fil-blat kif titla' dik it-telgha zghira hekk kif thalli l-Pont, u minn dak is-sqaq, tibqa' dejjem tiela' sa qisu ma' genb il-Fortizza, wiehed jiltaqa' f'xaghra fuq ix-xellug, ma' hofor tar-roti sbieh Ii mbaghad johorgu minn taht il-hajt ta' barra tax-xaghra u jibqghu jiggerrew f'Misrah Ghonoq. Hemm zewgt izwieg imma wiehed minnhom ma tantx huwa fond, ghalhekk mhux dejjem jibqa' jidher.


Minn gox-xaghra li ghedna jigbdu ghan-naha tal-lvant, imbaghad jilwu ghat-tramuntana, warsa ftit jergghu jinxtethu ghal-lvant, u mill-gdid jigbdu ghat-tramuntana fejn jaslu ma' genb il-Fortizza. Hemm jidhru tul ta' 300 jarda shah. Minn din l-ahhar bicca li qeghda mitfugha fit-tramuntana johorgu zewgt izwieg ohra li jigbdu lejn il-lvant. Dawn il-frieghi li semmejna l-ahhar jidhru sewwa, wahda tul ta' 55 jarda u l-ohra 66 jarda.


Bhal hofor li jhallu r-roti tal-karettuni li ghandna l-lum, dawn huma dejjem mexjin wisgha wiehed. Fix-xaghra jidhru sbieh wisq u minn hemm erfajna dawn il-qisien. Il-wisa' ta' barra minn hofra ghall-ohra huwa 6 piedi, il-wisgha tal-hofor huwai fil-wicc, 1¼ pied kull wahda, li jigi jhalli moghdija fin-nofs ta' 3½ piedi. Il-hofor huma ghamla ta' lembut u hemm fejn ilahhqu maz-zewg piedi fond, u l-wisa' taghhom fil-qiegh huwa 8 pulzieri.


Dawn huma mill-isbah hofor li hawn jidhru mikxufin fil-Gzira taghna. Ghedna mikxufin, il-ghaliex meta dawn imbaghad jibqghu mexjin jinhbew taht il-hamrija u ma nistghux narawhom.


Hekk kif inhallu l-bini u naqbdu s-sqaq ghal Santa Margerita, jerga' wiehed jiltaqa' ma dawn il-hofor, li jibqghu telghin ghal fuq il-hotba tan-naha tal-lvant. Jidhru wkoll fis-sqaq li mit-tarf tat-Triq tal-Pont (Bridge Street) tigbed ghal Santa Margarita kif ukoll fuq in-naha l-wahda u l-ohra tal-wied.


(p.14) Kif, meta u ghalfejn saru dawn il-hofor tar-roti? Sir Temi Zammit jahseb illi dawk saru bil-hefa1, ta' roti ta' l-injam (minghajr cirku tal-metall) ta' karettuni tqal u mgissmin li min jaf ghal kemm u kemm zmien ghaddew mill-istess passagg biex fandu l-hofor hekk. Billi ma jidher ebda hafi bejn il-hofor, u billi lanqas ma jista jkun li bhejjem ighaddu minn art mweghra ghal dik li hafna drabi niltaqghu maghha mal-linji tar-roti, wiehed ghandu jaqtaghha li dawn il-karettuni kienu jigbduhom jew jimbuttawhom qtajja ta' nies.


Ghat-tieni mistoqsija, iwiegbu l-istess hofor. Dawn minn xi daqqiet insabu maqtughin fuqhom xi oqbra punici. Dan juri li t-traffiku tal-karettuni li semmejna kien hafna qabel il-migja tal Fenici, ghaliex kieku ma kienx jista jkun li jimxu karettuni bil-qabar imhaffer fuq il-linja taghhom. Kienu mhaffrin mela fi Zmien il-Gdid tal-Hagar minn dak il-gens ta' nies li semmejna.


U x'kienu jgorru n-nies neolitici fuq dawk il-karettuni? Din, ikompli jghidilna l-imsemmi arkeologu, riedet tkun xi haga li hemm kemm trid minnha f'post u nieqsa hafna f'post iehor, u mill-hefa tal-karettuni tidher li ma kenitx xi haga zghira tal-ikel jew li kien iktar jaqbel li tingarr fuq l-ispalla. Hu x'inhu, dak li garru ried ikun xi haga mehtiega mhux ftit ghaliex inkella ghalfejn dik il-hidma u t-tbatija kollha? Meta allura tigi biex tghid li dik il-haga setghu garrewha fuq spallejhom u dik l-ohra ma hix tant goffa li trid ghaliha dik il-goffagni ta' karettuni, u tibqa' sejra hekk, tasal biex ikollok tghid illi dak li garrew kienet il-hamrija, dik l-art li tiswa iktar mid-deheb ghaliex tfisser il-ghajxien tal-bniedem2.


(p.15) Jekk l-bniedem ta' Zmien il-Gdid tal-Hagar ried ighix fuq din il-bicca art imdawwra kullimkien bil-bahar, kellu allura jahseb ghal rasu ghaliex dak iz-zmien ma kenux jigu dawk il-bastimenti li ghandna llum u jhottu l-qamh ghand il-merkant. U jerga' iktar ma bdiet tikber ir-razza iktar beda jikber il-bzonn tal-ghelieqi. Il-hamrija, qabel dawk iz-zmenijiet, ma setghetx tkun hlief fil-widien u f'xi bcejjec baxxi bejn l-gholjiet, il-ghaliex kemm ix-xita u kemm mir-rih, ghal min jaf kemm eluf ta' snin qabel, kienu dejjem ikarkru 'I isfel kull nitfa hamrija li jiltaqghu maghha fi xquq u rkejjen ohra. Ghalhekk dawn in-nies hekk jinqalghu li waqqfu templi li llum huma l-ghageb ta' kull min jarahom, ma jistax ikun li ma hasbux ukoll ghall-ghajxien taghhom u dana sata jsir billi jgorru l-hamrija mill-widien u jqassmuha fuq il-quccati u l-gnub tal-gholjiet li kienu kollha mnezzghin. Dik hi l-istorja ta' hafna raba li niltaqghu mieghu llum f'tant gnub imwergha fejn wiehed jista jara illi l-hamrija fuq dik il-bicca ma setghetx ingabret wehidha. Aktarx li dan ix-xoghol ta' kotra ta' nies baqa' dejjem aktar jizdied mal-bzonn u dam sejjer ghal zmenijiet shah, sew sew bhalma hi l-istorja tal-ilma taghna fiz-zmenijiet tal-lum.


Wara li wiehed joqghod jahseb fuq dan kollu, ikollu bilfors jistaghgeb bil-gmiel ta' storja li, kieku taf titkellem, kienet tghid dik il-gonta raba' u dik l-ohra, u kemm kieku tfahhar il-thabrik, il-ghaqal u l-bzulija ta' dawk l-ewwel nies ta' pajjizna!


Dolmens


Id-dolment li nsibu fil-Mosta Id-Dolmen il-kbir li nsibu fil-Mosta

Monumenti ohra li ghandna ta' Zmien il-Gdid tal-Hagar huma l-hagar imsaqqaf li hemm fix-xaghra ta' Fuq Wied Filep madwar 50 jarda 'I gewwa tar-rih isfel tat-triq. Jidhru zewg hagriet imsaqqfin, li x-xjenza ssejhilhom dolmens (minn zewg kelmiet galli: dom - mejda; u men - hagra). Gew imsejhin hekk ghax tassew li maghmulin qishom mejda kbira. maghmula minn hagra kbira hafna imsaqqfa fuq hagar iehor wieqaf.


(p.17) Damu hafna jahsbu li f'Malta ma hawnx dolmens, sa ma l-Professur N. Tagliaferru sab l-ewwel wiehed fix-xaghra li ghad kif semmejna. Fil-Muzew tal-Belt hemm ritratt tieghu bid-data ta' Novembru 1908 meta nsab.


Ghad li bhalma ghedna, il-Professur Tagliaferru kien ewwel wiehed li tkellem mid-dolmen il-kbir tal-Mosta3 illum taqra fuqu f'kull taqsima prejstorika tal-Gzejjer taghna billi ftit u xejn ghandna sbieh bhalu f'Malta.


Biex mela nibdew mill-kbir: Dan huwa kollu maghmul mill-Qawwi ta' Taht, bhal blat ta' tahtu. Il-hagra l-mimduda ghandha erba' gnub, imma ma humiex kollha ta' tul wiehed, u lanqas ma hija kullimkien hxuna wahda.


L-ikbar tul iwassal 13-il pied minn wahda ghall-ohra, il-wisgha jgib mas-6 piedi u l-hxuna 2 piedi.


Din il-hagra hija mimduda fuq zewg hagriet ohra wahda taht kull ras. Dawn il-hagriet bejn wiehed u iehor, fihom medda ta' 4½ piedi, 1½ pied hxuna u 3 piedi gholi. Milli jidher il-hagra l-mimduda kienet mirfuda b'dan il-hagar kbir imma minn dawk erbgha biss ghad fadaI f'posthom.


Il-gholi ta' dan il-baldakkin prejstoriku huwa mal-4 piedi 'I fuq minn wicc l-art fuq in-naha ta' quddiem u jitbaxxa 'I isfel fuq gewwa.


Igeghlek tahseb li l-hagra l-kbira kienet bicca maqtugha wahidha mill-art ta' tahtha u mbaghad refghuha 'I fuq kif ghedna.


(p.18) Id-dolmen l-iehor li qieghed fl-istess xaghra ma hux kbir u sabih bhal ta' l-ewwel, imma l-anqas jiccajta, kif wiehed jista jara minn dawn il-qisen. L-ikbar tul jilhaq 10 piedi, wisa' madwar is-7 piedi u l-hxuna dwar 1½ pied. Din il-hagra ghandha tarf wiehed fuq hagra ohra baxxa li tgholliha ftit fuq iz-zewg piedi minn wicc l-art. Min-nahiet l-ohra qieghda tistrieh fuq il-blat ta' tahtha. Kienu jahsbu li dawn id-dolmens kienu artali, imma billi ma humiex haga ohra hlief kamra zghira, illum jahsbu illi aktarx kienu jservu bhal qabar li wara li kienu jqeghdu hemm il-mejjet kienu jordmu kollox bil-hagar u t-torba.


Hagar Megalitiku


L-isbah hajt megalitiku (mill-grieg mega, li tfisser kbir u lithos, hagar) ta' 50 pied tul tlifnieh ghal dejjem. ll-Professur N. Tagliaferru qal illi dan il-hajt sabih kien f'Misrah Ghonoq u gie mkisser meta kienu qeghdin jibnu l-fortizza4. Kittieb ta' dik il-habta qalilna illi huma u jibnu l-fortizza ltaqghu ma' hafna hwejjeg ta' zmien il-qedem5.


Haga li tolqtok meta tmur tara dawn il-fdalijiet megalitici ta' l-anqas f'dan id-distrett, huma l-postijiet li l-bniedem prejistoriku ghazel biex iwaqqaf dan l-hagar. Jigifieri tant Misrah Ghonoq kemm ukoll ix-Xaghra ta' Fuq Wied Filep huma t-tnejn quccati ta' zewg gholjiet minn mnejn ghandek veduta ta' tul kbir; billi Misrah Ghonoq qieghed 280 pied 'il fuq minn wicc il-bahar u x-Xaghra ta' Wied Filep jerga' zewg piedi ghola.


Missierijietna meta raw dak il-hagar malajr qatawha illi kienu qatghuh u garrewh xi gganti, ghaliex fejn qatt hasbu li (p.19) nies bhalna kellhom il-hila jaghmlu dak kollu. Ara kemm hu hekk illi l-quccata ta' l-gholja fejn hemm il-fortizza u fejn bhalma ga rajna hemm hafna hagar megalitiku kienu jghidulu 'Misrah Ghonoq' misrah jew wesa', tal-gganti6; bhalma wkoll il-Ghawdxin il-qodma kienu jsejhu dak il-maqdes neolitiku 'il-Ggantija.'


U nahsbu li kulhadd sema dik il-hrafa tal-Gganta li kienu serqulha lil uliedha u t-tifel zewguh il-Mosta u lit-tifla zewguha Ghawdex, u li ghalhekk il-Mostin u l-Ghawdxin huma mnisslin mill-gganti!


Il-bniedem ta' Zmien il-Gdid tal-Hagar ma kien ggant xejn; kien id-daqs tal-bniedem tal-lum, u l-hagar kbir li halla mhux biss ghaggbet bih lil dawk li ma jifhmux imma sahansitra fixkel lil kittieba kbar bhal Abela7 u hafna storici ohra ta' wara li kollha kienu jghidu illi dak kien xoghol il-gganti.


Il-hajt li kien hemm f'Misrah Ghonoq fil-Mosta Disinn ta' Grognet tal-hajt li kien jinsab f'Misrah Ghonoq. Ta' minn jinnota l-kobor tal-hajt komparata mal-figura tal-bniedem li jidher impingi fl-istampa ta' fuq.

L-Arkitett Inginier Gorg Grognet wiehed minn dawk li kienu jemmnu bil-hrafa tal-gganti ra l-fdalijet ta' hagar kbir ta' Misrah Ghonoq u ghamel pjanta ta' din il-gholja minn San Guzepp tat-Targa sat-tarf tal-fortizza, u qal illi l-gganti kellhom fortizza (fejn llum hemm il-fortizza tal-militar) u warajha ma' genb il-hofor tar-roti qalb il-blat kellhom wesgha taghhom. Grognet malajr hataf dawn il-fdalijet qodma biex juri illi huma xoghol il-gganti, dawk ic-Ciklopej li kienu jghixu fl-Atlantide li ried juri li bcejjec minnha huma l-Gzejjer taghna8.


Qabar Neolitiku


(p.20) Il-Monumenti taz-Zmien il-Gdid tal-Hagar huma tista tghid imxerrdin ma' kullimkien fil-Gzejjer taghna, imma l-oqbra ta' dak iz-zmien jinghaddu fuq is-swaba ta' l-id. Ahna u niktbu din l-istorja kellna x-xorti Ii nghinu fit-thammil ta' qabar minn dawn, li nstab f'Marzu 1929 f'ghalqa fiz-"Zebbuga" ix-xaqliba li tmiss mal-Busbesija9.


Dan il-qabar kien maqtugh bhal hofra fit-tarf tal-blat tal-franka taht il-hajt tal-ghalqa u nkixfet billi l-bicca tal-blat ta' barra tqacctet u waqghet fl-ghalqa ta' taht.


Biex niftehmu sewwa dan ma kienx qabar ghal wiehed, il-ghaliex gewwa fih iltqajna ma' fdalijiet ta' hafna nies. Ghalhekk daqsxejn ta' hofra tonda ta' 6 piedi djametru u 2 piedi fond ma setghetx tkun aktar minn fossa li fiha kienu jqeghdu l-ghadam tad-difna li forsi kienet saret band'ohra, jew inkella kienu jordmu l-mejjet fuq l-ghadam ta' dak ta' qablu. Kien hemm hafna ghadam, xi ftit bicciet tac-caqquf neolitiku, gebel u hamrija kollox hallata ballata. Il-ghadam kien hekk qadim illi kif taqbdu jitfarrak f'idejk, imma b'danakollu x-xorti riedet li nqalghu xi ftit irjus shah. Dawn urewna illi l-ghamla taghhom kienet tawwalija (Dolicocefalo) bhal dawk li kienu midfunin fl-lpogew ta' Hal Saflieni (Rahal Gdid), u li huma kollha tal-Gens tal-Mediterran.


Zmien il-Bronz


Hawn Malta dwar il-2,000 Q.K gew gens ta' nies godda li kienu jafu b'xi metalli u li kienu jafu wkoll jahdmu bihom, bhalma juru xi bicciet ghodda tal-bronz li nstabu minn taghhom.


Ghalhekk, issa, ix-xoghol ha xeht'ohra, il-ghaliex bhalma kulhadd jaf, fejn jidhlu l-metalli x-xoghol isir aktar f'malajr u (p.21) hafna ehfef. Dawn kienu nies li giebu civilizzazzjoni ohra min-nies li kellna qabilhom u li mill-fdalijiet taghhom ghadna kif tkellimna.


Barra minn xi fuhhar, ornamenti li kienu jizzejnu bihom u ftit ghodod tal-bronz u l-ghadam li kienu jidfnu wara li jinharqu l-mejtin taghhom (ghax dawn kienu jemmnu bil-hruq wara mewt) ma ghandniex hag'ohra minn taghhom. Jerga' billi f'dan id-distrett ma ghandna xejn fdalijtet ta' dan lz-Zmien tal-Bronz ahna nkomplu ghaddejjin 'il quddiem u mmorru ghal dawk in-nies li nafu zgur bihom, il-Fenici.


'Musta'


Qabel ma naghalqu din it-taqsima fuq il-prejistorja nixtiequ ndahhlu hawn l-isem illi bih il-bniedem li hawn gie jiggerra beda jsejjah din il-witja. L-isem Mosta huwa zgur qadim ferm, ghaliex ma jistax ikun li l-bniedem ighix f'post minghajr ma jaghti isem lil fejn joqghod u lill-inhawi ta' madwaru.


Dawn l-ismijiet toponimici ma humiex dejjem moghtijin b'fehma wahda, imma nahsbu ahna illi l-ewwel nies kienu aktarx jimxu ma dak li turi n-Natura; bhal nghidu ahna, il-kelma Gzira li tfisser maqtugha, kif qeghditha n-Natura.


Issa nigu ghall-kelma 'Mosta,' jew kif ighidulha tar-rahal 'Musta' u naraw x'setghet tfisser. Ghedna "x'setghet" ghaliex mhix haga hafifa li ssib l-etimologija ta' l-ismijiet proprja, meta l-istorja qadima taghhom hija mitlufa. Ghalhekk niltaqghu ma' nies tax-xjenza li mhux kollha jahsbuha xorta.


Hawn insemmu dak li nafu bihom li taw it-tifsir taghhom ta' din il-kelma:
L-arkitett inginier Gorg Grognet li kien ukoll jaf hafna ilsna u x-xjenzi taghhom, qal illi "l-isem Musta gej zgur (p.22) mill-kelma l-iktar qadima Atlantika mistur jew mustur, mnejn gejja l-kelma Latina mysterium, li tfisser mohbi, ma jidhirx10."


Dan Grognet kien tassew gharef imma, kien dahallu f'mohhu (bhalma naraw il-quddiem) li Malta kienet bicca mill-Atlantide l-qadima, u baqa' jtenni dan sa l-ahhar. Ghalhekk huwa kompla jghid illi "dan igghelna nemmnu li f'dan il-post fi zmien zemzem, kienu jsiru l-misteri atlantici."


Filologu iehor, Annibale Preca qal illi l-Mosta hija "l-ahjar bicca mghammra ghal min irid jidhol fil-kampanja mqaxxra; ghalhekk (it-tifsir tal-kelma 'Mosta huwa) harga, biex nghidu hekk, minn fejn hu mghammar. Qatt ma kont nittarraf inghid illi Mosta hija tahsira ta' Moza kelma Ebrajka li tfisser harga li kieku ma kienx qala qabli u ta' wkoll xempju taghha il-Gesenius li sab belt ta' dan l-isem fin-Numidja, forsi minghajr ma kien jaf bil-Mosta ta' Malta. Fl-Algerija wkoll hemm rahaI kbir imxerred, li qieghed fit-tarf, u li jismu Mosta-gamen, u li jista jkun li hu dak stess li jsemmi l-Gesenius."


Din it-tifsira setghet tkun l-ahjar wahda ghal belt li semma Gesenius, imma ghar-rahal taghna tal-Mosta ma ddoqq xejn, il-ghaliex tista tghid illi l-irhula tal-Gzira kollha huma jew kienu xi darba, harga minn fejn hu, jew kien, imghammar sewwa.


Ahna tkellimna ma hafna ghorrief fl-ilsna orjentali biex jixhtu xi ftit tad-dawl fuq it-tifsir ta' din il-kelma 'Mosta.' Dawn hadd minnhom ma qabel u la ma Grognet u l-anqas ma Preca.


(p.23) Il-Professur Sir Temi Zammit, ir-Reverendu Duttur Dun Pietru Pawl Saydon, is-Sur Nin Cremona u Monsieur l'Abbe E. Poggi, Professur ta' l-Gharbi fil-Grand Seminaire11 tal-Algerija, qablu qishom fehma wahda li l-kelma 'Mosta' hija aktarx li taqbel mal-Kelma Gharbija wast mill-gherq WST, li tfisser nofs jew haga mqieghda bejn tnejn; bhalma nghidu fos, fi wast, kif ukoll inghidu l-fustani.


L-ittra M fil-kelma 'Mosta ma hix hlief zieda tal-participju, bhalma mill-verb qatel inghidu maqtul. Fil-Gharbi ghandhom il-verb wassat li jfisser, tqieghed fin-nofs li minnu jsir il-participju passiv mu wassat.


ll-participju femminil ta' din il-kelma fl-ilsien Malti tigi mwassta li tfisser imqieghda fin-nofs.


Ahna naqblu ma' din it-tifsira, il-ghaliex il-filologija tal-kelma taqbel minn kullimkien mal-geografija tar-rahal, fejn l-id tan-Natura tassew ghogobha tqieghed lil dan ir-rahal mhux biss qisu fin-nofs tal-Gzira, imma wkoll bejn zewg gholjiet bhalma tkellimna ftit ilu fit-topografija tar-rahal.


Ta qabilna aktarx li kienu jsejhulha 'Musta' mhux 'Mosta', ghaliex fl-ilsna semitici l-vokali huma biss a, i. u, bhalma ghadhom sa llum fl-Gharbi. Jerga llum in-nies tar-rahal li aktarx zammew max-xehta l-qadima ta' l-ilsien Malti, ghadhom ighidulha 'Musta' u mhux, kif isejhulha ta' l-ibliet, ghaliex ta' l-ibliet meta l-vokali u tkun qasira, jaghmluha o: bhallikieku tar-rahal jghidu busta, u tal-belt jghidu bosta. Fil-mappi qodma ta' Malta ippubblikati bit-Taljan u bil-Franciz niltaqghu ma' 'Mosta,' 'Musta' u xi ftit 'Mousta.'


(p.24) Imma l-hoss tal-vokali ma jbiddilx it-tifsir tal-kelma li qieghed fil-gherq WST.


Qabel naghlqu dan l-istudju zghir, irridu nfehmu li billi t-tifsir tal-kelma 'Musta' gie mxebbah lill-kelma gharbija dan ma jfissirx li r-rahal gie msemmi hekk mill-Gharab, li kif naraw aktar il-quddiem, kienu hawn Malta mis-sena 870 sal-1090 W. K., il-ghaliex ma ghandniex nahsbu li n-nies, li kienu jghixu gewwa u madwar ir-rahal ghal eluf ta' snin qabel baqghu ma tawx isem lil din il-witja sabiha ta' taht riglejhom, l-anqas ma hu ta' min jahseb hekk iblah illi l-Gharab nehhew l-isem prejstoriku tar-rahal biex tawh wiehed gdid. Immela dak ix-xebh tal-kelma, mhux gej minn haga ohra hlief illi l-kelma maltija u l-kelma gharbija gejjin it-tnejn minn gherq wiehed, li kien il-missier taz-zewg kelmiet.


U l-anqas taf ma hiex tiltaqa' meta tqalleb il-kotba! Ilu ftit ma staghgibniex ftit meta Itqajna ma' "Santa Musta", imma jisghobbina li xejn izjed ma stajna nsibu fuqha hlief li kienet qaddisa martri12.


Halli naraw min ser ikun l-ewwel wiehed li jfettillu jaghti dan l-isem fil-Mosta!


Riferenzi

  1. Ara: Cart-tracks, "Antiquity", March 1928 .
  2. F'wahda mill-vetrini tal-Muzew tinsab bicca hagra imnaqqxa kienet misjuba mal-fdalijiet tat-tempji ta' Hal Tarxien. Ikollna nghidu li t-tinqix li hemm fuqha ma jurix hag'ohra hlief moghdija tar-roti, u fuq kull naha ta' din it-triq jidhru mqassmin ghelieqi, li dak li ghamilha ried juri li kienu b'wicc ta' qamh, xghir, jew xi prodott iehor li mar-rih jaghmel bhal mewg.
  3. Ara: i) T. Ashby. Megalithic Building, p. 8. b) T. Eric Peet, Rough Stone Monuments, p. 108.
  4. Ashby, Bradley, Peet, Tagliaferro, Megalithic Buildings, p. 8; T. MacGill, Guida ta' Malta (1839), p. 124. Mudell ta' dan il-hajt, kien maghmul minn Petit. Radal u jinsab fost il-mudelli tal-hajt Ciklopei fil-Librerija Mazarin ta' Parigi (Mayr 696, 73).
  5. Rev. G. Godwin, A guide to the Maltese Islands (1880), p. 216.
  6. Preca, Malta Cananea, p. 576
  7. Abela e Ciantar, Malta lllustrata, Lib. II. Not. I. § VIII.
  8. Bibliotheca MS. 614 Tav. XI, Fig. 42 & 43; Tav XVI. Fig 70
  9. Antiquity, June 1929, p. 222. ll-ghalqa hija tal-Markis Testaferrata Bonici Ghaxiaq
  10. Abbozzo di Petizione alla Santita di Gregorio XII, Dokument mizmum min-Nutar Giov. Chetcuti. Ara wkoll A. Ferris – Etimologia dei Nomi dell'ilsola di Malta, p. 31.
  11. Malta Cananea, p. 559.
  12. Bollandi, Acta Sanctorum, Octobris, Vol. II, p. 80.

Kapitli ohra mill-ktieb