IL-MOSTA FIZ-ZMIEN IL-HAKMA TAL-KAVALLIERI TA' SAN GWANN
Michael A. Sant
Pubblikazzjoni tal-Kunsill Lokali Mosta, 1996.
Dan il-ktieb interessantissimu jinxtara mill-Kunsill jew mill-hwienet ewlenin. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.
KELMA MIS-SINDKU
(p.ix) Huwa ta’ fejda kbira li l-generazzjoni taghna tkun taf kif ghexu missirjietna. L-imghoddi ghandu dejjem taghlimiet li jiswew biex nifhmu ahjar kif issawwar u ghex in-nisel taghna u naghrfu napprezzawh ahjar. Kull generazzjoni ghandha tkun kburija bl-origini taghha; izda dan tkun tista’ taghmlu biss jekk tkun infurmata dwar it- tnissil u l-evoluzzjoni taghha.
L-istudju ricerkat ta’ l-awtur Mosti Michael A Sant jaghtina bicca gmielha minn din il-mixja umana taghna u ta’ missirijietna. Jaghtina fuq kollox l-isfond tal-hajja Mostija fil-kwadru shih ta’ l-Istorja ta’ pajjizna li fih twieldet il-Mosta bhala parrocca. It-twaqqif tal-parrocca huwa fih innifsu mument kbir fil-bini ta’ l-identita ta dan ir-rahal qadim li, matul is-snin, kiber ghal daqs ta’ belt, kemm bhala territorju u wisq aktar bhala koncittadini li swew mhux ftit fl-Istorja u fl-espressjoni ta’ snajja’ u kultura.
Il-Kunsill tal-Mosta huwa kburi li qed ixandar dan il-ktieb. Ix- xoghol mirqum ta’ l-istudjuz Michael A Sant joffrilna spunt fejjiedi biex inharsu lura tul is-snin u nimmaginaw kif ghexu ta’ qabilna, minkejja r-rizorsi limitati li kellhom. Kieku ma kienx ghas-sagrificcji taghhom - wisq aktar ghall-virtujiet li haddmu - kieku l-bixra ta’ hajjitna kienet tkun differenti minn dik li hija llum!
Il-pubblikazzjoni ta’ dan il-ktieb hija pass iehor tal-Kunsill Lokali tal-Mosta biex joffri ideat, taht forma jew ohra, biex jghin halli jtejjeb il-hajja taghna c-cittadini llum. Filwaqt li nifhmu u napprezzaw kulma ghamlu ta’ qabilna ghall-gid tal-generazzjoni ta’ llum, ahna stess nghaddu lil ta’ warajna ezempju haj ta’ gharfien tal-passat u dan naghmluh bhala holqa hajja tal-katina umana li tghaqqad il-bierah, ma’ llum u ma’ ghada.
(p.x) Il-Kunsill tal-Mosta huwa determinat li jissokta f’din it-triq u jawgura li jinstabu awturi ohrajn Mostin li jaghtu huma wkoll is-sehem bnin li dan il-ktieb ghandu joffri lic-cittadini Mostin.
Nazzareno Vassallo, Sindku tal-Mosta
KELMTEJN QABEL
(p.xi) Nhar is-Sibt 18 ta’ Marzu 1995, il-Kunsill Lokali tal-Mosta organizza Seminar Edukattiv bl-isem ‘Il-Mosta: Storja -Kultura - Ambjent’ li fih flimkien ma’ ohrajn gejt mistieden biex naghti tahdita. Billi kont diga hejjejt xi haga zghira dwar id-demografija u l-hajja socjali fil- Mosta fi zmien il-Kavalieri, qtajtha li nzid aktar taghrif u nithaddet dwar hekk. Iz-zmien kien qasir, madankollu l-materjal li hejjejt sibt li kien wisq aktar mill-hin imfassal ghat-tahdita tieghi.
Qtajt fil-qasir kemm stajt u ghazilt biss dak li deherli kien l-aktar interessanti ghas-semmiegha. It-tahdita tidher li ntghogbot u l-Kunsill Lokali fis wera x-xewqa li x-xoghol tieghi shih jistampah fi ktieb! Bejn ghiedt iva u bejn ghiedt le ghax ma xtaqtx li x-xoghol jigi stampat kif kien bla aktar tiftix.
B’xorti hazina bejn mard, xoghol sfiq fl-Universita, bejn haga u ohra, tiftix izjed sar ftit li xejn u llum il-ktieb qed jigi stampat f’sura mhux wisq different minn dik ta’ aktar minn sena ilu. Ta’ dan nitlob skuza bil-quddiem lill-qarrejja.
Dax-xoghol, ghalhekk, mhux storja tal-Mosta u lanqas biss hu storja tal-Mosta fi zmien il-Kavalieri. Hu biss dak li qed jinghad fit-titlu: Aspetti Demografici - socjali tal-Mosta fi zmien il-hakma ta’ l-Ordni ta’ San Gwann f’Malta. L-istorja shiha - sakemm storja tista’ tkun shiha - tal-Mosta ghad trid tinkiteb wara stharrig fit-tul u fil-fond. U hu xieraq li xoghol bhal dan ma jkunx ta’ bniedem wahdu izda ta’ ghadd ta’ ricerkaturi flimkien. Li hazzejt jien f’dil-kitba u f’ohrajn tieghi hu biss farka wahda, farka ckejkna minn dak li wiehed, b’sabar liema bhalu jittama li jsib, jixtarr sewwa u jaghtih id-dawl.
Dan ma jfissirx li dax-xoghol hu bla siwi, ghallinqas hekk jidhirli u nittama. Xi interess ghandu wkoll, l-aktar fejn jidhlu ismijiet u (p.xii) kunjomijiet, zwigijiet u maghmudijiet fil-Mosta. M’ghandux idejjaq lill-qarrejja, li jekk iridu (biss ikunu qed jizbaljaw) jaqbzu l-ghadd sewwa ta’ Appendici li jaghmlu sehem qawwi mill-ktieb. Min sema’ t-tahdita tieghi ghogbitu u m’ghandux jonqos li l-ktieb ma jinghogobx ukoll. Irrid nistqarr mill-gdid li l-istharrig seta’ sar aktar fil-fond u l-kitba hadet xejra ahjar.Ta’ storiku li jien, in-nuqqasijiet tieghi narahom jien stess. Izda mbaghad mur fittex il-perfezzjoni -tispicca dejjem tistharreg u torqom u ma tikteb qatt xejn. Mela dan hu x-xoghol tieghi: min joghgbu jhaddnu, min ma joghgbux iwarrbu. Irrid nghid li fl- isthamg u fil-kjtba ma kelli ghajnuna ta’ hadd. It-tifhir ghalhekk ghalija u t-tmaqdir ukoll. Jalla ma jkollix wisq minn dan ta’ l-ahhar.
Waqt li kontra x-xewqa tas-soltu m’ghandix sensiela ta’ nies li rrid inroddilhom hajr, ma nistax ma nizzix hajr minn qiegh qalbi lill-Kunsill Lokali tal-Mosta u lis-Sindku habrieki tieghu, is-Sur Nazzareno Vassallo ghall-hajra li jistampaw dan il-ktieb u l-hegga li wrew biex dan jitwettaq. Inrodd hajr ukoll lis-Sur Anton Spiteri, bniedem habbrieki u holqa importanti bejni u l-istampatur. Forsi hemm uhud ohrajn li ghenu wkoll biex dan ix-xoghol jara d-dawl tax- xemx. Jekk inqasthom billi ma semmejthomx b’isimhom nitlobhom jahfruli Jalla dal-ktieb jiswa xi ftit biex tinzera’, tixxettel jew titkabbar fil-Mostin u f’ohrajn l-imhabba lejn pajjizhom, lejn arthom u lejn dak kollu li hu wirt missirijiethom.
Michael A Sant, 1 ta' Settembru 1996.
Taghrif dwar l-awtur mill-pagna ta’ wara
Michael A. Sant twieled, trabba u jghix fil-Mosta. Hu ha l-ewwel gradi u ohrajn gholjin mill-Università ta’ Malta izda mar ghal korsijiet ta’ taghlim u tahrig barra l-pajjiz. Michael ghandu l-hatra ta’ Senior Lecturer fil-Fakulta ta’ l-Edukazzjoni fl-Università u kellu f’idejh il-ko-ordinazzjoni ta’ hafna korsijiet.
Ilu jghallem ‘il fuq minn 40 sena fl-iskejjel Primarji u Post-Sekondarji u fl-Universita. Barra li jispecjalizza fil-linja tieghu, il-pedagogija ta’ l-Istorja, hu fittex, gharbel u kiteb, fost ohrajn dwar aspetti ta’ l-istorja ta’ l-Edukazzjoni f’pajjizna, l-istorja monetarja ta’ l-Ordni ta’ San Gwann f’Malta, il-grajja tas-Sette Giugno u aspetti mill-istorja ta’ rahal twelidu, il-Mosta.
Michael A. Sant halla din id-dinja fit-3 ta’ Mejju 1999. Dan hu dak li rrapurtat il-Gazzetta Il-Mosta: April – Awissu 1999, pg 14.
Michael A. Sant BA (Hons) MA
Kif diga jafu hafna mill-qarrejja tal-gazzetta IL-MOSTA, il-habib taghna Michael halliena nhar it-Tnejn 3 ta’ Mejju 1999 wara marda kiefra fl-ghomor ta 65 sena.
Qabel illum dehru aktar minn apprezzament wiehed dwar dan l-iben den Mosti ghax Michael fost pregji ohra kellu d-don li jaghmel hbieb u jzommhom ghax is-sincerita u l-lealta tieghu kienu bhal kalamita u l-hbieb ma setghux jaghmlu iehor, lanqas kieku riedu milli jirreciprokaw rispett b’rispett u mhabba bi mhabba.
Imma ahna ma rridux naghmlu elogju ghax perswazi li Michael innifsu ma kienx jinkoraggixxi diskors li jista’ b’xi mod itellef l-oggettivita li kienet titlob il-professjonalita tieghu. Michael kien qabel kollox dak li l-Inglizi jsibuh bhala “a self-made man.” Gej minn familja ta’ ftit skola, dawk lil bhalna jiftakruh zaghzugh b’energija mnejn ibigh, jafu li aktar kien, ghall-ewwel, migbud lejn il-loghob tal-ballun u sport iehor milli lejn studju formali. Imma mic-cokon wera intelligenza mhux komuni u l-hegga akkademika tieghu qabdet momentum u rankatura li ma harsux lura specjalment mill-1960 ‘l quddiem, jigifieri mindu beda l-ewwel kors universitarju ghall-bacellerat ta’ l-arti (BA Gen).
Ohrajn kitbu fuq il-karriera u r-ricerka li ghamel u ma nhossx li hawn ghandi nirrepeti. Biss ta’ min isemmi li barra l-ispecjalita tieghu, il-pedagogija ta’ l-istorja, Michael kien jammira l-pittura, l-iskultura u l-muzika klassika. Kien jiehu gost idur l-inhawi storici tal-gzejjer Maltin mal-kollegi u l-hbieb u dan ghamlu ghal diversi snin sakemm sahhtu hallietu jaghmel dan.
Fuq grajjiet il-Mosta, belt twelidu, kiteb diversi drabi. Fost ohrajn insemmu l-kontribuzzjoni tieghu fi “Storja tal-Mosta ta’ E.B. Vella u Ohrajn”, “Il-Mosta fiz-Zminijiet tan-Nofs” – Program Filarmonika Santa Marija, 1996, “Mosta through the Ages” fil-ktieb “Mosta the Heart of Malta” u l-ktieb “Il-Mosta fi Zmien il-Kavallieri”, mahrug mill-Kunsill Lokali tal-Mosta.
Din it-tislima misthoqqa ma jixraqx tintemm bla ma taghmel riferenza ghad-dedikazzjoni shiha li Michael kellu lejn il-familja tieghu li lilhom naghtu bil-qalb il-kondoljanzi taghna. It-talenti tieghu haddimhom bl-ahjar mod li seta’ u halla memorji sbieh ghal niesu u ghal min kien jafu. Jalla meta jasal il-waqt ikun hemm rikonoxximent civiku ghall-wirt kulturali li hallielna – l-istrutturi ghal dan il-ghan jezistu u r-rieda tajba lanqas nahsbu li tonqos.
Kapitli ohra mill-ktieb
- Introduzzjoni
- Studji demografici
- Mosta issir parrocca
- Hjiel ekonomiku
- Hajja Socjo Religjuza
- Ismijiet / Kunjomijiet
- Zwigijiet
- Twelidijiet
- Imwiet
- Gheluq
- Appendici