The Mosta Archives Banner

Mappa tal-Kappelli u n-nicec u statwi li nsibu fil-Mosta

minn Nicholas Grech



UriDar B'Pedestal Riljevi Nicec Nic. Vojta Ohr
Kappelli Bl-Indulg. Mens. Mens. Vojta   Ttl: 100

Kif tuza l-mappa

Ghazel l-options li trid tara (jekk minn Mobile taf trid iddawru Landscape ghal mument), bhal nghidu ahna statwi li qedghin fuq Pedestal, Riljevi, Nicec, Mensoli (bhal gebla sproguta 'l barra mill-faccata li fuqha titpogga statwa), jekk tridx tinkludi dawk li huma vojta, ecc. L-option 'Ohr' tirreferi ghal statwi ohrajn li ma jaqghux taht wahda minn dawn il-kategoriji, bhal nghidu ahna l-Qalb ta' Gesu li hemm fuq il-frontispizju tal-Oratorju li jgib l-istess isem, statwi li qedghin fuq xi cinta ta' bejt, statwi li qedghin ma l-art bhal l-Evangelisti San Gwann u San Luqa fl-ghar tal-Isperanza, ecc. Il-marker li hemm fuq ir-Rotunda jibqa' jidher jekk ghandhekk l-options ta' Pedestal (S. Pietru, S. Pawl), ta' Ohrajn (l-Assunta u S. Guzepp) u ta' Nicec (10 Appostli). Jekk tmur bil-mouse fuq marker tidher tooltip bl-isem tal-istatwa jew kappella li hemm fil-post. Jekk taghfas fuq il-marker (jew tmiss b'subghajk) tinfetah Popup bir-ritratt u xi nformazzjoni fuq it-tali statwa / kappella li hemm. Darba ghafast it-tali marker, l-outline tieghu jinbidel minn isfar ghal celest biex jurik li tkun diga zortu. Jekk taghzel l-option 'Uri Dar' flok sempliciment l-istatwa, jurik il-faccata shiha tad-dar li fiha tinsab l-istatwa. 'Ttl:' juri it-total ta' statwi bl-options maghzula (jinkudi wkoll il-Venus li hemm fuq il-Mithna l-Qadima li mhix statwa religjuza, l-Assunta fit-Triq li mir-roundabout ta' San Pawl tal-Qlejgha tiehdok lejn l-Imgarr li ghal ftit mhix fil-konfini propja tal-Mosta, l-anqas f'tal-Imgarr, imma fil-konfini ta' San Pawl il-Bahar biex tara x'assurdita ta' konfini jezistu, u l-Assunta ta' Buqana limiti tar-Rabat li hi frott l-"irridentizmu" Mosti tal-antenati ta' aktar minn mitejn sena ilu fil-glieda taghhom biex ikabbru l-konfini ngusti tar-rahal). Jekk taghzel 'Bl-Indulgenzi biss' juri biss l-istatwi li ghandhom xi ndulgenza assocjata maghhom skont l-options maghzula. Il-buttuna 'K' (jew 'S') tibdel l-options b'mod li turi biss il-Kappelli (jew l-iStatwi). Fil-kantuniera t'isfel xellug tista' taghzel li turi biss statwi ta' tali titular. Il-buttuna fil-kantuniera t'isfel lemin tiffoka l-mappa b'mod li ggib tidher it-tali lokalita (Mosta centru / Bidnija / Buqana / Imgarr). Biex taghmel Zoom In jew Out ghamel Double Left jew Right click jew uza Ctrl+Scroll tal-mouse.


Statwi fil-faccata tal-knisja u fuq iz-zuntier


Fil-portiku u fuq iz-zuntier tal-knisja insibu xejn anqas minn 14-il statwa mill-kbar li jaghmel il-Mosta r-rahal bl-aktar koncentrazzjoni ta' statwi f'post wiehed u ta' dan id-daqs fejn dawk fin-nicec huma ta' daqs erga ghola minn bniedem. F'din l-istampa jekk tmur bil-mouse (jew b'subghajk) fuq it-tali statwa tidher tooltip bl-isem taghha u darba tikklikja fuqha tinfetah Popup bir-ritratt u xi nformazzjoni fuqha.


Fuq quddiem taz-zuntier b'mod prominenti insibu nistghu nghidu s-Sagra Familja, bl-Assunta l-patruna tar-rahal fuq naha u San Guzepp bil-Bambin in-naha l-ohra.


Rigward kif iddecidew kif se jpoggu l-Appostli, l-akbar tnejn f'ghajnejn il-knisja, San Pietru u San Pawl li ghandhom festa komuni l-Imnarja fid-29 ta' Gunju, poggewhom fuq pedestal ghalihom fuq iz-zuntier wiehed fuq kull naha. Ghall-4 ohra jidher li mxew mal-gurnata tal-festa taghhom kif kienu jsiru fl-antik, hekk li nsibu lil San Gakbu z-Zghir u San Filep li dari kellhom festa komuni fl-1 ta' Mejju poggewhom wiehed fuq kull naha tal-bieb il-kbir, waqt li lil San Xmun u San Guda Taddew li dari kellhom festa komuni fit-23 t'Ottubru poggewhom fit-truf estremi tal-portiku f'nicec rettangolari fejn il-bibien iz-zghar. Liz-2 Appostli Evangelisti San Gwann u San Mattew x'aktarx kellhom originarjament il-hsieb li jpogguhom fin-nicec t'isfel li fadal bejn dawk l-4 msemmija aktar qabel. Imma nahseb li peress li gara li l-qassis Dun Gwann Debono hallas ghall-istatwa ta' qaddisu San Gwann, u fl-istess nifs l-Arcipriet ta' dak iz-zmien Dun Bartilmew Bezzina hallas ghall-istatwa ta' qaddisu u rahlu l-Gharghur San Bert, Dun Gwann taf hass li kellu jcedi l-post aktar prominenti ghall-istatwa tieghu lill-Arcipriet bir-rizultat li flok San Gwann u San Mattew, insibu minflok fin-nicec t'isfel lil San Bartilmew u San Mattew, b'San Gwann jispicca minflok relegat ghan-nicca li tigi fuq dan San Bert. Rigward il-kumplament ta' l-istatwi l-ohra ta' fuq, ta' Sant'Andrija (hu San Pietru) poggewh fin-nicca li kien fadal fuq ix-xellug forsi biex jigi mal-istess naha ta' huh San Pietru (qed fuq pedestal fuq iz-zuntier fuq ix-xellug), San Gakbu l-Kbir (kien jigi hu San Gwann l-Evangelista, ulied Zebedew) poggewh fin-nicca fuq il-lemin tal-bieb il-Kbir (forsi biex jigi parigg ma San Gakbu z-Zghir qed isfel fuq ix-xellug tal-bieb il-Kbir) u San Tumas poggewh fin-nicca fuq li kien fadal fuq il-lemin (forsi biex jigi n-naha tal-Lvant [lemin] Imbieghed biex ifissru li kien mar jevangelizza l-Indja).


Inzerta li lejn l-2020 kont qed nitkellem ma certu Karmnu Vella Ta' Comba li hu u qrabatu kienu mqabbdin ghal zmien twil fix-xoghol tal-barrieri. Gie l-kliem fuq kif ingarru l-gebel li minnhom inhadmu l-istatwi tal-Portiku u qalli li l-iskultur kien mar jordnahom minn ghandhom, propju mill-barriera li kellhom lejn is-Siggiewi. Qalli li biex jaqtghu l-blokka, kienu juzaw is-sega l-kbira li tonda kienet twassal sa fond 1'3” minn kull naha (assumi l-wicc u l-gnub mikxufin, jonqos jaqtghu l-blokka minn taht) u mbaghad permezz ta' njama kienu jillevawa ftit u tinqata' l-kumplament minn taht. Biex jaghbbuha fit-trakk, kienu jkunu 2 trakkijiet wiehed wara wieqaf u iehor quddiem bil-habel ghaddej minn fuq il-kabina tal-iehor qed jigbed il-blokka. Darba l-blokka jgibuha wieqfa, kienet tigi nofsha ghola mill-kaxxa tat-trakk ta' wara, u allura t-trakk ta' quddiem darba jigbed naqra ohra kien imejjila minduda ghal gol-kaxxa nassumi fuq xi lasti tal-injam biex tkun tista' tirrombla ghal kumplament ta' gewwa tal-kaxxa. Qalli li kienu zammewlu xi £5 kull blokka u jidher li sakemm inhadmet mill-iskultur Qormi Marco Montebello w ittellghet fil-post fin-nicec giet tiswa' lill-benefatturi li hallsuha xi £350 il-wahda. Rigward l-iskultur Mosti Farbrizio Bartolo, kien qalli li kienu johdulu blokka u mbaghad hu joqghod jissegaha bicciet ghall-hxuna u d-daqs tar-riljev li jkun se jahdem.


Fittex u Qabbel

(Ikklikkja fuq l-istampi li jirrizultaw ghall-popup bl-informazzjoni.)


       


Kappella San Pawl tal-Qlejgha


Din il-Kappella taht it-titlu tan-Nawfragju ta' San Pawl inbniet fit-territorju tas-Sinjura Eleonora Testaferrata mart Karlu Falson flok ohra eqdem imsemmija minn Dusina, fl-inhawi maghrufa Tal-Mingiba u tbierket fid-9 ta' Frar 1695 mill-Kanonku Dun Ferdinandu Castelletti. Peress li dak Falson u familtu taf kienu mill-Imdina, possibilment kienu jqabbdu qassis / patri minn hemm biex iqaddsilhom kif ghadu jigri s'issa, hekk li sallum l-Imdina / r-Rabat jidher li ghadhom jippretendu li hi taghhom. Fil-fatt meta twaqqfu l-Kunsilli Lokali, il-lapidi ta' 'Merhba Mosta' li kienu jaghmlu fl-inhawi kienu kull darba jispiccaw ikissruhom vendikattivament. Forsi minhabba din il-kwistjoni, jidher li meta snin ilu giet irrestawrata u fosthom ittiehed ghar-restawr it-titular, dan baqa' ma ttihiedx lura f'postu imma haditu taht il-kustodja taghha l-knisja tal-Mosta (forsi ghax kienet harget il-flus jew applikat hi ghar-restawr?) bl-iskuza li kienu qed jinsterqu l-kappelli, u forsi ndirettament ghax jidher li kien hemm il-biza' li kienu se jiehduh ir-Rabtin b'din l-istess skuza (il-proverbju 'Rabti u Zebbugi jaghmlu Lhudi' ghandu gheruq antiki, bhal dak li qallu jekk wiehed Rabti gie jibni u joqghod il-Mosta, dik il-parti ssir taghmel mar-Rabat: kieku kien hekk l-anqas jibqa' xejn mill-Mosta ilna zmien li sirna minoranza f'rahalna stess). Kieku kienet fuq ix-xaqliba l-ohra tal-wied nghid forsi, hekk li fil-visti pastorali mill-antik minn dejjem kienu jikkunsidrawha mal-Mosta, kuntrarju ghall-kappelli ohra li vilment ghax inzertaw bi zbrixx fuq ix-xaqliba l-ohra tal-wied bhal ta' San Pawl l-Eremita kienu jsemmu li jaqghu taht parrocca ohra minkejja li jnizzluhom fil-visti tal-Mosta ghax bil-wisq eqreb imqabbla mas-7 darbiet aktar distanza mill-knisja tal-Mellieha fil-kaz tal-ahhar.


Ir-Rettur / Patri li jiehu hsieba u jqaddes kull nhar ta' Sibt, li jxaqleb all-out lejn ir-Rabat ("ghax Carabott qal li hawnhekk jaghmel mal-Mosta"), hu tal-fehma li l-Knisja m'ghanda l-ebda titolu fuq din il-Kappella (cioe la hi tal-Parrocca tal-Mosta u l-anqas tar-Rabat) ghax hi guspatronat (minn ius: dritt u patronatus: tas-sid), bhal kappella privata, u allura d-dixxendenti ta' dik Eleonora Testaferrata suppost ghandhom il-kustodja taghha. Bhala ezempju, il-kappella ta' San Silvestru li waqqafa Kavallier, mhix tal-Knisja imma tal-Gvern Malti li wiret dak kollu li kien tal-Kavallieri frott il-konfiska tal-beni taghhom mill-Francizi meta hatfu lil Malta, hekk li din qatt ma tissemma fil-Visti Pastorali, izda mill-banda l-ohra dik ta' San Pawl tal-Qlejgha tissemma u dejjem ma tal-Mosta. Semma li l-ex Arcipriet Carabott (biex tara kemm ilha tkarkar il-bicca) kien uza l-fatt li meta kienu qed jibnu r-Rotunda kienu ghamlu talba Ruma biex id-dhul li kellhom il-Kappelli mxerrda mal-Mosta jmur ghall-bini tar-Rotunda hekk li t-talba kienet intlaqghet u fosthom id-dhul minn din il-Kappella ta' San Pawl tal-Qlejgha, ghax fit-territorju Mosti, mar ghal dan l-iskop sakemm damet tinbena. Ghalih it-titular "serqitulna l-Parrocca ghax ghandikun hasbu li se niehduh il-Kunvent." Ir-raba' li jmiss mal-kappella li minnu l-Kappella kienet tiehu r-renta semma' li nbiegh ricentament minn dawk id-dixxendenti biex aktar tikkomplika l-bicca.


Statistika


Minn dawn l-istatwi nkluzi l-Assunti ta' Triq Buqana u Triq l-Imgarr li mhux fil-konfini tal-Mosta, u l-Venus ta' fuq il-mithna l-qadima, hemm 77 minnhom li qedghin f'nicec, 11 fuq mensola, 10 fuq pedestal, 23 f'forma ta' riljevi u 13 ohra li ma jaqghux taht wahda minn dawn il-kategoriji. Insibu wkoll 15-il nicca vojta li wahda minnhom m’ghandix l-apside forsi ghax kienet intenzjonata ghal xi riljev li baqa' qatt ma sar, u 3 mensoli vojta.


L-akbar koncentrazzjoni qedgha fi Triq il-Kbira n-naha tar-Rabat forsi ghax kienet il-parti l-aktar kummercjali tar-rahal sakemm infethet Triq il-Kostituzzjoni. L-eqdem insibuhom it-tnejn fi Triq Santa Margerita, it-tnejn f'forma ta' riljevi u t-tnejn tal-Ewkaristija, tas-seklu sbatax, u warajhom jigu ta' Triq Durumblat mal-hajt ta' barra li jdawwar it-Torri Cumbo tal-ewwel nofs tas-seklu 18.


Bhala titular l-aktar komuni nsibu:


Nistghu nghidu li f’rahal iddedikat lill-Assunta fost l-aktar komuni huma propji statwi taht dan it-titlu flimkien ma San Guzepp ghax mill-imsemmija 15-il statwa tal-Kuncizzjoni, 7 biss huma propja tal-Kuncizzjoni bin-nofs qamar taht saqajn il-Madonna, l-ohrajn fil-maggor parti huma tat-tip kummercjali kopji identici ta' xulxin f’daqsijiet differenti minghajr wisq valur artistiku li l-unika konnessjoni mal-Kuncizzjoni hi ghax mahduma fuq ir-riljev tal-Madonna f'dik l-imsejha 'midalja mirakoluza' xoghol l-argentier Adrienne Vachette skont il-vizjonijiet tal-Madonna li kellha Santa Katerina Laboure fis-27-Nov-1830 5:30pm. F'din il-vizjoni l-Madonna deheret b'kitba madwarha 'O Marie, concue sans péché, priez pour nous qui avons recours à Vous' li bil-Malti tigi 'O Marija, imnissla minghajr htija [... minn hawn taqa' taht it-titlu tal-Immakulata Kuncizzjoni, ghalkemm originarjament kienet imsejha Madonna tal-Grazza, bdiet taqla' l-grazzji, u laqqmuha l-'midalja mirakoluza'], itlob ghalina ahna li nirrikorru lejk'. Il-Madonna tal-Karmnu ta' Triq it-Torri kantuniera ma Triq Tonna donnu tadatta skont iz-zmien ghax f’ritratt li kont hadt taghha f’Mejju ‘19 kienet bic-cintura f’ida u l-Bambin bil-labtu u f’ritratt li hadt wara f’Gunju kienu t-tnejn bil-labtu.


Fost statwi li m'ghandnix fil-Mosta u ta' min jikkonsidra jekk jigih hsieb jaghmel wahda flok nibqghu kulhadd jirrepeti l-istess, partikolarment ghax ghandhom rabta mal-Mosta (ezempju nsibuhom mpittra f'xi titular jew marbuta ma tali post, grajja, kunvent, ecc.) huma: San Frangisk (b'xi ghasfur), Santu Rokku (bil-kelb), San Bastjan, San Mark (bl-iljun), San Leonardu (bil-ktajjen), San Korradu (fuq il-mantell jew b'xi bastun hergin il-fjuri), San Pawl Eremita (bic-cawlun u l-kisra hobz), San Kosma u Damjan, San Duminku (b'xi kelb), San Pacifiku, Santa Katerina, Madonna tal-Grazzja (bl-erwieh), il-Lunzjata, ecc. Forsi meta tqis l-intrigu u l-ispejjez zejda li ddahlek fihom il-PA (ex Mepa) ghal semplici bicca statwa, vallapena ma taghmel xejn mill-ewwel jew timxi mal-kurrent tinvestihom f'gabuba ta' flats flok toqghod thabbel rasek fuq il-patrimonju ta' rahlek.


San Guzepp ta' Triq il-Bazilika (ex Triq il-Kbira)


Ix-xebh bejn il-vara ta' San Guzepp u l-istatwa ta' San Guzepp ta' Triq il-Bazilika Mosta Ix-xebh kbir bejn San Guzepp li ngab minn Marsilja u San Guzepp ta' Triq il-Bazilika (ex Triq il-Kbira) b'mod partikulari l-pozizzjoni tal-Bambin. L-unici differenzi zghar forsi huma f'wicc San Guzepp u l-paneggi tal-libsa tieghu aktar elaborati f'tal-lemin kif jaf jaghmilhom is-Sartx.

Fit-8 ta' Dicembru 1870 festa tal-Kuncizzjoni, fiz-zmien meta l-"Knisja kienet qed tigi attakkata minn kull naha," Papa Piju IX hareg id-digriet "Quemadmodum Deus" fejn iddikjara lil San Guzepp Patrun tal-Knisja Universali wara talbiet u anki petizzjoni ghal dan minn prelati Kattolici minn madwar id-dinja, liema talba kienet regghet issemmiet fl-ewwel Koncilju Vatikan li kien tlaqqa' minnu stess bejn is-snin 1869-70. Ftit anqas minn 3 snin wara f'Awissu 1873, il-Mostin kisbu 40 jum indulgenza minghand l-Isqof Fra Gejtanu Pace Forno ghal San Guzepp tat-Targa.


Imma donnu l-inkwiet ghall-knisja ma waqafx hemm ghax il-Papa ta' warajh Ljun XIII, fid-dawl ta' generazzjonijijiet li kull ma jmur kienu tilghin nieqsa mill-morali u d-devozzjoni, u komplew l-attakki fuq il-knisja fost l-ohrajn, hareg enciklika bl-isem "Quamquam Pluries" fil-15 t'Awissu 1889, festa tal-Assunta, fejn talab l-intercessjoni ta' San Guzepp biex jghin lill-knisja f'dak iz-zmien difficli. F'inqas minn xahar wara, fl-10 ta' Settembru 1889, il-Mostin kisbu 40 jum indulgenza ohra ghal San Guzepp din id-darba ta' Triq il-Bazilika. Dan San Guzepp jinghad li hu xoghol il-Mosti Salvatore Dimech is-Sartx li miet fl-1886 ta' 82 sena u nofs (jew taf ta' 81 sena kif imnizzel fir-registru tal-mejtin ta' Hal Lija) u allura tigi li kien ga mwaqqaf fil-post minn snin qabel dan l-annu.


Id-Duluri li ngabet minn Marsilja u d-Duluri tas-Sartx fl-oratorju Mosta Id-Duluri li ngabet minn Marsilja lejn l-1891/2 li hadet post id-Duluri tas-Sartx bir-raffigurazzjoni ta' idejha originali ghall-ahhar. Din tas-Sartx spiccat sussegwentament abbandunata fil-kannierja, wisq probabli n-naha tal-lemin tal-altar fejn m'hemmx oqbra u ftit passi boghod mid-dhul ghall-kamra mlaqqma "tad-Duluri" minhabba nkwadru taghha li fiha. Fl-1968 Dun Ang Camilleri hada fil-kappella tal-Oratorju fejn qadgha sallum. Ghidli kieku ndurata tigix thabbata ma dik ta' Marsilja. In-nicca bl-istatwa tad-Duluri ta' Triq il-Bazilika Nru. 56 x'aktarx inhadmet fuq din id-Duluri tas-Sartx sakemm ma kinietx xi abbozz li hadem is-Sartx stess qabel ghamel dik tal-injam.

L-imsemmija sena 1889 donnu kienet wahda ta' abbundanza (kellek xoghlijiet tal-Inglizi fuq il-Victoria Lines bejn 1875-1899, il-fortizza tal-Mosta bejn l-1878 u c.1885, il-pont tal-hadid ta' Wied il-Ghasel fl-1896, etc., kollha taf frott iz-zieda fil-kummerc bil-ftuh tal-kanal tas-Suez fl-1869 li ghamel lill-Malta punt centrali fir-rotta tal-Inglizi ghall-Indja, l-Awstalja, etc.) ghax apparti li fiha nbniet il-lanterna, fl-istess sena ngabet il-vara ta' San Guzepp mid-ditta Galard et Fils minn Marsilja li jinghad li swiet 384 skud (€74.55). Il-bicca tahbil il-mohh gejja mill-fatt li dan is-San Guzepp franciz hu kwazi identiku ma San Guzepp tas-Sartx li jtik x'tifhem li taf inhadmu mill-istess santa / pittura jew taf hadu ritratt ta' dan it-tieni msemmi San Guzepp u baghtuh Franza biex jahdmulhom wiehed fuqu. Imma jekk dak San Guzepp tas-Sartx kellhom hekk bokka bih li ordnaw vara kopja tieghu, kif sentejn tliet snin wara thajru jibdlu d-Duluri tal-kartapesta li kien hadmilhom l-istess Sartx ghal wahda kompletament differenti mill-istess ditta? Din id-Duluri jidher li hi l-unika wahda mill-istess ditta f'Malta ghax l-4 Duluri l-ohra taghha jinsabu f'Ghawdex fejn jidher li kellha suq tajjeb hafna hemm ghax ghac-cirka 13-il statwa li ngabu Malta, ngabu cirka 25 f'Ghawdex. Kobba mhabbla ohra hi kemm fil-fatt intefqu 384 skud ghal vara ta' San Guzepp fl-1889 meta ftit aktar minn 30 sena wara fl-1922 l-Imgarrin gabu l-Assunta taghhom, l-ahhar vara mill-istess ditta, li switilhom £170 (€396 - fil-ktieb ta' Gwido Lanfranco 'L-istatwi titulari' tissemma minflok is-somma ta' Lm91) jew 5 darbiet aktar (forsi ghax kienet gholiet il-hajja wara l-ewwel gwerra dinija?). L-istess imsemmi skultur Salvatore Dimech ghall-istatwa ta' San Girgor fiz-Zejtun fl-1838 kien zamm 600 skud (€116.47).


Interessanti wkoll il-fatt li sena wara li ngabet il-vara ta' San Guzepp fil-Mosta, mill-istess ditta fl-1890 ngab San Guzepp tar-Rabat tal-Imdina. Dan kien ha post l-istawa maghrufa ta' San Guzepp ix-Xih li donnu kellhom habta johorguh fi snin ta' nixfa, fosthom wahda li tinsab dokumentata li kienu ghamlu bih it-triq kollha sal-Mosta fil-gurnata tal-Hadd tat-2 ta' Jannar 1825 fejn jissemma li: "Meta waslu l-Mosta, il-poplu kanta lill-Mulej ghal tliet darbiet l-invokazzjoni Misericordia (Salm 51?). Imbaghad, il-kapuccin patri Felicjan ghamel prietka biex iqanqal ghall-penitenza. Tant kien hemm nies b’mod li hafna kellhom joqghodu bil-wieqfa. Wara zjara lil Gesu’ Sagramentat, il-purcissjoni regghet lura lejn ir-Rabat ... Wara ftit granet, nizlet ix-xita li kienet mixtieqa. " (Sors: Arcikonfraternita ta' San Guzepp Rabat tal-Imdina).


L-Assunta ta' Pjazza Britannja


Din l-Assunta kienet originarjament fil-pjazza quddiem il-knisja fic-centru tar-rahal sakemm il-progress, jew ahjar rigress, geghla trabbi s-saqajn u spiccat mehuda f’post imwarrab bejn tliet sqaqin fi Pjazza Britannja. Almenu ma tlifnihiex darba ghal dejjem bhalma tlifna l-Assunta u San Guzepp li kien hemm fuq iz-zuntier l-antik fost hafna statwi ohra. Nemmen li rnexxielha ssalva sforz il-jiem tal-indulgenzi assocjati maghha ghax kieku zgur li kienet tispicca terrapien bhal ohrajn (ara aktar 'l isfel: Statwi li tlifna). Ghal xi zmien kienu jsibuha bhala "tas-Simmieni" ghal xi xebba u guvni mill-inhawi li kienu jiehdu hsieba biex jiddistingwuha mill-Assunta l-ohra ta' Triq it-Torri li kienu jsibuha bhala "ta' Seraqa" (ma nafx jekk hux ghax dan kien jiehu hsieba jew minhabba l-hanut). Minn ritratt li nstab dan l-ahhar fil-Gennadius Library t'Ateni l-Grecja mill-Prof. Arnold Cassola juri l-knisja ghadha qed tinbena, tidher bi zbrixx din l-istatwa, bhal donnu l-fotografu, x'aktarx Joannis Gennadius (1844-1932) diplomatiku Grieg li kien irregala l-kollezzjoni tieghu biex sussegwentament twaqqfet din il-librerija, darba gie l-Mosta biex juza din l-innovazzjoni teknologika tal-camera tar-ritratti (taf fl-1855), ma kienx kuntent jiehu ritratt tal-knisja kolossali li kienet qed tinbena f’rahal imwarrab t’erba’ min-nies kollox f’dawk iz-zminijiet, imma resaq bizzejjed lejn nofs it-triq biex setghet tigi tidher din l-istatwa fl-intier taghha. Il-contour tal-istatwa jaqbel perfettament ma din l-Assunta, bl-unika differenza qedgha fil-pedestal li flok ghaxar filati gholi bhal tallum jidher li hu biss 3, cioe l-pali tas-saqajn tal-anglu shih li hemm fil-genb ta' din l-Assunta kienu jigu gholi ta' bniedem (gholi ta' bniedem medju mehud bhala 1.77m, daqs cirka l-Assunta nfisha minghajr is-shaba u l-angli).


Ritratt antik tar-Rotunda l-Mosta u kif inhi llum


Jekk wiehed ikejjel f’pixels l-gholi tat-tielet kolonna tal-portiku, tal-gallarija tal-injam mad-dar tat-tabib Danjeli, u tal-imsemmija statwa, u jqabbilhom mal-qisien attwali taghhom f’centimetri / piedi, cioe t-tielet kolonna bil-bazi u kapitell b’kollox ta' 39 pied fir-ritratt giet 123 pixels gholja, il-genb tal-gallarija sat-tinda taghha fuqnett ta' 273cm (10 filati) giet 40 pixels gholja, u l-istatwa tal-Assunta mill-bazi fejn jibdew l-Angli sa rasa li hi cirka 215.68cm giet 28 pixels gholja, isib fejn setghet kienet din l-Assunta fil-pjazza, cioe fejn jispicca l-line l-isfar fil-mappa t’hawn taht. Il-pozizzjoni hi approssimattiva ghall-ahhar ghax varjazzjoni ta' pixel tpoggi l-istawa xi 2 metri jew aktar ‘l boghod minn fejn hi ndikata fil-mappa. Madanakollu hi pozizzjoni li taghmel hafna sens ghax jekk tikkunsidra li fejn illum tibda Triq il-Kungress Ewkaristiku kien mibni u tiehu linja fittizja tan-naha l-ohra tat-triq minn Triq il-Kbira n-naha tar-Rabat ghal dik in-naha tan-Naxxar, din l-istatwa tigi li kienet tahbat ezatt f'nofs ta' triq, l-istess bhal pedestal bl-iljun in-naha l-ohra tal-pjazza u bhal simetrikament mieghu. Jekk hu hekk tigi li kienet bi dritt il-5 kolonna tal-Portiku u zmien qabel bi dritt il-kantuniera tal-lemin tal-faccata tal-knisja l-qadima. Il-fotografu kien x'imkien fejn illum hemm id-dar li kienet ta' Badandu (Villa Dimech, Nru. 47) fejn ir-ritratt t'hawn fuq mehud mill-post imsemmi jaqbel mar-ritratt l-antik (il-kantuniera li nbniet flok id-dar ta' Danjeli nbniet ghola ghax dahhal 3 sulari u ghalhekk ma gietx livell tal-kapitell tal-kolonna). Biex sibt il-pozizzjoni tal-fotografu hadt id-distanza mit-tielet kolonna tal-Portiku sal-genb tal-lemin tal-gallarija ta' Danjeli, immarkata bil-line ahdar, bhala 50m (ghandhekk cirka 45m sal-kantuniera, assumejt 2.5m ohra minn fejn tibda l-gallarija, u zidt 2.5m ohra l-wisa' tipiku ta' gallarija tal-injam).


Mappa ta' statwa Assunta fil-pjazza tal-Mosta flok fi Triq Brittanja


Fl-2008 il-kazin Santa Marija kienu tal-hsieb li jwaqqfu statwa tal-Assunta fil-pjazza f’gheluq l-400 sena tal-Mosta parrocca izda minhabba ssoltu dizgwid spicca baqa’ ma sar xejn (l-istatwa saret imma baqghet qatt ma tpoggiet fil-post, ghamlu zmien jarmawa fil-gallarija tal-kazin). Taf hu possibli li titpogga ezatt f'dan il-post originali taghha minghajr ma tkun ta' ostaklu ghat-traffiku waqt li s-salib tad-dejma propost mill-Kazin Nicolo Isouard fl-istess zmien jista' jsir aktar lejn ix-xellug u forsi flimkien mal-iljun jigu simetrikament boghod minn xulxin. Ghall-plancier tal-banda forsi wiehed jikkonsidra dik il-pjazzetta fuq ix-xellug taz-zuntier fejn kien hemm il-kanun, u anki jekk mhux possibli, ghandna minhabba xi haga li tintrama' ghall-gimgha tal-festa niccahdu minn 3 tifkiriet tal-pjazza tal-imghoddi li nistghu ngawdu s-sena kollha?


L-Assunta ta' Triq Buqana – HIC EST TERRA MUSTA


L-Assunta ta' Buqana limiti tar-Rabat L-Assunta ta' Buqana li ntenzjonalment ghamluha thares lejn l-Imdina. L-unika bieb li hemm fil-kamra jaghti ghall-ghalqa, u ma kelliex wiehed taht in-nicca ghal kumdita ta' xi hadd li gej mir-Rabat, dahal fil-kamra, u mill-kamra fl-ghalqa (hudha fl-ambitu li sa ftit snin ilu t-triq kienet tghaddi minn quddiem in-nicca flok minn diversi metri warajha). L-ghalqa mdaqqsa ta' mal-kamra maz-zmien spiccat maghrufa bhala "Tal-Madonna," illum maqsuma f'bicctejn tort din id-devjazzjoni fit-toroq. Minhabba z-zewg toroq biswit din l-ghalqa, l-Kavallieri kellhom jghaddu l-Aqueduct ta' Wignacourt ftit passi aktar 'l fuq biex jaqsam triq wahda flok tnejn (taf minn xi mina taht it-triq). It-tabella mal-kamra fuq lemin kienet tindika d-direzzjoni lejn 'Crafts Village Ta' Qali.'

L-Assunta ta' Buqana kienet ghal diversi snin erronjament mehuda minn generazzjonijiet shah ta' Mostin bhala l-limiti tar-rahal ghalkemm fil-fatt qatt ma kienet taghmel parti mil-konfini tal-Mosta. Sa ftit tas-snin ilu (xi zmien lejn 2004 jew ftit wara) it-triq originali gejja mill-Mosta minn Durumblat kienet tghaddi minn quddiem din il-kamra li fuqha hemm din l-istatwa sakemm l-awtoritajiet b’daqqa ta' pinna kkancellaw sekli shah ta' storja u dawru t-toroq ghal kif qedghin illum. Din l-Assunta ilha ghal aktar minn 200 sena tilqa’ lil kull min ikun gej min-naha tar-Rabat lejn ir-“rahal tal-Assunta,” il-Mosta, qisu bl-istess skop tat-tabelli li llum naraw f’tarf l-irhula bil-kliem bhal “Merhba Mosta.” Ghandha l-lapida li mill-kliem kwazi ndecifrabbli taghha tohrog id-data tat-2 ta' Jannar 1792 meta l-Isqof Labini ta 40 jum indulgenza lil kull min jghid Sliema quddiema. Inzerta li f’dan iz-zmien kellna bhala Kappillan lir-Rabti Dun Salv Saver Bonnici (il-Kappillan ta' qabel ta' qabel Dun Felic Calleja) li fi kwazi 23 sena li dam imexxi lir-rahal (mit-30 ta' Mejju 1771 sa ma miet fis-16 ta' Jannar 1794), donnu spicca sar Mosti aktar mill-istess Mostin u b’sahhtu kollha ggieled biex ikabbar il-konfini ngusti tar-rahal, fejn addirittura spicca jiggieled kontra rahlu stess ir-Rabat u dan meta fil-Mosta diga kellna 5 Kappillani Mostin li hadd minnhom ma qatt habbel rasu fuq din l-ingustizzja hekk kbira li ilha gejja mit-twaqqif tar-rahal propju fl-1608.


Donnu darba ma rnexxielhomx jilhqu l-ghan taghhom, dawk l-Ultra Nazzjonalisti (jew forsi ahjar Rahalisti) Mostin waqqfu propju din l-Assunta f’dan il-post bhala sfida ghal dak li ma rnexxielhomx jakkwistaw legalment fuq il-karta. Hi l-akbar monument u s-simbolu assolut ta' kull zmien tal-Irridentizmu u l-Patrijottizmu Mosti tal-antenati taghna ta' aktar minn mitejn sena ilu, fejn fiz-zmien meta fil-Mosta tista' tghid ma kien hemm xejn x’jigbdek lejh hlief il-meravilja ta' kampanja mdawwar kollu kemm hu b'ghelieqi u raba’, kienu minkejja dan kburin xorta wahda b’rahalhom u b’gheruqhom u b’dak kollu li hu u suppost hu Mosti. Wiehed jista' biss jimmagina x-xena, dak l-isforz kollettiv ta' corma rgiel mir-rahal, taf wara gurnata xoghol jew fil-jum tal-Hadd u mqanqla mill-istess Kappillan, tilghin flimkien bil-karrettuni u l-vjaggi tal-gebel u l-imtieraq u z-zpapen, sempliciment biex iwaqqfu din l-Assunta simbolu ta' rahalhom purament bhala sfida flok baxxew rashom ghad-decizjoni tal-Awtoritajiet. Kienet ir-risposta lill-Awtoritajiet li ghalihom il-Mosta tibda minn hemm – HIC EST TERRA MUSTA – "Aunic il-Musta." Imma mhux biss, ghax biex tkun kompluta f'kollox gabulha l-Indulgenzi biex igeghlu lil dak li jkun jieqaf jghid Ave Maria quddiema: jaghmlu din l-Assunta patruna ta' rahalhom post ta' kult ta' qima, u bhal donnu biex tigbed aktar l-ghajn u devozzjoni lejha u fuq kollox tkun punt ta' riferenza.


L-Assunta ta' Buqana limiti tar-Rabat fl-2004 Mappa mill-Mapserver tal-PA tal-2004 turi kif kienet originarjament l-ghalqa bicca wahda u kif sussegwentament dawru t-toroq. Il-vlegga s-safra fuq tindika d-dhul originali ghall-ghalqa u l-vlegga hadra isfel il-kamra fejn hemm in-nicca.

Il-mistoqsija hi 'l ghaliex ma waqqfux minflok statwa akbar u aktar imponenti fuq pedestal jew f'nicca akbar bhal dik lil nsibu fi Triq tal-Barrani Hal Tarxien fost hafna ohrajn fi rhula ohra, u kienu jiffrankaw l-ispejjez u l-intrigu li jibnu kamra b'hitan dobblu kompluta bil-kileb, travu tal-injam (il-pastaz), xorok u deffun ghall-bejt. Jista' jkun li evitaw statwa akbar ghax fiha ntrigu akbar biex timmanuvraha u kienu jidhlu fi spejjez mod iehor, apparti li statwa akbar u aktar imponenti taghmilha f'rahlek mhux ghand il-garr; f'territorju ta' haddiehor taghmel statwa nicca zghira kemm twassal il-messagg u jmorru jixxejru. Forsi kien parti mill-ftehim ma sid l-ghalqa biex ihallihom jaghmluha fil-post jew jista' jkun li sid l-ghalqa jew ghand minn kienet imqabbla offra li jhallas hu l-ispejjez tal-kamra. Jista' jkun ukoll li l-kamra kienet hemm minn qabel u huma sempliciment inkorporaw in-nicca ma li kien hemm. Imma jekk kien hekk kif sehlet inbniet fil-punt estrem tal-ghalqa (flok fid-dhul tal-ghalqa fejn hu llum fuq Triq Buqana) u darba taghmilha tmiss mat-triq minn zewg faccati ma taghmilx almenu bieb wiehed ghat-triq, tishel tkun ix-xita jkollok tghaddi minn got-tajn sakemm tasal ghall-kenn tal-kamra? Itik x'tifhem li l-kamra, ghax mhix prattika, kellha biss skop sekondarju, intenzjonata biss ghall-iskop ewlieni li kienet in-nicca li riedu jwaqqfu fuqha. Dan itik x'tifhem ukoll ta' xi haga li saret fi sforz kollettiv flok sforz ta' xi fanatiku Mosti li seta' ha l-inizjattiva wahdu.


L-Assunta ta' Buqana limiti tar-Rabat Fuq ix-xellug tidher in-nicca bl-istatwa tal-Madonna ta' Loretu fil-Gudja, alternattiva kif l-Assunta ta' Buqana setghet saret minflok u kienu jevitaw li jibnu l-kamra sakemm din ma kienetx diga fil-post u sempliciment ghamlu n-nicca fuqha. Fuq il-lemin ritratt mehud fl-4 t'Awissu 2003 minn membru tal-grupp tan-Nicec u Statwi meta l-istatwa kienet ittiehdet ghar-restawr / biex issir kopja u minflok kienu ghamlu statwa temporanja nahseb tal-Kuncizzjoni.

Wiehed jistaqsi 'l ghaliex ma waqqfux wahda simili n-naha tan-Naxxar li maghhom ukoll kellhom kwistjoni fuq il-konfini. Jista' jkun li wahhlu fis-sede Katidrali tal-Imdina ghat-telf tal-kawza u / jew taf ghazlu li ahjar jiffokaw il ftit rizorsi li kellhom in-naha fejn l-aktar li kellhom pretensjoni ta' territorju li f'ghajnejhom kien Mosti milli n-naha tal-Matrici li maghhom kienu bil-wisq aktar impikati u taf minhabba f'hekk nicca minnhom fuq din ix-xaqliba ma kienx ikollha hajja twila (sakemm ma jgibulix l-indulgenzi wkoll u dak li jkun jevita li jaghmillha hsara). Wiehed jistaqsi wkoll kif grajja bhal din setghet intesiet ghal kollox, cioe kif ir-rakkonti bhal Eremita ta' Wied il-Ghasel (li jinghad li kien San Korradu ta' Piacenza li ghex bejn l-1284/1290 u miet fid-19 ta' Frar 1351 u kien harab mill-ghar wara li ghamlu ghalih, grew warajh u garawlu xebgha gebel xi raghajja Mostin), l-Gharusa tal-Mosta (li nhatfet ma hafna Mostin ohra, xi 400, fis-sakkeg li sar fosthom fil-Mosta minn Rajjes Sinen fl-1526) u t-tfajla tal-Isperanza li salvat bi zbrixx mit-Torok (xi zmien qabel l-1757 meta beda l-gbir ghall-bini tal-Kappella) waslu sa zmienna imma din ta' Buqana ftit aktar ricenti (1792 jew ftit qabel) ma jissemma xejn imkien fuqha. Darba xi haga ma tinkitibx, semplici ghajdut m'ghandhomx hajja twila u taf imutu ma generazzjoni wahda jew tnejn bhalma gara fil-kaz tal-Assunta ta' Pjazza Britannja li ftit jekk kien hawn min jaf li fil-fatt kienet originarjament fil-pjazza quddiem il-knisja (kien Dun Salv Magro li fl-1987 kiteb f'Il-Mosta li taf kienet hemm skont wiehed li kien jiehu hsieba). L-unika tifkira li fadal hi li meta ssaqsi x-xjuh Mostin tghidilhom sa fejn tasal il-Mosta kollha jghidulek innocentament li "san-nicca ta' Buqana." Bhalma l-qasba ma ccaqcaqx ghalxejn, minn x'imkien gejja din "l-illuzjoni" li xi hadd dahhlihom erronjament f'mohhom. Kieku fil-post kien hemm biss semplici ghalqa jew kamra f'ghalqa ma kienx ikun hemm x'jiddistingwiha minn postijiet ohra izda bis-sahha tan-nicca li waqqfu, ghamlu dan il-post punt ta' riferenza kif semmejt qabel, cioe post fejn wiehed seta' facilment jirreferi ghalih bit-tali nicca li m'hemmx ohrajn bhala fl-inhawi u jinftiehem, milli kieku kellu jirreferi ghal-ghalqa tat-tali ndividwu li bhala hemm kemm trid.


Ta' min isemmi wkoll li propju ftit snin wara, propju fis-17 ta' Jannar 1799, mit-43 Malti xkubetjati mill-Francizi fosthom Dun Mikiel Xerri, kien hemm 16 jew aktar minn terz (37.2%) tal-vittmi li kienu Mostin, bil-Mosta tkun ir-rahal li bil-bosta l-aktar li hallset prezz qares (jekk niehdu li fl-1797 il-Mosta kienet tghodd 2,593 ruh jew biss 3.18% tal-popolazzjoni ta' Malta ta' 81,425 ruh, tigi li spiccat hallset prezz 10 darbiet u aktar minn sehma). Punt interessanti johrog meta tikkompara d-data tal-indulgenza ta' din in-nicca, it-2 ta' Jannar 1792, u din id-data tas-17 ta' Jannar 1799, meta dawn il-Mostin flimkien ma Maltin ohra gew xkubettjati, fejn issib li hemm differenza ta' 15 fil-gurnata tax-xahar, u ta' 7 snin fl-annu, bin-numri kemm 15 (il-gurnata tal-Assunta) u kemm 7 (fil-Genesi meta Alla strieh, 7 kelmiet li lissen Kristu fuq is-salib, ecc.) ghandhom sinifikat partikolari fil-Knisja Kattolika. Ukoll, jekk qalbiena Mostin bhal dawn kienu lesti jillargaw minn xogholhom biex volontarjament u minn jeddhom imorru jissograw hajjithom jiggieldu ghal pajjizhom (propja ghall-Belt u jidhirli l-Cottonera, ghax il-Mosta u l-kumplament ta' Malta kienu ilhom li helsu minn taht il-madmad tal-Francizi), ahseb u ara x'kienu lesti jaghmlu ghall-imhabba ta' rahalhom, hekk li nhossni konvint li minn dawk is-16 il-vittma Mostin, il-maggor parti minnhom kienu nvoluti wkoll f'din l-intrapriza unika ta' l-Assunta ta' Buqana. Dawn il-patrijotti u eroj Mostin li b'ghemilhom kisbu l-immortalita (x'jiswa' li darba tmut, ismek imut mieghek) hekk li isimhom jibqa' mnaqqax fl-istorja ta' gensna, sfortunatament jinsabu midfuna mal-ohrajn il-Furjana 'l boghod minn nieshom, mill-antenati u fuq kollox mill-ghaziz rahalhom, u huma f'ordni alfabetika:

  1. Aquilina Salvu, hu Marija;
  2. Bezzina Indri, mizzewweg lil Grazzja;
  3. Borg Frangisk, iben Isabella;
  4. Camilleri Guzeppi, iben Pulkerja;
  5. Chetcuti Frangisk, missier Ganni;
  6. Fenech Frangisk, missier Frangisk;
  7. Fenech Xmun, iben Ganni;
  8. Galea Dumink, mizzewweg lil Grezz;
  9. Galea Guzeppi, mizzewweg lil Battistina;
  10. Galea Ganni (hu l-imsemmi Guzeppi);
  11. Galea Indri, iben Grezzja;
  12. Galea Pawlu, mizzewweg lil Ewgenja;
  13. Pisani Frangisk, hu Grezzja;
  14. Said Ganni, mizzewweg lil Liberata;
  15. Xerri Frangisk, mizzewweg lil Grezzja;
  16. Xiberras Guzeppi, hu Salvu.

Il-kwistjoni fuq il-konfini tal-Mosta kif inqatghet fl-1788 Il-"pjanta ideali" fosthom ghall-konfini tal-Mosta (isfar skur) f'kawza li kien fetah il-Kappillan tal-Mosta Salv Saver Bonnici biex ikabbarhom, liema kawza inqatghet fl-1788, bil-Mosta tidher hekk vilment minuskola ngustament marsusa bejn zewg rghiba ta' gganti r-Rabat / Mdina (blu) u n-Naxxar (ahmar). Ta' min jinnota kif l-Imdina tidhol sahansitra qisa difer f'dik il-parti bejn il-Mosta u n-Naxxar fejn hemm il-kappella ta' Santa Marija taz-Zejfi biex il-Mosta tigi ma tasalx aktar mill-Wied il-Qlejja / Ghasel.

Ftit qabel semmejt il-purcissjoni bl-istatwa ta' San Guzepp ix-Xih tar-Rabat li saret sal-Mosta nhar il-Hadd 2 ta' Jannar 1825 u li kienet tahbat ezatt 33 sena (kemm jinghad kellu Kristu meta miet?) mindu din l-Assunta ta' Buqana kienu nhargula l-indulgenzi fit-2 ta' Jannar 1792. Zgur li din il-purcissjoni ghaddiet minn quddiema u kif kienu ghoddom f'nofs triq nahseb li jekk hadu pawza din kellha tkun propju quddiema. Taf kien il-vera kommoventi dak il-mument meta l-istatwa ta' San Guzepp patrun tar-Rabtin (ma San Pawl?) u din l-Assunta patruna tal-Mostin iffacjaw lil xulxin fost it-talb tal-migghema ghal dik ix-xita tant mixtieqa. Tghid id-dati u n-numri huma semplici koincidenza? Jgeghlek tistaqsi jekk hemmx xi haga aktar f'din l-Assunta, aktar minn semplici gebla skolpita go bicca nicca mwarrba, ghax sehel ukoll li propju f'gheluq il-150 sena anniversarju mill-annu tal-indulgenza taghha kellu jsir l-akbar miraklu fil-Mosta: il-miraklu tal-bomba fl-eqqel tal-gwerra fis-sena 1942. Bhal donnu riedet tikkumpensa lir-rahal li niesu, wara li tant snin qabel kienu tilfu l-kawza biex ikabbru l-konfini tieghu, flok cahduha u baghtuha tixxejjer kif kont naghmel jien l-ewwel wiehed, minflok ghazlu li jwaqqfuha fil-post kburin biha xorta wahda bhala l-patruna ta' rahalhom u bhala xhieda tal-fidi ghamja li kellhom fiha. Tghid d-dati xi semplici koincidenza ohra? Huma affarijiet hekk inspjegabbli li fl-ahhar mill-ahhar taf anki l-akbar ateju jkollu jbaxxi rasu u jammetti bhal l-akbar tellief li f'din ir-religjon forsi apparentament hekk suwicida (ibqa' ahfer ghal 77 darba - Mattew Kap 18, versi 21, 22) u fid-dawl ta' tant ingustizzji fid-dinja u madwarna fejn donnu itik x'tifhem li Alla ma jismghax talbna, jibqa' passiv, darba tifhem kif jahdem dan Alla, hi storja kompletament differenti - Alla jkun qed jara kollox, imma jistenna sa ma tasal dik il-gurnata li jghid "issapportejt bizzejjed, illum nintervjeni."


Dawn t'hawn taht xi ritratti li kont hadt xi zmien ilu tal-Assunta ta' Buqana u l-kamra


Nicca ta' Buqana qabel ir-restawrIn-nicca ta' Buqana bl-istatwa tal-Assunta, il-patruna tar-rahal.
Kamra li fuqha hemm in-nicca ta' Buqana qabel ir-restawrRitratt minn quddiem tal-kamra
Kamra li fuqha hemm in-nicca ta' Buqana qabel ir-restawrRitratt iehor tal-kamra mgenneb minn quddiem.
Kamra li fuqha hemm in-nicca ta' BuqanaRitratt iehor tal-kamra mgenneb minn wara.
Kamra li fuqha hemm in-nicca ta' BuqanaId-dhul ghall-kamra, bil-blata tal-bieb nieqsa ghax kienet insterqet.
Kamra li fuqha hemm in-nicca ta' BuqanaIl-parti ta' wara tal-kamra minn gewwa. Fuq tidher it-toqba ghat-travu l-pastaz.
Kamra li fuqha hemm in-nicca ta' BuqanaIl-parti ta' quddiem tal-kamra minn gewwa. Tidher it-toqba l-ohra ghat-travu l-pastaz.
Kamra li fuqha hemm in-nicca ta' BuqanaIl-kamra minn gewwa l-parti ta' fejn il-bieb, b'dawk it-toqob nahseb ghal biex ibidu t-tigieg fihom.
Kamra li fuqha hemm in-nicca ta' BuqanaRitratt aktar mill-qrib ta' dawk l-4 toqob kwazi jmissu mal-art, b'wahda minnhom tinfed ghall-barra.

Minn post fuq facebook issemma li fuq dik il-blata tal-bieb, li llum tinsab nieqsa, kien hemm imnizzel skrizzjoni bil-Franciz "17 Decembre 1799". Din id-data tahbat ezatt 11-il xahar mindu dawk l-43 Malti fosthom Dun Mikiel Xerri u 16-il Mosti gew iffucillati mill-Francizi. Tghid bhalma kienu bdew is-sena b'disgrazzja f'Jannar 17, riedu jispiccaw is-sena f'Dicembru 17 b'tifkira ghat-telfa taghhom, propju gimgha qabel il-festa tal-Milied li b'dieqa kienu se jiccelebraw fin-nuqqas taghhom? Forsi kienet xi tifkira ta' xi purcissjoni li saret mir-rahal f'dik il-gurnata mill-Kappillan Dun Felic Calleja in memoria ta' dawn il-martri Mostin, in memoria tas-sehem taghhom biex twaqqfet din in-nicca? Din in-nicca u l-kamra kien hemm il-hsieb li jigu restawrati fl-2014 u anki kienet saret applikazzjoni PA/00568/14 quddiem il-PA. Imma jidher li dakinhar kienu qalulhom li l-art fejn qedgha hi propjeta privata u kellhom jikkancellaw kollox. Qisu qed tghid ikolli xi dar b'arma mponenti ta' xi Granmastru mal-faccata dejjem titmermer u niezla bicciet u jigu jitnejku minn dan il-patrimonju biex darba dan jintilef ghal kollox u ma jkun fadal xejn x'jigi salvat, inkun nista' nwaqqa' l-binja u ntella blokka bini bil-gabubi ta' flatsijiet. Ara meta saret id-devjazzjoni fit-toroq snin qabel (li biha apparti li kkancellaw parti mill-istorja, tellfu lil din in-nicca parti mis-sinifikat taghha) u meta twessghet l-istess triq, ghal dan ma kienx hemm problemi li semplici telefonata twaqqafhom milli jkomplu bix-xoghlijiet u jghaddulu bir-romblu tal-asphalt minn go nofs l-ghalqa. Huda wkoll fl-ambitu ta' diversi nicec li gew restawrati matul iz-zmien mill-Kunsilli u immagina jghidulek li tali nicca kellhom ihalluha tintilef ghax sid id-dar giehom bi skuza hekk banali li hemm propjeta privata tieghu. Issa ghal giehna dawn mhux semplici Kunsilli fil-maggor parti jkunu ffurmati minn erba' dilettanti, imma kienu esperti tar-Rehabilitation Projects Office biex tkun aktar vili.


Kif jidher f'dan il-video mill-program Malta u Lill Hinn Minnha li ntwera fuq TVM fid-9 t'April 2023 (kumbinazzjoni fil-gurnata tal-Ghid u fil-81 anniversarju mill-miraklu tal-bomba) jidher li sa fl-ahhar l-awtoritajiet iccaqalqu u sar ir-restawr li kien hemm bzonn, bil-kamra fejn tinsab in-nicca sa nbnielha s-saqaf taghha bix-xorok komplut bit-travu maghruf bhala l-pastaz kif kienet originarjament, u anki bil-bejt miksi l-antika bid-deffun, bicca xoghol ta' veru u tant mistennija li jisthoqqilha kull tifhir.


Fuq nota personali, mis-serje ta' klieb u qtates msallba (li kont insib mejtin jien u naqdef bir-rota mir-rahal sa Delimara u lura) li kont dendilt fil-Mosta, kont dendilt fost l-ohrajn wiehed mal-imsemmi San Guzepp, tnejn mar-rixtellu / fanal tal-imsemmija aktar qabel l-Assunta ta' Pjazza Britannja (wiehed minnhom kien intenzjonat ghal mal-fanal ta' San Tumas ta' Villa Gollcher, villa li x’aktarx iddisinja propju Grognet ghat-tabib Tumas Chetcuti), kelli fil-hsieb indendel iehor ma speci ta' wire li jaqsam Triq ir-Rebbiegha ma Triq il-Kullegg fi Frar imma mhux fis-16, u xi tnejn ma din l-Assunta ta' Triq Buqana fuq il-hajt ta' barra li jaghti ghat-triq forsi fis-16 ta' Settembru fl-anniversarju tat-twaqqif tar-rahal u b’tifkira ta' dawk l-antenati Mostin li ghall-imhabba ta' rahalhom aktar minn zewg sekli qabel kienu sfidaw l-awtoritajiet b’dan il-gest daqstant iehor uniku u originali taghhom, … imma d-destin ried mod iehor.


L-Indulgenzi


Mil fost il hafna statwi li nsibu fil-Mosta, 27 minnhom, jew 29 jekk nghoddu l-Assunta ta' Triq Buqana limiti tar-Rabat u l-Assunta ta' Triq Sir Temi Zammit (it-triq li tiehdok l-Imgarr) limiti ta' San Pawl il-Bahar, ghandhom l-indulgenzi assocjati maghhom. Minn total ta' 134 statwa (eskluza l-Venus) dawn jammontaw ghal 21.64%, qisu ghal kull 5 statwi/riljevi, wahda minnhom se ssibha bl-indulgenzi. Skont kif kienu jifhmuha (u nahseb li sa certu punt il-knisja ghadha timxi fuq l-istess twemmin), darba tmut, il-Hallieq kien jaghmillek il-kont ta' kollox u skont id-dnubiet li tkun ghamilt fuq din l-art u li ma tkunx ilhaqt hallast ghalihom sakemm kont ghadek haj (permezz tal-qrar u l-assoluzzjoni li tintalab taghmel, bil-grizma tal-morda, ecc.) kien itik tant jiem li ridt tghaddi l-Purgatorju sakemm sa fl-ahhar tigi accettat il-genna. Dawn l-istatwi bl-indulgenzi kienu jiffrankawlek propju minn dawn il-jiem li kieku kien ikollok tghaddi fil-Purgatorju wara mewtek. Stajt tghid it-talba kemm ghalik personali jew b’suffragju ghal xi hadd mejjet. Naturalment jekk wiehed ikun mar l-infern, m’hemmx x’taghmel ghax dawn l-indulgenzi ma japplikawx, jghoddu biss ghal dawk li spiccaw il-Purgatorju, bejn il-Genna, u l-Infern fejn suppost tintefa' tinkalja go "forga tan-nar fejn hemm il-biki u t-thezziz tas-snien" (Vangelu ta' San Mattew, Kapitlu 13, Vers 42 - mittent eos in caminum ignis ibi erit fletus et stridor dentium - ibqa' cert li jekk veru jezisti l-Infern, Alla halqu zgur mhux ghaz-zghir il-bniedem komuni imma ghal dawk l-oqbra mbajda li jilghabuha tal-qaddisin imma jibqghu siekta quddiem l-ingustizzji u 'n partikulari ghal dawk li dejjem pronti biex jikkundannaw lil haddiehor [Magistrati, Imhallfin, Psikjatri, Professuri tal-habba gozz, media, etc.], jaraw il-farka daqs nitfa f'ghajnejk imma mhux it-travu daqs dinja f'ghajnejhom - mill-istess Vangelu ta' San Mattew, Kap 7, Vers 3 - quid autem vides festucam in oculo fratris tui et trabem in oculo tuo non vides). L-awtoritajiet tal-knisja gieli taw ukoll l-indulgenzi fosthom meta tkun inghatat xi ghotja ta' flus ghall-karita jew biex ikun jista' jinbena xi kunvent jew xi maqdes sagru. Fosthom jinghad li kienu nghataw l-indulgenzi lil dawk li hadmu fil-Hdud u l-festi b'xejn fil-bini tar-Rotunda waqt li l-Isqof Vincenzo Labini fil-vizta pastorali tat-22 ta' Mejju 1783 gewwa l-Mosta kien ta 40 jum indulgenza (u l-istess ghamel fi rhula ohra, nassumi fl-okkazjoni tal-1750 anniversarju mil-passjoni ta' Kristu) lil kull min jghid 5 Missierna, Sliema u Glorja mad-daqq tal-qniepen siegha wara li tkun nizlet ix-xemx bhal nhar ta' Hamis b'tifkira tat-twaqqif tas-sagrament tal-Ewkaristija (minn Kristu f'Hamis ix-Xirka, kienu jsibuha bhala "Tal-Hamis") u htieglu jghid 5 ohra bhal nhar ta' Gimgha fit-3 ta' wara nofsinhar b'tifkira tal-Passjoni ta' Kristu.


Minn dawn it-29 statwa, 6 huma tal-Assunta (minn 14 tal-Assunta), 5 huma tal-Madonna tal-Karmnu (minn 9 tal-Karmnu), u 5 ta' San Guzepp (minn 14 Guzeppini) li flimkien dawn it-3 titulari jammontaw ghal 55.2%, aktar min-nofs, tal-istatwi bl-Indulgenzi fil-Mosta (l-ohrajn bl-indulgenzi nsibuhom taht titli ohra, cioe Kristu Salvatur [2], Qalb ta' Gesu [2], Duluri[3], Madonna tar-Ruzarju [2], Madonna tal-Isperanza [2], Kuncizzjoni [1], San Pawl [1], San Angeliku Martri [1]). Il-jiem tal-indulgenzi jvarjaw minn 40 jum (18-il wahda jew 62.1%), 100 jum (8) u l-aktar 300 jum (3), kwazi sena neqsin xahrejn. L-eqdem (dawk qabel cirka 1904) ghandhom 40 jum, u aktar ma jghaddi z-zmien aktar il-perjodu beda jizdied, fosthom kien l-istess Isqof Pietru Pace (1889-1914) li beda bl-40 jum indulgenza (taf kienet ilha gejja minn Papa Innocenzju III li fl-1215 kien ghamel limitu ta' 100 jum indulgenza f'kaz ta' konsagrazzjoni ta' knisja u ta' 40 jum ghall-kazijiet ohra) u spicca jaghti 100 jum (Papa Piju X fit-28 t'Awissu 1903 kien ta s-seta' lill-Kardinali li jaghtu 200 jum indulgenza, lill-Arcisqfijiet 100 jum u lill-Isqfijiet 50 jum) kif komplew ta' warajh, u x’aktarx dawk ta' 300 jum huma ta' wara l-gwerra ta' zmien Gonzi li fi zmienu fl-1 ta’ Jannar tal-1944 l-Isqof ta' Malta gie promoss ghall-Arcisqof (mill-1797 l-Isqof ta' Malta kien sempliciment Arcisqof Titulari ta' Rodi apparti Isqof ta' Malta, ara aktar 'l isfel).


Fuq id-digriet tal-Indulgenzi tal-Assunta ta' Pjazza Britannja li nhareg fl-1801 ma nafx hemmx xi konnessjoni imma f'dik is-sena l-festa sehlet giet is-Sibt u d-digriet inhareg f'gheluq it-tmint'ijiem il-Hadd it-23 t'Awissu, l-ghada li fiha l-knisja ticcelebra l-festa ta' Marija Regina (gimgha fuq Santa Marija / l-Assunta, fi zmienna jew taf minn dejjem tiddahhal Santa Marija lura fin-nicca), li jaghmlu l-UNIKU digriet minn dawk datati bil-gurnata u x-xahar b'kollox fil-Mosta, u taf f'Malta, li nhareg f'gurnata ta' btala tal-Hadd, l-ohrajn kollha nhargu fost il-gimgha bl-eccezjoni ta' wiehed li nhareg is-Sibt, gurnata xoghol normali fl-antik. Inzerta li fil-15 ta' Lulju 1801 (lejliet il-festa tal-Madonna tal-Karmnu) kien iffirmat il-Concordat bejn Papa Piju VII u Napuljun bhala rikonciljazzjoni bejn ir-rivoluzzjonarji u l-Kattolici u li bih il-knisja Kattolika fi Franza regghet kisbet parti kbira mill-istatus civili li kienet tgawdi qabel ir-rivoluzzjoni fejn jista' jkun li minhabba d-data tal-15 u ghax sehel habat xahar ezatt qabel il-festa, gie nterpretat bhala frott l-intercessjoni u l-kobor tal-Assunta. Ta' min isemmi wkoll li propju madwar sena qabel, fil-5 ta' Settembru 1800, il-Francizi, li fosthom serqu kemm felhu knejjes, kienu cedew Malta, li jahbat 3 ijiem qabel il-festa ta' twelidha. Il-Madonna kienet diga assocjata mat-tmiem tal-Assedju mit-Torok tal-1565, forsi ma dan il-helsien mill-Francizi fl-1800 (u sussegwentament ukoll mal-Konvoj ta' Santa Marija fl-1942), u forsi ma l-imsemmi Concordat fl-1801, u allura ta' minn l-Isqof jaghmel eccezzjoni quddiem din il-benevolenza. Imma l-mistoqsija tibqa' 'l ghaliex kellu jaghmilha propju ma statwa f'rahal zghir u nsinifikanti dak iz-zmien tal-Mosta? Nemmen li t-tragedja hekk kbira li kien ghadu kif ghadda minnha rahalna bl-iffucillazjoni ta' dawk is-16-il Mosti mill-Francizi (minn fost 43 Malti) fis-17-Jan-1799, messet il-qlub ta' kulhadd fosthom tal-Isqof Labini nnifsu, hekk li darba inhlisna minnhom, hass li kellu jaghmel eccezzjoni johrog id-digriet propju fil-gurnata tal-Hadd qisu biex juri r-rikonoxximent u l-apprezzament tieghu ghal rahal uniku f'luttu kbir, jibki l-gest u s-sagrificcju hekk nobbli tal-imsejkna vittmi tieghu u l-familji li hallew warajhom. Tigi li dawk is-16-il vittma Mosti baqghu jrendu ghal rahalhom anki wara mewthom - immortali fil-veru sens tal-kelma u ghalhekk nemmen li isimhom bix-xieraq jitnizzel ma xi lapida biswit din l-Assunta ta' Pjazza Britannja jew dik ta' Buqana, frott id-demm li carcru u frott xogholhom rispettivament, flok f'roundabout inaccessibli flimkien ma vittmi tal-gwerra li m'ghamlu xejn t'erojku ghal rahalhom (qisu qed tghid li fil-qiegha tar-Rotunda, flimkien ma Grognet u Mastr'Ang, dfint lil Marinton minn qiegh Wied Qannota l-Bidnija). Ta' min isemmi wkoll kif f'gheluq it-72 anniversarju tal-qtil tal-imsemmija Mostin u l-Maltin mill-Francizi, fl-17-Jan-1871, kienet dehret il-Madonna fir-rahal ta' Pontmain fi Franza li sehlet giet imlaqqma l-Madonna tat-Tama (bhal m'ghandna fil-Mosta l-Madonna tal-Isperanza / Tama), u 72 nieqsa wiehed sena wara kellha tahbat is-sena 1942, is-sena tal-miraklu tal-bomba fil-Mosta.


Santa tal-mejtin ta' Dun Wistin Azzopardi Kellhom habta jaghtu ndulgenzi fuq santi tal-mejtin, f'dan il-kaz ghal ruh il-qassis Mosti Dun Wistin Azzopardi li miet fil-11-Apr-1922. F'dan il-kaz tghid it-talba flimkien ma Sliema u Qaddisa ghal 7 darbiet, kont tirbah 300 jum indulgenza.

Santa tal-mejtin tal-Arcipriet Dun Girgor Borg 20 sena wara, santa tal-mejtin tal-Arcipriet Dun Girgor Borg li miet fi-2-Jun-1942, forsi ghax kien Arcipriet, kienet trebbhek 7 snin indulgenzi jekk tghid it-talba ghalih.

Peress li maz-zmien il-jiem tal-Indulgenzi bdew jizdiedu, dawk ta' statwi qodma u b'anqas jiem flok ziedu fid-devozzjoni ghax eqdem gew ironikament bil-kontra skaduti u forsi vallapena ma tghid xejn quddiemhom mill-ewwel u lok ukoll biex titlob anqas ghax talba wahda f'xahar quddiem dawk ricenti kienet tiswiek daqs jew aktar talba fil-gimgha quddiem dawk qodma. Ghalkemm l-intenzjoni wara z-zieda fil-jiem ta' indulgenzi taf kienet biex suppost isalvaw aktar erwieh, spiccaw saru ndulgenzi tal-preferenzi ghax ezempju fosthom il-Girbin ghal San Lawrenz li ghandhom fil-pjazza, lura fis-16 ta' Lulju 1880, kienu kisbulu 200 jum indulgenza (5 darbiet aktar min-norma ta' dak iz-zmien, 40 jum) ghax tahilhom dirett il-Papa Ljun XIII waqt li fil-Mosta ghax forsi kienet Arcipretali, diversi snin wara Gonzi kien jaghti 300 jum indulgenza komparat ma rhula ohra bhal H'Attard u l-Imqabba li kien jlaqtu biss 200 jum ghax taf kienu bil-Kappillan. Meta fl-1864 Ghawdex sar djocesi ghalih b'Isqof tieghu, l-indulgenzi li dan beda jaghti kienu biss ta' 50 jum komparat ma 100 jum li kienu jaghtu l-Isqfijiet ta' Malta (ghax taf kellu l-grad ta' Arcisqof Titulari ta' Rodi) fl-istess zminijiet, u allura tigi li wiehed Ghawdxi kien diskriminat ghax aktar kellu cans li jdum imwahhal il-Purgatorju minn wiehed Malti, u ghal kull daghwa li wiehed Ghawdxi kienet tahrablu, il-Malti setghu jaharbulu tnejn. Dawn l-anomaliji gew indirizzati fil-Koncilju Vatikan it-Tieni fejn fuq suggerimenti li hargu minnu, fl-1 ta' Jannar 1967 Papa Pawlu VI hareg l-"Indulgentiarum Doctrina" li rrevedit il-metodi li bih jinghataw l-indulgenzi. Ta min isemmi wkoll li l-indulgenzi, li originaw bhala mezz biex wiehed itaffi ftit mill-piena tad-dnub li jkun ghamel (ezempju ta' krimini meqjus kbir f'ghajnejn il-knisja, taf htieglu jaghmel 5 snin sajjem jghix bil-hobz u l-ilma biss), maz-zmien evolvew f'li wiehed jaghti xi forma ta' flus ghall-karita jew biex issir xi knisja jew opra ta' arti fiha, u darba dahlu l-flus dahlu wkoll l-abbuzi ghax gieli l-midneb spicca jhallas darbtejn: darba biex jakkwista t-tali ndulgenza, u darba jakkwistaha ried ihallas somma ohra skond ma titlob l-indulgenza biex ipatti tal-piena ta' dnubietu, negozju li gab qliegh kbir lill-knisja u ghal certi nies u li kien wiehed mill-punti li Luteru attakka lill-knisja bhala "x-xiri u l-bejgh tas-Salvazzjoni" u flimkien ma cirkostanzi ohra wassal ghall-qasma tal-Protestantizmu. Il-Koncilju ta' Trentu li tlaqqa' biex jindirizza din il-qasma fil-knisja, fis-16 ta' Lulju 1562 ipprojbixxa l-uzu tal-flus u kull intenzjonijiet hziena biex wiehed jakkwista l-indulgenzi, u ghamel li dawn jinghataw skont id-deskrizzjoni tal-Isqof tat-tali djocesi. Madanakollu nahseb li xi forma ta' flus xorta baqghet tinghata lill-knisja jew ghall-karita ghax nahseb kieku kienu jispiccaw igennuh lill-Isqof kullhadd jitolbu jtihom l-indulgenzi ghall-istatwa li jkun ghamel mad-dar tieghu.


Ghal statwi maskili (ez. San Guzepp, Kristu Salvatur) normalment htieglek tghid xi talba bhal Missierna jew xi Kredu, waqt li ghal statwi femminili (ez. l-Madonna tal-Karmnu, id-Duluri) htieglek tghid xi Sliema jew Salve Regina. Ghall-qodma htieglek tghid talb tradizzjonali (ez. il-Missierna, Sliema, Glorja, Salve Regina, Kredu) waqt li ghal dawk ricenti ta' zmien jew wara l-Gwerra htieglek tghid, kif fhimta jien, it-talba ta' ftit kelmiet li kien ikun hemm imnizzla mal-lapida (ez. “Sidtna Marija Addolorata itlob ghalina,” “San Gusepp habib tal-Qalb Imqaddsa ta' Gesu itlob ghalina,” ecc.).


Id-Duluri ta' Triq il-Mithna Mosta Il-lapida tad-Duluri ta' Triq il-Mithna Nru. 91 ma l-ewwel daqqa t'ghajn tghid li qatt ma kellha skrizzjoni tant kemm kwazi ma jintgharaf xejn. (l-ahhar kelma taf minflok hi d-data tal-indugenza, forsi xi haga ...1850).

L-istatwa titulari ta' Santa Marija kif mahduma originarjament mis-Sartx qabel giet sfigurata fil-forma superficjali tallum minn Censu Apap, turi xebh mal-Assunta ta' Triq Kurat Calleja li ggeghlek tistaqsi jekk dak Salvu Dimech hax ispirazzjoni minnha biex hadimha jew addirittura taf din l-Assunta hi xoghol bikri tieghu (fl-1838 meta nhargilha d-digriet tal-indulgenza tigi li kellu xi 34 sena). Il-Madonna tac-Cintura ta' Triq il-Kurat Bezzina, l-unika wahda taht dan it-titlu fir-rahal, jidher li kellha lapida tal-indulgenzi imma meta l-binja li qedgha fiha nbniet mill-gdid xi snin ilu spiccat biex il-lapida bin-nicca originali b’kollox intilfet darba ghal dejjem (almenu ma tlifnix l-istatwa wkoll). Il-Madonna tal-Karmnu kantuniera Triq il-Kbira ma Triq Speranza kellha l-iskrizzjoni tal-indulgenza originarjament minquxa fil-gebla, izda maz-zmien jidher li thajru jiktbu xi talba ohra fuqha biz-zebgha sewda u li llumm li din iz-zebgha kwazi tqaxxret minn kullimkien, regghet giet tidher l-iskrizzjoni originali. Ghall-Madonna tal-Karmnu kantuniera Triq it-Torri ma Triq Tonna, l-iskultur donnu ma kienx fadallu post fejn inizzel id-data tad-digriet tal-indulgenzi u spicca kellu jhalliha barra, imma jekk inqabblu x-xebh fil-kliem kwazi identiku mal-lapida tal-Madonna tal-Karmnu ta' Triq Dun Mikiel Xerri niehdu li taf saret fl-istess zmien, cioe lejn l-1901. Lapidi ohra huma kwazi ndecifrabbli ghax il-gebla f’xi partijiet ittieklet biz-zmien, izda tqabbel minn hawn u minn hemm sibt bejn wiehed u iehor x’kienet l-iskrizzjoni ta' San Angeliku Martri ta' Triq il-Kbira u x’setghet kienet tad-Duluri ta' Triq il-Mithna, imma fil-kaz tal-Marija Assunta ta' Triq il-Kbira fil-misrah ta' quddiem is-City ma rnexxilix naqbad art ghax il-gebla jidher li lahqet ittieklet sew. Din sehlet kienet wahda mill-ftit, 3 b’kollox, li nzertat  kienet miktuba bil-latin (l-ohrajn huma ta' statwi ferm akbar u fuq pedestal, dawk tal-Assunta ta' Pjazza Britannja u San Guzepp ta' Triq il-Bazilika) ghax fil-maggor parti, f'21 kaz, huma bit-Taljan, u f'5 huma bil-Malti fosthom l-eqdem minnhom datata 23 ta' Gunju 1914 (ezatt 5 gimghat cioe 35 jum qabel faqqghet l-ewwel gwerra dinija fit-28 ta' Lulju u taf kienet l-ahhar digriet t'indulgenza li hareg l-Isqof Pietro Pace ghax miet l-ghada 29 ta' Lulju) bl-alfabett ghadu dak Taljan fl-ghar tal-Isperanza ta' statwa li ntilfet sakemm mhix il-Madonna tal-Isperanza li tpoggiet fil-faccata tal-istess Kappella. Ghalkemm xi gurnali u rivisti bil-Malti kienu ilhom li bdew lejn nofs is-seklu 19, il-Malti kien ghadu qed jipprova jiehu postu hekk li warajha gew sensiela t'4 ohra ghal darb'ohra bit-Taljan fosthom wahda fl-istess Ghar tal-Isperanza tal-1927, 13-il sena wara. Taf il-mohh warajha kien l-iskular Mosti E.B. Vella li fl-1914 tigi li kien ghadu tfajjel ta' 16-il sena.


L-Isqfijiet Vincenzo Labini u Gaetano Pace Forno nsibuhom bl-inizjali ta' Fra quddiem isimhom ghax kienu membri ta' ordni religjuz, cioe Teatin (Theatines or the Congregation of Clerics Regular of the Divine Providence) u Agostinjan rispettivament, waqt li Mauro Caruana nsibuh bl-ittri O.S.B wara ismu ghax kien Benedittin, u l-ohrajn normalment kellhom l-inizjali ta' Monsinjur. Apparti dan fil-maggor parti nsibuhom ukoll indirizzati bit-titlu ta' Sua Eccellenza Reverendissima. F'okkazjoni wahda, ghall-Marija Assunta ta' Triq il-Bazilika Nru. 171 (ex Triq il-Kbira Nru. 453), l-Isqof Pietru Pace hu mnizzel b'tant pompa b'xebgha ittri wara ismu, cioe D.D.K.C.V.O. - D(octor) D(ivinitatis) K(night) C(ommander of the Royal) V(ictorian) O(rder), l-ewwel tnejn ghax kellu Dottorat fit-Teologija u l-kumplament ghax kien inghata dan it-titlu ta' Kavallier fl-24 t' April 1909 flimkien ma 3 ufficjali Nglizi mir-Re Dwardu VII fiz-zjara tieghu f'Malta, fejn forsi nefhuh daqshekk bhala rikonoxximent talli fl-1913 kien accetta li l-maggor parti tal-Kungress Ewkaristiku jiltaqgha fil-Mosta (id-data tal-indulgenza 16-Jan-1913, Kungress fil-Mosta 3 xhur wara mit-23 sas-26-Apr-1913, bit-26-Apr jahbat ezatt 100 jum wara). Fit-3 ta' Marzu 1797 fi zmien l-Isqof Vincenzo Labini, il-knisja katedrali ta' Malta giet elevata ghad-dinjita ta' Arciepiskopali ghax l-Isqof ta' Malta sar ukoll Arcisqof Titulari ta' Rodi hekk li ghall-Assunta ta' Buqana fl-1792 insibu lil Labini mnizzel bhala Vescovo u fl-1801 ghall-Assunta ta' Pjazza Britannja l-istess Labini nsibuh bhala Archiep(us) Epus kif komplew jirreferu ghall-Isqfijiet ta' warajh (bit-Taljan) fil-maggor parti jnizzluhom bhala Arcivescovo Vescovo. L-Isqof ta' Malta sar propjament Arcisqof fl-1 ta’ Jannar tal-1944 meta d-Djocesi ta’ Malta giet elevata ghal Arcidjocesi fi zmien Mons. Mikiel Gonzi. Statwi jew propjament riljevi ta' ftit qabel jew wara t-Tieni Gwerra Dinija (ta' zmien Gonzi jew forsi ta' l-ahhar zminijiet ta' Mons. Mauro Caruana ta' qablu) ma nsibulhomx imnizzel la isem l-Isqof li ta d-digriet tal-Indulgenzi u wisq anqas id-data tieghu imma sempliciment it-talba li ridt tghid u l-jiem tal-indulgenzi li takkwista. It-tabella t'hawn taht fiha n-numri ta' digrieti t'indulgenzi li hargu (fil-Mosta) t-tali Isqfijiet taf sa cirka 1967. Il-kolonna bin-numru ta' digrieti fis-sena minn tali Isqof wiehed jistenna li kellha tizdied ftit ftit aktar ma bdiet tikber il-popolazzjoni fil-Mosta, forsi tbatti ftit fis-27 sena (1833-1860) li l-Mostin kienu maghsurin kull sold zejjed jonfquh ghall-bini tal-knisja, u terga tirpilja bil-kummerc li gabu l-Inglizi 'n partikolari minn wara l-ftuh tal-kanal tas-Suez fl-1869 fejn taf kienet tilhaq il-quccata fl-ahhar tas-seklu 19 bidu tas-seklu 20, u konvint li dan mhux il-kaz indikazzjoni ta' kemm tlifna nicec matul iz-zmienijiet, tort tal-elementi, tal-gwerra, tal-izvilupp bla razan u tan-nuqqas t'apprezzament lejhom, u donnu ma nitghalmu qatt ghax il-lista dejjem tonqos.


Isqof Perjodu Digrieti Digrieti fis-sena
Vincenz Labini 1780-1807 2 0.074
Frangisk Saverju Caruana 1831-1847 1 0.063
Publio Maria Sant 1847-1857 1 0.100
Gejtano Pace Forno 1857-1874 6 0.353
Carmelo Scicluna 1875-1888 2 0.154
Pietru Pace 1889-1914 8 0.320
Mauro Caruana 1915-1943 5 0.179
Mikiel Gonzi 1944-1967 3 0.130

Inkredibilment jidher li l-Kurja ma kinietx izzomm rendikont bil-miktub ta' dawn id-digrieti (ordnijiet) tal-indulgenzi li kienu johorgu l-Isqfijiet, fejn itik x’tifhem li donnu kienet kunsidrata xi haga hekk minuri u bla mportanza li wiehed kien sempliciment jaghmel it-talba lill-Isqof u dan min-naha tieghu kien itih l-approvazzjoni bil-fomm u xejn aktar. B’hekk nistghu nghidu li ghandna parti mill-istorja mitlufa u ma nistghux nghidu min kien ghamel it-talba u kemm statwi ohra kienu jezistu li wkoll kellhom l-indulgenzi u taf inqerdu bil-gwerra jew sforz l-izvilupp bla razan li sar matul iz-zmien. Fit-tabella t’hawn taht l-istatwi bl-indulgenzi qedghin f’ordni skont il-jiem tal-Indulgenzi li kont takkwista u skont it-titular. Illum ma nafx ghadhomx japplikaw ghax kif ghidt fl-1967 spiccaw dawn it-tip ta' indulgenzi li kienu ilhom li gew introdotti minn cirka l-1300 kwantifikati f’jiem jew snin li wiehed kien jiskonta mil-Purgatorju u l-Papa Pawlu VI halla biss dawk l-indulgenzi ta' tip parzjali (jehilsulek parti mill-piena tad-dnub) u plenarji (jehilsulek il-piena kollha), u biex takkwisthom trid taghmel talba direttament Ruma ghax m’ghadiex fid-deskrizzjoni tal-Isqof tal-lokal.


Statwa Data Isqof Jiem Talba Skrizzjoni
Duluri fi Triq il-Mithna, Nru. 91. 1847-1857 Mons. Publiju Maria Sant 40 Salve Regina Don. P(ublio) M(aria) Sant concede Indulg(enza) di giorni 40 quando recitando una Salve Regina Arcives(c)ovo (jew taf id-data ... 1850?)
Immakulata Kuncizzjoni, fi Triq Britannja, Nru. 15 It-Tn. 11 ta' Novembru 1861 Fr. Gejtanu Pace Forno 40 Salve Regina Si concede l'Indulgenza di G(ior)ni 40 a chi recitasse una Salve R(egina) per decreto di Mons. Vesc(ovo) Fr. G(aetano) Pace Forno 11 Nov(embre) 1861
Kristu Salvatur fi Triq it-Torri, Nru. 108. It-Tn. 18 ta' Dicembru 1865 Fr. Gejtanu Pace Forno 40 Kredu Sua Ecc(ellenza) Rev(everndissima) Mons. Fra Gaetano Pace Forno Arciv(escovo) Vesc(escovo) di Malta concede l'Indulg(enza) di Gior(ni) 40 a chiunque recitera innanzi quest'immagine un credo per decreto del di 18 Dec(embre) 1865
Kristu Salvatur fi Triq il-Kbira kantuniera ma Triq il-Gnejna. L-Er. 1 ta' April 1885 Mons. Carmelo Scicluna 40 Kredu Mons. Carmelo Scicluna concesse l'Indulgenza di Giorni 40 a chi devotamente recita un credo innanzi a questa statua del redentore il di 1 Aprile 1885
Madonna tal-Karmnu fi Triq Dun Mikiel Xerri, Nru. 9. It.Tn. 2 ta' Dicembru 1901 Mons. Pietru Pace 40 Sliema Sua Eccellenza Rev.ma Monsignor Pietro Pace Arciv(escovo) Vescovo concede 40 giorni d Indulgenza a chi recita un Ave Maria innanzi a questa immagine dato li di 2 Dicembre 1901
Madonna tal-Karmnu fi Triq it-Torri kantuniera ma Triq Cejlu Tonna. 1889-q.1904 (prob. c. 1901) Mons. Pietru Pace 40 Sliema Sua Ecc(ellenza) Rev(erendissi)ma Mons. Pietro Pace Arciv(escovo) Vesc(ovo) di Malta concede l'Indulgenza di giorni 40 a ciunque recitera innanzi a questa immagine un'Ave Maria
Madonna tal-Karmnu fi Triq il-Kbira kantuniera ma Triq l-Isperanza. 1884 Mons. Carmelo Scicluna 40 Ave Maria Mons. Carmelo Sicluna la 1884 concesse indulgenza di g(i)orni 40 a chi recitale un Ave Maria davanti questa statua del Beata Maria devotamente
Madonna tal-Karmnu fi Triq il-Bazilika, Nru. 181. Il-Hm. 9 t'Ottubru 1862 Fr. Gejtanu Pace Forno 40 Salve Regina S(ua) E(ccellenza) R(everendissi)ma Monsignor Fr. Gaietano Pace Forno Arcivescovo di Rodi Vescovo di Malta con rescritto de 9 Ottobre 1862 concede 40 giorni d'Indulgenza a chi devotamente recita un Salve Regina innanzi questa immagine della S(anti)s(si)ma. Vergine del Monte Carmelo
Madonna tar-Ruzarju fi Triq Speranza, Nru. 33. Il-Gi. 28 ta' Settembru 1866 Fr. Gejtanu Pace Forno 40 Sliema Indulgenza di giorni 40 a chi recita una Ave Maria per dec(reto) di Mons. Ves(covo) Fr. G. Pace Forno 28 Settembre 1866
Marija Assunta fi Triq Buqana limiti tar-Rabat It-Tn. 2 ta' Jannar 1792 Fr. Vincenz Labini 40 Sliema M(ons.) Vescovo Labini concede giorni 40 d'Indulgenza a chi recitera una Ave Maria d(a)vanti questa S(ancta) Imaggine del Assumptione li 2 Gennaio 1792.
Marija Assunta fi Pjazza Brittanja. Il-Hd. 23 ta' Awissu 1801 Fr. Vincenz Labini 40 Sliema Fr. Vincentius Labini Archiep(us) Epus Melitae recitantibus Ave (Maria) XL dies devera indulgentia concessit die XXIII Aug. An MDCCCI
Marija Assunta fi Triq Kurat Calleja, Nru. 28. L-Er. 7 ta' Marzu 1838 Mons. Frangisku Saverju Caruana 40 Salve Regina D(eus) O(ptimus) M(aximus). Si concede a chi recita devo(tamente) innanzi questa effi(gie) sotto titolo di Assunzio(ne) di Maria Vergine una Salve Regina aqui(s)tera 40 giorni di indu(lgen)za per decreto delli 7 Marzo 1838 di S(ua) E(ccellenza) R(everendissia) F(rancisco) Xave(ri) Carua(na) Arc(ivescovo) di Mal(ta)
Marija Assunta fi Triq il-Kbira, Nru. 219 ? ? (40) Salve Regina Recitantibus devot. Salve Regina Indulgentia 40 Dies ...
San Angeliku Martri fi Triq il-Bazilika, Nru. 132. 4 ta' Gunju (1889-q.1904) Mons. Pietru Pace 40 Missierna, Sliema u Gloria Sua Ecc(ellenza) Rev(erendissima) Mons. Arciv(escovo) Vesc(ovo) P(ietro) Pace per decreto del 4 Giugno 1--- concede indulgenza di giorni 40 per loro che devotamente recitero Pater, Ave e Gloria innanzi a questa immagine di S(an) Angelico
San Guzepp fi Triq il-Gilju, Nru. 59. Is-Si. 3 ta' Settembru 1892 Mons. Pietru Pace 40 Missierna, Sliema u Glorja S(ua) E(ccellenza) R(everendissima) Mons. Pietro Pace Arciv(escovo) Vescovo di Mal(ta) in data 3 Settembre 1892 accorda l Indulgenza di giorni 40 a chiunque recitasse un Pater, Ave, Gloria innanzi questa sante immagine del G(loriosissimo) P(atriarca) S(an) Gioseppe
San Guzepp fi Triq il-Bazilika. It-Tl. 10 ta' Settembru 1889 Mons. Pietru Pace 40 Missierna, Sliema u Glorja Petru Pace Archiepus et Epus Melitae Pater Ave et Gloria recitantibus XL Dierum Indulgentiam concessit die X Sept. MDCCCLXXXIX
San Guzepp f'San Guzepp tat-Targa. Awissu 1873 Fr. Gejtanu Pace Forno 40 Missierna u Sliema Pater et Ave Indulgenza di giorni 40 Agusto 1873
San Pawl fi Triq Britannja, Nru. 6. It-Tn. 11 ta' Novembru 1861 Fr. Gejtanu Pace Forno 40 Missierna Indulgenza di G(ior)ni 40 a chi recitasse un Pater per dec(reto) di Mons. Vesc(ovo) Fr. G. Pace Forno 11 Nov 1861
(Madonna fl-ghar tal-Isperanza li ntilfet) It-Tl. 23 ta' Gunju 1914 Mons. Pietru Pace 100 Salve Regina L'Iskof P. Pace b Degriet tat-23 ta Giuniu 1914 jati 100 Giurnata Indulgenza lil cull min ighid bid devozjoni Salve Regina kuddiem din li statua
Madonna tal-Isperanza fl-ghar taht il-Kappella tal-Isperanza. Il-Gi. 8 ta' Lulju 1927 Mons. Dom. Mauro Caruana 100 Missierna, Sliema u Glorja Mons. Arciv(escovo) Ves(covo) D(om) Mauro Caruana O(rdine) S(an) B(enedetto) per Decreto del di 8 Luglio 1927 concede 100 giorni d'Indulgenza a chi recitasse Pater, Ave, Gloria innanzi a questa Immagine
Madonna tal-Karmnu fi Triq Guzeppi Callus, Nru. 106. It-Tn. 24 ta' Lulju 1922 Mons. Dom. Mauro Caruana 100 Salve Regina S(ua) E(ccellenza) Rev(erendissi)ma Mons. Dom Mauro Caruana O(ridine) S(an) B(enedetto) concede l Indulgenza di 100 giorni a chiunque recitasse devotamente Salve Regina davanti a questa devota imagine per decreto del 24 Luglio 1922
Marija Assunta fi Triq il-Bazilika, Nru. 171. Il-Hm. 16 ta' Jannar 1913 Mons. Pietru Pace 100 Salve Regina Con decreto del 16 Gennajo 1913 Sva Ecc(e)l(len)za Rev(eren)d(i)s(si)ma Mons. Pietro Pace D(octor) D(ivinitati0s) K(night) C(ommander of the Royal) V(ictorian) O(rder) Arciv(escovo) di Rodi Vescovo di Malta accorda l'Ind(ulgenza) di 100 giorni a tvtti coloro che devotamente recitassero vna Salve Regina davanti a Qvesta S(ancta) Immagine
Marija Assunta fi Triq Sir Temi Zammit, Nru. 39. It-Tl. 10 ta' Dicembru 1930 Mons. Mauro Caruana 100 Salve Regina Mons. M(auro) Caruana Arciv(escovo) per Degreto del 10 Dic(embre) 1930 concede 100 giorni d'Indulg(enza) a chi devotamente recitasse una Salve Regina innanzi a questa immagine
Qalb ta' Gesu fi Triq Speranza, Nru. 196. It-Tn. 31 ta' Lulju 1916 Mons. Mauro Caruana 100 Kredu Sua Ecc(ellenza) Rev(erendissi)ma Dom Mauro Caruana O(rdine) S(an) B(enedetto) con decreto del 31 Luglio 1916 concesse 100 giorni d'indulgenza a tutti coloro che devotamente recitassero un Credo davanti a questa devota immagine
San Guzepp fi Triq il-Kungress Ewkaristiku kantuniera ma Triq Gafa. It-Tn. 27 ta' Lulju 1908 Mons. Pietru Pace 100 Missierna, Sliema u Glorja Sua Ecc(ellenza) Rev(erendissima) Mons. Arciv Pietro Pace con decr(eto) del 27 Luglio 1908 concesse 100 giorni d'Indulgenza a tutti coloro che devotamente recitassero Pater, Ave, Gloria davanti a questa immagine
San Guzepp fi Triq il-Kbira, Nru. 101. (Mons. Mauro Caruana) 100 (tghid it-talba li hemm fl-iskrizzjoni) San Gusepp habib tal-Qalb Imqaddsa ta' Gesu itlob ghalina Ind(ulgenza) ta 100 jum
Duluri fi Triq il-Kungress Ewkaristiku kantuniera ma Triq Gafa. (Mons. Mikiel Gonzi) 300 (tghid it-talba li hemm fl-iskrizzjoni) O Marija tal-Hniena u ta' l-imhabba itlob ghalina – Ind(ulgenza) 300 jum
Duluri fi Triq il-Pont, Nru. 10. (Mons. Mikiel Gonzi) 300 (tghid it-talba li hemm fl-iskrizzjoni) Sidtna Marija Addolorata itlob ghalina - 300 Jum Indulg(enza)
Qalb ta' Gesu fi Triq il-Kbira, Nru. 84. (Mons. Mikiel Gonzi) 300 (tghid it-talba li hemm fl-iskrizzjoni) Qalb ta Gesu jien nafda fik 300 jum Indulg(enza)


Statwi: L-eqdem Datati
Data Statwa
1621 L-Ewkaristija fi Triq Santa Margerita, Nru. 76, iggib id-data 1621
1664 L-Ewkaristija fi Triq Santa Margerita, Nru. 67, iggib id-data 1664
1745 San Gwann l-Evangelista fi Triq Durumblat, Torri Cumbo, lapida ggib id-data 1745.
cirka 1745 Madonna tal-Bon Kunsill fi Triq Durumblat kantuniera ma Triq it-Torri mal-hajt li jdawwar it-Torri Cumbo.
2 ta' Jannar 1792 Marija Assunta fi Triq Buqana limiti tar-Rabat, digriet tal-indulgenzi moghti fit-2 ta' Jannar 1792
Qabel 1799? Marija Assunta fi Triq il-Kbira, Nru. 245. Peress li hi wahda minn 3 li fadal miktuba bil-Latin, nemmen li taf gejja minn zmien il-Kavallieri, cioe taf ta' qabel l-1799.
23 ta' Awissu 1801 Marija Assunta fi Pjazza Brittanja, digriet tal-indulgenzi moghti fit-23 ta' Awissu 1801
bidu tal-1800s Marija Assunta fi Triq il-Kbira Nru. 15 ma Gnien il-Kmand.
7 ta' Marzu 1838 Marija Assunta fi Triq Kurat Calleja, Nru. 28, digriet tal-indulgenzi moghti fis-7 ta' Marzu 1838.
1847-1857 Duluri fi Triq il-Mithna, Nru. 91, digriet tal-indulgenzi moghti mill-Isqof Publiju Maria Sant li serva bejn l-1847 u l-1857.
1858 Sant'Antnin ta' Padova mal-"mithna l-gdida" fi Triq il-Mithna kantuniera ma Vjal l-Indipendenza, mithna li nbniet fl-1858 minn certu Antonio Grech.
Qabel l-1860? Immakulata Kuncizzjoni fi Triq Carmelo Dimech Nru. 2, bil-lavur fil-gnub ta' din in-nicca, unika ghal kollox b'dan l-istil, x'aktarx xi wirt tal-Knisja l-Qadima.
11 ta' Novembru 1861 Immakulata Kuncizzjoni, fi Triq Brittanja, Nru. 15, digriet tal-indulgenzi moghti fil-11 ta' Novembru 1861. San Pawl faccata fl-istess triq, bid-digriet tal-indulgenzi wkoll mghoti fl-istess data.
9 t'Ottubru 1862 Madonna tal-Karmnu fi Triq il-Bazilika Nru. 181 (ex Triq il-Kbira, Nru. 461), digriet tal-indulgenzi moghti fid-9 t'Ottubru 1862.
18 ta' Dicembru 1865 Kristu Salvatur fi Triq it-Torri, Nru. 108, digriet tal-Indulgenzi moghti fit-18 ta' Dicembru 1865.
28 ta' Settembru 1866 Madonna tal-Ruzarju fi Triq Speranza, Nru. 33, digriet tal-indulgenzi moghti fit-28 ta' Settembru 1866.
Awissu 1873 San Guzepp f'San Guzepp tat-Targa, digriet tal-indulgenzi moghti f'Awissu 1873.
1884 Madonna tal-Karmnu fi Triq il-Kbira kantuniera ma Triq l-Isperanza, digriet tal-indulgenzi moghti fl-1884.
1 ta' April 1885 Kristu Salvatur fi Triq il-Kbira kantuniera ma Triq il-Gnejna, digriet tal-indulgenzi moghti fl-1885.
Qabel l-1886 San Pawl fi Triq it-Torri, Nru. 195, San Pawl u San Pietru ta' mas-City fi Triq il-Kbira u l-Madonna tac-Cintura fi Triq il-Kurat Bezzina, Nru. 44, possibilment huma kollha xoghol Salvatore Dimech u fil-kaz iridu jkunu ta' qabel l-1886.
Qabel l-1889 Statwa tal-Madonna tal-Karmnu fiz-zuntier tal-kappella ta' Sant'Anton Abbati. L-istatwa kienet originarjament f'nicca fi Triq il-Kungress Ewkaristiku Nru. 190, liema nicca bil-fanal b'kollox jidher li kienet diga fil-post skont ritratt li juri l-knisja qabel saritilha l-lanterna fl-1889.
10 ta' Settembru 1889, wisq probabli qabel l-1886 San Guzepp fil-misrah ta' Triq il-Bazilika (ex Triq il-Kbira), digriet tal-Indulgenzi moghti fl-10 ta' Settembru 1889. X'aktarx sar qabel l-1886 peress li jinghad li hu wkoll xoghol Salvatore Dimech
Qabel jew l-1886 jew l-1891/2 Duluri fi Triq il-Bazilika, Nru. 56, taf inhadmet bhala abbozz mill-iskultur Mosti Salvatore Dimech (1804-1886) ta' Duluri li kien hadem tal-injam li llum tinsab fl-Oratorju Qalb ta' Gesu qabel il-fratellanza tad-Duluri gabu ohra minfloka minn Marsilja lejn 1891/2 (kieku saret wara dan l-annu, din l-istatwa nissoponi kienet tinhadem fuq ta' Marsilja minflok).
3 ta' Settembru 1892 San Guzepp fi Triq il-Gilju, Nru. 59, digriet tal-indulgenzi moghti fit-3 ta' Settembru 1892.
1892 Statwi tal-Madonna tal-Karmnu u San Guzepp ma kappella privata tad-Duluri fi Triq it-Torri Nru. 30.
2 ta' Dicembru 1901 Madonna tal-Karmnu fi Triq Dun Mikiel Xerri, Nru. 9, digriet tal-indulgenzi moghti fit-2 ta' Dicembru 1901.
Bejn l-1889 u q. l-1904 Madonna tal-Karmnu fi Triq it-Torri kantuniera ma Triq Cejlu Tonna, taf hi erga ta' qabel l-1886 jekk nihduha li hi xoghol Salvatore Dimech, digriet tal-indulgenzi mill-Arcisqof Pietru Pace (1889-1914). Mhux imnizzla d-data tad-digriet ghax ma kienx hemm spazju bizzejjed fil-lapida, imma l-bqija tal-kliem hu ezatt kelma b'kelma bhal tal-Madonna tal-Karmnu ohra ta' Triq Dun Mikiel Xerri li ggib d-data 2 ta' Dicembru 1901, u allura taf ta' l-istess zmien. Daqstant San Angeliku Martri fi Triq il-Bazilika Nru. 132 (ex Triq il-Kbira, Nru. 384), digriet tal-indulgenzi moghti mill-Arcisqof Pietru Pace fl-4 ta' Gunju, bl-annu m'ghadux jinqara. Peress li wkoll ghandha ndulgenzi ta' 40 jum, trid tkun ta' qabel l-1904 ghax minn cirka din is-sena bdew jinghataw 100 jum indulgenza minflok (Papa Piju X fit-28 t'Awissu 1903 kien ta s-seta' lill-Kardinali li jaghtu 200 jum indulgenza, lill-Arcisqfijiet 100 jum u lill-Isqfijiet 50 jum).
1 ta' Lulju 1906 Kurcifiss fi Triq Durumblat, Nru. 3, jgib id-data l-1 ta' Lulju 1906.
Qabel l-1907 Marija Assunta fil-pjazzetta fejn jiltaqghu Triq it-Torri ma Triq il-Kurat Calleja, l-istatwa kienet ga tezisti skont kif immarkata fi pjanta tal-Mosta tal-1907.
27 ta' Lulju 1908 San Guzepp f'kantuniera Triq il-Kungress Ewkaristiku ma Triq Gafa, digriet tal-indulgenzi moghti fis-27 ta' Lulju 1908.
1911 jew ftit qabel L-istatwi tal-Evangelisti San Gwann u San Luqa qabel tidhol fl-ghar tal-Kappella tal-Isperanza. Ta' fuq il-presbiterju tar-Rotunda ghandhom l-annu 1911 meta thallsu mill-Prokuratur Dun Ang Camilleri.
16 ta' Jannar 1913 Marija Assunta fi Triq il-Bazilika Nru. 171 (ex Triq il-Kbira, Nru. 453), digriet tal-indulgenzi moghti fis-16 ta' Jannar 1913.
23 ta' Gunju 1914 Ta' statwa li ntilfet jew taf hi l-Madonna tal-Isperanza fil-faccata tal-Kappella tal-Isperanza, digriet tal-indulgenzi moghti fit-23 ta' Gunju 1914.
31 ta' Lulju 1916 Qalb ta' Gesu fi Triq Speranza, Nru. 196, digriet tal-Indulgenzi moghti fil-31 ta' Lulju 1916.
24 ta' Lulju 1922 Madonna tal-Karmnu fi Triq Guzeppi Callus, Nru. 106, digriet tal-indulgenzi moghti fl-24 ta' Lulju 1922.
8 ta' Lulju 1927 Madonna tal-Isperanza fl-ghar taht il-Kappella tal-Isperanza, digriet tal-indulgenzi moghti fit-8 ta' Lulju 1927.
10 ta' Dicembru 1930 Marija Assunta fi Triq Sir Temi Zammit, Nru. 39, digriet tal-indulgenzi moghti fl-10 ta' Dicembru 1930.
1931 San Guzepp fi Triq ic-Cinju f'Ta' Mlit
1936 Qalb ta' Gesu fuq il-frontispizzju tal-Oratorju li jgib l-istess isem
Qabel l-1944 San Guzepp fi Triq il-Kbira Nru. 101. Dan peress li dawk b'100 jum indulgenza jridu jkunu ta' qabel l-1944 ghax fl-1 ta’ Jannar tal-1944 l-Isqof ta' Malta li kien ghadu kif inhatar frisk Mikiel Gonzi gie promoss ghall-Arcisqof (mill-1797 l-Isqof ta' Malta kien sempliciment Arcisqof Titulari ta' Rodi apparti Isqof ta' Malta) u beda jaghti ndulgenzi ta' 200 u 300 jum minflok.
1946 Familja Mqaddsa fi Triq Brittanja, Nru. 5, bil-lapida li hemm tahta ggib id-data 1946. Ukoll l-istatwi ta' San Pietru u San Pawl mal-knisja tal-Bidnija.
Qabel l-1960 Qalb ta' Gesu fi Triq Glormu Cassar Nru. 114, Sant'Antnin ta' Padova fi Triq il-Kbira Nru. 64, Madonna tal-Isperanza fi Triq il-Bazilika kantuniera ma Triq il-Pont, Ecce Homo fi Triq il-Pont Nru. 14, Madonna bil-Bambin u San Gwann il-Battista fi Triq Sant'Anna Nru. 15, Madonna tal-Isperanza fi Triq l-Isperanza Nru. 114, Madonna tal-Karmnu fi Triq tal-Wej Nru. --, Madonna tal-Grazzja fi Triq Tumas Chetcuti Nru. 1. Taf sew qabel l-1960 jekk nassumu li huma xoghol l-iskultur Fabrizio Bartolo li miet fit-30 ta' Mejju ta' dik is-sena.
Qabel l-1960, zgur q. l-1967 Duluri fi Triq il-Kungress Ewkaristiku kantuniera ma Triq Gafa, Duluri fi Triq il-Pont Nru. 10, Qalb ta' Gesu fi Triq il-Kbira Nru. 84. Dan peress li dawk ta’ 300 jum indulgenza huma ta’ wara l-gwerra ta' zmien Mikiel Gonzi li fi zmienu fl-1 ta’ Jannar tal-1944 l-Isqof ta' Malta gie promoss ghall-Arcisqof (mill-1797 l-Isqof ta' Malta kien sempliciment Arcisqof Titulari ta' Rodi apparti Isqof ta' Malta) u ta' qabel l-1967 meta wara l-Koncilju Vatikan it-Tieni fl-1 ta' Jannar 1967 Papa Pawlu VI hareg l-'Indulgentiarum Doctrina' li rrevedit l-anomaliji w il-metodi li bih jinghataw l-indulgenzi. Taf sew qabel l-1960 jekk nassumu li huma xoghol l-iskultur Fabrizio Bartolo li miet fit-30 ta' Mejju ta' dik is-sena.
Lulju 1966 L-Appostli fil-parti ta' fuq tal-portiku: San Gwann l-Evangelista, Sant'Andrija, San Gakbu u San Tumas tpoggew f'posthom ftit qabel il-festa ta' Santa Marija tal-1966
Gim. 5-Jannar 1968 L-Appostli fil-parti t'isfel tal-portiku, San Bartilmew u San Filep tpoggew f'posthom lejlet il-festa tal-Epifanija (il-wasla tas-Slaten Magi) tal-1968
Gim. 21 ta' Gunju 1968 L-istatwi ta' Santa Maria Goretti u San Tarcisju fiz-zewg nicec fil-faccata tal-Oratorju Qalb ta' Gesu kienu tpoggew f'posthom fil-festa tal-Qalb ta' Gesu tal-1968.
Lulju 1968 L-Appostli fil-parti t'isfel tal-portiku, San Gakbu z-Zghir u San Mattew.
Lulju 1969 L-Appostli fil-gnub tal-portiku: San Xmun u San Guda Taddew.
Sibt 30 ta' Marzu 1974 L-Appostli ta' fuq iz-zuntier: San Pietru u San Pawl.
1977 L-istatwa tal-Fidi Ekklezjali li hemm fil-faccata tal-Knisja tal-Bidnija.
1989 Il-Kuncizzjoni li hemm fil-vojt tal-kampnar tal-Kappella ta' Santa Marija taz-Zejfi.
1991 Ir-Ruh li hemm f’tarf Triq il-Mithna ftit boghod mic-cimiterju. Ta' qabilha kienet tmur lura ghaz-zmien ta' wara l-gwerra u qabilha erga kien hemm ohra ferm eqdem.
1994 Ir-riljevi ta' San Gwann il-Battista, San Pawl Eremita u Sant’Anton Abbati fiz-zuntier tal-kappella ta' San Pawl l-Eremita. Qabilhom kien hemm statwi ta' dawn il-qaddisin li jmorru lura ghall-1705.
9 ta' April 1994 Il-Kuncizzjoni ta’ Triq Sant’Anton Abbati Sqaq Nru. 2
1997 Sant'Anton Abbati ta' Triq Sant'Anton Abbati.
lejn 1997-98 Nicca fiz-zuntier tal-Kappella ta' Sant'Anton Abbati saret fi zmien l-ewwel Kunsill Lokali (1994-98) u fiha tpoggiet statwa restawrata ta' Madonna tal-Karmnu li originarjament kienet fi Triq il-Kungress Ewkaristiku.
2000 San Tumas ta' Triq Tumas Chetcuti kantuniera ma Triq Salvu Dimech, bl-original li kien qabel kien imur lura ghas-snin qabel 1863.
30 ta' Lulju 2002 San Pietru u San Silvestru I Papa f’nicec fil-faccata tal-Kappella ta' San Silvestru.
2008 Marija Assunta fi Triq Sant'Anna Nru. 34.
Awissu 2010 San Guzepp u Marija Assunta ta' fuq iz-zuntier li saru mill-gdid tal-bronz flok ohrajn tal-konkos li kienu jmorru lura ghal-1931.
2014 San Guzepp fi Triq il-Kultellazz kantuniera ma Triq il-Barjol (f' Ta' Mlit).
2015 San Bernardu fi Triq l-Gharusa tal-Mosta Nru. 21.

Statwi li tlifna


Triq Santa Margerita Nru. 75 – mad-dar fuq ix-xellug tal-Palazz ta' Kaspru jew parti minnu, f’nicca llum vojta fil-quccata taghha hemm lapida zghira bil-kliem ‘S. Nicolae Bori’ li taghti x’tifhem li taf kien hemm statwa ta' dan il-qaddis jew forsi inkitbet il-lapida imma l-istatwa baqghet qatt ma saret.


Triq Speranza Nru. 24 – f’nicca llum vojta kien hemm statwa ta' Marija Assunta li jidher li kellha titnehha mill-post lejn l-1987 jew ftit qabel ghax kienet ta' periklu u bdiet niezla bicca bicca.


Qalb ta' Gesu fi Triq San Pawl Qlejgha - f’nicca llum vojta ma razzet int u hiereg mill-Mosta fuq il-lemin qabel taqbad il-kappella ta' San Pawl tal-Qlejgha kien hemm Qalb ta' Gesu kif anki tixhed il-lapida taht in-nicca bil-kliem ‘Qalb helua ta Gesu cun l’imhabba tighei.’


Triq Kungress Ewkaristiku Nru. 190 – f’nicca llum vojta kien hemm statwa tal-Madonna tal-Karmnu li ghalkemm ma ntilfitx, tnehhiet mill-post biex tpoggiet f’nicca fiz-zuntier tal-Kappella ta' Sant’Anton Abbati.


Statwa ta' San Pacifiku - Fi Triq il-Kbira ftit 'l fuq minn fejn taqsam Triq Dun Mikiel Xerri, kien hemm l-unika statwa ta' San Pacifiku fil-Mosta li ntilfet fil-gwerra u li propju minn fejn din l-istatwa kien jibda l-marc bil-banda fil-festa tieghu (ara link).


Proporzjon tan-nicec fil-faccata tal-Kappella tal-IsperanzaIl-faccata tal-kappella tal-Isperanza bil-kaxxi l-blu jindikaw proporzjon ta' wiehed wisa' ma tnejn gholi kif inhuma tal-gnub ta' San Guzepp u Sant'Antin ta' Padova u kif taf kienet originarjament tan-nofs tal-Madonna tal-Isperanza. Dan in-nuqqas ta' qbil fin-nicec irrizulta fi stonatura bhalma hu l-vojt akbar li hemm bejn it-tieqa u l-hogor tan-nicca fuqha per konsegwenza.

Statwa tal-Madonna fl-ghar tal-Kappella tal-Isperanza – x’aktarx kien hemm statwa tal-Madonna tal-Isperanza fl-ghar ferm eqdem minn tallum li kienu nghatawla l-indulgenzi fit-23 ta' Gunju 1914, li jista' jkun li hi dik li llum hemm fil-faccata tal-Kappella. Statwa sagra bl-indulgenzi mhux la kemm tintilef. Forsi wiehed jasal ghal xi hjiel jekk ikejjel l-apside tan-nicec fil-faccata tal-kappella tal-Isperanza fejn isib li n-nicec tal-gnub huma ta' proporzjon wiehed wisa' ma tnejn gholi waqt li tan-nofs li hi akbar, kieku l-hogor taghha sar filata ibaxx kienet ukoll tigi l-istess proporzjon. Dan taf ifisser li kellhom jaghmlu modifikazzjoni f'din in-nicca tan-nofs billi cekknuha filata mill-gholi biex din l-imsemmija statwa ma tigix tidher minuskola fiha. Hjiel iehor hu l-istonatura li rrizultat fil-faccata minhabba f'hekk ghax it-tieqa ta' fuq il-bieb ma hiex f'nofs l-gholi bejn il-gwarnicun tal-bieb u l-hogor tan-nicca fuqha, u l-istess nicec m'humiex ta' proporzjon wiehed kif ghidt, zewg zbalji ridikoli li ma nahsibx li kien jiehu perit ta' dik l-epoka. Pero wiehed jistaqsi kieku fil-fatt in-nicca tan-nofs kienet akbar mill-gholi, ma setghux ghamlu statwa akbar mill-ewwel flok jiehdu dik li kien hemm fl-ghar, jew minflok ipoggu din l-istatwa fuq pedestal zghir gholi filata biex jaghmel tajjeb ghac-cokon taghha? Hjiel iehor hu l-valur artistiku ferm akbar ta' din il-Madonna tal-Isperanza li hemm fil-faccata komparata ma dik xi ftit superficjali li hemm fl-ghar: l-ewwel wahda taf saret meta l-Barokk kien fl-aqwa tieghu, l-ohra minn xi dilettant. Din tal-ghar ghandha l-indulgenzi datati 1927 li tindika li taf saret lejn dak iz-zmien u telimina l-possibilta li setghet kienet xoghol Spampinato li hadem l-istatwi mill-ifjen tal-Evangelisti San Gwann u San Luqa li hemm fl-istess ghar, abbozzi ta' dawk tal-presbiterju tar-Rotunda li saru lejn l-1911. L-indulgenzi, possibilment tal-istatwa fil-faccata, nhargu aktar tard fl-1914 li jekk huma taghha jindika li kienet ghadha fl-ghar sa dak iz-zmien u forsi tawlet sal-1925 meta haditilha postha din tal-ghar u saru l-modifikazzjonijiet fil-faccata.


4 Statwi fiz-zuntier tal-Kappella ta' San Pawl Eremita – fiz-zuntier tal-kappella kien hemm fuq pedistal statwi ta' San Gwann il-Battista, San Pawl Eremita u Sant’Anton Abbati moghtija mill-kavallier Guttenberg fl-1705 skond skrizzjoni "B. de Guttenberg S.J. Co. Baiulius Brandeburgensis 1705" li jinghad li kien hemm mal-pedistal li kienu fuqu li kienu tkissru mill-vandali u saru minflok riljevi ta' dawn il-qaddisin ricentament fl-1994. Minn ritratt taghhom fil-magazine the Heritage li hareg f'forma ta' ktieb lejn l-1979 jidher li taf kienu ghadhom jezistu sal-bidu tas-sebghinijiet u jissemma li kienu gholi cirka 95cm. Fejn il-hawt ghall-ilma kien hemm statwa ta' San Pawl, maghmula fl-1646, mill-qima ta' Filippu Cassar minquxa bl-arma tieghu u ta' martu Vincenza Xara, li jidher li ntilfet meta fl-1970 cediet blata mill-ghar u kaxkret fosthom din l-istatwa.


Iz-zewg statwi fuq pedestal bl-istatwi tal-Assunta u San Guzepp li kien hemm fuq iz-zuntier l-antikIz-zewg statwi fuq pedestal bl-istatwi tal-Assunta u San Guzepp li kien hemm fuq iz-zuntier l-antik.

Iz-zewg statwi fuq pedestal bl-istatwi tal-Assunta u San Guzepp li kien hemm fuq iz-zuntier l-antikRitratt taz-zuntier tal-knisja fl-okkazjoni tal-Kungress Ewkaristiku li kien tlaqqa fil-knisja tal-Mosta bejn it-23 u s-26 t’April 1913 fejn jidhru z-zewg statwi tal-gebel ta’ Santa Marija u San Guzepp kompluti bil-pedestal b’kollox li kien hemm fuq iz-zuntier qabel gie mmodifikat ghall-verzjoni tallum fl-1928.

2 Statwi fuq pedestal fiz-zuntier l-antik tal-knisja – sakemm inbidel fil-verzjoni tallum fl-1928, kellu fuq kull naha tieghu 2 statwi, dik tal-Assunta u San Guzepp, jikkorrispondu ma kif inhuma tallum, u taf qodma daqs iz-zuntier innifsu li tlesta lejn l-1861 hekk li jidhru f'ritratt tal-knisja minghajr lanterna li saret fl-1889. Kienu kompluti bil-pedestal gej ghat-tond bil-fanal b'kollox izda f'ritratt tal-Kungress Ewkaristiku tal-1913 il-fanal ma jidhirx aktar. Mil-qisien tar-ragel li jidher vicin l-istatwa tal-Assunta fir-ritratt nistghu niehdu li d-dijametru tal-parti centrali tal-pedestal kien ta' 6 ixbar waqt li l-pedestal bil-bazi kolonna u gwarnicun kien gholi 12-il xiber maghmul minn 9 filati ta' xiber u nofs gholi u gwarnicun fuq gholi 2 ixbar. Apparti dan il-bazi qedgha fuq filata ohra ta' xiber u nofs gholi u hemm xi filata ohra simili fuq il-gwarnicun biex b'kollox il-pedestal jigi 15-il xiber gholi jew cirka 393cm. L-istatwa fuqu kienet xi 275cm gholja bl-Assunta nfisha xi 220cm. Bhala kuntrast, l-ghola pedestal li nsibu fil-Mosta llum hu dak ta' Sant'Anton Abbati li hu cirka 343cm gholi (cioe dan tal-Assunta kien nofs metru ghola) u l-istatwa tieghu hi cirka 272cm gholja b'Sant'Anton innifsu xi 252cm (cioe din l-Assunta kienet xi 32cm iqsar). Din l-Assunta b'dan l-gholi ta' 220cm tigi li kienet daqs cirka l-istatwi li nsibu fin-nicec tal-Portiku (l-istatwi tal-gnub tal-portiku ta' San Xmun u San Guda Taddew u taz-zuntier tal-Assunta u San Guzepp tallum huma erga harira izghar cirka 200cm gholja) fejn donnu ghamluha dan l-gholi biex darba jkollhom il-flus biex jaghmlu tan-nicec tal-portiku, tkun tikkorrispondi maghhom. L-istess jista' jinghad ghall-istatwa l-ohra simili ta' San Guzepp li kien hemm fuq dan iz-zuntier l-antik. Ir-raguni 'l ghaliex l-Assunta poggewha fuq ix-xellug taz-zuntier l-antik (u sussegwentament il-gdida fuq ix-xellug tal-lum) taf gejja mill-fatt li l-Assunta ta' Pjazza Brittanja meta kienet ghadha fil-pjazza quddiem il-knisja kienet tigi bi dritt il-5 kolonna tal-portiku u allura riedu jevitaw li jkollhom 2 statwi tal-Assunta fuq l-istess xaqliba. Wiehed jista' biss jipotizza, imma bhalma d-disinn taz-zuntier l-antik hareg minn idejn Grognet li halla spazju apposta fih ghal dawn l-istatwi, ma setghax jonqos li l-pedestal taghhom ma kienx disinn tieghu ukoll (specjalment meta tqis l-proporzjonijet li ntuzaw u l-gholi tal-filati), waqt li l-istatwi nfushom x'aktarx kienu tal-Mosti Salvatore Dimech li taf hadem ukoll il-parti l-kbira tal-iskultura u l-lavur tal-knisja sakemm din kienet ghadha qed tinbena - 2 dnubiet sagrosanti kbar ghal darbtejn tal-antenati meta setghu facilment sabulhom post iehor f'Mosta li kienet ghadha kollha raba' qed tikber bil-mod (ezempju fi Pjazza San'Anard jew jinkorporawhom f'kantunieri bhalma hemm bosta sbieh ta' dan it-tip fil-Belt u ghandna wahda biss simili fil-Mosta ta' San Tumas ma Villa Gollcher).


L-istatwi tal-Assunta u San Guzepp ta' Censu Apap fuq kull naha taz-zuntier tal-MostaL-istatwi tal-Assunta u San Guzepp li kien hadem Censu Apap li konna nsibu fuq kull naha taz-zuntier qabel gie restawrat fl-2010.

L-Assunta li kien hemm fuq iz-zuntier - Meta z-zuntier tal-knisja gie rrestawrat fl-2010 kienu saru mill-gdid l-istatwi tal-Assunta u ta' San Guzepp tal-bronz kopja ta' li kien hemm qabel mahduma minn Censu Apap fl-1931. San Guzepp ta' Apap illum jinsab quddiem il-kappella gdida li kienet inbniet f'Ta' Mlit fi Triq ic-Cinju izda l-Assunta tieghu ma rnexxielix tasal shiha ghax spiccat inqasmet fit-triq huma u jgorruha u minflok spiccat il-Maghtab bla hsieb. Hi parti mill-ironija tal-hajja, fejn bhalma Apap bl-ebda mod ma messietu l-kuxjenza jirrovina u jbiccer kapolavur ta' skultur iehor, s-Santa Marija originali li kellna ta' Salvatore Dimech is-Sartx, id-destin ried li din l-Assunta tieghu kellha tispicca b'dan il-mod mhi tajba ghalxejn hlief biex tintrema l-mizbla, bl-unika dispjacir hu li Apap, hekk pruzuntuz u ardit li ppretenda li hu kapaci johrog b'xi haga ahjar minn kapolavur ta' skultur iehor, kien lahaq miet fl-2003 biex jesperjenza din il-grajja daqstant iehor xejn sabiha. Kuntrarju ghall-affarijiet ohra li ahna fil-Mosta nistghu niftahru bihom li huma fost l-aqwa f'Malta, bis-sahha ta' Apap u dawk li fetlilhom jibdlu l-istatwa, spiccajna bi statwa titulari ta' Santa Marija li hi l-vergonja tar-rahal, dik ix-xi haga li ggeghlna nisthu u nhossuna nferjuri fejn irhula ohra, fejn bizzejjed thares lejn il-forma tal-kmiem u l-mant biex tara kemm hi artificjali. Kellna wahda mill-isbah statwi ta' Santa Marijiet u spiccajna b'wahda li tbikkik li timbuttak, u kellna wkoll kapolavur li hareg minn wild il-Mosta u li nhadem fl-injam minn zokk ta' zebbuga f'remissa fir-rahal u tlifnih darba ghal dejjem. Sfortunatament ukoll meta tranga z-zuntier fl-2010, dan ma kienx rega sar miftuh kif kien originarjament. Tista' timmagina San Pietru f'Ruma, San Pawl ta' Londra, Notre Dame ta' Parigi, Santa Marija del Fiore ta' Firenze, il-Katidral ta' Milan, il-Pantheon ta' Ruma, San Gwann tal-Belt, San Pawl tal-Imdina, ecc., b'zuntier maghluq quddiemhom? Imma ghal Dun Karm Gauci (maghruf bhala Dun Karm tal-mejjet, kien lahaq Prokuratur wara Dun Ang ix-Xih) kien aktar importanti li ma titlaghlux tkakki xi naghga fuq iz-zuntier u forsi dik il-hlejqa t'Alla tidhollu l-knisja, milli kif iddisinjah l-istess Grognet u sar lejn l-1861 li kellu fi hsiebu li wiehed ikun jista' jgawdi x-xena tal-kapolavur tieghu fl-intier kollu mill-qiegh nett u ghal dan kien anki warrab fil-genb il-hsieb li kellu originarjament meta ddisinja z-zuntier fil-forma kif inhu llum. Inzerta dak Dun Karm kien saqsa minn ghandu gebla tajba u sabiha biex jaghmel iz-zuntier u qalulu b'hu nannuhi Salvu Grech li bhal diversi Mostin ohra kellhom barrieri mqabbla ghandhom lejn il-Gharghur izda dan kien baghtu jixxejjer (qallu li mhux ghax hemm hu kien anki jgib il-barriera kollha ghall-knisja) ghax ftit qabel dak Dun Karm kien hadlu xi bicca art fejn kien imur jonsob lejn l-Isperanza biex ta lil haddiehor b'aktar flus. Ir-rizultat kulhadd jafu ghax minflok kellu jitwikka b'racanc ta' gebla nferjuri li tmermret maz-zmien u biz-zuntier spicca mdawwar bit-tape tant kemm kien fil-periklu li jaqa'.


2 Statwi fil-portiku tar-Rotunda – f'artiklu tal-istoriku Mosti Joseph Borg fil-Mosta: Settembru - Dicembru 2003 isemmi li fl-ghoxrinijiet tas-seklu l-iehor tnehhew min-nicec tal-gnub ta' taht tal-portiku (fejn illum insibu l-istatwi ta' San Xmun u San Guda Taddew) l-istatwi tal-gebel ta' San Pietru u San Pawl li jinghad li kienu jiffurmaw parti mill-prospettiva li kienet izzejjen il-kwadru titulari fil-Knisja l-Qadima. Pero f'ritratti antiki tal-knisja ta' qabel dan iz-zmien dawn in-nicec dejjem jidhru vojta.


Arkangli li kien hemm fl-antik fil-kor Rotunda MostaRitratt tal-Kungress Ewkaristiku tal-1913 juri bi zbrixx l-Arkangli tax-xellug li originarjament kien hemm fil-Kor.

6 Statwi ta' Angli li kien hemm fil-Kor - qabel saru l-Arkangli tal-lum 'a stucco' fl-1936 minn Censu Apap li kienu swew £50 il wiehed, kien hemm ohrajn tal-istatwarju Gharghuri Kalcidon Mangion mahduma fuq il-pariri li kien ta Guzeppi Cali li wkoll tlifnihom. Minn ritratt tal-Kungress Ewkaristiku tal-1913 jidher li kienu gholjin daqs tal-lum, cirka l-istess gholi tal-Evangelisti li hemm fuq il-presbiterju. Dawn ukoll setghu facilment sabulhom post iehor fuq xi pedestal f'xi kantuniera jew f'xi pjazza jew xort'ohra biswit xi kappelli. Nissopponi li taf kienu ferm isbah minn tal-lum (tista' timmagina l-antiki jzejnu lill-knisja b'xi haga kerha?) u biex jahbu l-izball, id-dnub, raw li ma jifdal l-ebda tracca taghhom jeqirduhom sal-anqas wiehed bhal ma ghamlu ftit snin qabel bl-istatwi tal-Assunta u San Guzepp li kien hemm fuq iz-zuntier l-antik u kollox imut fuq ommu.


Pittura tal-Knisja l-QadimaIl-Knisja l-Qadima bin-nicca tal-Assunta li kellha fil-frontispizju u s-salib fuq kolonna li kien hemm quddiem il-knisja.

Assunta fil-frontispizju tal-knisja l-qadima - Fil-frontispizju kien hemm inkorporata nicca bi statwa tal-Assunta taf cirka bil-bazi taghha gholja 300cm jew sular u l-Assunta forsi xi 260cm. Jista' jkun li bir-Rotunda qed tinbena nkaxxata madwar il-knisja l-qadima ma tantx setghu jimmanuvraw tajjeb biex inizzluha u spiccat terrapien mal-kumplament.


Salib tad-Dejma - quddiem il-knisja l-qadima kien hemm salib fuq kolonna u pedestal li x'aktarx kien jahbat x'imkien bi dritt bieb il-kbir tal-knisja tallum bejn it-tielet u r-raba' kolonna ta' quddiem tal-portiku. X'aktarx ma kien tad-Dejma xejn imma kien jimmarka l-post fejn kien hemm dik il-knisja tal-Assunta li Dusina fiz-zjara tieghu fil-Mosta fl-1575 kien sejhilha parrokjali u taf anki kienu jidfnu fiha jew madwara. B'hekk b'dan is-salib tigi li taf b'gebla wahda laqtu' zewg ghasafar ghax sar b'tifkira ta' din il-knisja li hattew u tal-antenati li kellhom midfuna maghha. Indirettament kien ukoll tifkira tat-twaqqif tal-Mosta bhala parrocca ghaliha ghax dik il-knisja kienet inhattet per konsegwenza ta' dan l-izvilupp, cioe kellu sinifikat tripplu. Raguni ohra li ma kienx tad-Dejma hi li kien pjuttost kbir kumparat ma dawk tad-Dejma li normalment huma zghar (ez. dak ta' San Pawl tat-Targa fin-Naxxar, etc). Kolonna simili ghal tal-Mosta u li nistghu nqabblu maghha hi dik ta' Haz Zebbug li ghanda pedestal ta' wisa' cirka 4 xbar (104.8cm, il-parti centrali, minghajr l-irhamar li sar xi snin ilu), u minn dan il-qies tista' tohrog il-qisien l-ohra, cioe tiddividi b'1.5 issib id-dijametru tal-kolonna cirka 2 xbar 8 pulzieri (69.87cm), u peress li hi stil Korint, il-kolonna bil-bazi u l-kapitell b'kollox trid tkun 10 darbiet id-dijametru jew cirka 7m. Tal-Mosta l-kolonna kienet still Doriku allura l-gholi ried ikun iqsar, cioe 8 darbiet id-dijametru taghha, imma donnu kkumpensaw ghal dan in-nuqqas fl-gholi billi fuq il-kolonna nkorporaw dak l-ispeci ta' pedestal forma ta' lembut li kien iwassal ghas-salib propju. Dan l-ahhar kien hemm il-hsieb li jitwaqqaf dan is-salib imma b'kolonna kwadra dejjem gejja ghall-ponta skont kif jidher li kien hazz Grognet u kif hemm quddiem il-Pantheon ta' Ruma. Imma nghid jien, possibli rridu dejjem nirrepetu dak li jaghmel haddiehor flok naghmlu wiehed l-istil jekk mhux ezatt li jkun tifkira bhalma kien hemm quddiem il-Knisja l-Qadima li b'kolonna tonda narah aktar jikkumplimenta l-istess Rotunda mibnija ghat-tond. Taf inkunu qed nirrepetu l-istess zball taz-zuntier li ghax sehel Grognet kien hazz wiehed kif inhu llumm, ninsew li hu stess kien rega bdielu u originarjament kien ra li jsir miftuh biex il-knisja tkun tista' titgawda minn isfelnett.


Cimiterju antik tal-MostaRitratt mehud mill-gazzetta l-Mosta tal-1977 fejn kien ghadu jidher is-salib li kien jimmarka c-cimiterju l-antik. Fuq ix-xellug jidher bhal munzell tiben waqt li s-sigra li hemm fuq il-lemin ghadha hemm sallum qedgha fit-trejqa fuq barra tal-hajt ta' wara. Jidher tower crane u bini gdid li kien ghadu kif inbena.

Salib li kien hemm mac-cimiterju l-antik - dan ic-cimiterju ftit l-isfel mic-cimiterju tallum jmur lura ghall-pesta tal-1676 meta kienu ndifnu fih 27 ruh fosthom qassis zaghzugh ta' 34 sena, certu Dun Andreas Busuttil, li miet flimkien ma ommu Speranza u ndifen fl-10 (jew fl-20?) ta' Gunju 1676, fl-istess gurnata li miet (Sors gazzetti Il-Mosta ta' Frar-Marzu 1977 u Settembru-Dicembru 2001 – ma jaqblux fid-data tal-10 jew 20 ta' Gunju 1676). Fuq wara ghadu jezisti l-hajt originali ta' mat-trejqa qalb l-ghelieqi, ghalkemm f'xi partijiet miekul sewwa biz-zmien, singlu tul ta' cirka 47m, minghajr pilastri, gholi xi 9 filati mill-art, bi knaten mingura fuq l-4 faccati li whud minnhom jaqbzu d-90cm tul u ta' wisa' xiber u kwart (cirka 33cm, b'kuntrast ma hajt singlu tallum li l-aktar li jkun wisa' hu 9 pulzieri jew 23cm). Ghadu jezisti wkoll il-hajt tal-genb tal-lemin bil-wisq inqas irfinut li kien jissepara mill-ghalqa vicin li hu dobblu tal-imramma ta' wisa' 3 ixbar (78.6cm). Il-hajt tal-genb l-iehor m'ghadux jezisti ghax hu mibni ricentament min dak tal-irhamar waqt li l-hajt ta' quddiem li x'aktarx kien bhal hajt ta' wara intilef ukoll meta twessghet it-triq fit-tmeninijiet. Dan il-hajt ta' mat-triq kellu fuqu pedestal gholi cirka 4 filati li jispicca b'salib semplici fuqu biex jimmarka l-post bhala cimiterju flok ir-ruh li nsibu biswit ic-cimiterju tallum u dak ta' mal-kappella ta' Santa Margerita (jghidulu ta' Santu Rokku?). Fuq il-hajt ta' wara hemm bhal gebla kbira mpoggija fuq il-hajt propju li nahseb kien ghamilha Dun Salv Magro biex fuqa pogga salib li spicca insteraq. Illum fejn kien ic-cimiterju hu f'idejn il-privat u mibdul f'ghalqa fejn taf l-oqbra ghadhom jezistu taht il-hamrija li ntefghet fuqhom sakemm ma kinsux kollox flimkiem ma dawk il-povri minsijin Mostin li kien hemm midfuna fih u li kellhom imutu mewta hekk kiefra u f'qasir il-ghomor.


Statwa tal-Kuncizzjoni u Riljev tal-Assunta fil-Mosta li tlifna fil-MostaIsfel xellug: Id-dar li kienet ta' Mikelang Falzon mlaqqam 'Tal-Barbier' (kien propja mastrudaxxa jaghmel it-twiebet u deffien, jigi nahseb missier Joe d-deffien) li tinsab fil-bidu ta' Triq il-Pont fejn ghadhom jezistu biss ir-riljevi tax-xellug tal-Ecce Homo u tad-Duluri fuq il-lemin fuq iz-zewg bibien il-kbar. Dawn ir-riljevi kellhom fuq kull naha taghhom 2 statwi kull wiehed fuq mensoli (taf kienu tizjin temporanju tal-festa). Fuq il-bieb tan-nofs kien hemm gallarija (ritratt fuq xellug) li "ghebet misterjozament" (cioe insterqet) fi Frar 1999. Fuq din il-gallarija kien hemm taf l-unika riljev tal-Assunta li konna nsibu fil-Mosta (ritratt fuq lemin), komplut b'puttin fil-parti ta' taht, x'aktarx xoghol Bizzju.
Isfel lemin: In-nicca arzellata tal-Immakulata li kien hemm sal-2004 fi Triq id-9 ta' April (illum floka nbniet dik l-art gallery kantuniera ma Triq San Pawl Eremita) li kienet tmur lura tal-anqas ghall-1860 meta tlestiet il-knisja f'dak li kien Sqaq Redusa li kien jghaqqad Triq Speranza qabel tibda n-nizla ghall-kappella ma Triq il-Parrocca, bil-kumplament kien kollu raba sa Triq Salvatore Dimech tallum. In-nicca domnu, imma l-istatwa jidher li kien lahaq salvaha xi qassis li joqghod lejn ta' Wejda u ghal xi zmien kienet fuq speci ta' mensola f'tarf Triq it-Torri kantuniera ma Triq Durumblat.
(ritratti mill-annwal ta' Nicolo Isouard 2018 p.216 u ktieb Mosta: Heart of Malta, p.76)

Riljev tal-Lunzjata fil-Mosta li tlifnaRitratt ta' riljev tal-Annunzjata li xi darba kien hemm ma dar fi Triq il-Kbira Nru. 450 (illum id-dar waqqghuha u din il-parti tat-triq jisimha Triq il-Bazilika).
(ritratt mill-ktieb Mustensia Vol II, p.264)

Riljev ta' San Guzepp fil-Mosta li tlifnaRitratt ta' riljev ta' San Guzepp li xi darba kien hemm ma dar fi Triq il-Pont (illum id-dar waqqghuha u din il-parti tat-triq jisimha Triq Carmelo Dimech). Kellha lapida bil-kliem: San Guzepp itlob ghalina, Pater, Ave u Gloria, Ind. ta' 300 jum. Preces et Op. N.431.
Ritratt grazzi ghat-tfal ta' Nikol Ciantar li kien hareg ktieb fuq in-nicec ta' Malta kollha u r-ritratti li kien ha taghhom kien ghadda kopja lill-Librerija Nazzjonali l-Belt.

Madwar 9 statwi li tlifna mill-1987 l’hawn li jissemmew minn Tony Terribile fis-serje ta’ artikli tieghu ‘Nicec u statwi fit-toroq tal-Mosta’ fil-gazzetta ‘Il-Mosta’ fit-3 hargiet bejn Mejju u Ottubru tal-1987 u li ma rnexxielix insib fosthom: nicca bil-Madonna tar-Ruzarju ma razzett fi Triq Durumblat, nicca zghira ta’ San Guzepp fi Triq il-Kbira Sqaq Nru. 4, nicca ta’ Madonna bil-Bambin fi Triq Caspru, riljev kbir ta’ Marija Annunziata fi Triq il-Kbira Nru. 450 (illum hemm binja gdida), riljev ta’ San Guzepp fi Triq il-Pont Nru. 160 (taf Triq Carmelo Dimech tallum biswit fejn hemm in-nicca tal-Kuncizzjoni, illum hemm is-soltu blokka flats - addirittura kellu ndulgenzi ta' 300 jum ghal min jghid Missierna, Sliema u Glorja), nicca zghira ta’ San Guzepp li kellha l-indulgenzi datati 1865 fi Triq l-Oratorju Nru. 5, xbiha tal-Qalb ta’ Gesu fil-gholi fi Triq il-Kbira Nru. 334, x’imkien fuq wara ta’ dar fi Triq il-Bazilika li tkompli ma Triq Santa Margerita kien hemm xi nicca semplici ta’ Gezu Nazzarenu xoghol Bizzju, u nicca kbira tal-Kuncizzjoni bl-indulgenzi datati 1860 li kien hemm fi Triq id-9 t’April.


Statwa li kien hemm f'dar f'Gafa Street il-MostaNicca bi statwa tal-Assunta li kien hemm fil-gardina ta' dar fi Triq Gafa Nru. 83. Fuq il-lemin tidher in-nicca bla statwa qalb it-terrapien fl-2009. Kien hemm ukoll fosthom giebja kbira u xelter tal-gwerra. Evviva l-patrimonju Mosti.

Nicec privati fi djar privati u antiki – Ghalkemm l-awtorita tal-ippjanar rigward bini mill-gdid, jekk ikun hemm xi nicca fil-faccata hemm imnejn iggielek izzomm il-faccata jew in-nicca li jkun hemm iggieghlek tinkorporaha fil-binja l-gdida (fil-fatt nahseb ma taghmel assolutament l-ebda differenza bhal dan ir-riljev fi Triq il-Htajriet u din in-nicca u statwa li kien hemm fi Triq l-Inkurunazzjoni, precedent tajjeb ghall-ispekulaturi biex iwaqqghu anki fejn hemm nicec u jgibu l-Mosta kollha konkos), riljevi fil-faccata jew nicec li jkunu fuq gewwa bhal fil-gardina jew fil-bitha tal-istess dar ‘l boghod mill-ghajn huma minsija ghal kollox u tista’ tkisser u tirrombla minn fuqhom kemm trid. Dan zgur wassal biex tlifna patrimonju shih ta’ nicec ta’ dan it-tip fosthom wahda li naf li kien hemm f’dar fi Triq Gafa Nru. 83 (ara ritratt datat 1976). Kienet nicca ta' qabel il-gwerra bi statwa tal-Assunta xoghol Bizzju u n-nicca xoghol Nicola Grech u Guzeppi Galea. L-istatwa tal-Assunta taf ghadha tezisti ghand il-perit Chris Grech li kien gab il-permess biex iwaqqa' kull m'hemm.


Lapida tal-indulgenza kappellun Kurcifiss Rotunda MostaLapida tal-indulgenzi li hemm fuq ix-xellug tal-kappellun tal-Kurcifiss tghid: Indulgenza tal-Papa Benedittu XIV f’isem is-sodaliltati li jkunu qedghin fl-ahhar nifs moghti fl-10 ta' Jannar 1757 ghall-uzu ta' l-altar wahdieni ta' dan it-tempju f’liema hemm id-drawwa li jsir sagrificcju ghall-mejtin tieghu igawdu dan il-privilegg kbir ghal dejjem.

Nicec li ntilfu tort tal-elementi u r-rghiba tal-bniedem - Apparti dawn imsemmija, min jaf kemm intilfu ohrajn fi zmien il-gwerra, waqt li ohrajn li taf irnexxielhom isalvaw minn dan l-assedju u mill-qilla tal-elementi u z-zmien, spiccaw sabu sehemhom tort tal-izvilupp bla razan u r-rghiba ta' dawk li donnu ma jxebbghahhom xejn. Bizzejjed tqis li fil-Mosta l-eqdem statwa bl-indulgenzi hi dik tal-Assunta li llum tinsab fi Pjazza Britannja li kienu nghatawla fl-1801 jekk ghal mument ninsew l-Assunta ta' Buqana li hi boghod mhux hazin mic-centru tar-rahal li l-indulgenzi kienu nghatawla ftit biss ta' snin qabel fl-1792. Dan jikkuntrasta ma rhula ohra li ghandhom statwi b'indulgenzi ferm eqdem, fosthom dawk girien bhal H'Attard li ghandhom Kuncizzjoni b'digriet tal-1761 u n-Naxxar li ghandhom id-Duluri fit-Triq t'Alla u Ommu, San Pawl f'San Pawl tat-Targa u Kuncizzjoni fi triq mhux wisq boghod mill-knisja b'digrieti tal-1752, 1770 u 1784 rispettivament. Tista' timmagina wiehed Mosti jkollu joqghod jitla' n-Naxxar biex jghid talba ghalih jew ghal xi mejjet ghax f'rahlu m'ghandux wahda ta' dan it-tip mentri l-Matrici li maghhom kienu hekk impikati u anki superaw fil-popolazzjoni kellhom tal-anqas tlieta? Konvint li jekk fil-Mosta kien hawn xi wahda, zgur kienet dik tal-Madonna tal-Isperanza fl-ghar taht il-kappella li altru li kienet devota kien attribwit li kienet dik li salvat tfajla Mostija minn halq it-Torok u li taf l-indulgenzi nhargula dawk is-soltu 40 jum xi zmien wara l-1760 meta tlestiet il-kappella. Taf darba gabu l-indulgenzi ta' 100 jum fit-23 ta' Gunju 1914 ta' statwa li taf tlifna, il-lapida l-gdida spiccat hadet post l-antika, disgrazzja ta' meta l-ghar kien suppost gie rinovata fl-1913, ghax bhalma tefghu mat-terrapien fosthom 2 statwi bhal dawk bil-pedestal b'kollox li kien hemm fuq iz-zuntier l-antik tar-Rotunda, altru li b'din il-mentalita ma kienux se jhabblu rashom fuq semplici bicca lapida. Possibilta ohra hi li bhalma n-Naxxarin kellhom l-imsemmija Duluri bl-indulgenzi mill-1752, setghu l-Mostin jonqsu milli jgibu l-indulgenzi ghall-imsemmija aktar qabel dawk l-erba' statwi li kien hemm fiz-zuntier tal-kappella ta' San Pawl l-Eremita ftit passi 'l boghod u li d-devozzjoni lejha kienet hekk kbira li jinghad li xi Granmastri kienu jigu servuti bl-ilma li jnixxi mill-ghar? L-unika tifkira ta' indulgenzi ta' dik l-epoka fil-Mosta li fadlilna hi semplici lapida li wrietna mill-knisja l-qadima li llum tinsab fuq ix-xellug tal-kappellun tal-Kurcifiss fil-Knisja fejn jidher li fl-10 ta' Jannar 1757 Papa Benedittu XIV, meta taf kien ga sieq wahda fil-qabar propju ftit aktar minn sena qabel miet hu stess ta' 83 sena, kien ta ndulgenza plenarja (?) ghas-sodalitati tal-Agonizzanti fil-mument tal-agunija, fl-ahhar nifsijiet taghhom (moribondi - bil-mewt fil-qrib).


Pjanta tar-Rotunda minn Grognet bin-nicec fil-gnubPjanta tal-Knisja turi 2 minn x'aktarx 4 nicec li Grognet kellu fil-hsieb li jaghmel fil-hitan ta' barra bejn it-twieqi tal-kappelluni ghall-4 Evangelisti.

Nicec / Statwi li qatt ma saru – mil-pjanta tal-knisja li ghamel Grognet jidher li originarjament kellu f’mohhu li jaghmel zewg nicec fuq kull naha tal-genb tal-knisja fuq barra bejn it-twieqi tal-kappellun ftit aktar baxx minn dawn l-istess twieqi (qisu f’nofs l-ewwel ordni) biex fihom jitpoggew statwi tal-4 Evangelisti (saru l-istatwi tal-Evangelisti San Gwann u San Mattew imma nsibuhom minflok fil-portiku peress li sehlu kienu wkoll Appostli) u quddiem il-knisja kellu l-hsieb li jaghmel kolonna b’salib fuqha. Fl-2008 f’gheluq l-400 sena anniversarju mit-twaqqif tar-rahal, kien hemm il-hsieb li l-kazin Nicolo Isouard jwaqqfu replika tas-salib tad-dejma li kien hemm quddiem il-knisja l-qadima li kif ghidna kellu sinifikat tripplu, u dawk tal-kazin ta’ Santa Marija jaghmlu statwa tal-Assunta fuq pedestal li kienet tkun tifkira tal-Assunta li kien hemm u li llum tinsab fi Pjazza Britannja, li minhabba xi dizgwid jidhrili fuq fejn kellhom jigu fil-pjazza spicca baqa’ ma sar xejn.

San Angeliku MartriKarmelitan
Sant'Anton AbbatiPatri
Sant'AndrijaSajjied
Sant'Antnin ta' PadovaFrangiskan
San BernardCistercian u Duttur tal-Knisja
San Frangisk SaverjuGizwita u Missjunarju
San GakbuSajjied
San Gwann l-EvangellistaSajjied
San InjazjuGizwita
San LuqaTabib
San MattewJigbor it-taxxi
San NikolaIsqof
San PawlJaghmel it-tined
San PietruSajjied
San SilvestruPapa
San TumasBennej
San XmunRibell / Politiku
San Vincenz de PaulQassis
San Angeliku MartriB'xi 5 daqqiet ta' xabla
Sant'AndrijaMsallab ma salib form X
Santa BarbaraQatghala rasa missiera
San BartilmewSkarnat / Imqaxxar
San FilepImsallab
San GakbuB'daqqa ta' xabla
San Guda TaddewImsallab
San MattewB'daqqa ta' xabla
Santa Maria GorettiB'xi 14-il daqqa ta' sikkina
San PawlQatghulu rasu
San PietruMsallab rasu 'l isfel
San TarcisjuXebgha tajba
San TumasDaqqa ta' lanza (spear)
San XmunIssegat min-nofs b'serrieqa