Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta 1986)
migbura minn E.B. Vella u ohrajn
ZIEDA I
Il-ghar ta' Wied il-Ghasel u San Korradu
(p.228) Dan il-ghar kbir qieghed f'Wied il-Ghasel, fix-xaqliba tal-grigal tal-Mosta. Jidher tajjeb minn fuq il-pont ta' Misrah Ghonoq u mal-ewwel daqqa ta' ghajn jidher illi n-Natura donna qeghditu biex mieghu jduru tradizzjonijjiet jew ghajdud l-iktar strambi.
Meta l-Konti Ciantar kiteb fuq kemm kienet imsemmija il-Gzira taghna fil-qedem ghal ghageb ta' ghasel li kellha, kompla jghid:- "Ara kemm hu hekk illi ghandna ghar li n-nies ta' dak l-inhawi minn zmien ilu hafna, isejhulu Wied il-Ghasel, il-ghaliex mill-blat gholi tieghu kien jinzel l-ghasel u jcercaq go fih,"1 dan ifisser illi fix-xquq tal-blat kien ighix hafna nahal u li mill-kotra ta' ghasel li kien ghamel kien iqattar ftit ftit ghall-isfel. Issa mmorru ghall-bicca storja l-ohra ta' dan il-ghar.
Il-kommendatur Abela li stampa l-istorja li kiteb fuq Malta fl-1647 tkellem minn dan il-ghar u qal:
"Fil-ghar kbir ta' Wied il-Ghasel tidher mibnija kappella taht l-isem ta' San Pawl l-Ewwel Eremit2. Dan il-post qieghed tassew tajjeb ghal hajja maqtugha mid-dinja ghalhekk f'hafna zminijiet, kienu jghixu xi qaddejja t'Alla, li kienu ta' xempju sabih u qaddis. Fis-sekli ta' l-ahhar kien ighix hemm wiehed minn dawn l-eremiti, illi kulhadd kien ighid li hu qaddis, u l-qodma jghidu illi kien imzeblah spiss minn xi raghajja, illi lilhom kien icanfar fuq l-ghamil mhux xieraq taghhom.
Ghalhekk bhal San Frangisk ta' Pawla iehor jew bhal (p.229) qaddis Rajmondu ta' Pennafort li huwa l-glorja tad-Dumnikani, dak l-eremit telaq bil-bahar fuq il-mant tieghu stess, u mar l-ewwel Kemmuna u mbaghad Ghawdex, fejn hemm fil-knisja ta' Santa Marija tal-Qala, ta' l-ahhar nifs ta' hajtu t-tajba u mimlija bil-mertu. Xi whud jghidu li zgur li kien midfun fl-istess knisja ta' Santa Marija.
Hemm hafna hwejjeg li jaghmlu l-dan il-ghar qaddis, mhux biss iktar miqjum, imma wkoll qieghed tajjeb biex wiehed jista jghammar fih u hemm jghaddi hajja ta' eremit. Wahda min dawn il-hwejjeg hija li hemm, hi kif wiehed jista jara inixxi ilma l-iktar safi u helu, li gej minn gewwa bicca blat fil-baxx, imdendla fuq id-dahla. Dan l-ilma li gej qtajra qtajra u ma jieqafx, anzi jinzel iktar meta tkun xitwa ta' hafna ilma, jingabar gewwa hawt tal-hagar li jinsab hemm ghall kull min irid jaqta' l-ghatx… Wara l-knisja ghadu jidher sallum il-fdal ta' cella li jahsbu li gewwa fiha kien ighammar dak l-eremit li ghad kif semmejna3."
Il-Konti Ciantar li zied fuq dak li kiteb Abela semma tradizzjoni ohra li qal li gabarha minn dak li kiteb Mons. Leonardu Abela, Isqof ta' Sidonja, u kittieba ohra qodma. Dan hu dan li kompla ighid Ciantar:
"F'din il-knisja ghammar il-Beatu Korradu (illi gismu illum huwa meqjum f'Noto) u talli kien iccanfar lin-nies tal-Mosta (li f'dak iz-zmien kienet rahal kbir hafna) fuq id-drawwiet hziena taghhom, dawn ghamlu ghalih. Biex isibu f'hix iqabbdu dufrejhom u jkeccuh, huma, bi hzunija ta' rashom, baghtu mara biex tahsel il-hwejjeg bl-ilma li niezel mill-hajt ta' dak il-ghar u qalulha biex thalli jaqghulha l-hwejjeg tal-hasla u titlob l-ghajnuna. Jekk il-Qaddis ma jmurx ighinha, ilumuh ghan-nuqqas ta' hniena; filwaqt li jekk imur ighinha jghidu li mar ghall hsibijiet hziena ta' rasu. Izda huwa, billi ma kienx jaf x'kellhom f'rashom, kif sema l-ghajjat mar biex jaghtiha l-ghajnuna. Issa dawk in-nies hziena daru (p.230) ghalih u b'hafna hagar u baqghu jigru warajh u jixhtulu sax-xatt. Hekk kif wasal hawn il-Qaddis firex il-mant tieghu fuq wicc il-bahar, tela fuqu u telaq, filwaqt li nesa l-hatar li kellu u hallieh l-art.
Hekk kif dawk in-nies hziena raw dak il-miraklu, nidmu u talbuh biex jahfrilhom u jerga lura. Izda huwa habbrilhom xi flagelli illi Alla kellu jibghat fuq il-Gzira, u l-iktar fuq ir-rahal taghhom, bl-armata tal-Musulmani li kellhom jahtfuh, jisirquh u jhalluh wahxi, kif ukoll xi ftit mill-ahjar nies kellhom jitilqu biex imorru joqghodu banda ohra, mal-migja ta' l-Ordni ta' San Gwann.
Hawn min jghid ukoll, illi dan il-qaddis kien dak li habbar il-bini tal-belt Valletta fil-post imsejjah: Xaghriet Mewwija jigi zmien li kull xiber jiswa mija; kif jghidu ohrajn sallum: Xaghriet Mewwija li kull xiber jiswa mija…
Fil-jum ta' San Pawl Eremit il-hatar tal-Qaddis kien ihaddar. Darba sinjur seraq dan il-hatar u gara li dawk ta' warajh li kienu gejjin minnu waqghu f'hafna tbatijiet4. "
Dun Bert Mifsud, kittieb tas-seklu XVIII wara li semma l-istorja li ghadna kif semmejna, qal illi dik il-knisja zghira ta' San Pawl l-Ewwel Eremit ta' l-Egittu li hemm fil-ghar ta' Wied il-Ghasel giet mibnija minn dawn in-nies il ghamlu ghall-qaddis eremit li kien joqghod hemm "bhala turija li kienu nidmu mill-korla taghhom. "5
Qabel inkomplu nitkellmu fuq din it-tradizzjoni nghidu ghal min ma jafx illi l-Eremit San Korradu twieled fi Pjacenza fl-1290; wasal f'Noto fl-1335; u miet f'Eremo fis-sena 1351. Gie s-Santifikat fl-1554 u llum gismu jinsab imqieghed f'arka kbira u sabiha tal-fidda gewwa l-Katidral ta' Noto, fejn huwa mizmum bhala l-ewwel patrun ta' dik il-belt zghira fi Sqallija. Issa nkomplu ghalli konna nghidu.
F'Manuskritt qadim niltaqghu ma, kittieb iehor li (p.231) tkellem fuq it-tradizzjoni imma qal mill-bidu li ma jridx jindahal biex jara minn kien l-Eremit il-ghaliex qal li dan kien xoghol li ma jirnexxix, ghalkem li l-Maltin, ma kittieb maghruf Sqalli u mieghu wkoll Manduca, kienu jahsbu li kien San Korradu. Dan il-kittieb tkellem biss mill-Eremit kien min kien, u wara li kiteb fuq l-istorja kollha tat-tkeccija tieghu bhalma semmewha ta' qablu, kompla jghid dan li gej:
Kif qieghed ingib quddiem il-qarrejja din it-tifkira, ma naqqghadhix ma ohra, billi l-wahda taghti d-dawl lill-ohra u it-tnejn juru kemm in-nies qodma ta' qabilna kienu jhobbu izjed minna tallum postijiet imwarrbin mid-dinja. Fil-knisja tal-Madonna tal-Qala, f'Ghawdex, hemm tifkira ta' Eremit qaddis li gie midfun hemm. Jiena u nitkellem minn din ir-ruh qaddisa, gharaft dak li ghadni kif tkellimt minnu, li juri li meta l-Eremit harab mill-Wied tal-Mosta, mar ighammar f'Kemmuna u mhux fi Sqallija. Dan kien aktarx madwar is-sena 1350. Billi l-eremit ta' Ghawdex u l-iehor il-gdid ta' Kemmuna ghamlu hbieb, kienu ta' spiss imorru jaraw lil xulxin , u billi ma kellhomx dghajsa, kienu jaqsmu l-Fliegu, bejn Kemmuna u l-Qala, fuq il-mant. L-eremit ta' Kemmuna baqa' hemm sa ma ttajjar lejn is-sema siehbu; imbaghad halla l-gzira u rega mar lejn Sqallija6 …"
Sa hawn rajna x'qalu fuq din il-kwistjoni l-ikbar tliet storici qodma ta' Malta. F'haga wahda dawn jaqblu u din hi li l-Mostin keccew lill-eremit li kien ighammar fil-ghar ta' Wied il-Ghasel li minn hemm telaq sa ma halla l-Gzira riekeb fuq il-mant tieghu. Mill-bqija, bhalma rajna, kittieb jghid haga u l-iehor jghid ohra. Ghalhekk biex niehdu ftit izjed dawl ktibna ghal-Noto, fejn bhalma ghidna huwa meqjum il-gisem ta' San Korradu, biex ighidulna xi jghidu hemm fuq din it-tradizzjoni. 7
(p.232) Sibna li hemm xi kittieba qodma Taljani, jew Sqallin, li qablu wkoll ma dik it-tradizzjoni li ghadna f'Malta ta' dak l-Eremit. Fi ktieb fuq il-Hajja tal-Qaddisin ta' Sqallija stampat fl-1687 jidher dan li gej:
"Jinghad, illi San Korradu kien ghex magenb ir-rahal imsejjah Mosta, fil-Gzira ta' Malta, qrib il-bajja ta' San Pawl. Hemm illum tinsab, knisja ghal qima ta' San Pawl l-Ewwel Eremit u tinsab ghajn illi tnixxi l-ilma b'miraklu ta' San Korradu8."
Kittieb iehor, f'manuskritt li ma giex ippublikat kiteb:
"Armat kollu bil-fidi, u wara li radd is-sinjal tas-Salib Imqaddes bit-tberik tal-bahar, qieghed saqaajh fuq l-ilma u beda miexi fil-mewg minghajr ma xxarrab saqajh, haga li ghaggbet lil kulhadd9."
Intqal ukolli illi "It-tradizzjoni li San Korradu kien ighammar f'Malta hija mwettqa minn bosta kittieba".10 Fosthom nistghu nsemmu l-Patri Glormu Manduca,11 Malti li kiteb barra, u siehbu Vincenzu Modica12 li nizzlu dik it-tradizzjoni f'zewg trattati li ma gewx stampati.
Milli jidher din it-tradizzjoni kienet iktar qawwija fi Sqallija milli kienet fil-Gzira taghna. Ara kemm hu hekk illi s-Senat ta' Noto nizzel bil-miktub dan il-miraklu li semmejna13 li jerga jissemma wkoll f'litaniji l-qodma ghad unur ta' (p.233) San Korradu14.
F'litanija li ilha minn zmien twil tinghad fi Frar, quddiem l-artal fejn jinsab il-gisem ta' dan il-Qaddis, jinghad dan il-vers:
Sancte Corrade, qui de Melita in Siciliam sicco vestigio pertransisti – Ora Pro Nobis15. Li tfisser: O San Korradu li minn Malta ghaddejt ghal Sqallija bla ma xxarrabt saqajk – Itlob ghalina.
Jidhrilna li daqshekk huwa bizzejjed biex wiehed jara li it-tradizzjoni li San Korradu ghex f'Wied il-Ghasel hija msemmija minn hafna kittieba qodma mhux biss f'Malta imma ukoll minn dawk ta' Sqallija. Mill-banda l-ohra ahna ma rridux ingieghelu l-qarrej jahseb illi kull ma gie miktub fuq din il-bicca huwa storja zgura. Le, dan seta' kien hsieb ta' wiehed biss u l-kittieba kollha ta' warajh baqghu jghidu bhalu.
Intant il-bicca tibqa' dejjem fid-dlam billi dak li hallew l-aktar kittieba qodma li nafu bihom huwa dejjem dawk it-tliet sekli wara l-mewt tal-qaddis Eremit. Ghalhekk wisq nahsbu illi din il-bicca mill-hajja ta' San Korradu jew eremit iehor li kien, tibqa' ghal dejjem bhala xempju ta' hajja ta' eremit, li max-xewqa li jitbieghed min-nies u mid-dinja giet imghaqqda wkoll dik li jhalli mohbija l-grajja ta' hajtu.
Riferenzi
- DISS. Ap. De B. Paulo Apostolo, par,233, p. 25.
- Ghal aktar taghrif ara t-Tmien Taqsima: Knejjes Zghar - L-Ghar ta' Wied il-Ghasel.
- Abela, Descrittione di Malta, Lib. III, Not. IV, pp. 373-4.
- Malta Illustrata, Lib. I, Not. VII, par. XI, pp. 245-47.
- Componimento Storico di S. Publio, (1775) Not. IV, p. 171.
- Mill-Kollezzjoni tal-Kanonku Agius de Soldanis, MS. 142, Vol. V, p. 39
- Il-korrispondenti taghna kienu l-Wisq Rev.di Kanonici Dun Korradu Tafaro u Dun Mattew Cicchetti, Rettur tal-Knisja Monumentali ta' Sant Kjara, f'Noto.
- Gaetani, Vitae Sanctorum Siculorum, Panormi, Typis Civillo, Tom. II, p. 85. Animadversionis in Vitam B. Corradi. Guidi, par. XIV.
- Antonio Tedeschi, De Commentari Sacro Politico dell'Ingegnosa Citta di Noto.
- Veratti, Vita di San Corrado.
- Istoria di San Publio Martire.
- Notationes et questiones ad illustrandam historiam S. Publii Martiris, p. 57.
- Libro Giallo della Comunale di Noto, p. 211.
- Litaniae in honorum Divi Corradi, Neopoli, Typis Gramiani, 1687. Dawn il-litaniji gew stampati mill-gdid f'Palermo, 1765, Tip. Ferrori; f'Noto, 1855, Stamperia dell'Intendenza u Stamperia di Noxcia Andrea, 1867
- Jinghad li din il-litanija qadima kien ghaqqadha Vincenzo Littara, qassis ta' gieh kbir.
Kapitli ohra mill-ktieb
- Taqsima: 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 13, 14, 15
- Zieda: (I), II, III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XI, XII, XIII, XIV, XV, XVI, XVII