The Mosta Archives Banner

Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta 1986)

migbura minn E.B. Vella u ohrajn


ZIEDA VII


(p.270) Hija haga xierqa li l-"iStorja tal-Mosta bil-Knisja taghha" taghlaq bil-Bijografija ta' min kitibha:


IS-SUR EMANUEL BENJAMIN VELLA (1898 - 1946)


(a) miktuba mis-Surmast Anthony Sammut


E. B. Vella fid-dar tieghu ftit qabel ma miet fl-1946 E. B. Vella fid-dar tieghu ftit qabel ma miet fl-1946

Wiehed mill-aktar habrieka ta' l-ilsien Malti hu bla dubju ta' xejn is-surmast Mosti, is-Sur Emmanwel Benjamin Vella. Dan l-isem mhux gdid ghall-ebda Malti ghaliex kull tifel jew tifla li jghaddi mill-iskejjel taghna jiltaqa' mieghu fil-kotba tal-qari tal-Malti. B'den kollu hafna minna ma jafux sewwa l-hidma kbira tas-Sur Vella - hidma li nistghu naqsmuha fuq tliet frieghi principali jew ahjar xoghol siewi fl-Edukazzjoni, fl-Istorja ta' Malta u fuq kollox fl-ilsien Malti.


Ix-xoghol ta' Vella fl-Edukazzjoni


Fl-1920 is-Sur Vella, zaghzugh ta' wiehed u ghoxrin, mimli bl-energija u b'mohh miftuh ghall-istudju kien mibghut mill-gvern fil-Kullegg ta' "St. Mary" fl-lngilterra biex jibda kors ta' sentejn ghal surmast fl-iskejjel tal-gvern. Biex wiehed jifhem ahjar x'kien ifisser "scholarship'' ta' din ix-xorta, wiehed irrid iqis li dak iz-zmien ftit li xejn kien hawn xi jhajjrek biex tghaddi 'I quddiem fil-hajja tal-kotba. Il-poplu Malti mrobbi u mtella fl-akbar bruda ghal hajja ta' l-iskola, ma kellu l-ebda xewqa li jibghat l-uliedu jahlu sahhithom u gidhom fl-istudju biex wara li jtemmu l-kors taghhom jithallsu bis-soldi u jkunu x'aktarx imwarrba f'ghajnejn is-socjeta. (p.271) Ligijiet li tibghat l-uliedek l-iskejjel ma kienx hawn; skejjel jekk tista issejhilhom skejjel kienu ghadhom ma tferrxux f'kull rahal u belt ta' Malta. Iz-zaghzagh ta' dak iz-zmien li kienu jghaddu 'I quddiem fl-istudju kienu ftit u ta' min ifahhar l-ghaqal u il-hidma taghhom ghaliex huma kienu l-pedament biex Malta qamet mir-raqda nghas u tal-bruda,u bil-ftit il-ftit bdiet hajja gdida.


Nistghu nghidu li s-Sur E.B. Vella kien wiehed minn ta' quddiem fost dawn iz-zghazagh. Is-Sur Vella mhux biss spikka fost hutu l-Maltin imma wkoll fost l-istudenti barranin tant li il-principal tal-kullegg ftahar bih u fir-rapport tieghu stqarr li "Is-Sur Vella qieghed ihalli l-kullegg bl-oghla rakkomandazzjonijiet li jistghu jinghataw". Il-hidma tas-Sur Vella f'Londra kienet bla heda tant li barra l-kors normali ta' Surmast f' "St. Mary's", hu ghamel kors tal-letteratura u inghata Certifikat iehor mill-London County Council. L-Universita ta' Londra offriet "scholarship" iehor lis Sur Vella taht il-"University Exten­sion Board", izda bilii kellu l-kuntratt mal-gvern li jservi fl-iskejjel ta' Malta il-habrieki student kellu kontra qalbu jaghti risposta negattiva. Wara din it-thejjija ghaqlija, Vella ntefa b'ruhu u b'gismu ghat-taghlim qalb hutu l-Maltin. Minbarra x-xoghol ta' surmast fl-iskejjel Maltin, is-Sur Vella kien jghallem l-Ingliz fit -Training School u snin wara l-Malti fil-Liceo.


Vella bhala Kittieb ta' l-Iskola


Ghidna li Vella kien haddiem habrieki ta' l-lstorja ta' Malta. Sir Temi Zammit, dak it-tabib biezel Malti li tant habb l-istorja ta' Malta, gharaf id-dehen kbir tas-Sur Vella. Nistghu nghidu li Vella kien l-id il-leminija ta' Sir Temi fl-ahhar ghaxar snin ta' hajtu. Fil-hidma ta' thaffir ta' qobra u fdallijiet arkejologici kont issib lil Vella u lil Zammit bhal zewg ahwa flimkien. Bizzeijed wiehed jaghti daqqa t'ghajn lejn ir-rapporti tal-Muzew Nazzjonali tas-snin 1925 - 1934 biex wiehed jara l-hidma (p.272) tas-Sur Vella f'dan il-qasam. It-tiftix ta' Vella fl-istorja ta' Malta ma kienx biss fil-fdalijiet li hallewlna missirijietna mirduma taht it-trab. L-istorja ta' Malta ghadha midfuna f'dokumenti u kitbiet ohra mohbija u minsija fl-arkivji tal-Gvern, tal-knisja u ta' familji privati. Vella gharaf li f'dawn, hemm tezor ta' taghrif. Kien Vella li sab fejn telghet il-bandiera Ingliza bi sfida ghan-Napuljun, u fejn kien il-'Headquarters" ta' Censu Brared fi zmien l-Imblokk tal-Francizi f Malta.


Fl-"Sphere" tas-26 ta' Novembru 1932 (Vol. cxxxi n. 1714) is-Sur Vella kiteb artiklu twil fuq it-tempju Nejolitiku ta' Hal Tarxen fejn qabbel il-pjanta ta' dan it-tempju Malti ma' dik tat-tempju ta' Salamun. Dan l-artiklu "The Tabernacle of Moses - a Maltese Prototype?" jixhet xaqq dawl fuq it-twemmin ta' missirijietna fi zmien il-Hagar. Hafna huma dawk il-kittieba li kitbu fuq il-grajja ta' gziritna. Vella jintaghzel minn kittieba ohra ghaliex hu ghazel li jikteb l-istorja ta' l-irhula kbar ta' Malta: Haz-Zabbar (1926); Zejtun u Marsaxlokk (1927); Hal-Tarxien u Rahal il-Gdid (1932); Birkirkara (1934); ll-Mosta u I Knisja taghha (1930). Vella kien beda l-istorja ta' l-lmdina izda din ma kelliex ix-xorti li tara d-dawl ta' l-istampa.


Is-Sur Vella bhala Bennej tal-Malti


Illum kwazi kulhadd jaf jaqra u jikteb bil-Malti - Isien art twelidu. Bla tlaqliq nista nghid li s-Sur Vella kellu sehem mhux zghir fil-bidu ta' dan it-taghlim. Jekk immorru ftit lura fl-istorja ta' l-ilsien Malti nsibu li sa 1920 kulhadd kien jikteb kif irid, bla ebda regola fl-ortografija. Twaqqfu ghaqdiet biex ifasslu alfabett u regoli fuq kif wiehed ghandu jikteb izda it-taghlim taghhom ma saddadx. Kien fl-1924 li twaqqfet "L-Ghaqda tal-Kittieba tal-Malti" bil-ghan li teqred darba ghal dejjem it-tahwid u t-tfixkil fil-kitba tal-Malti. Is-Sur Vella gharaf il-hsieb ghaqli ta' din l-ghaqda u kien wiehed mill-ewwel studenti li tharreg fir-regoli tal-grammatika u l-alfabett li (p.273) l-Ghaqda tal-Kittieba tal-Malti fasslet. Kien wiehed minn tal-ewwel Ii xorob it-taghlim tal-Malti minn fomm is-Sur Frangisk Saver Caruana s-Segretario ta' l-"Ghaqda". Biex nifhmu ahjar is-sehem ta' Vella biex it-taghlim tal-Malti sab postu fl-iskejjel taghna intenni dak li qal David Marshall1 fuq l-iskular Mosti.


"Fl-1934 it-taghlim tal Malti kien mghejjun fil-mixja tieghu 'il quddiem minn ghadd ta' nies; il-kontribut ta' xi whud hu tant importanti li jixraq li nsemmuhom b'isimhom. Fost ta' quddiem kien hemm is-Sur E. B. Vella. Kien ghalliem u haddiem akkanit ghall-Malti u kien ghadda xi zmien l-lngilterra fl-"iSchool of Oriental Languages". Vella kellu l-post ta' "Assistant Inspector of Maltese", post li Dr. Laferla, d-Direttur ta' l-Edukazzjoni, kien holoq apposta ghalih biex jghin il-qawmien ta' l-ilsien Malti. Vella ta' t-taghlim u l-esperjenza li kien kiseb lil ohrajn. Is-Surmastrijiet kollha tal-lskejjel tal-Gvern kellhom jaghmlu kors ta' tahrig fil-Malti tahtu. Dan il-kors kien jikkonsisti f'lezzjoni darba fil-gimgha, wara nofsinhar fil-bini tal-iskola.


Tliet surmastrijiet li tghallmu taht Vella kienu Salvu Gatt (mill-Mosta u li wara sar Direttur tal-Edukazzjoni), Godfrey Zarb Adami u Gejtanu Cauchi. Wara li temmew il-kors taghhom bhala surmastrijiet it-tliet sinjuri flimkien ma' Vella bdew jghallmu l-Malti fil-Liceo u fl-iskejjel Sekondarji tal-Gvern. Dawn il-klassijiet kienu jsiru fil-ghaxija ghall-impjegati tac-Civil. Zewg Surmastrijiet ohra li studjaw taht Vella kienu s-Sur S. Ebejer u s-Sur Gianni Cilia".


Vella medd ghonqu ghax-xoghol biex bhal Kittieba ohra johrog kotba tal-Malti halli t-tfal fl-iskejjel ikollhom x'jaqraw. Taht l-isem Ward ta' Qari Malti, Vella hareg sitt kotba bejn 1934 - 1936. L-ewwel erba' kotba jigbru fihom kitba originali mill-pinna tieghu, waqt li t-tnejn l-ohra huma antologija ta' proza u poezija ta' l-ahjar kittieba ta' zmienu u ta' qablu. Ta' (p.274) surmast bravu li kien Vella gharaf iqassam il-kotba skont it-toqol taghhom ghall-klassijiet tal-iskejjel taghna. Ghaddew madwar erbghin sena mindu Vella tana din il-"Gabra ta' Ward"2 u dawn il-kotba ghadna nsibuhom fl-iskejjel. Tassew li l-kliem ta' Ewripide li Vella ghazel bhala dahla ghall-kotba tieghu nistghu nghiduhom ghalih:

"Huwa qaghad bil-qieghda fix-xaghra u ferhan qata b'rebgha l-ward filwaqt li gabarhom wahda wahda."


Hidma tal-Malti


Il-hidma ta' Vella bhala kittieb mill-aqwa tal-Malti kienet maghrufha sewwa mid-direltur ta' l-Edukazzjoni Dr. A. V. Laferla tant li meta fis-sena 1934 il-Gvern haseb biex jibda x-xoghol tad-Dizzjunarju tal-Malti, E. B. Vella sab ruhu fil-bord flimkien ma' A. Cremona, F. S. Caruana, Rev. C. Farrugia, Dun Karm Psaila u l-Prof. P. P. Saydon. Madanakollu x-xoghol tad-Dizzjunarju kien vast wisq u spicca biex hadu f'idejh Dun Karm li beda jlesti x-xoghol wahdu waqt li l-Bord ta' Revizjoni ta' l-istess Kumitat jiflih qabel imur ghall-istampa.3


Dr. Laferla kellu fiducja kbira f'E. B. Vella


"Fid-19 ta' Ottubru 1934 Saydon u Aquilina kienu talbu lill-Gvernatur biex iwaqqaf kumitat biex jaghti pariri f'certi hwejjeg li ghandom x'jaqsmu mat-taghlim tal-Malti, bhalma huma kotba ghall-iskejjel, sillabi u ezamijiet … . Laferla zgur li ma kienx ha pjacir bis-suggeriment … u kiteb iebes" lill-Lieutenant Governor.4 Fuq E. B. Vella, Laferla kiteb hekk: "The only people who know Maltese well and have some knowledge of education are the following: … (p.275)
(vi) Mr. Vella, a Head teacher of the Elementary School, who has written and is writing our books and who, besides a knowledge of Maltese, has had experience in teaching for many years. With the help of the last mentioned (E.B. Vella), we have succeeded in doing much hitherto and I am quite certain that we could not have done so if we were trammelled by Committees.
"5


Din il-fiducja ta' Dr. Laferla fis-surmast Mosti ma kenitx fierha. L-Ghaqda tal-Malti (Universita), fl-ittra taghha lill-Eccellenza tieghu l-Gvernatur bid-data 7 ta' Novembru 1933 tghid li Vella kien wiehed mill-ahjar kittieba li jhaddan l-ortografija ta' l-Ghaqda: "This orthography has met with the approval of and has been adopted in their works by our best writers such as Prof. Sir Themistocles Zammit, Professor Rev. P. P. Saydon, Professor Mons. Karm Psaila, Mr Anthony Cremona and Mr. E. B Vella."6


Pubblikazzjonijiet mill-Pinna tas-Sur E.B. Vella


  • Haz-Zabbar u l-Grajja Tieghu (1926)
  • Zejtun u Marsaxlokk (1927)
  • Storja ta' Hal Tarxien u Rahal Gdid bl-istampi (1932)
  • Storja ta' Birkirkara bil-Kolleggjata taghha bl-istampi (1934)
  • Storja tal-Mosta bil-Knisja taghha (1930)
  • L-Arcikonfraternita ta' San Guzepp fir-Rabat ta' l-Imdina. Diskors (1945)
  • Solemn Entry of Mgr. Rull Grandmaster Pinto at the Cathedral, fis-Scientia X (1944) u (1945)
  • The Tabernacle of Moses: A Maltese Prototype? fi Sphere (1932)
  • (p.276) Tifkira tal-Assedju l-Kbir u tar-Rebha ta-8 ta' Settembru 1565 (1930)
  • Gabra ta' Ward - 6 Kotba (1934- 1936)
  • The Teaching of English in our Primary Schools (1948)
  • Taghlim ghall-Ommijiet fil-Kollezzjoni "Moghdija taz-Zmien" n. 54.

Biblijografija

  • Ant. Cremona: E. B Vella fir-Rivista "Il-Malti" Gunju 1946
  • God. Zarb Adami: E B. Vella fil-Lehen il-Malti Settembru 1946
  • David Marshall: History of the Maltese Language in Local Education
  • Il-gurnat "Il-Berqa," 1954

Riferenzi

  1. David Marshall: History of the Maltese Language in local Education, p. 68 et seq.
  2. Illum (1975) saret verzjoni gdida ta' kotba bil-Malti bl-isem "Id-Denfil".
  3. Dun Karm fl-"Erba' Kelmiet ta' Qabel" tad-Dizzjunarju Ingliz-Malti Vol. 1, "A-G"1947, p. 2, 3.
  4. Guze Cassar-Pullicino "Aquilina u l-Malti" – 1974, p. 66.
  5. L.G.O. File 458/1936 "(i) Teaching of Maltese in Government Schools ecc. - Minute 13: Director of Education to Lieutenant Governor."
  6. Ibid., Korrispondenza dwar il-Malti bejn l-Ghaqda u l-Gvern

(b) Emanuel Benjamin Vella (1898-1946)

(din il-parti mehuda mill-introduzzjoni tal-ktieb)


Twieled il-Mosta. Studja biss fl-iskejjel Elementari tal-Gvern u bil-qari ta' kotba sar assistant surmast u spettur fl-iskejjel. Kien ihobb l-istorja u l-arkeologija ta' Malta u l-lingwi. Studja l-Ingliz, it-Taljan u l-Malti. Sar ukoll awtur.


Studja wkoll il-fdalijiet ta' l-antikitajiet fil-Muzew Nazzjonali u fil-Monumenti Neolitici. Studja l-lingwa orjentali fl-Universita ta' Londra.


Miet il-Mosta fit-2 ta' Mejju 1946 u gie midfun fl-Addolorata.


Biblijografija

  • Ant. Cremona: "Il-Malti" Gunju 1946.
  • Adami G.: "Lehen il-Malti" Sett. 1946.

(c) Innu lil E. B. Vella

(Addenda mehuda mil-ktieb, p. 697)


Lil E. B. Vella

Malti tassew! Malti fil-qalb, habbejtha
Lil din l-art ckejkna fejn tnehidt tarbija;
Fraht bil-gmiel li jlibbisha w qatt ma nsejtha,
Fejn kienet xierqa, l-kelma tal-fohrija.

Malti fil-hsieb, oh b'liema reqqa flejtha
Id-damma mzewqa tal-grajjiet Maltija!
Kemm qassamtha sabih, u kemm ghanejtha
B'kitbiet mirquma u bid-dehen mimlija!

U Malti wkoll f'aghmilek, qatt ma teghja
Tghallem lil ghajrek dak li tghallimt int,
Biex tajfa ahjar fiz-zghar u l-kbar tithejja.

Aghnet hekk 'il quddiem u s-sema mieghek,
Ghad joktor dak li int bil-ghaqal hzint,
Ohrajn ghad jimxu fug il-passi tieghek.


Minn Lehen il-Malti, Lulju-Settembru, 1945, p. 82, miktuba minn Mons. Dun Karm Psaila, il-poeta nazzjonali.


Kapitli ohra mill-ktieb