The Mosta Archives Banner

"Rabta" bejn Zwieten u Mostin – Sena mill-bidu tal-hidma tal-Arcipriet J.Carabott

minn Frans Zahra


Il-Mosta: Settembru – Ottubru 1982


(p.7) Fil-messagg li l-Arcipriet il-gdid tal-Mosta kiteb fil-harga ta' Il-Mosta (Awissu '81) fost hwejjeg ohra qal: "… Ma nistax inghid li jien barrani ghal kollox mill-Mosta, ghax ma jienx. Sa minn zghoziti dejjem kelli hbieb Mostin li wassluni biex inzur kemm il darba din il-parrocca … Zgur li qatt ma kont nobsor li ghad nigi hawn Arcipriet taghkom …"


Dawn il-hsibijiet espressi fil-messagg, gaghluni nqalleb ftit l-istorja ta' cirkostanzi u sibt li certi grajjiet li sehhew bejn iz-zewg parrocci (taz-Zejtun u tal-Mosta) ressquna lejn xulxin – grajjiet li holqu certa "rabta" bejn iz-Zwieten u l-Mostin.


Nibda biex inghid li l-kapu-mastru u prim bennej tal-Mosta kien Zejtuni, Anglu Gatt, imwieled fit-12 ta' Dicembru 1796. Kien izzewweg tfajla Mostija Marija nee Sant. Miet il-Mosta fit-12 ta'Novembru 1875. Triq fil-Mosta ggib ismu.


L-istatwa ta' San Girgor fiz-Zejtun xoghol il-Mosti Salvatore DimechL-istatwa ta' San Girgor fiz-Zejtun xoghol il-Mosti Salvatore Dimech

L-istatwa tal-gebel, li tirraprezenta lill-qaddis Papa Girgor bil-qieghda jispjega l-Iskrittura Mqaddsa, liema statwa tinsab fil-wesgha ta' hdejn il-knisja parrokjali l-antika taz-Zejtun, maghrufa bhala “Ta' San Girgor” hi xoghol Salvu Dimech, Mosti. Inhadmet fuq ordni ta' l-Isqof A. Casolani, f'hamsin jum u swit 600 skud.


L-istorjografu E.B. Vella, Mosti wkoll, kiteb l-Istorja taz-Zejtun u M'Xlokk fi ktieb mitbugh fl-1927. Vella kiteb l-istorja ta' lokalitajiet ohra, bhal Hal Tarxien u Rahal Gdid u Haz-Zabbar.


Is-surmast Anton Miruzzi, Hamruniz, kien surmast tal-Banda Nicolo Isouard u ta' dik Zejtunija Beland. Ma' din ta' l-ahhar dam ghall-perjodu ta' 13-il sena (1919-1932).


Wiehed mill-Arciprieti li kellna fil-parrocca taz-Zejtun kien il-Mosti, Rev. Pacifiku Mifsud. L-Arcipriet Pacifiku kien it-tielet Arcipriet mill-1888, is-sena li fiha nhatar l-ewwel Arcipriet ghaz-Zejtun, ghaliex mill-1436 sa dik is-sena kienu kappillani. L-Arcipriet Pacifiku beda l-hidma tieghu fl-1932 u temmha fl-1947. Fi zmienu nbdiet il-pittura tal-knisja.


Il-pittur Zejtuni Guzeppi Marija Caruana hadem kwadru originali ta' San Mikiel ghall-Mostin. L-ordni ghall-kwadru saret wara li l-Mostin kienu raw kwadru iehor originali ta' San Mikiel, li Caruana ghamel ghall-Munxar, Ghawdex. Caruana twieled fl-1889 u miet fl-1964.


Il-Hadd 4 ta' Frar 1968 ic-Cirkolo ta' l-Azzjoni Kattolika, fergha Guvintur taz-Zejtun, organizza Jum l-Assistant Ekklezjastiku. Il-parti muzikali tal-programm kienet f'idejn St.Monica's Accordian Band tal-Mosta. Il-banda giet mistiedna mill-istess Cirkolo ghall-programm li sar is-Sibt, 9 ta' Ottubru, 1982 biex tfakkar eghluq it-30 sena sacerdotali tal-Ass. Ekklezjastiku, Fr. S.Galea, u t-30 sena minn kemm ilu wieqaf kontinwament l-istess Cirkolo.


L-awtrici Mostija Anna Mangion, li ppublikat numru ta' kotba, fosthom Il-Misteru tal-Ghar u Il-Misteru ta' Wied il-Ghasel, ghal xi zmien kienet tghallem fl-iskola sekondarja taz-Zejtun.


L-Argentier Zejtuni, Tarcisio Cassar hadem sett ta' sitt lampieri tal-fidda, biex jitqieghdu tlieta kull naha tal-kwadru titulari ta' l-Assunta, liema sett sar fl-okkazjoni tal-festi ta' l-Inkurunazzjoni fl-1975. Id-disinn sar minn J. Galea tar-Rabat. Cassar hadem ukoll fuq lampier tal-fidda li jiddendel f'nofs il-knisja, quddiem l-altar maggur: il-lampier tal-festa (fl-okkazjoni tal-festa titulari tal-1977). Xogholijiet ohra ta' Cassar fil-Mosta jinkludu l-lampier ta' kuljum, li fil-festa jitqieghed fil-kor (iz-Zejtun nuzawha wkoll din is-sistema li l-lampier ta' kuljum ghall-festa jitnaddaf u jitqieghed fil-kor, quddiem l-altar tal-kwadru titulari) ventartal tal-fidda ghall-artal tar-Ruzarju, u kesa bil-fidda l-kapsula ta' l-artal tar-Repozizzjoni.


Dun Joe Carabott, Zejtuni, fl-1977, meta allura kien ghadu Arcipriet tas-Siggiewi, ghamel il-panigierku tal-festa, waqt quddiesa pontifikali, mill-Arcisqof Emeritus Mons. Mikiel Gonzi. F'dik is-sena l-festa giet iccelebrata fil-jum tat-Tnejn (15 ta' Awissu).


Zewg attivitajiet minn zewg programmi socjali li saru, wiehed fl-1977 u l-iehor sena wara, fl-okkazjoni tal-festa f'gieh il-Vergni Mqaddsa tad-Duluri (Tal-Hniena, kif maghrufa z-Zejtun) celebrata fiz-zona ta' Bir id-Deheb, kienu ta' l-ewwel; "Soiree de Lumiere" u fis-sena ta' wara, mima, Ahna l-Maltin. It-tnejn kienu mtellgha mill-ghaqda Mostija: Jien u l-Ohrajn. Fl-okkazjoni ta' l-1977, kienu hadu sehem ukoll il-Boy Scouts u Girl Guides tal-Mosta.


Dawn kienu xi grajjiet li, biex inghid hekk, iz-Zwieten u l-Mostin qasmu bejniethom mal-mixja tas-snin. Nittama li z-zewg lokalitajiet ikollhom aktar cirkostanzi komuni bejniethom, halli dejjem jinbnew f'zewg komunitajiet ta' ghaqda.