The Mosta Archives Banner

Il-kelma li tmantni r-ruh: Atologija ta' kitbiet minn awturi Mostin

Edituri George Cassar, Manwel D. Schembri, Anthony Spiteri


Dan il-ktieb interessantismu mahrug mill-Kunsill Lokali f'gheluq l-10 Anniversarju mit-twaqqif tieghu (1994-2004) fih diversi kitbiet interessanti fuq il-Mosta u f'xi kazi fuq Malta li ma nkludejtx kollox u jinxtara mill-Kunsill. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


Is-sehem tal-Mostin fi tmien il-hakma Franciza (1798-1800)

minn Louis Vassallo


  • 633 suldat ghad-difiza ta' Malta...
  • 16-il eroj xkubettjati fil-Pjazza tal-Palazz …
  • Il-Kappilian tal-Parrocca mahtur mexxej tal-Kungress Malti …
  • Mara mir-rahal, xhud ta’ grajja tad-dmugh minn xbieha ta' San Pawl fuq is-Saqqajja …

(p.146) Nhar id-9 ta' Gunju, 1798 ic-cittadini ta' dawn il-gzejjer raw quddiem ghajnejhom id-dehra impressjonanti ta' l-armata Franciza li bl-472 bastiment taghha mliet il-bahar minn Ghawdex sa Marsaxlokk. Ir-reazzjoni tal-poplu ghall-migja tal-Francizi kienet wahda mhallta. In-nies tal-kampanja kienu jibzghu mill-General Napuljun Bonaparti, li kien meqjus minnhom bhala l-ghadu tal-Knisja u tal-Papa. Mill-banda l-ohra, dawk ta' l-ibliet, imsejhin bhala "imdawlin", laqghu l-wasla tal-Francizi fi xtutna b’ferh u sodisfazzjon. Sa minn l-ahhar snin ta' l-Ordni, Mikiel Anton Vassalli kien ilu jheggeg lill-Maltin biex jinghaqdu u jqumu ghal jeddijiethom. Ghall-Gakobini Maltin, Bonaparti kien l-idolu tal-helsien u tan-nazzjonijiet.


Riformi


Wara li bewweg ‘l barra minn gziritna lill-barranin kollha, b'eccezzjoni ta' l-Isqof Vincenzo Labini, fl-ewwel sitt ijiem Bonaparti dahhal tifsila ta' skejjel primarji, tas-snajja' u tax-xjenza. Hejja wkoll pjan biex jitwaqqfu sptarijiet ghall-poplu filwaqt li abolixxa l-jasar u dahhal il-gumalizmu f’pajjizna. Fuq kollox, Bonaparti ghamar li l-abitanti Maltin kellhom ikollhom jeddijiet indaqs u ghamel hiltu biex il-wirt tar-Rivoluzzjoni Franciza jwasslu f’Malta biex jaghti hajja gdida u ahjar lill-poplu ta’ dawn il-gzejjer. Qatt fl-istorja ta' gensna ma sar daqstant taqlib u riformi fi zmien daqshekk qasir.


Kantoni


Malta u Ghawdex gew imqassmin fi tnax-il municipju jew kantoni. Nhar it-23 ta' Gunju 1798, in-Naxxar, Hal Gharghur u l-Mosta gew imfasslin f’kanton wiehed. Kull municipju kien jikkonsisti minn president, segretarju, u erba membri. Ghal dan il-kanton partikolari li semmejna, is-Segretarju kien l-avukat Giovanni Maria Borg u l-Mosta kienet irrapprezentata mit-tabib Frangisk Falzon u minn Tumas Chetcuti, proprjetarju. Kull kanton kellu Mhallef tal-Paci li kien jinhatar mill-Kummissjoni tal-Gvern bl-approvazzjoni tal-General Kmandant ta' Malta. Xoghol il-municipju kien li jzomm l-ordni u d-dixxiplina u li jarrestaw il-vagabondi u l-briganti.’


Dmirijiet u serq


Bonaparti hareg ordni dwar x’kellhom ikunu d-dmirijiet tal-qassisin u l-patrijiet, nhar it-13 ta' Gunju 1798. Artiklu 4 kien jghid dan: “Ma jistax ikun hemm f’Malta aktar minn kunvent wiehed ghal kull Ordni.” Bonaparti kellu f’mohhu li l-flus li jigu mill-Kunventi maghluqa jaghmlu tajjeb ghall-ispejjez u z-zamma ta' l-isptarijiet. L-Ordnijiet Religjuzi lkoll sofrew minn din l-ordni ta' Bonaparti, ghax kellhom (p.147) jingabru kollha flimkien f’kunvent wiehed. Il-kumplament tal-kunventi tharbtu, mhux biss bl-uzu hazin taghhom imma wkoll bis-serq li sar minnhom aktar tard. L-amar ta' nhar it-13 ta' Gunju, f’Artiklu 1 kien jikkonferma dan "Ic-Cittadini Berthollet, il-Kontrollur ta' l-Armata u skrivan tat-Tezor jiehdu d-deheb, il-fidda u hagar prezzjuz li jsibu fil-knisja ta' San Gwann u mkeijen ohrajn ta’ l-Ordni u l-fided kollha tal-Bereg u tal-Granmastri. Dan l-amar kompla jissahhah f’Artiklu 6: “Ihallu., kemm fil-Knisja ta‘ San Gwann kemm fil-knejjes l-ohra, dak kollu li hu mehtieg ghall-uzu tat-Twemmin.” Is-serq li wettqu l-Francizi mill-knejjes rikki ta’ pajjizna, qanqal mibgheda harxa mill-poplu li dejjem qies il-knisja bhala dik il-propjeta l-iktar ghaziza ghalih, aktar mill-istess imkejjen fejn ghammar. Wara kollox missirijietna kienu migbuda lejn il-qassisin Maltin li mexxew b’ghaqal lill-parrocci taghhom u lejn il-patrijiet li offrew l-ghajnuna sinciera mill-kunventi u l-knejjes taghhom.


Profanazzjoni


Il-qiegha bdiet tishon sewwa. Il-Maltin bdew ihossu li kienu gew ittraduti mill-hakkiema l-godda. Il-membri tal-kleru, in-nobbli u l-poplu ingenerali, hassewhom urtati b’diversi drawwiet, ligijiet u taxxi godda li dahhlu l-Francizi fi zmien qasir ta’ xahrejn. Inghadu u nkitbu bosta episodji dwar l-ghemejjel horox u ta' misthija li wettqu s-suldati u l-fizzjali ta' l-Armata Franciza. Nhar il-Hadd 2 ta’ Settembru 1798, il-Francizi telghu l-Imdina biex mill-knisja tal-Karmnu jiehdu t-tapezzerija u hwejjeg ohra ta' valur sagru. Dakinhar bosta Maltin kienu qabzu qabza sar-Rabat biex jiehdu sehem fil-festa tal-Madonna tac-Cintura jew ahjar il-Madonna tal-Konsolazzjoni. Kien hemm hafna nies u l-Francizi sabu oppozizzioni qawwija mill-Maltin li ma felhux izjed jaraw quddiem ghajnejhom, atti ta’ profanazzjonni fuq il-knejjes gheziez ghalihom. Is-siegha kienet waslet u hekk f’tebqa t’ghajn kien beda l-irvell tal-Maltin kontra l-Francizi.


Assemblea


Billi l-Mosta tinsab vicin ta’ l-Imdina, kienet minn ta’ l-ewwel li tat l-ghajnuna f’din it-taqtigha ferm qalila. Fi ftit sighat l-Imdina u l-kampanja waqghu f’idejn il-Maltin. Il-Francizi sfaw imsakkra fil-Belt Valletta, il-Furjana, il-Kottonera u fil-fortizzi ta’ Manoel u Tigne. Is-success miksub minn dan l-irvell, gab mieghu l-htiega li jitwaqqaf gvern biex ikun ta' gwida militari ghal aktar glied kontra l-Francizi. Nhar l-4 ta’ Settembru 1798 iltaqghet l-Assemblea Nazzjonali tal-Maltin fil-Palazz ta' San Anton f’H’Attard fejn gew mahtura l-kapijiet ta' l-irhula. Dawn il-kapijiet baghtu jitolbu l-ghajnuna lir-Re taz-Zewg Sqallijiet u talbu wkoll lill-flotta Ingliza biex tersaq fl-ibhra taghna u timblokka l-portijiet. Gew imwaqqfin truncieri ta’ difiza biex ma jhallux lis-suldati Francizi jixirfu ‘l barra mis-swar fejn kienu imblokkati. Il-Mostin flimkien mal-Karkarizi taw is-sehem shih taghhom biex jintlahaq dan il-ghan.


Pjan


Tard bil-lejl tal-11 ta' Jannar 1799, il-Maltin immexxijin minn Dun Mikiel Xerri kellhom pjan biex jattakkaw lill-Francizi. Madwar mitejn ragel, il-bicca l-kbira minnhom mill-Mosta u Birkirkara nhbew f’Marsamxett biex jittantaw jidhlu ghal fuq il-Francizi meta jinghataw is-sinjali. Ftit ‘il boghod minn fejn kienu mistohbija, (p.148) dak iz-zmien kien hemm bieb li jaghti ghall-Belt. L-ghejja, it-tensjoni u l-emozzjonijiet li garrbu dawn il-qalbiena kienu wisq ghalihom, meta tqis li kien ilhom ghal erbgha u ghoxrin siegha. Il-pjan ma rnexxiex u l-kumplott gie mikxuf. Il-liberazzjoni tal-Belt Valletta giet posposta. Il-Maltin inqabdu u nhar is-17 ta' Jannar 1799 gew xkubertjati f’Misrah il-Palazz.


Fosthom kien hemm sittax-il Mosti li hallew hajjithom ghall-helsien ta' pajjizhom. Dawn kienu Aquilina Salvu, Borg Frangisk. Bezzina India, Camilleri Guzeppi, Chetcuti Frangisk Fenech Frangisk, Fenech Xmun, Galea Dumink, Galea Ganni, Galea Guzeppi, Galea Indri, Galea Pawlu, Pisani Frangisk, Said Ganni, Xerri Frangisk u Xiberras Guzeppi.


“Il-wirt ta' l-eroj hu li jaghti isem kbir u ezempju mill-akbar.” Dan il-kliem kien stqarru Benjamin Disraeli. Kliem ta’ barrani izda li hu xieraq ghall-eroj Mostin.


Il-Kappillan tal-Mosta


Peress li l-kumplott ta’ Dun Mikiel Xerri kien falla, il-kapitulazzjoni Franciza kellha titwal b’aktar minn sena. Is-Sultan Ferdinandu ta' Sqallija ma kienx f’pozizzjoni soda biex jaghti d-daqqa t’id tieghu. Ghalhekk il-kapijiet Maltin ta’ l-Assemblea talbu li pajjizna jitqieghed taht il-protezzjoni tal-kuruna Ingliza. Din it-talba giet milqugha.


ll-familji Mostin kienu ghazlu lill-Kappillan tal-Parroeca Dun Felic Calleja biex jirrapprezentahom fl-Assemblea. Il-Kappillan tal-Mosta attenda ghal-laqghat tal-Kungress li saru nhar it-18 ta’ Frar u l-4 ta’ Marzu 1799. Dun Felic Calleja hadem id f’id mal-kappillan ta’ l-lmqabba Dun Bartilmew Caraffa. Dawn it-tnejn kienu gew mahtura biex jaghtu rendikont lill-Kungress u kif ukoll jissuggerixxu l-parti taghhom. Il-kapijiet Maltin qawwew qalbhom meta waslet l-ghajnuna mill-Ingilterra u malajr lahhqu lill-Kaptan Alexander John Ball bhala President ta' l-Assemblea Nazzjonali li mil-laqgha tat-18 ta' Frar, 1799 bdiet tissejjah "Il-Kungress". B kollox saru mal-35 laqgha u l-ahhar wahda kienet dik tal-25 ta’ Awissu 1800.


Prezz tad-demm


Xena mid-dramm Qalbiena fit-Teatru ta' l-Oratorju Qalb ta' GesuXena mid-dramm "Qalbiena" fit-Teatru ta' l-Oratorju Qalb ta' Gesu li saret fit-18 u d-19 ta' Frar 1990

Il-Mostin baqghu jaghtu sehemhom matul l-imblokk kollu u flimkien mal-Karkarizi zammew shih it-trunciera responsabbli minnha, b'ghassa kontinwa ta’ 530 ragel. Huma kellhom ibatu il-guh fost nuqqasijiet ohra. Il-Francizi raw li jkun ghalxejn li jinsistu izjed ghax it-tbatija ta’ l-imblokk bdiet tkiddhom hafna. Fil-5 ta' Settembru 1800, il-Francizi cedew il-fortizzi kollha li kellhom taht idejhom lill-Inglizi. Kulhadd ferah b’din l-ahbar. Il-Maltin hallsu prezz tad-demm biex jiksbu u jgawdu l-liberta. Huwa kkalkulat li fis-sentejn li dam l-imblokk tal-Francizi, kien hemm 633 persuna mill-Mosta li servew fid-difiza ta’ Malta. Il-Gvern Ingliz kien qassam ghotjiet ta’ flus lil dawk li kienu fil-battaljun tal-Mosta bhala rigal ckejken ta’ apprezzament. Dun Felic Calleja gie moghti pensjoni u midalja tad-deheb bil-kitba fuqha Malta Liberata mill-Gvern Ingliz bhala ringrazzjament ghas-servizz li hu wettaq fil-kungress Malti.


Dun Felic


(p.149) Il-Kappillan tal-Parrocca tal-Mosta, Dun Felic Calleja twieled iz-Zurrieq nhar il-15 ta’ Frar 1748. L-irvell tal-Maltin kontra l-Francizi faqqa’ sena u seba' xhur biss wara li kien lahaq Kappillan tal-Mosta nhar is-16 ta' Frar 1797. Il-Mostin ghazluh biex ikun il-mexxej civili tar-rahal fil-Kungress Malti. Meta fl-1800 spicca mill-kariga ta' mexxej fil-Kungress, iddedika l-kumplament ta' hajtu ghall-gid spiritwali tal-Mostin. Billi l-popolazzjoni tar-rahal bdiet dejjem tikber, il-Mostin twebblu li jibnu knisja akbar u spazjuza. Kien Dun Felic Calleja nnifsu li thabat u rsista biex fost il-pjanti pprezentati, intghazlet dik ta' Gorg Grognet de Vasse. Hu halla gidu kollu biex din il-holma ssehh b’success permezz ta’ testment bid-data ta’ l-20 ta’ Jannar 1833, fl-atti tan-nutar F.Chetcuti. Il-fundatur tar-Rotunda, kif baqa’ maghruf mill-Mostin miet nhar l-20 ta' Frar 1833 u gie midfun fil~Knisja Parrokkjali l-qadima, meta l-bini tar-Rotunda kien lest, il-fdalijiet tieghu gew imqieghda f’qabar gdid li jinsab fil-kappella tal-Madonna tar-Ruzarju. ll-monument skolpit fl-irham, qed ifakkar b’gieh lil dan il-bniedem serv ta’ Alla li hadem b’ruhu u b’gismu ghall-gid spiritwali tal-Mosta u ghall-helsien ta’ art twelidu.


Fuq is-Saqqajja


Fatt mill-aktar kurjuz u drammatiku hu dak li sehh nhar il-Hadd 2 ta’ Settembru 1798, marbut ma nicca partikulari li tinsab fuq il-wesgha tas-Saqqajja fir-Rabat. Imdawra bis-sigar kbar u folti nilmhu nicca kbira mibnija fuq disinn dekorattiv u li twaqqfet fi zmien l-Ordni ta’ San Gwann. Riljev kbir ta’ San Pawl minqux fil-gebla Maltija, jinsab wara grada tal-hadid. Dari din in-nicca kienet ferm devota mill-poplu taghna. Bla dubbju l-akbar grajja mxebilka man-nicca ta’ fuq is-Saqqajja tehodna sa zmien meta b’kuragg kbir il-poplu Malti qam ghal min kien qieghed johnoqlu l-liberta tieghu.


Ritratt: Xena mid-dramm "Qalbiena” fit-Teatru ta’ l-Oratorju Qalb ta’ Gesu li saret fit-18 u l-19 ta’ Frar 1990


Il-Fenomenu


Dak il-jum tat-2 ta' Settembru, 1798 il-poplu kien ingabar bi hgaru quddiem din ix-xbieha biex jitlob l-ghajnuna u l-protezzjoni ta’ Missieru San Pawl f’dak il-waqt fejn ma felahx jissaporti izjed it-tkasbir tal-fidi tieghu. Xi whud minn dawk li kienu qeghdin jitolbu bi hrara kbira raw mill-habba ta’ l-ghajn ta’ din ix-xbieha beda hiereg id-dmugh. Bhal huggiega wahda din l-ahbar xeghlet ma Malta kollha. Disgha u sittin sena wara din il grajja, bl-inizjattiva ta’ Monsinjur Vincenzo Galea (p.150) li dik il-habta kien Vigarju Generali, dawk il-persuni li raw b’ghajnejhom dak il-fenomenu taw id-dikjarazzjoni taghhom quddiem in-Nutar Vincenzo Caruana nhar id-9 t’Awissu 1866. Fost il-lista ta’ nies li taw id-depozizzjoni taghhom, insibu mara mill-Mosta Angela Chetcuti. B'hekk din il-grajja drammalika baqghet f’mohh il-Maltin u permezz ta’ dawn ix-xhieda giet irregistrata ghal dejjem.


Jum ghaziz


Bhala radd il-hajr lil Alla u att ta’ fidi nhar it-8 ta’ Settembru 1800, l-isqof Labini intona t-Te Deum fil-Konkatidral ta’ San Gwann. Il-Francizi kienu cedew ghal kollox u telqu minn pajjizna f’jum il-Vitorja, festa ta' Marija Bambina. Dan il-jum ghaziz, hu marbut ma rebhiet glorjuzi tul l-istorja ta’ gensna. Nhar it-8 ta' Dicembru 1800, festa ta' l-Immakulata Kuncizzjoni giet organizzata purcissjoni nazzjonali fil-Belt Valletta u li fiha hadu sehem l-Ordnijiet religjuzi kollha flimkien. Din il-purcissjoni harget mill knisja ta’ San Frangisk u baqghet sejra sal-Knisja ta’ Sarria, il-Furjana. Barra l-fratellanzi kollha tal-Belt, il-poplu Malti ha sehem shih biex juri l-imhabba tieghu lejn Mariia Santissima, Ghajnuna ta' l-Insara.


Tifkira


Pittura ta' Mark Schembri li tirraprezenta l-qtil tas-16-il eroj MostiPittura ta' Mark Schembri li tirraprezenta l-qtil tas-16-il eroj Mosti.

Ahna l-Mostin tat-tielet millennju tal-kristjanezmu ghandna d-dmir li f’kull okkazjoni li tinqala’ minn zmien ghall-iehor infakkru bi kburija dawn l-episodji qliel, izda li fihom tispikka l-imhabba li ghandu l-Malti lejn Art Twelidu. Illum pajjizna jaghti gieh lill-monument ta' Dun Mikel Xerri u shabu fil-kapitali taghna. Ahna l-Mostin (p.151) naghtu gieh lil dawk is-sittax-il eroj wild beltna fil-mafkar tal-Qalbiena Mostin ta’ kull zmien. It-tifkira taghhom ghandha tkun wahda awtentika u tbaqaq bil-gieh ghal kull minn thabat biex jikseb u jgawdi l-liberta li fis-seklu ghoxrin ghamlitu nazzjon Indipendenti u hieles.


L-identita


Ghalhekk hu xieraq li nfakkruhom permezz tal-kitba, tal-poezija, fid-drammi muzikali, serati muziko-letterarji u fl-oqsma kollha ta’ l-arti biex inwegghu l-eroizmu u l-hidma taghhom. Il-Kunsill Lokali seddaq dan l-gharfien billi ghazel li jsemmi diversi toroq f’din il-lokalita ghal dawk is-sittax-il qalbien Mosti. Triq Dun Mikiel Xerri u Triq Kurat Calleja huma xhieda ghall-gharfien ta’ dawn is-sacerdoti fid- difiza tad-drittijiet fundamentali ta' kull bniedem. L-izvilupp tal-kuxjenza civika u socjali ta’ art twelidna jisthoqqilha attenzjoni u kura matul il-medda taz-zmien, biex l-identita nazzjonali taghna tibqa’ glorjuza fil-qalb ta’ kull wiehed u wahda minna.


Versi tad-deheb


U hallieh lill-poeta Vanni Sant ha jislet u jdomm mill-grajjiet imqanqla ta' pajjizu versi tad-deheb minsuga b’sengha kbira ghal dawn hutna qatt minsija:

Ilhom qrib iz-zewg sekli li sfaw martri ghal pajjizhom,
sittax-il patrijott xempju haj ta' l-irgulija;
illum kif jixirqilhom tal-bronz mafkar iweggahhom,
ghad li ommhom il-Mosta minn kmieni haddnithom maghha,
ghozzithom lil uliedha u ma cahdithom qatt
.


Riferenzi

  • F Sammut, Bonaparti f’Malta (Malta: 1997).
  • E. B. Vella u ohrajn, Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta 1972).
  • M. A. Sant, ‘Mosta through the Ages’, fi L.J. Scerri, (ed ), Mosta The Heart of Malta (Malta 1996).
  • J. Borg u J. A. Sant, It-Toroq tal-Mosta (Malta 1998).
  • P. Catania, In-Naxxar Titwiliet fl-lstorja (Malta 1999).
  • W. L. Zammit, Il-Mexxeja tal-Maltin tal-Kungress Malti (1799-1800) (Malta 1999)
  • Saliba, Zmien il-Francizi f’Malta u l-Frangiskam Konventwali (1798-1800) (Malta: 2000).
  • S. Abela, ll-Karmelitani fl-Imdina (1659-1994) (Malta: 1994)
  • T. Terribile, Nicec u Statwi fil-Gzejjer Maltin (Malta 2000)
  • Il-Mosta, Setlembm - Ottubru 1986, Nru. 121, p. 5.
  • Il-Mosta, Settembm - Ottubru 1989. Nru 136, p. 5.
  • Camilleri, ‘Diskors dwar 16-il Mosti Eroj fi Zmien il-Francizi,’ Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard, Mosta, Festa Santa Maria 2000 (Malta: 2000), pp. 126-128.
  • J.J. Camilleri,‘Intietef Mostin,’ Socjeta Filarmonika Santa Marija, Mosta. Programm tal-Festa 1999 (Malta 1999), p. 18.
  • J.J. Camilleri, ‘In-nicca ta’ San Pawl,’ It-torca – Il-Hadd Magazin, 9 ta’ Frar 2003, p.10.
  • V. Sant, ‘Lill-Qalbiena Mostin - Tliet kwadri mill-istorja,’ Programm Ufficjali ta’ l-inawgurazzjoni tal-Monument Qalbiena Mostin, il-Hadd, 1 ta’ Novembru, 1992.



Artikli ohra mill-ktieb