The Mosta Archives Banner

Ix-xoghlijiet u l-hajja ta' Salvatore Dimech (27.Fra.1804 - 26.Ott.1886)


L-ewwel parti – Il-Mosta: Mejju – Gunju 1987


(Tahdita li saret minn Dr. Eugenio Montanaro LL.D. organizzata mill-Ghaqda Wirt Mosti f'gheluq il-mitt sena minn mewtu).


Hajtu fil-qosor


Mosta (1804-1837c.)


Eugenio Montanaro f'tahdita fuq l-iskultur Mosti Salvatore Dimech L-Arcipriet Dun Joe Carabott jipprezenta medalja kommemorattiva lil Dr.Eugenio Montanaro.

(p.12) Bosta kittieba tas-Seklu Dsatax fissru l-ghageb taghhom meta certu rahhal, jismu Salvatore Dimech,1 mhux biss beda jhaddan is-sengha ta' skultur, izda rnexxielu wkoll jikseb fama konsiderevoli f'dawn il-gzejjer ghal-livell artistiku tax-xoghlijiet tieghu. L-istess kittieba jgharfuna li dan il-bniedem ta' talent varjat kien twieled fil-Mosta, izda kien ilu zmien twil ighix gewwa Hal Lija. F'din it-tahdita sejjer inpoggi fuq rekord ghall-ewwel darba xi dettalji biografici dwar l-iskultur Salvatore Dimech, protagonist importanti fix-xena artistika ta' pajjizna tas-Seklu Dsatax. Minn tiftix li ghamilt iltqajt ma ricevuta li taghti dettalji dwar il-paternita (jigifieri, isem il-missier) ta' l-iskultur Salvatore Dimech2 u b'hekk irnexxili nidentifika min kien.


L-iskultur Salvatore Dimech twieled fil-Mosta fis-27 ta' Frar 1804 minn Giovanni Dimech u Antonia mwielda Agius, tghammed l-ghada, 28 ta' Frar fil-Knisja Parrokjali tal-Mosta mill-Kappillan Dun Felic Calleja u nghata l-ismijiet ta' Salvatore, Joseph, Petrus.3 Milli jidher tawh l-ewwel isem ta' Salvatore bhala tifkira ta' nannuh, Salvatore Dimech, li kien mizzewweg lil Maria Chetcuti, fil-Knisja Parrokjali tal-Mosta, nhar il-5 ta' Novembru, 1768


Mill-ewwel nintebhu li l-familja ta' l-iskultur Salvatore Dimech kellha eghruq qawwija fil-Mosta. Dun Felic Calleja, li ghammed lill-iskultur Salvatore Dimech, kien l-istess Kappillan li zewweg lill-genituri tieghu fil-Knisja Parrokjali tal-Mosta fit-3 ta' Ottubru, 1797.4 Imbaghad il-parrina ta' Salvatore fil-Maghmudija tieghu kienet Anna Agius, il-mara ta' zijuh, Salvatore Agius, li kienet ukoll tghix il-Mosta.


Tajna ftit dettalji dwar l-arblu tar-razza ta' l-iskultur Salvatore Dimech biex nuru b'mod car li ma kienx kugin, jew b'xi mod qarib, ta' l-iskultur Vincenzo Dimech, li kien imnissel minn familja ta' artisti li kellha l-eghruq taghha fil-Belt Valletta.


Missier l-iskultur Salvatore x'aktarx kien bidwi, jew inkella kien jaqla' l-ghixien tieghu billi jbigh il-halib tal-merhla moghoz li kien irabbi. Izda dan hu biss ipotesi u mhux fatt dokumentat. Wasalna ghal din il-konkluzjoni ghax fil-gurnali kontemporanji l-iskultur Dimech jissejjah "uomo semplice di campagna," filwaqt li l-istoriku Castagna jghid li Salvatore kien "raghaj il-moghoz."


L-iskultur Salvatore Dimech kien it-tieled wild tal-genituri tieghu. Kellu huh akbar minnu li twieled fis-27 ta' Awissu, 1798 u li fil-fonti tal-Maghmudija tawh ukoll l-ewwel isem ta' Salvatore, izda mbaghad fost il-membri tal-familja tieghu kien maghruf bit-tieni isem ta' Giuseppe.5 Ohtu Marija Angela twieldet fl-10 ta' Dicembru, 18016 filwaqt li huh iz-zghir, imghammed Giuseppe, Gio Maria, Gabriele, izda maghruf bl-isem ta' Gio Maria, twieled fis-17 ta' Marzu, 1806.7 Dawn l-erba' ahwa Dimech kollha twieldu gewwa l-Mosta u kollha hadu l-Maghmudija taghhom minn idejn il-Kappillan Dun Felic Calleja.


Nafu fiz-zgur li l-iskultur Salvatore Dimech kien ghadu jghix fil-limiti tal-Parrocca tal-Mosta meta, fis-26 ta' April, 1829, fil-Knisja Parrokjali ta' Hal Lija, ha b'martu lil Maria Agius.8 Tabilhaqq, fir-registru tal-Parrocca ta' Hal Lija naqraw li t-tnidijiet ta' dan iz-zwieg saru wkoll mill-Kappillan tal-Mosta "sub cuius cura dictus sponsus habitat".9


Hal Lija (1837c. – 1886)


L-iskultur Salvatore Dimech mar ighix gewwa Hal Lija f'xi zmien bejn l-1829 u l-1837. Martu, Maria Agius, bint Mario u Clemenza mwielda Camilleri, kienet minn Hal Lija u kemm hi nnifisha kif ukoll il-genituri taghha kellhom rabtiet qawwija ma Hal Lija. X'aktarx, ghalhekk,  li Salvatore Dimech gie mheggeg u mhajjar minn martu sabiex iwaqqaf ir-residenza tieghu gewwa Hal Lija. Izda, kienu x'kienu c-cirkustanzi li wassluh sabiex jitlaq mill-Mosta, id-dokumentazzjoni fir-registri parrokjali ta' Hal Lija turina b'mod l-aktar car li mis-sena 1837 sal-mewt tieghu fl-1886 l-iskultur Salvatore Dimech baqa' ighix mal-familja tieghu gewwa Hal Lija.


L-ewwel prova cara li Salvatore Dimech mar ighix gewwa Hal Lija nsibuha dokumentata fir-registru tal-Maghmudijiet tal-Parrocca ta' Hal Lija, sewwasew fit-tifkira tal-Maghmudija ta' l-ewwel wild ta' l-iskultur Salvatore Dimech u martu Maria mwielda Agius. Lil din l-ewwel tarbija, li twieldet fit-23 ta' Jannar, 1837, tawha fil-fonti l-ismijiet ta' Antonia, Rosa, Catharina, Paola.10 Minn martu Maria Agius, Salvatore Dimech kellu tarbija ohra, li twieldet fis-27 ta' Mejju, 1838 u li fir-rit tal-Maghmudija taghha tawha l-ismijiet ta' Clemenza, Grazia, Giovanna.11


L-iskultur Salvatore Dimech zgur tnikket ghall-mewt ta' martu Maria Agius, li grat fis-6 ta' Gunju, 1845, meta kien ghad kellha biss madwar erbghin sena.12 Id-difna taghha saret fil-Knisja Parrokjali ta' Hal Lija.


Nergghu niltaqghu ma' isem l-iskultur Salvatore Dimech fl-okkazjoni tat-tieni zwieg tieghu. Din id-darba Salvatore izzewweg lil Catarina Fenech, bint Nicola Fenech u Maria mwielda Cilia. Ir-rit ta' dan iz-zwieg sar ukoll fil-Knisja Parrokjali ta' Hal Lija nhar is-16 ta' Settembru, 1845 quddiem ix-xhieda Giuseppe Falzon, bin in-Nutar Luigi Falzon u Paschale Brincat.13


Minn dan it-tieni zwieg tieghu ma Catarina Fenech l-iskultur Salvatore Dimech kellu erbat itfal: Paolo, li twieled fl-24 ta' Novembru 1846, Giovanni Maria, li twieled fl-20 ta' Settembru 1848, Maria, li twieldet fil-15 ta' Jannar 1851, u Carmela, li twieldet fl-24 ta' April 1856.14


Ikolli nistqarr li ma sibtx Status Animarum ta' zmien Salvatore Dimech li jwassal taghrif dwaru u dwar il-familja tieghu gewwa l-Mosta u Hal Lija.15 Mill-banda l-ohra, ir-registri tal-Maghmudija fl-Arkivju tal-Parrocca ta' Hal Lija jaghtuna xi dettalji li jikkonfermaw, kemm direttament kif ukoll indirettament, l-identita ta' l-iskultur Salvatore Dimech. Ingibu biss zewg ezempji ta' dan li qed nghidu. Fit-tifkira tal-Maghmudija ta' Paolo Dimech, bin Catharina mwielda Fenech, isem missier it-tarbija hu mnizzel Maestro Salvatore Dimech.16 Ta' min jinnota wkoll li l-parrinu fil-Maghmudija ta' Antonia Rosa Dimech, l-ewwel tarbija ta' Salvatore Dimech u Maria mwielda Agius, kien l-iskultur Matteo Decandia, li dak iz-zmien kien ighix fil-Belt Valletta.17 Hawnhekk ghandna tifkira helwa li tixhed hbiberija bejn zewg skulturi Maltin (p.13) tas-Seklu Dsatax.


L-istoriku Castagna jgharrafna fost hwejjeg ohra li l-iskultur Salvatore Dimech kien maghruf bil-laqam “Is-Sartx” u li ibnu, Maestro Paolo Dimech (1846-1871), kien skultur ukoll. Kienet ghalhekk hasra kbira li dan Maestro Paolo Dimech miet meta kien ghad kellu biss madwar 24 sena fl-10 ta' Ottubru, 1871.18 Ghandna nahsbu li din il-mewt bikrija ta' Paolo Dimech cahdet lil kulhadd minn bosta ahbarijiet interessanti dwar il-hajja artistika ta' missieru Salvatore Dimech.


L-iskultur Salvatore Dimech miet gewwa Hal Lija fl-ghomor ta' 81 sena nhar is-26 ta' Ottubru, 1886. Difnuh l-ghada fil-Knisja Parrokjali ta' Hal Lija fil-qabar li jgib in-numru 55.19 Sfortunatament l-avviz ta' mewtu ma wasalx fir-Registru Pubbliku u dan in-nuqqas u xi cirkostanzi ohra komplew joskuraw u jcajpru l-istorja personali tieghu.


Riferenzi

  1. Fil-Malta Government Gazette tat-2 ta' Mejju, 1838, pagna 171, l-iskultur Salvatore Dimech jissejjah rustic, kif ukoll uomo rustico.
  2. Din l-ircevuta tinsab fi private collection u tfakkar il-hlas li sar lil Salvatore Dimech meta lesta l-istatwa ta' San Pawl ta' fuq il-Gzejjer ta' Selmun. Fil-gurnal L'Osservatore Maltese tas-7  ta' Ottubru, 1844, pagna 466, insibu rendikont tas-somma globali li thallset lil Salvatore Dimech u Sigismondo Dimech ghat-twettiq ta' l-istess kummissjoni.
  3. Arkivju Parrokjali Mosta, Liber Baptizatorum V Ab Anno 1789 ad Annum 1833, 28 Feb. 1804, p.n.n. Ta' min ighid ghalhekk li t-taghrif li jaghti l-istoriku Castagna dwar id-data tat-twelid  u dik tal-mewt ta' l-iskultur Salvatore Dimech – taghrif li sallum kulhadd mexa fuqu – mhux ezatt.
  4. A.P.M., Liber Matrimoniorum III Ab Anno 1781 Ad Annum 1833, 3 octobris, 1797, p.n.n.
  5. Ara A.P.M., Liber Baptizatorum V Ab Anno 1789 Ad Annum 1833, 27 Aug. 1798, p.n.n. Tidher haga stramba li zewg ulied fi hdan l-istess familja jingahtaw l-istess isem ta' Salvatore. Izda kif diga ghedna dan l-ewwel wild ta' Giovanni Dimech kien jissejjah mill-membri tal-familja tieghu bl-isem ta' Giuseppe. Ghaldaqstant meta twieled l-iskultur li hu s-suggett ta' din it-tahdita l-genituri tieghu ma sabuhiex haga difficli li fil-fonti jaghtuh l-isem ta' Salvatore wkoll. Madanakollu, fir-registri parrokjali, l-isem ufficjali ta' dan l-ewwel wild ta' Giovanni Dimech spiss baqa' jitnizzel bhala Salvatore, u mhux Giuseppe, fattur li jista' johloq konfuzjoni ta' identita ma' huh, l-iskultur li qed infakkru f'din it-tahdita. Ara wkoll Riferenza Nru.15 hawn taht.
  6. A.P.M., Liber Baptizatorum V Ab Anno 1789 Ad Annum 1833, 10 Decembris 1801, p.n.n.
  7. A.P.M., Liber Baptizatorum V Ab Anno 1789 Ad Annum 1833, 17 Martii 1806, p.n.n. Mir-registri tal-Maghmudija tal-Parrocca tal-Mosta ma jidhirx li l-iskultur Salvatore Dimech kellu xi hutu ohra barra minn dawn it-tlieta li semmejna hawn fuq.
  8. Ara Arkivju Parrokjali Lija, Liber Quartus Matrimoniorum 1755-1896, p.124.
  9. Ibid.
  10. A.P.L., Liber Quintus Baptizatorum V Ab Anno 1850, p.101. Mis-sena 1837 ‘il quddiem il-grajjiet ewlenin fil-hajja ta' l-iskultur Salvatore Dimech jinsabu dokumentati fl-Arkivju Parrokjali ta' Hal Lija.
  11. Ibid. p.117.
  12. A.P.L., Liber Quartus Defunctorum 1749-1759, p.403.
  13. A.P.L., Liber Quartus Matrimoniorum 1755-1869, p.236.
  14. Ara A.P.L., Liber Quintus Baptizatorum 1827-1850, pp. 214, 232 kif ukoll Liber Sextus Baptizatorum 1850-1880, pp.7, 40.
  15. Fil-Kurja Arciveskovili, il-Furjana, sibt Status Animarum tal-Parrocca ta' Hal Lija ghas-sena 1833 (Status Animarum 1832-1833, Vol. 25B), li fih hemm imnizzla l-familja ta' hu l-iskultur Salvatore Dimech, taht in-numru 153. F'dan l-istess dokument, hu l-iskultur li qed nitkellmu dwaru tnizzel bl-isem ufficjali ta' Salvatore Dimech. Dwar din it-tahbila ara Riferenza No. 5 hawn fuq.
  16. Ara A.P.L., Liber Quintus Baptizatorum 1827-1850, p.214.
  17. Ara A.P.L., Liber Quintus Baptizatorum 1827-1850, p.101. L-istoriku Castagna, fl-ewwel edizzjoni tieghu ta' l-Istorja ta' Malta, igharrafna li l-iskultur Matteo Decandia twieled Bormla fis-sena 1805 u li ibnu Vincenzo Decandia kien skultur ukoll.
  18. Ara A.P.L., Liber Quintus Defunctorum 1859-1894, p.131.
  19. Ara A.P.L., Liber Quintus Defunctorum 1859-1894, p.282. F'dan ir-registru, id-difna ta' l-iskultur Salvatore Dimech giet imfakkra b'dawn il-kliem: Die vigesima sexta Octobris Millesimi octingentesimi octogesimi sexti sive 1886 – Salvatore Dimech filius quondam Joannis et Antoniae Agius, aetatis suae an. 81 in communione S.Matris Ecclesiae, munitus S.Sis.Sacramentis, animam Deo reddidit, cuius corpus die sequenti praeviis sepultum est in sepulchro No. 55.

It-tieni parti – Il-Mosta: Lulju – Awissu 1987


(p.10) Caterina Dimech, l-armla ta' l-iskultur Salvatore Dimech, mietet f'Hal Lija fil 5 ta' Marzu, 1888. Fl-Atti tal-Mewt taghha, mizmum fir-Registru Pubbliku, naqraw li mietet f'darha, "Strada Reale, No.117, Casal Lia".20 X'aktarx li f'din l-istess dar l-iskultur Salvatore Dimech ghadda l-ahhar snin ta' hajtu.


Inghaddu issa biex naghtu xi taghrif dwar il-hidma artistika ta' l-iskultur Salvatore Dimech. F'dan il-qasam ninsabu tassew ixxurtjati li ghandna f'idejna l-kitba tal-Perit Michael Ellul li titfa' dawl fuq nukleu ta' kummisjonijiet importanti ta' Salvatore Dimech, kollha dokumentati fil-Gazzetta tal-Gvern, kummisjonijet li ftit jew xejn konna nafu dwarhom.21


Hidma ta' skultur


Mhux haga facli tikteb bir-reqqa dwar l-ewwel passi ta' Salvatore Dimech fil-karriera tieghu ta' skultur. L-ewwel diffikulta hi sewwasew dik li taghti tifsira serja lil certi rakkonti kontemporanji. F'xi kitbiet naqraw li Salvatore Dimech qatt ma kiseb taghlim jew tahrig fl-arti  ta' l-iskultura. Biex naghtu ezempju ta' dan, ingibu silta mill-Malta Government Gazette tat-2 ta' Mejju, 1838, p.171: "This individual, whose name is Salvatore Dimech, born in Casal Musta, and endowed by nature with every talent for a sculptor, although without any instruction does not confine himself to ornamental work, but has advanced to the execution of the human figure, which comprehends the most difficult parts of the art."


Kif diga rajna, l-istoriku Castagna jgharrafna li Salvatore Dimech kien "raghaj il-moghoz", izda mbaghad Castagna jghid ukoll li l-istess Salvatore Dimech kien aljiev ta' Sigismondo Dimech.22 Din l-informazzjoni taghtina x'aktarx nifhmu li Salvatore Dimech seta' ha l-apprentistat tieghu fil-hanut ta' l-iskultur Sigismondo Dimech (1769-1853).23 Il-fatt li Sigismondo Dimech u Salvatore Dimech hadmu flimkien l-istatwa ta' San Pawl ta' fuq il-Gzejjer ta' Selmun tista'tkun indikazzjoni ta' xi rabtiet interessanti bejn dawn iz-zewg skulturi. Izda rridu niftakru wkoll li din l-istatwa ta' San Pawl tlestiet fl-1845, meta Salvatore Dimech kellu madwar 40 sena, u ghalhekk zgur li f'dak iz-zmien ma kienx skular ta' Sigismondo Dimech. Ghaldaqstant, dwar il-formazzjoni artistika ta' Salvatore Dimech ahjar inhallu bieb miftuh ghall-verita shiha li ghad tista' ticcara.


L-eqdem Kummisjonijiet


Jista' jkun il-kaz li Salvatore Dimech beda l-hidma artistika tieghu bhala dekoratur fl-iskultura u kiseb l-ewwel kummisjonijiet f'dan il-qasam minghand l-amministraturi ta' xi knejjes parrokjali jew sidien ta' djar privati. Fil-harga tax-xahar ta' Ottubru ta' l-1837, jinghad li Salvatore Dimech kien ghadu kif lesta xi basso riljievi fil-Kappella ta' San Pawl gewwa l-knisja Konventwali ta' San Gwann tal-Belt Valletta.24 X'aktarx li din l-informazzjoni ghandha x'taqsam ma l-iskultura ornamentali bl-istemma tal-fleur de lys, li nistghu nammiraw fl-istess kappella ta' San Pawl fil-Konkatidral ta' San Gwann.


Nafu tajjeb li l-ewwel kummisjonijiet importanti ta' Salvatore Dimech kienet dik ta' l-istatwa ta' San Frangisk t'Assisi, li tinsab quddiem il-Kunvent tal-kappuccini, il-Furjana.25 Tabilhaqq, din l-istatwa ta' San Frangisk, mahduma minn Salvatore Dimech fl-1837,26 tirrifletti forza primittiva ispirata minn fidi qawwija ta' ruh semplici. Milli jidher din l-istatwa qatt ma giet "irtokkata" u ghalhekk x'aktarx li tista' titqies bhala l-uniku xoghol li jirrifletti verament l-istil awtentiku u genwin li kien ihaddan Salvatore Dimech.


Eugenio Montanaro f'tahdita fuq l-iskultur Mosti Salvatore Dimech San Girgor quddiem il-knisja l-qadima iz-Zejtun (1838)

Fama u Gieh


Kollox juri li fl-1838 l-isem ta' l-iskultur Salvatore Dimech sar maghruf u mxerred bhal f'lehha ta' berqa. F'dik l-istess sena, u sewwasew matul iz-zmien qasir ta' 50 jum, Salvatore Dimech irnexxielu jnaqqax fil-gebla Maltija l-figura imponenti ta' San Girgor il-Kbir.27 Salvatore Dimech hadem din l-istatwa minn fuq disinn u taht id-direzzjoni tal-pittur Giuseppe Hyzler. L-ispejjez ta' l-istatwa ta' San Girgor, li lahqu l-ammont ta' 600 scudi, hallashom il-kanonku Dun Annetto Casolani.28 L-istatwa ta' San Girgor tqieghdet quddiem il-Knisja Parrokjali l-Qadima taz-Zejtun.


Salvatore Dimech issa kellu kull gieh bhala skultur. Id-Duka Sforza Cesarini, aristokratiku Ruman li fl-1838 kien jinsab hawn Malta, ikkummissjona lil Salvatore Dimech biex jahdimlu statwa ta' Ebe, dik l-alla mara taz-zoghzija li kient taghti l-inbid lill-allat ta' Olimpu. Il-Gazzetta tal-Gvern fakkret din il-kummissjoni b'dawn il-kelmiet: Salvatore Dimech, the native sculptor of Casal Lia, has just completed for the Duke Sforza Cesarini a figure of the natural size, in Malta stone, of Canova's celebrated Hebe. The Duke, who is now in this island, has not thought this production of rustic talent unworthy of a place in his residence at Rome, whither it will shortly be conveyed.29


(p.11) Huwa minnu li l-iskop ewlieni ta' din ix-xorta ta' kitba hu dak li jissawwar eroj, u ghalhekk x'aktarx li fiha nsibu biss tifhir u kumplimenti. Izda l-kummisjoni li ghandi kif semmejt turi b'mod l-aktar car li Salvatore Dimech kien qieghed jigbed lejh is-simpatija u l-ammirazzjoni mhux biss tal-massa tal-poplu izda wkoll ta' nies ta' livell socjali ghola minn tieghu. Fi kliem iehor, il-grajja tal-karriera ta' Salvatore Dimech ghandha hafna minn dawk il-hrejjef helwin li ahna mdorrijin nsejhu fairy tales. Madanakollu, kollox juri li Salvatore Dimech baqa' bniedem umli fil-karattru u qatt ma staghna.


San Pawl fuq il-Gzejjer ta' Selmun (1845)


L-iskultur Salvatore Dimech kellu sehem importanti fl-ezekuzzjoni tal-monument nazzjonali Pawlin li gie inawgurat fuq il-Gzejjer ta' Selmun fl-1845. Il-promoturi ta' dan il-monument kienu s-Sacerdot Don Francesco Caruana Dingli, it-Tabib Dr. Michele Parnis, Salvatore, Vincenzo Spiteri u Filippo Busuttil. Il-Monument jikkonsisti fi xbieha ta' l-Appostlu Missierna San Pawl, skolpita fil-gebla tal-franka u mwaqqfa fuq pedestall mahdum "in quanto al zuccolo di pietra seconda dura".30 L-istatwa ta' San Pawl ta' dan il-monument nazzjonali hadmuha flimkien l-iskulturi Sigismondo Dimech u Salvatore Dimech. Tabilhaqq, fir-rendikont tal-promoturi, ippublikat fil-gurnal L'Osservatore Maltese, fil-harga tas-7 ta' Ottubru, 1844 (p.466), naqraw dan li gej: Pagati agli scultori Sigismondo Dimech della Valletta e Salvatore Dimech di Casal Lia ed ai loro lavoranti … Scudi 333. Hawnhekk ir-riferenza ghall-hlas tal-lavranti ta' Sigismondo Dimech u Salvatore Dimech taghtina xi hjiel tax-xoghol kbir li kien jinvolvi dan il-progett. Ma nafux minn hejja d-disinn ta' din l-istatwa ta' San Pawl ta' fuq il-Gzejjer, ghalkemm kopja ta' l-istess disinn tinsab annessa ma' kuntratt ippublikat min-Nutar Giuseppe Torpiano tal-21 ta' Settembru, 1843.31


Riferenzi

  1. Ara Registru Pubbliku, Valletta, Att tal-Mewt Numru 688/1888.
  2. Ara Perit Michael Ellul, Art and Architecture in Malta in the Early Nineteenth Century fil-Proceedings of History Week 1982, edited by Mario Buhagiar, The Historical Society Malta, 1983, p.17. Dan l-artiklu tal-Perit Ellul jaghtina wkoll stampa cara tal-kurrenti artistici prevalenti f'Malta matul il-hajja ta' l-iskultur Salvatore Dimech.
  3. Pietro Paolo Castagna, L-istorja ta' Malta bil-Gzejjer taghha, it-Tieni Edizzjoni, Appendix, 1890, p.207. Castagna twieled Bormla fis-sena 1827, sar surmast ta' l-iskola tal-Gvern u lahaq Direttur ta' l-iskejjel Elementari. Kiteb Storja ta' Malta, li harget f'zewg edizzjonijiet, l-ewwel edizzjoni bdiet hierga fl-1865 filwaqt li t-tieni wahda bejn l-1888 u l-1890. Fil-kitba tieghu Castagna wera li kien patrijott sincier u ma naqasx li jpoggi fuq rekord ix-xoghlijiet ewlenin ta' l-artisti Maltin ta' zmienu u ta' dawk li ghexu qablu. Fiz-zewg edizzjonijiet ta' l-istorja tieghu Castagna gabar katalgu qasir tax-xogholijiet importanti ta' l-iskultur Salvatore Dimech.
  4. Ta' min ighid hawnhekk li matul is-seklu tmintax kien attiv skultur bl-isem ta' Sigismondo Dimech, li fl-1774 hadem xoghol ta' skultura fil-fonti tal-Maghmudija tal-Parrocca ta' Hal Lija. Izda Salvatore Dimech kellu xi rabtiet interessanti ma' skultur iehor bl-isem ta' Sigismondo Dimech, li kien twieled il-Belt Valletta fl-1769, fejn baqa' jghix ghal xi zmien qabel ma waqqaf ir-residenza tieghu fil-limiti ta' Birkirkara, fejn miet fl-1853. Ma' dan ta' l-ahhar Salvatore Dimech hadem l-istatwa ta' San Pawl fuq il-Gzejjer ta' Selmun.  X'aktarx ukoll li fi tfulitu Salvatore Dimech kien f'xi waqtiet jattendi u jghin fil-workshop ta' dan l-iskultur Sigismondo izda minghajr rabtiet ta' apprentistat formali. Dan qed inghidu ghax ma nistax nifhem kif bniedem minghajr ebda esperjenza prattika fis-sengha ta' stone-carving jista' f'daqqa wahda jnaqqax statwa bhal dik ta' San Girgor gewwa z-Zejtun.
  5. Ara Malta Government Gazette, 2 May, 1838, No. 1430, p.171.
  6. Ibid. Taghrif gentilment moghti minn Patri Frangisk Azzopardi OFM Cap.
  7. Ara P.P.Castagna, L-istorja ta' Malta bil-Gzejjer taghha, it-tieni edizzjoni, l-ewwel parti, 1888, p.173.
  8. Minn din is-silta tal-Malta Government Gazette tat-2 ta' Mejju, 1838 (p.171) naraw il-fama li kiseb Salvatore Dimech ghall-genjalita tieghu bhala skultur: “…But the figure of St. Gregory the Great, seated in a chair expounding the Holy Scripture, a recent work of Salvatore Dimech… surpasses every expectation. It is of colossal size, cut in Malta stone, after a design and under the direction of the native artist Hyzler. This statue is successfully executed in all its details, notwithstanding the great difficulties inseparable from the completion of such a task, and which are the more formidable to this rustic, considering his ignorance of those resources which art supplies, and the short period of fifty days in which he was obliged to finish the work.”
  9. Ara l-gurnal Il Trionfo della Religione, 18 maggio, 1843, p.80.
  10. Ara Malta Government Gazette, 7 November 1838, No 1457, p.474.
  11. Ara Notarial Archives, Valletta, Notary Giuseppe Torpiano, 5 May, 1844, 1086/6, f.141r. Permezz ta' dan il-kuntratt il-promoturi tal-monument Pawlin hallsu s-somma ta' 1150 scudi lil Maestro Fabricante Francesco Spiteri ghat-trasport ta' materjal u l-bini ta' pedestall ta' l-istatwa ta' San Pawl fuq il-Gzejjer ta' Selmun.
  12. Ara notarial Archives, Valletta, Notary Giuseppe Torpiano, 21 September, 1843, 1086/5, f.240r.

It-tielet parti – Il-Mosta: Settembru – Ottubru 1987


Porta Reale


(p.4) Skond l-istoriku Castagna Salvatore Dimech hadem ukoll fil-gebla lokali l-istatwi tal-Gran Mastri L'Isle Adam u La Vallette, statwi li kienu jiddominaw Porta San Giorgio, il-bieb ewlieni tal-Belt maghruf bl-isem ta' Putirjal. Fil-gurnal L'Ordine, fil-harga tat-2 ta' Frar, 1855 naqraw li dawn l-istatwi tal-Gran Mastri kienu kummissjonati mill-Gvern u li l-ezekuzzjoni taghhom saret taht id-direzzjoni tal-pittur Salvatore Micallef.


Skond l-istess gurnal dawn l-istatwi kienu lesti fi Frar tas-sena 1855 izda kienu ghadhom ma tqeghdux f'posthom minhabba l-oppozizzjoni tal-Kurunell Thompson,32 inginer Ingliz li kellu taht id-dipartiment responsabbli ghal dan il-bieb tal-Belt.33 Izda, milli jidher, l-istatwi malajr tqieghdu fin-nicec taghhom gewwa l-Bieb ta' Putirjal wara l-protesti li saru mill-Maltin.


Statwi Stradali


San Guzepp ta' Triq il-Kbira l-MostaSan Guzepp ta' Triq il-Bazilika (ex Triq il-Kbira) l-Mosta

Xieraq li nsemmu fil-qosor xi kummissjonijiet ohra ta' Salvatore Dimech li aktarx huma anqas maghrufin minn dawk li semmejna s'issa.


Gewwa l-Belt fil-kantuniera bejn Triq it-Teatru u Triq Zekka, imtellgha fuq pedestall ta' l-irham hemm statwa tal-Madonna tal-Karmnu. Hi opra ta' Salvatore Dimech u saret fis-sena 1855.34


Matul is-Seklu Dsatax il-Maltin urew hegga u devozzjoni popolari kbira fit-tizjin tat-toroq tal-bliet u rhula taghhom bl-istatwi stradali jew street shrines, imnaqqxa fil-gebla lokali. Castagna jaghtina lista qasira ta' xbihat ta' din ix-xorta, imnaqqxa minn Salvatore Dimech. San Guzepp fil-Pjazza tal-Mosta (tirreferi ghall-Pjazza fi Triq il-Kbira n-naha tan-Naxxar), San Pawl fi triq f'Hal Lija, l-istatwi ta' San Pietru u San Pawl fin-Nadur, l-istatwa quddiem il-knisja tal-Grazzja f'Haz Zebbug (1842), San Nikola u San Rokku fis-Siggiewi (1860), l-istatwa tal-Madonna fic-cimiterju tal-Belt Victoria (1867). Dawn huma xoghol ta' l-iskultur Salvatore Dimech.


L-arti ta' kull poplu tigbor fiha xhieda ta' li jhoss u jahseb u dawn ix-xbihat huma tabilhaqq xhieda ta' kemm il-Maltin u l-Ghawdxin kienu jhabirku biex jintegraw il-hajja ta' kuljum mat-twemmin Nisrani taghhom.


Teatro Reale


Milli jidher Salvatore Dimech dejjem baqa' attiv fil-qasam ta' l-iskultura ornamentali. Nota tassew interessasnti fl-istorja ta' Castagna tghidilna li fis-sena 1865 Salvatore Dimech esegwixxa skultura ornamentali u dekorattiva fil-bini tat-Teatro Reale. Il-bini ta' dan it-teatru sar fuq disinn tal-Perit Ingliz Edward Middleton Barry u l-ispiza lahqet ‘il fuq minn £60,000. Il-bini tat-Teatru beda tiela' fl-1860 filwaqt li l-inawgurazzjoni tieghu saret fid-9 ta' Ottubru tas-sena 1866 bl-opra I Puritani ta' Vincenzo Bellini.35


Minn dak li ghedna s'issa nintebhu minnufih li l-hidma skultorja ta' Salvatore Dimech kellha funzjoni jew role importanti f'bosta grajjiet li sehhew f'pajjizna matul is-seklu Dsatax – hidma li dahlet hekk ‘il gewwa f'dawn l-istess grajjiet li hadd ma jista' jaqlaghha minn hemm!


Eugenio Montanaro f'tahdita fuq l-iskultur Mosti Salvatore Dimech Il-vara tal-Lunzjata ta' Hal Balzan li Salvatore Dimech lesta fl-1868

Skultura fl-injam


Ghallinqas darbtejn matul il-hajja tieghu kollha ta' skultur, Salvatore Dimech thajjar jahdem xoghol skultorju fl-injam, xoghol li jehtieg certu impenn u hila. Din il-hajra twettqet f'realta meta huwa ntghazel biex inaqqax fl-injam il-vara titulari ta' Santa Marija ghall-parrocca tal-Mosta u dik tal-Lunzjata ghall-parrocca ta' Hal Balzan.


F'dan il-kuntest jehtieg jinghad minnufih li l-ewwel nofs tas-seklu dsatax kien tabilhaqq il-perjodu tad-deheb tal-woodcarvers Maltin. Qatt qabel f'pajjizna ma kien hawn numru daqshekk sabih ta' skulturi li kienu jghixu fl-istess zmien u li kienu kapaci jnaqqxu fl-injam figuri maestuzi ta' certu livell artistiku.


L-iskulturi Mariano Gerada, Vincenzo Dimech, Pietro Paolo Azzopardi, (p.5) Salvatore Psaila, Alessandro Farrugia u Antonio Chircop ghadhom sallum jixeghlu l-immaginazzjoni tal-poplu Malti. B'danakollu nistghu nghidu minghajr tlaqliq li Salvatore Dimech wera hila u teknika mhux tas-soltu anki fil-qasam ta' din il-fergha ta' arti popolari.


Salvatore Dimech lesta l-vara ta' Santa Marija tal-Mosta kif ukoll dik tal-Lunzjata ta' Hal Balzan fis-sena 1868.36 X'aktarx li l-vara ta' Santa Marija kienet l-istatwa li holomha u pprepara ruhu ghaliha aktar milli ghal kull ohra. Wara kollox din kellha tkun il-vara titulari tal-parrocca fejn twieled u trabba.


Eugenio Montanaro f'tahdita fuq l-iskultur Mosti Salvatore Dimech Santa Marija tal-Mosta kif hadima originarjament Salvatore Dimech fl-1868

Illum, din il-vara kif hadimha Salvatore Dimech nafuha biss mir-ritratti fotografici. Jidher li kienet xbieha devota li tevoka gmiel u perfezzjoni morali. Jekk inqabbluha f'kuntrast ma vari ohra lokali ta' l-Assunta fiha jispikka l-aktar il-mod originali li bih l-iskultur esegwixxa l-qaghda tal-mant wiesa' u miftuh tal-Madonna.37


Riferenzi

  1. Ara L'Ordine, 2 Febbraio 1855, No. 249, pp. 4449-4450.
  2. Ibid. Hawnhekk naqraw li l-istatwi taz-zewg Gran Mastri kienu diga ilhom xahar lesti minn kollox “sotto una baracca di legno entro le fortificazioni senza poter esser messe al loro posto”.
  3. Ara Patri Lawrenz Sammut O.Carm., Is-Santwarju tal-Karmnu, Malta, 1952, p.88. Ara wkoll P.P. Castagna, op. cit., p.207.
  4. Ara A.Sammut Tagliaferro, The Royal Opera House – An Historical Sketch, Malta, 1966, pp. 1-2.
  5. Ara P.P.Castagna, op. cit., p.207; ara wkoll Joseph Borg, Opri u Grajjiet fir-Rotunda fil-ktieb Storja tal-Mosta, Malta, 1986, pp. 45-452. Dwar il-vara tal-lunzjana ta' hal Balzan ara Chev. Rafel Bonnici Cali, The Processional Statue of the Annunciation fil-gazzetta Hal Balzan, July 1977, p.11. Tidher haga tassew stramba li Salvatore Dimech lesta dawn iz-zewg vari fl-istess sena, jigifieri fl-1868. Ma jistax jonqos is-suspett li tabilhaqq Salvatore Dimech beda jahdem fuq dawn iz-zewg vari titulari wisq qabel is-sena 1868. Hawnhekk ta' min ighid li bejn l-1860 u l-1866 Salvatore Dimech kien impenjat sew fix-xoghol tat-Teatro Reale. X'aktarx ghalhekk li dan ix-xoghol fit-Teatro Reale seta' kien il-kagun principali ta' xi dewmien fl-ezekuzzjoni tal-vari titulari ta' l-Assunta u tal-Lunzjata.
  6. Il-vara ta' l-Assunta ta' Salvatore Dimech kellha certi dettalji tassew interessanti u helwin, fosthom il-gest ta' anglu f'riglejn il-Madonna, li b'idu l-leminijia kien qieghed izomm fuq rasu l-mant tal-Madonna.

Ir-raba' parti – Il-Mosta: Novembru – Dicembru 1987


(p.12) Milli jidher Salvatore Dimech kien influwenzat mill-fehmiet ta' grupp ta' artisti barranin msejha Nazarenes, li kienu jikkunsidraw l-arti bhala mezz tax-xandi, jew ghodda, tar-religjon. Dwar dan xieraq li nfakkru l-kummenti ta' l-istudjuz Mario Buhagiar: "Salvu Dimech of Mosta, nicknamed s-Sartx, was … influenced by the Nazarener movement. His several painted wood processional statues, including the Annunciation of Balzan and the Assumption of Mosta, deviated from Gerada tradition. They were more static and less lyrical but, presumably, more devout. Not unnaturally, they did not appeal much and some of them have been modified to conform to popular taste".38 Fil-fatt il-vara ta' l-Assunta giet irrangata fl-1948 taht id-direzzjoni ta' l-iskultur Vincent Apap filwaqt li l-vara tal-Lunzjata sarulha xi tibdiliet mill-artist Emmanuele Buhagiar fl-1929.


Kollox juri li Salvatore Dimech ma hadem l-ebda kummisjoni importanti wara s-sena 1868.


Gheluq


Eugenio Montanaro f'tahdita fuq l-iskultur Mosti Salvatore DimechIx-xogholijiet ta' 'Salvatore Dimech (mastru Salv is-Sartx) mosti' kif imnizzla fil-ktieb ta' Pietru Pawl Castagna "Malta bil ghzejer tahha li ghadda min ghaliha: it-Tieni Parti " f'pagni 110 u 111.

M'hemm l-ebda dubju li l-fonti principali ghal dak li jirrigwarda d-dettalji biografici u l-identita personali ta' l-iskultur Salvatore Dimech huma r-registri parrokjali tal-Mosta u Hal Lija. Dawn ir-registri parrokkjali jaghtuna biss sensiela kronologika ta' grajjiet ewlenin ta' hajjet Salvatore Dimech. Sfortunatament ninsabu neqsin ghal kollox minn eghjun ohra ta' informazzjoni dwar il-personalita, il-karattru u l-grajja umana tieghu. Nittamaw li ‘l quddiem jinstab materjal iehor li jkun jista' jimla dan il-vojt.


Madanakollu fil-gurnali kontemporanji nsibu nukleu ta' taghrif tassew interessanti dwar il-hidma artistika ta' Salvatore Dimech. Fis-sustanza taghhom dawn il-gurnali jgharfuna li Salvatore Dimech tant kien imzejjen b'talent naturali ghall-arti ta' l-iskultura li l-promoturi ta' l-arti f'dawn il-Gzejjer spiss kienu jafdaw f'idejh xoghol ta' skultura konness ma monumenti nazzjonali. Hu kollu minnu li fl-ezekuzzjoni ta' dawn il-progetti Salvatore Dimech kien imgieghel jahdem minn fuq disinn jew mudell ippreparat minn xi artist iehor. Imbaghad jehtieg jinghad ukoll li wara mewtu xi xoghlijiet tieghu gew modifikati jew “renovati”. U dawn huma fatturi li l-istudjuz ta' l-arti ma jistax iwarrab minn quddiem ghajnejh meta jigi biex jaghti apprezzament serju tal-hidma artistika ta' Salvatore Dimech.


B'danakollu hadd ma jista jichad li Salvatore Dimech kien kapaci jikkrea xoghol artistiku originali. Tabilhaqq anki fil-bidunett tal-karriera tieghu, Salvatore Dimech dejjem kellu l-hila jaghti xi haga minn tieghu, kif tixhed l-istatwa ta' San Frangisk gewwa l-Furjana. Izda, milli jidher, il-vara titulari ta' l-Assunta tal-Mosta, kif harget minn taht idejh, hi l-aktar prova cara tax-xehta originali ta' l-arti tieghu.


L-iskultur Salvatore Dimech, persunagg li fi zmienu tant kien maghruf, qieghed fil-periklu li jintesa, jew ghallinqas li ma jibqax maghruf hlief superficjalment. Dan hu ghajb kbir, aktar u aktar meta niftakru li whud mix-xoghlijiet tieghu, bhal inghidu ahna, il-monument nazzjonali Pawlin fuq il-Gzejjer ta' Selmun u l-istatwa ta' San Girgor il-Kbir fiz-Zejtun, saru landmarks maghrufin fit-topografija tal-Gzejjer Maltin.


F'din it-tahdita xtaqt nipprezenta abbozz ckejken tal-hajja u l-hidma artistika ta' l-iskultur Salvatore Dimech. Jiena zgur li hemm bosta grajjiet u kummissjonijiet ta' Salvatore Dimech li ghadna ma nafuhomx u li ghadhom mohbija fir-registri ta' xi arkivju pubbliku jew privat. Jonqos ghalhekk li tinkiteb il-“Hajja” shiha u dokumentata ta' dan l-iskultur Mosti. Jixraq hafna li l-biografija ta' l-iskultur Salvatore Dimech tinkiteb minn xi studjuz Mosti skond kif jitolbu l-esigenzi xjentifici ta' zmienna.


L-iskultur Salvatore Dimech u grajjiet in-nies tal-Mosta ma jistghux ma jintrabtux. Salvatore Dimech gholla l-gieh tal-Mosta mhux biss ghax twieled f'din il-belt, imma wkoll ghax zejjinha b'opri tieghu


Riferenzi

  1. Ara Mario Buhagiar, The Cult of St. Catherine in Malta, fil-ktieb St.Catherin of Alexandria etc, Malta 1979, pp.220-221. Milli jidher Salvatore Dimech ma kellux rabtiet diretti ma akkademji jew artisti barranin u lanqas kien bniedem ta' xi skola kbira. Izda x'aktarx li beda jxaqleb lejn ix-xejriet mnebbha min-Nazareni mill-pittur Giuseppe Hyzler.

Riferenzi (kollha flimkien)

  • A.P.M.: Arkivju Parrokjali Mosta
  • A.P.L.: Arkivju Parrokjali Hal Lija
  • M.G.G: Malta Government Gazette
  1. Fil-Malta Government Gazette tat-2 ta' Mejju, 1838, pagna 171, l-iskultur Salvatore Dimech jissejjah rustic, kif ukoll uomo rustico.
  2. Din l-ircevuta tinsab fi private collection u tfakkar il-hlas li sar lil Salvatore Dimech meta lesta l-istatwa ta' San Pawl ta' fuq il-Gzejjer ta' Selmun. Fil-gurnal L'Osservatore Maltese tas-7  ta' Ottubru, 1844, pagna 466, insibu rendikont tas-somma globali li thallset lil Salvatore Dimech u Sigismondo Dimech ghat-twettiq ta' l-istess kummissjoni.
  3. Arkivju Parrokjali Mosta, Liber Baptizatorum V Ab Anno 1789 ad Annum 1833, 28 Feb. 1804, p.n.n. Ta' min ighid ghalhekk li t-taghrif li jaghti l-istoriku Castagna dwar id-data tat-twelid  u dik tal-mewt ta' l-iskultur Salvatore Dimech – taghrif li sallum kulhadd mexa fuqu – mhux ezatt.
  4. A.P.M., Liber Matrimoniorum III Ab Anno 1781 Ad Annum 1833, 3 octobris, 1797, p.n.n.
  5. Ara A.P.M., Liber Baptizatorum V Ab Anno 1789 Ad Annum 1833, 27 Aug. 1798, p.n.n. Tidher haga stramba li zewg ulied fi hdan l-istess familja jingahtaw l-istess isem ta' Salvatore. Izda kif diga ghedna dan l-ewwel wild ta' Giovanni Dimech kien jissejjah mill-membri tal-familja tieghu bl-isem ta' Giuseppe. Ghaldaqstant meta twieled l-iskultur li hu s-suggett ta' din it-tahdita l-genituri tieghu ma sabuhiex haga difficli li fil-fonti jaghtuh l-isem ta' Salvatore wkoll. Madanakollu, fir-registri parrokjali, l-isem ufficjali ta' dan l-ewwel wild ta' Giovanni Dimech spiss baqa' jitnizzel bhala Salvatore, u mhux Giuseppe, fattur li jista' johloq konfuzjoni ta' identita ma' huh, l-iskultur li qed infakkru f'din it-tahdita. Ara wkoll Riferenza Nru.15 hawn taht.
  6. A.P.M., Liber Baptizatorum V Ab Anno 1789 Ad Annum 1833, 10 Decembris 1801, p.n.n.
  7. A.P.M., Liber Baptizatorum V Ab Anno 1789 Ad Annum 1833, 17 Martii 1806, p.n.n. Mir-registri tal-Maghmudija tal-Parrocca tal-Mosta ma jidhirx li l-iskultur Salvatore Dimech kellu xi hut ohra barra minn dawn it-tlieta li semmejna hawn fuq.
  8. Ara Arkivju Parrokjali Lija, Liber Quartus Matrimoniorum 1755-1896, p.124.
  9. Ibid.
  10. A.P.L., Liber Quintus Baptizatorum V Ab Anno 1850, p.101. Mis-sena 1837 ‘il quddiem il-grajjiet ewlenin fil-hajja ta' l-iskultur Salvatore Dimech jinsabu dokumentati fl-Arkivju Parrokjali ta' Hal Lija.
  11. Ibid. p.117.
  12. A.P.L., Liber Quartus Defunctorum 1749-1759, p.403.
  13. A.P.L., Liber Quartus Matrimoniorum 1755-1869, p.236.
  14. Ara A.P.L., Liber Quintus Baptizatorum 1827-1850, pp. 214, 232 kif ukoll Liber Sextus Baptizatorum 1850-1880, pp.7, 40.
  15. Fil-Kurja Arciveskovili, il-Furjana, sibt Status Animarum tal-Parrocca ta' Hal Lija ghas-sena 1833 (Status Animarum 1832-1833, Vol. 25B), li fih hemm imnizzla l-familja ta' hu l-iskultur Salvatore Dimech, taht in-numru 153. F'dan l-istess dokument, hu l-iskultur li qed nitkellmu dwaru tnizzel bl-isem ufficjali ta' Salvatore Dimech. Dwar din it-tahbila ara Riferenza No. 5 hawn fuq.
  16. Ara A.P.L., Liber Quintus Baptizatorum 1827-1850, p.214.
  17. Ara A.P.L., Liber Quintus Baptizatorum 1827-1850, p.101. L-istoriku Castagna, fl-ewwel edizzjoni tieghu ta' l-Istorja ta' Malta, igharrafna li l-iskultur Matteo Decandia twieled Bormla fis-sena 1805 u li ibnu Vincenzo Decandia kien skultur ukoll.
  18. Ara A.P.L., Liber Quintus Defunctorum 1859-1894, p.131.
  19. Ara A.P.L., Liber Quintus Defunctorum 1859-1894, p.282. F'dan ir-registru, id-difna ta' l-iskultur Salvatore Dimech giet imfakkra b'dawn il-kliem: Die vigesima sexta Octobris Millesimi octingentesimi octogesimi sexti sive 1886 – Salvatore Dimech filius quondam Joannis et Antoniae Agius, aetatis suae an. 81 in communione S.Matris Ecclesiae, munitus S.Sis.Sacramentis, animam Deo reddidit, cuius corpus die sequenti praeviis sepultum est in sepulchro No. 55.
  20. Ara Registru Pubbliku, Valletta, Att tal-Mewt Numru 688/1888.
  21. Ara Perit Michael Ellul, Art and Architecture in Malta in the Early Nineteenth Century fil-Proceedings of History Week 1982, edited by Mario Buhagiar, The Historical Society Malta, 1983, p.17. Dan l-artiklu tal-Perit Ellul jaghtina wkoll stampa cara tal-kurrenti artistici prevalenti f'Malta matul il-hajja ta' l-iskultur Salvatore Dimech.
  22. Pietro Paolo Castagna, L-istorja ta' Malta bil-Gzejjer taghha, it-Tieni Edizzjoni, Appendix, 1890, p.207. Castagna twieled Bormla fis-sena 1827, sar surmast ta' l-iskola tal-Gvern u lahaq Direttur ta' l-iskejjel Elementari. Kiteb Storja ta' Malta, li harget f'zewg edizzjonijiet, l-ewwel edizzjoni bdiet hierga fl-1865 filwaqt li t-tieni wahda bejn l-1888 u l-1890. Fil-kitba tieghu Castagna wera li kien patrijott sincier u ma naqasx li jpoggi fuq rekord ix-xoghlijiet ewlenin ta' l-artisti Maltin ta' zmienu u ta' dawk li ghexu qablu. Fiz-zewg edizzjonijiet ta' l-istorja tieghu Castagna gabar katalgu qasir tax-xogholijiet importanti ta' l-iskultur Salvatore Dimech.
  23. Ta' min ighid hawnhekk li matul is-seklu tmintax kien attiv skultur bl-isem ta' Sigismondo Dimech, li fl-1774 hadem xoghol ta' skultura fil-fonti tal-Maghmudija tal-Parrocca ta' Hal Lija. Izda Salvatore Dimech kellu xi rabtiet interessanti ma' skultur iehor bl-isem ta' Sigismondo Dimech, li kien twieled il-Belt Valletta fl-1769, fejn baqa' jghix ghal xi zmien qabel ma waqqaf ir-residenza tieghu fil-limiti ta' Birkirkara, fejn miet fl-1853. Ma' dan ta' l-ahhar Salvatore Dimech hadem l-istatwa ta' San Pawl fuq il-Gzejjer ta' Selmun.  X'aktarx ukoll li fi tfulitu Salvatore Dimech kien f'xi waqtiet jattendi u jghin fil-workshop ta' dan l-iskultur Sigismondo izda minghajr rabtiet ta' apprentistat formali. Dan qed inghidu ghax ma nistax nifhem kif bniedem minghajr ebda esperjenza prattika fis-sengha ta' stone-carving jista' f'daqqa wahda jnaqqax statwa bhal dik ta' San Girgor gewwa z-Zejtun.
  24. Ara Malta Government Gazette, 2 May, 1838, No. 1430, p.171.
  25. Ibid. Taghrif gentilment moghti minn Patri Frangisk Azzopardi OFM Cap.
  26. Ara P.P.Castagna, L-istorja ta' Malta bil-Gzejjer taghha, it-tieni edizzjoni, l-ewwel parti, 1888, p.173.
  27. Minn din is-silta tal-Malta Government Gazette tat-2 ta' Mejju, 1838 (p.171) naraw il-fama li kiseb Salvatore Dimech ghall-genjalita tieghu bhala skultur: “…But the figure of St. Gregory the Great, seated in a chair expounding the Holy Scripture, a recent work of Salvatore Dimech… surpasses every expectation. It is of colossal size, cut in Malta stone, after a design and under the direction of the native artist Hyzler. This statue is successfully executed in all its details, notwithstanding the great difficulties inseparable from the completion of such a task, and which are the more formidable to this rustic, considering his ignorance of those resources which art supplies, and the short period of fifty days in which he was obliged to finish the work.”
  28. Ara l-gurnal Il Trionfo della Religione, 18 maggio, 1843, p.80.
  29. Ara Malta Government Gazette, 7 November 1838, No 1457, p.474.
  30. Ara Notarial Archives, Valletta, Notary Giuseppe Torpiano, 5 May, 1844, 1086/6, f.141r. Permezz ta' dan il-kuntratt il-promoturi tal-monument Pawlin hallsu s-somma ta' 1150 scudi lil Maestro Fabricante Francesco Spiteri ghat-trasport ta' materjal u l-bini ta' pedestall ta' l-istatwa ta' San Pawl fuq il-Gzejjer ta' Selmun.
  31. Ara notarial Archives, Valletta, Notary Giuseppe Torpiano, 21 September, 1843, 1086/5, f.240r.
  32. Ara L'Ordine, 2 Febbraio 1855, No. 249, pp. 4449-4450.
  33. Ibid. Hawnhekk naqraw li l-istatwi taz-zewg Gran Mastri kienu diga ilhom xahar lesti minn kollox “sotto una baracca di legno entro le fortificazioni senza poter esser messe al loro posto”.
  34. Ara Patri Lawrenz Sammut O.Carm., Is-Santwarju tal-Karmnu, Malta, 1952, p.88. Ara wkoll P.P. Castagna, op. cit., p.207.
  35. Ara A.Sammut Tagliaferro, The Royal Opera House – An Historical Sketch, Malta, 1966, pp. 1-2.
  36. Ara P.P.Castagna, op. cit., p.207; ara wkoll Joseph Borg, Opri u Grajjiet fir-Rotunda fil-ktieb Storja tal-Mosta, Malta, 1986, pp. 45-452. Dwar il-vara tal-lunzjana ta' hal Balzan ara Chev. Rafel Bonnici Cali, The Processional Statue of the Annunciation fil-gazzetta Hal Balzan, July 1977, p.11. Tidher haga tassew stramba li Salvatore Dimech lesta dawn iz-zewg vari fl-istess sena, jigifieri fl-1868. Ma jistax jonqos is-suspett li tabilhaqq Salvatore Dimech beda jahdem fuq dawn iz-zewg vari titulari wisq qabel is-sena 1868. Hawnhekk ta' min ighid li bejn l-1860 u l-1866 Salvatore Dimech kien impenjat sew fix-xoghol tat-Teatro Reale. X'aktarx ghalhekk li dan ix-xoghol fit-Teatro Reale seta' kien il-kagun principali ta' xi dewmien fl-ezekuzzjoni tal-vari titulari ta' l-Assunta u tal-Lunzjata.
  37. Il-vara ta' l-Assunta ta' Salvatore Dimech kellha certi dettalji tassew interessanti u helwin, fosthom il-gest ta' anglu f'riglejn il-Madonna, li b'idu l-leminijia kien qieghed izomm fuq rasu l-mant tal-Madonna.
  38. Ara Mario Buhagiar, The Cult of St. Catherine in Malta, fil-ktieb St.Catherin of Alexandria etc, Malta 1979, pp.220-221. Milli jidher Salvatore Dimech ma kellux rabtiet diretti ma akkademji jew artisti barranin u lanqas kien bniedem ta' xi skola kbira. Izda x'aktarx li beda jxaqleb lejn ix-xejriet mnebbha min-Nazareni mill-pittur Giuseppe Hyzler.



Kxif lapida mad-dar ta' Salvatore Dimech Il-kxif tal-lapida mad-dar fejn Salvatore Dimech mahsub li kellu r-remissa fil-Mosta fi triq li llum ggib ismu u fejn jinghad li hadem l-istatwa ta' Santa Marija l-antika li kellna.

Bl-inizjattiva u l-hidma ta' l-Ghaqda Wirt Mosti nhar it-Tnejn, 10 ta' Awissu, 1987, inkixfet lapida kommemorattiva mad-dar fi Triq Salvu Dimech fejn hu mahsub li kien ighix ghal xi perjodu f'hajtu. Dan sar biex jitfakkar dan l-iskultur maghruf Mosti li kien hadem l-istatwa titulari originali ta' Santa Marija tal-Mosta. Indaqq l-Innu ta' l-Inkurunazzjoni mill-Banda Nicolo Isouard. Sar diskors qasir dwar il-hajja u x-xoghlijiet ta' Salvu Dimech minn Victor Caruana, PRO ta' l-Ghaqda Wirt Mosti. Il-lapida nkixfet mis-Sur Anton Spiteri, kaxxier ta' l-Ghaqda Wirt Mosti, flimkien mas-Sur Joe Cauchi, President tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard.



Uhud mill-istatwi li huma maghduda bhala tal-Mosti Salvatore Dimech s-Sartx

(ikklikja fuq ir-ritratt biex tarah akbar, dejjem fejn hu possibli. Jekk ir-ritratti ma jidhrux f'kaxxi taf trid taghmel il-Javascript Enabled jew forsi trid taghmel Refresh)


Santa Marija l-antika tal-MostaL-istatwa ta' Santa Marija kif hadimha fl-1868 originarjament Salvatore Dimech ghal rahal twelidu qabel giet immodifikata kwazi ghal kollox fl-1948 minn Vincenzo Apap.
Il-Lunzjata ta' Hal BalzanL-istatwa tal-Lunzjata (il-Madonna bl-Anglu Gabriel) kif Salvatore Dimech originarjament hadem fl-1868 ghall-Hal Balzan. Dan ritratt ricenti (2022?).
Id-Duluri li hadem tal-kartapesta l-iskultur Mosti Salvatore DimechL-istatwa tad-Duluri li Salvatore Dimech kien hadem ghall-fratellanza tad-Duluri sakemm saret wahda minflok fl-1891/2 ghand Galard et Fils ta' Marsilja, Franza, b'din tispicca l-kannierja u wara l-Oratorju Qalb ta' Gesu.
In-nicca bl-istatwa tad-Duluri fi Triq il-Bazilika Nru. 56 taf inhadmet abbozz mill-iskultur Mosti Salvatore DimechIn-nicca bl-istatwa tad-Duluri fi Triq il-Bazilika Nru. 56 taf inhadmet abbozz mill-iskultur Mosti Salvatore Dimech ghal dik propja imsemmija qabel li hadem fil-kartapesta jew taf din kopja taghha.
Il-Vara l-Kbira tal-Belt Valletta ta' GiezuIl-Vara l-Kbira li tohrog minn Ta' Giezu l-Belt hi l-unika opra li nsibu tal-Gimgha l-Kbira ta' Salvatore Dimech u li hadem b'4 persunaggi fl-1854. Din kienet hadet post ohra mahduma minn Mastro Saverio Laferla fl-1741.
San Guzepp ta' Triq il-Bazilika MostaL-istatwa ta' San Guzepp fi Triq il-Bazilika (ex Triq il-Kbira) fil-Mosta. Dan kif jidher bil-pedestal.
San Tumas ta' ma Villa Gollcher fil-MostaL-istatwa ta' San Tumas fil-kantuniera ta' Villa Gollcher qabel ma saret din il-kopja taghha, bl-original maghduda tas-Sartx illum tinsab fil-Board Room tal-Kunsill.
L-Assunta li kien hemm fuq iz-zuntier l-antik tal-MostaL-istatwa tal-Assunta li kien hemm fuq iz-zuntier l-antik li spiccat mat-terrapien darba nbidel iz-zuntier fil-verzjoni tallum fl-1928.
San Guzepp li kien hemm fuq iz-zuntier l-antik tal-MostaL-istatwa l-ohra ta' San Guzepp li kien hemm fuq iz-zuntier l-antik li wkoll spiccat mat-terrapien darba nbidel iz-zuntier fil-verzjoni tallum fl-1928.
San Pawl tal-GzejjerL-istatwa ta' San Pawl tal-Gzejjer gholja c. 4m fuq pedestal c. 8.3m inawgurata fl-1845 li Salvatore Dimech hadem flimkien ma Sigismondo Dimech.
L-Assunta mal-knisja ta' Lapsi f'San GiljanL-Assunta ta' fejn il-knisja ta' Lapsi f'San Giljan turi xebh kbir mal-vara ta' S. Marija l-antika hekk li l-kittieb Stanley Mangion jghid li possibilment hi tieghu. Kif tidher bil-pedestal b'kollox Ped1, Ped2 u bil-lapida bl-ind. datata 25-Sep-1869.
L-istatwa ta' San Girgor fiz-ZejtunL-istatwa ta' San Girgor li hemm iz-Zejtun quddiem il-knisja l-antika ta' Santa Katerina (maghrufa bhala ta' San Girgor minhabba l-istatwa).
L-istatwa ta' San Nikola fis-SiggiewiL-istatwa ta' San Nikola li hemm fil-pjazza tas-Siggiewi jinghad li hi ta' Salvatore Dimech skont Castagna. Dan kif jidher b'parti mill-pedestal. Dan zball ghax fil-fatt hi xoghol l-iskultur Pietro Felice fl-1732.
Il-Madonna tar-Ruzarju tan-Nadur GhawdexIl-Madonna tar-Grazzja li hemm biswit il-Kappella ddedikata taht dan it-titlu f'Haz Zebbug. Dan kif tidher bil-pedestal.
Il-Madonna tar-Ruzarju tan-Nadur GhawdexL-Assunta li hemm fil-pjazza tal-knisja tal-Qrendi li Salvatore Dimech hadmilhom fuq l-istatwa titulari l-antika taghhom qabel immodifikawha fl-1911 (din kif tidher bil-pedestall: 1, 2). Info u ritratti minn post fuq facebook.
L-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu fil-kantuniera tal-Bazilika tal-Karmnu VallettaL-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu li hemm fil-kantuniera tal-Bazilika tal-Karmnu l-Belt
L-istatwa ta' Santu Rokku fis-SiggiewiL-istatwa ta' Santu Rokku li hemm fil-Kappella ta' Santa Marija ta' Hax-Xluq is-Siggiewi taf hi ta' Salvatore Dimech li jsemmi Castagna.
L-istatwa ta' San Nikola fis-SiggiewiL-istatwa ta' San Pawl fi Triq il-Forn Hal Lija, ir-rahal fejn Salv. Dimech izzewweg u spicca joqghod. Hi kopja ta' San Pawl tal-Gafa tal-Belt. Innota l-arma ta' San Pietru mal-kappella ta' dan il-qaddis fuq wara. Dan kif jidher bil-pedestal.
San Tumas ta' ma Villa Gollcher fil-MostaL-istatwa ta' San Pawl li nsibu fi Triq it-Torri Nru. 195 ghanda xebh kbir ma statwa ferm akbar ta' San Pawl f'Hal Lija li jinghad hi xoghol Salvatore Dimech u allura din taf hi tieghu wkoll, kopja tal-Gafa tal-Belt.
San Tumas ta' ma Villa Gollcher fil-MostaL-istatwa ta' San Pawl li hemm mal-faccata tas-City fi Triq il-Kbira l-Mosta li xi darba kien maghruf bhala s-Saint Peter's and Saint Paul's Pub. L-istatwa simili wkoll ghal dik li s-Sartx taf hadem f'Hal Lija.
San Tumas ta' ma Villa Gollcher fil-MostaL-istatwa l-ohra mal-faccata tas-City, dik ta' San Pietru, ghandha l-mensola li l-iskultura taghha tixbah sew l-iskultura mal-faccata tal-imsemmija kappella ta' San Pietru f'Hal Lija.
L-istatwa ta' San Nikola fis-SiggiewiL-istatwa ta' San Pawl li hemm fuq iz-zuntier tal-knisja tan-Nadur Ghawdex simili ghall-istatwi ta' San Pawl tas-Sartx.
L-istatwa ta' San Nikola fis-SiggiewiL-istatwa ta' San Pietru li hemm fuq iz-zuntier tal-knisja tan-Nadur Ghawdex ghandha l-istess xehta ta' San Pietru ta' mas-City.
Statwa Madonna tac-Cintura Triq Kurat Bezzina MostaL-istatwa tal-Madonna tac-Cintura ta' Triq il-Kurat Bezzina jinghad li hi xoghol Salvatore Dimech li kellu r-remissa fejn jinghad hadem il-vara titulari ta' Santa Marija l-antika ftit 'l boghod.
Statwa Madonna tal-Karmnu Triq Torri Triq Tonna MostaL-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu f'kantuniera Triq it-Torri ma Triq Tonna ghanda hafna xebh mal-istatwa tal-Madona tac-Cintura msemmija qabel din.
Statwa tal-Assunta Triq Kurat Calleja MostaL-istatwa tal-Assunta li tinsab fi Triq il-Kurat Calleja fiha xebh mal-istatwa titulari ta' Santa Marija kif hadimha s-Sartx u ghalhekk possibilment din hi xogholu wkoll meta kien ghadu fil-fjur tieghu.
Statwa ta' San Frangisk li Salvatore Dimech hadem fl-1838San Frangisk quddiem il-kunvent tal-Kapuccini Floriana li Salvatore Dimech hadem fl-1838 kien helisha f'dan l-1 attakk, bla ras fit-tieni, u kif inhu llum.
Granmastru L-Isle Adam f'PutirjalL-istatwa tal-ewwel Granmastru f'Malta Philippe Villiers de L'Isle Adam li kien hemm f'Putirjal
Granmastru De Vallette li kien hemm f'PutirjalL-istatwa tal-Granmastru tal-Assedju Jean Parisot de Valette li kien hemm f'Putirjal
Skultura mat-Teatru Rjal VallettaHafna mil-iskultura ta' mat-Teatru Rjal li gie inawgurat fl-1866 kien xoghol fosthom ta' Salvatore Dimech
Skultura mat-Teatru Rjal VallettaHafna mil-iskultura tal-knisja wisq probabli hi xoghlu wkoll li taf ghamel b'xejn ghal rahal twelidu.