The Mosta Archives Banner

Nicec u Statwi fit-Toroq tal-Mosta

minn Tony Terribile


(Ara wkoll Mappa tal-Kappelli, Nicec u Statwi fil-Mosta. Kwazi isfelnett f'din il-webpage tista' tqabbel u tfittex fuq tali statwi jew nicec - irid ikollok il-Javascript Enabled biex tahdem)



L-ewwel parti - Il-Mosta: Mejju – Gunju 1987


(p.5) Meta titkellem u tikteb fuq il-Mosta, quddiemek mill-ewwel tigi d-dehra sabiha u maestuza tar-Rotunda, li ghamlet lil dan ir-rahal antik u kbir maghruf mad-dinja. Izda fil-Mosta nsibu affarijet interessanti ohra, bhalma hi l-istorja tar-rahal, il-kappelli u l-knejjes tal-kampanja, in-numru kbir ta' djar antiki mibnija b'sens artistiku, il-purcissjonijiet tal-Gimgha l-Kbira, iz-zewg baned u tant affarijiet ohra.


Fost dawn jigu l-istatwi u n-nicec li huma mxerrda ma kull rokna tal-Mosta. F'din id-dawra taghna ser nippruvaw inzuruhom kollha. Il-bicca l-kbira taghhom, kif sejrin naraw, huma mizmuma tajjeb, izda hemm ohrajn li huma mitluqa, minsija u ttraskurati. Jalla din il-kitba sservi biex tqajjem kuxjenza fil-Mostin biex aktar japprezzaw u jghozzu dan il-wirt, li jifforma parti mill-wirt taghna.


In-nicca bl-istatwa tal-Karmnu li kien hemm fi Triq il-Kungress Ewkaristiku Mosta Dik li kienet il-mithna ta' Triq il-Kungress Ewkaristiku maghrufa appuntu bhala 'Tal-Madonna tal-Karmnu' minhabba li fil-kantuniera taghha kellha nicca bl-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu kif tidher hawn fuq meta kienet ghada fil-glorja taghha mzejna bil-fjuri, f'ritratt mehud mill-ktieb 'Il-Madonna tal-Karmnu fit-Toroq tal-Maltin' ta' Tony Terribile f'pagna 33. Din in-nicca kienet diga fil-post qabel l-1889 skont ma tidher f'ritratt li juri l-knisja ghadha minghajr il-lanterna. Meta giet restawrata mill-ewwel Kunsill Lokali (1994-98), minflok poggewha fiz-zuntier tal-Kappella ta' Sant'Anton Abbati (forsi setghu minflok ghamlu hemm statwa ta' San Pawl Eremita li kienet tkun bil-wisq aktar xierqa).

L-ewwel nicca li ser nitkellmu dwarha hi dik tal-Madonna tal-Karmnu li tinsab fuq dar 190, Triq il-Kungress Ewkaristiku (din kienet tnehhiet mill-post originali taghha u darba restawrata tpoggiet f'nicca fiz-zuntier tal-Kappella ta' Sant'Anton Abbati). Fuq kull naha ta' nicca arzellata naraw pilastru li fuqhom it-tnejn jitla' friz u frontispizju ta' ghamla sabiha mdawwar b'zewg skratac. Il-Madonna fiha xoghol sabih ta' skultura b'mod specjali fl-ucuh. Tidher li hi nicca devota u mizmuma tajjeb.


F'kantuniera bejn Triq il-Kungress Ewkaristiku u Triq Gafa niltaqghu ma nicca ohra. Din hi mwaqqfa f'gieh San Guzepp. Hi nicca li mill-ewwel tigbidlek l-attenzjoni. Fuq kull naha taghha naraw kolonna tonda ta' stil Joniku li fuqhom jitla' frontispizju kbir u wiesa'. Kienet tassew hasra li min fassal din il-prospettiva qata' fin-nofs dan il-frontizpizju biex holoq dekorazzjoni ta' ghamla nofs tond fuq in-nicca. L-istatwa tal-qaddis fiha xoghol sabih. Mid-dehra n-nicca giet maghmula fil-bidu tas-seklu ghoxrin. L-Isqof Pietru Pace fl-1908 kien ta indulgenzi ghal min jitlob quddiem San Guzepp meqjum f'din in-nicca.


Fuq in-naha l-ohra naraw riliev tond u sabih b'mezzobust tad-Duluri thaddan f'idejha l-kuruna tax-xewk. Daqqa t'ghajn hafifa lejn dan ir-riliev wiehed malajr jinduna li gie maghmul minn id tas-sengha1. Il-kisra fl-ghajnejn tal-Madonna, it-tikmix tal-mantell u l-panneggi tal-libsa huma xhieda bizzejjed li min hadem dan ir-riliev kien tas-sengha. Mid-dehra fl-imghoddi, forsi aktar millum, kien ghal qalb in-nies ghax ghadu jidher il-fanal tal-hadid li darba kien jinxteghel quddiemha.


Nicca bi stil Gotiku


Filwaqt li nibqghu fl-istess inhawi ghajnejna jaqghu fuq in-nicca kbira tal-Qalb ta' Gesu li tinsab faccata ta' dik ta' San Guzepp. Din hi nicca li ma tantx fiha stil komuni ghax ghandha stil Gotiku. Fuq kull naha tan-nicca naraw kolonna tonda u fuq dawn iz-zewg kolonni jitla' frontispizju ta' stil Gotiku, tawwali u jispicca sabih bil-ponta. F'dan il-frontispizju naraw xoghol tassew sabih u dettaljat u hi hasra li z-zmien mermer xi partijiet minnu. L-istess xoghol sabih narawh mad-dawra ta' fuq tax-xifer tan-nicca qisha bizzillha, fiha disinn bil-ponot mahrug ‘il barra. Din id-dekorazzjoni narawha ddur minn fuq zewg kolonni ta' ghamla rqiqa u tawwalija li jidhru fit-tarf tan-nicca. Din l-istatwa fiha xoghol nieqes mill-espressjoni u daqsxejn iebes.


Riliev tal-Qalb ta' Gesu


Filwaqt li nidhlu fi Triq Gerolamo Cassar fuq djar 21 u 23 (illum sar Nru. 114) naraw riliev zghir u sabih tal-Qalb ta' Gesu, forma ta' kwadru.


Dan ir-riliev fih xoghol sabih izda hi hasra li, billi hu fil-gholi, wiehed ma jistax japprezza certi dettalji, izda jekk jieqaf u jhares ghal hin twil, malajr jaqbad certi dettalji bhalma huma l-pozizzjoni ta' l-idejn, b'mod specjali dik tal-lemin ta' min ikun qed ihares, u kif ukoll il-paneggi tal-libsa ta' Kristu. Certi dettalji jixbhu lir-riliev l-iehor tad-Duluri u forsi jista' jkun li hu xoghol ta' l-istess id2.


Madonna bil-Bambin


Nicca ohra sabiha nsibuha fuq dar Nru. 45 (illum Nru. 106), Triq Callus. Ma jidhirx li hi xi nicca qadima izda hi maghmula bis-sengha. Fuq kull naha ta' din in-nicca naraw pilastru lixx li fuqhom it-tnejn idur gwarnicun lixx li fuq jitla' wkoll friz li jinghalaq bi frontispizju maghmul b'zewg skratac. Hi nicca maghmula b'disinn semplici izda eleganti. L-istatwa tirraprezenta lill-Madonna bil-Bambin, izda billi f'idejha m'ghanda xejn, la labtu u lanqas kuruna, ma nistghux nghidu x'titlu ghanda3 (illum narawha bil-labtu, cioe hi tal-Madonna tal-Karmnu). Bhala xoghol hi tassew sabiha u b'mod specjali dan nistghu narawh fil-mantell kbir tal-Madonna, niezel minn ma rasha u maghqud hdejn idejha. Il-paneggi sbieh li fih dan il-mantell juri l-kapacita artistika ta' l-iskultur taghha.


Diversi xbihat fi Triq it-Torri


Fi Triq it-Torri nsibu diversi xbihat. L-ewwel wahda hi l-istatwa ta' Marija Assunta mqieghda fuq pedistal tal-gebel f'nofs it-triq. Tidher li hi xoghol qadim u, ghalkemm ma fiha ebda xoghol li tista' tghidlu artistiku, hi statwa popolari hafna u tassew devota.


(p.6) Ix-xbieha l-ohra hi l-istatwa ta' Kristu Sultan li tinsab fuq dar Nru. 108, Triq it-Torri. Ghalkemm illum din ix-xbieha ma tantx hi mizmuma tajjeb, meta wiehed ihares lejha min-naha tax-xellug, jintebah kemm din l-istatwa hi artistika. Il-kisra tal-qadd, flimkien mal-paneggi u t-tikmix taghhom, u l-kisra ta' l-idejn fihom xoghol maghmul bis-sengha. Mid-dehra din in-nicca kienet ferm ghal qalb min kien jiehu hsieba ghal xi zmien. L-Isqof Gaetano Pace Forno kien ta bosta indulgenzi ghal min jitlob quddiemha. Hija mzejna wkoll b'fanal tal-hadid li darba kien jinxteghel quddiemha u mid-dehra wkoll fil-festi kienet tinxteghel bit-tazzi taz-zejt ghax ghadhom jidhru l-grampuni li maghhom kienu jiddendlu t-tazzi. Mad-dawra tar-ras ta' l-istatwa naraw ukoll diadema sabiha. L-unika hasra marbuta ma' din l-istatwa hi li llum ma tantx hi mizmuma tajjeb.


F'kantuniera bejn Triq it-Torri u Triq Tonna naraw bicca kbira tal-Madonna bil-Bambin. Tidher li xi darba kienet tal-Karmnu jew tar-Ruzarju izda llum f'idejn il-Madonna ma naraw xejn (fil-fatt illum ma id il-Bambin hemm imdendla l-labtu li juru li hi statwa tal-Madonna tal-Karmnu). Hi statwa devota ferm, b'wicc sabih, izda hi nieqsa minn certa linja artistika. Billi hi nicca kbira u ddur nofs tond mal-kantuniera wiehed mill-ewwel jinduna biha. Fuq zewg mensoli sbieh naraw telghin zewg kolonni tondi twal u rqaq, wahda fuq kull naha tan-nicca, naraw tiela' frontispizju li jispicca b'salib bil-gebel fin-nofs. Taht din l-istatwa naraw ukoll kitba bl-ghoti ta' l-indulgenzi, izda billi hi mahmuga mhux possibli li tinqara.


Madonna tal-Bon Kunsill


Mal-hajt tal-gnien, fuq in-naha ta' wara ta' Torri Cumbo, naraw riliev sabih tal-Madonna tal-Bon Kunsill. B'xorti tajba qatt ma gie minsus biz-zebgha u ghalhekk wiehed ghadu jista' jammira l-irfinar tax-xoghol li fih, b'mod specjali fl-iskultura tal-gwarnicun sabih li jdur mieghu.


Jekk dan ir-riliev fih xoghol sabih ta' skultura, l-istess xoghol insibuh fil-plakka ta' taht. Din mid-dehra saret biex fuqha jinkiteb l-ghoti ta' l-indulgenzi, izda din baqghet vojta. Xorta wahda wiehed jista' jammira x-xoghol li fiha fid-disinn eleganti taghha u fl-iskultura.


Fl-istess inhawi fi Triq Durumblat insibu zewg xbihat. L-ewwel wahda hi nicca semplici bla ebda tizjin u zghira li nsibu ma hajt ta' razzett. Hi nicca bi statwa tal-Madonna tar-Ruzarju izda spiss tkun mixghula u mzejna wkoll bil-fjuri (illum x’aktarx m’ghadiex tezisti).


Ir-Ruh


Ix-xbieha l-ohra mhix nicca izda tirraprezenta xbieha ta' nofs mara fil-purgatorju. Fl-imghoddi dawn ix-xbihat, maghrufa bhal “Ruh” kienu aktar numeruzi mil-lum. Illum hafna minnhom ghosfru. Din tal-Mosta hi fost l-isbah li baqa' u lanqas li ghandha hsara, forsi ghax kienet maghluqa bejn zewg hitan tas-sejjieh.


Fuq dar nru. 10 (illum nru. 91), Triq il-Mithna l-Qadima naraw nicca qadima bla ebda valur artistiku b'riliev tad-Duluri fiha. Mid-dehra n-nicca saret mad-dar u dan ir-riliev sar wara.


Fid-dawra taghna diga ltqajna ma' Torri Cumbo u ezattament fil-faccata tieghu tifforma parti mic-cinta tal-bejt naraw nicca li ghandha diversi partijiet minnha mkissra, fosthom il-gwarnicun ta' fuq u parti minn ta' taht, parti mill-gwarnica ta' mad-dawra u sahansitra l-id ta' San Gwann l-Evangelista. Kitba taht din in-nicca turi s-sena 1745 u l-kliem Posuerunt me custodem (Poggewni hawn ghassies). Hi kitba li twaddab hafna dawl fuq il-bidu ta' din in-nicca.


Statwa sabiha ta' San Pawl


Statwa sabiha ta' San Pawl insibuha fuq dar nru. 181 (illum Nru. 195), Triq it-Torri. L-espressjoni tal-wicc hi tassew artistika u hi hasra li hi mitluqa b'idu mkissra u mimli kollu haziz.


Ftit ‘il boghod fuq dar nru. 186, Triq it-Torri niltaqghu ma riliev iehor ta' Gesu Nazzarenu. Dan hu riliev iehor sabih b'xoghol irfinut u dettaljat.


Nicca tal-Assunta fi Triq Speranza l-Mosta "L-Assunta" li kien hemm fuq dar Nru. 24, Triq l-Isperanza

Statwa mill-isbah ta' l-Assunta


It-tieni xbieha f'gieh l-Assunta f'din id-dawra taghna nsibuha fuq dar nru. 24, Triq l-Isperanza. Bhala nicca hi semplici izda bhala statwa hi fost l-isbah li ltqajt maghhom mhux biss fil-Mosta izda f'Malta. Zgur li din l-istatwa hi xoghol ta' xi skultur tajjeb. Il-wicc fih xoghol espressiv hafna kif inhuma wkoll il-pozizzjoniji ta' l-idejn. Il-kapacita artistika tinhass sew fil-libsa tal-Madonna, izda b'mod specjali fit-tikmix li jidher taht il-qadd. Il-mantell fih xoghol sabih u dettaljat. Sahansitra l-iskultur gharaf li, meta wiehed ihares lejn il-lemin, l-irkobba tinhass sewwa. Puttin sabih narawh hiereg minn taht it-tikmix tal-mantell fuq il-lemin li jkompli mat-tnejn l-ohra fuq in-naha l-ohra. Hi statwa tabilhaqq artistika u hi tassew hasra li hi mitluqa u sahansitra b'wahda mill-idejn imkissra. Mhux possibli li statwa hekk sabih tissewwa? (din l-istatwa m’ghadiex hemm u jidher li kienet tnehhiet ghax bdiet taqa’ bicca bicca, ara nota fl-ahhar).


Xbieha replika


Fuq dar nru. 33, Triq l-isperanza niltaqghu ma' nicca ohra tal-Madonna. Hi nicca arzellata sabih u fuq kull naha taghha naraw pilastru u kontro-pilastru li fuqhom jitla' frontispizju bi gwarnicun mibrum f'ghamla ta' skratac. L-istatwa fiha xoghol sabih ta' skultura, izda jidher li min hadimha ghamel ohrajn f'numru kbir ghax f'diversi nhawi ta' Malta ltqajt ma statwi li huma replika ta' din. Nota kurjuza hi li, filwaqt li ohrajn il-labtu hu skulturat fil-gebel, din tal-Mosta l-labtu ma jidhirx u ghalhekk jista' jkun li xi darba kellha xi kuruna jew xi cintura. Fl-1865 l-Isqof Gaetano Pace Forno kien zejjinha b'bosta indulgenzi. Illum hi mitluqa.


F'nofs Pjazza Brittanja naraw statwa ohra f'gieh l-Assunta, li bhala xoghol hi ferm superjuri ghal ohra li tinsab fi Triq it-Torri. F'din l-istatwa laqatni hafna anglu zghir li jidher mgholli quddiem il-Madonna fuq kolonna ta' shab, gharkobtejh quddiem il-Madonna. Hi statwa mizmuma tajjeb, devota u mzejna bl-indulgenzi moghtija mill-Isqof Labini.


Nicca stil Barokk


L-istatwa ta' San Gwann l-Evangelista fi Triq San Gwann Mosta kif kienet L-istatwa ta' San Gwann l-Evangelista fi Triq San Gwann kif kienet snin ilu mizbugha. Ritratt mill-ktieb 'Toroq tal-Mosta' pg.6

Nicca bi stil Barokk sabih hi dik li nsibu fuq dar nru. 17, Triq San Gwann. Hi nicca mwaqqfa f'gieh San Gwann l-Evangelista. Ghandha ghamla baxxa u wiesgha. L-istatwa hi sabiha, hajja u movimentata ferm, izda hi hasra li din ukoll hi mkissra. Hi zgur wahda mill-eqdem nicec tal-Mosta.


Fuq ic-cinta tal-bejt tad-dar li tinsab f'kantuniera bejn Triq San Gwann u Triq Grognet naraw l-istatwa ta' San Nikola minn Bari, bil-mitra f'rasu, bil-pallium u b'idu l-wahda jidher ibierek, izda fl-ohra fejn suppost qieghed izomm il-baklu m'hemm xejn. Hi hasra li tidher ukoll mitluqa ghax tidher li hi statwa sabiha.


Fi Triq Brittanja nsibu tliet xbihat hdejn xulxin. L-ewwel wahda tinsab fuq dar nru. 14 (illum hu Nru. 15) u din hi nicca mwaqqfa f'gieh l-Immakulata. Bhala nicca fiha xoghol sabih fil-gwarnicun u fl-arzella. Hi bil-plakka li tfakkar l-ghoti ta' l-indulgenzi izda bhala statwa fiha xoghol medjokri. Mid-dehra fl-imghoddi kienet mizmuma ahjar millum. Ghadu jidher il-brazz tal-fanal li kien jinxteghel quddiemha u fl-1861 l-Isqof Gaetano Pace Forno kien ta indulgenzi ghal min jitlob quddiemha.


Tixbah lil din in-nicca, izda b'xi differenzi, hija n-nicca ta' San Pawl li nsibu fuq dar nru. 6 u li wkoll hi mzejna bl-indulgenzi moghtija mill-Isqof Gaetano Pace Forno fl-1861. Quddiemna ghandna statwa interessati ghax hija wahda mill-ftit xbihat ta' dan il-qaddis li mhux fil-pozizzjoni tas-soltu, jigifieri replika ta' l-istatwa tal-Gafa, izda f'din l-istatwa lil San Pawl narawh b'id wahda tistrieh fuq xabla u bl-ohra jzomm il-ktieb. Hi statwa tassew sabiha bi skultura rfinuta u dettaljata.


Il-Familja Mqaddsa


Ix-xbieha l-ohra hija riliev, kwadru li jirraprezenta lill-Familja Mqaddsa. Jidher li ma tantx hi qadima wisq u fl-1946 kienu gew moghtija indulgenzi ghal min jitlob quddiema (fil-fatt m’hemmx indulgenzi assocjati maghha imma l-lapida fiha bhal talba).


Noti Editorjali:

  1. Din saret minn Bizzju.
  2. Xoghol Bizzju.
  3. Tinxteghel fil-festa tal-Madonna tal-Karmnu.

It-tieni parti - Il-Mosta: Lulju – Awissu 1987


(p.12) Statwa ohra sabiha ta' Marija Assunta nsibuha fuq djar Nri. 28-30 Triq il-Kurat Calleja. Din hi statwa ohra sabiha li b'xorti tajba ghadha fl-istat originali taghha, jigifieri ghadha qatt ma giet mimsusa biz-zebgha u ghadha fi stat tajjeb hafna. Billi hi statwa kbira wiehed jista' josserva certi dettalji bhalma huma l-wicc tal-Madonna, it-tikmix tal-libsa u l-panneggi sbieh tal-mant. Fl-1836 kienu nghataw indulgenzi ghal min jitlob quddiemha.


Nicca tal-Madonna tal-Karmnu fi Triq it-Torri l-Mosta Il-Madonna tal-Karmnu, xoghol Vincenzo Agius, hdejn dar Nru. 30, Triq it-Torri

Madonna tal-Karmnu u San Guzepp


Nicca ohra sabiha f'dan ir-rahal insibuha fuq dar Nru. 6 (illum hu Nru. 9), Triq Dun Mikiel Xerri. Hi nicca ddedikata lill-Madonna tal-Karmnu. Hi nicca mqassma sabih, arzellata u mzejna b'pilastri u kontro-pilastri fuq kull naha. Fuqhom idur friz imzejjen bil-gwarnic u jinghaqdu permezz ta' frontispizju. L-istatwa hi sabiha fix-xoghol li fiha u personalment fakkritni fi statwa ohra tal-Madonna tal-Karmnu li ltqajt maghha fi Triq il-Kola Xara r-Rabat. Meta qabbilt ir-ritratti tat-tnejn indunajt b'dan ix-xebh kbir u ezatt li jezisti. Hi nicca mizmuma tajjeb u fl-1901 l-Arcisqof Pietru Pace zejjinha bl-indulgenzi.


Parigg xulxin huma z-zewg statwi li nsibu hdejn dar Nru. 30, Triq it-Torri. Dawn iz-zewg statwi tal-Madonna tal-Karmnu u ta' San Guzepp huma mqieghda fuq zewg mensoli ta' ghamla nofs tond. Minn hdejn il-parti ta' fuq ta' l-istatwa titla' dekorazzjoni bi stil eleganti li ddur nofs tond bhala nicca. Min hadimhom u min fassalhom kien tas-sengha1. Wiehed irid jieqaf quddiemhom u jiflihom sew biex jara d-dettall li fihom. Iz-zewg statwi fihom ukoll xoghol tajjeb, b'mod specjali dik tal-Madonna tal-Karmnu.


San Vincenz de Paoli


Sabiha wkoll hi l-istatwa ta' San Vincenz de Paoli li nsibu fuq dar Nru 297, Triq il-Kbira (illum Nru. 269). Hawnhekk hu xieraq li nghidu li din l-istatwa hi unika fit-toroq taghna. Mhux imqieghda f'nicca izda fuq mensola. Jidher car li, meta tfasslet il-faccata ta' din id-dar, kien hemm l-hsieb li ssir din l-istatwa ghax il-gwarnicun ta' fuq, flimkien mal-friz, idur nofs tond fuq l-istatwa bhala nicca u ghalhekk din l-istatwa ghandha dehra li tolqtok mill-ewwel. Billi qieghda fil-gholi, wiehed ma jistax jifli sew din l-istatwa, izda jidher li fiha xoghol irfinut2.


Marija Assunta


Ma' pilastru wiesa', bejn zewg tqieqi kbar ta' Villa Grech Mifsud fi Triq il-Kbira naraw statwa kbira ta' Marija Assunta. Il-mensola li fuqha tistrieh din l-istatwa fiha xoghol sabih ta' skultura b'disinn barokk eleganti, kif inhi wkoll l-istatwa, izda hi tassew hasra li din l-istatwa hi mimlija haziz tax-xita li qieghed itellef is-sbuhija ta' din l-istatwa kbira.


Madonna tal-Karmnu


F'kantuniera bejn Triq il-Kbira u l-Isperanza naraw nicca ohra tal-Madonna tal-Karmnu. L-istatwa ghandha forma nofs tond u, ghalkemm hi nieqsa minn certa dekorazzjoni, hi nicca sabiha fis-semplicita taghha. L-istatwa hi nieqsa minn certu proporzjon b'mod specjali fil-libsa u fix-xbieha tal-Bambin, izda b'xorti tajba ghadha fi stat originali taghha billi qatt ma giet mizbugha. Fl-imghoddi jidher ukoll li kellha quddiemha xi fanal ghax ghadha tidher il-holqa tieghu u taht din il-holqa tidher il-plakka bl-ghoti ta' l-indulgenzi izda din mhux possibli li tinqara.


Marija Assunta


Fi Triq il-Kbira niltaqghu ma zewg nicec ohra ta' Marija Assunta: wahda tinsab fuq dar Nru. 241 (illum hu Nru. 219) u l-ohra fuq dar Nru. 175 (illum hu Nru. 165). It-tnejn jidhru qodma sew izda dik ta' fuq dar Nru. 241 tidher li hi l-eqdem. Din in-nicca ghandha pozizzjoni principali bejn zewg galleriji antiki tal-gebel. Tidher ukoll li saret l-plakka bl-ghoti ta' l-indulgenzi, izda din mhix possibli li tinqara. Bhala statwa hi nieqsa minn certi movimenti izda l-istatwa ohra mhux hekk.


Fin-nicca ta' fuq dar Nru. 175 naraw statwa mill-isbah. Il-Madonna tidher fuq shaba u mdawra b'zewg puttini. Il-Madonna ghandha idha x-xellugija fil-baxx u l-ohra aktar fil-gholi.  Ma' dan id-driegh naraw niezla parti mill-mantell, li mbaghad idur mal-Madonna. B'xorti tajba ghadha qatt ma giet mizbugha u ebda parti minnha mhi mkissra. Quddiemha darba kellha wkoll fanal gahx ghadha tidher il-holqa tieghu.


Kristu Sultan


Nicca ohra ta' Kristu Sultan insibuha f'kantuniera bejn Triq il-Kbira u Triq il-Gnien. Fuq kull naha tan-nicca naraw pilastru b'dawra fuqu ta' friz u gwarnicun catt, izda hi hasra li parti mill-pilastru tal-lemin hi mkissra ghax hi nicca li fiha disinn semplici u sabih. L-istatwa ta' Kristu hi wkoll sabiha b'id wahda jzomm il-globu u l-ohra miftuha. Quddiem din l-istatwa ghadu jidher ukoll il-fanal li darba kien jinxteghel quddiemu. Fl-1885 kienu gew moghtija indulgenzi ghal min jitlob quddiem din ix-xbieha.


San Frangisk Saverju


Ftit ‘il fuq, fuq dar Nru. 68 (illum hu Nru. 100), Triq il-Kbira nsibu statwa ta' San Frangisk Saverju mqieghda fuq mensola bejn zewg twieqi. Izda hi hasra li hi ttraskurata u mimlija haziz ghax hi statwa sabiha. Fi Triq il-Kbira niltaqghu ma tliet riljievi kwadri tal-gebel. L-ewwel wiehed hu dak tal-Qalb ta' Gesu fuq dar Nru. 54 (illum hu Nru. 84), iehor ta' San Guzepp fuq dar Nru. 115 (illum hu Nru. 101) u l-iehor ta' Sant'Antnin fuq dar Nru. 40 (illum hu Nru. 64). Huma tliet riljievi sbieh li jidher li saru fl-istess zmien u jista' jkun li huma wkoll ta' l-istess id ghax hemm bosta hwejjeg simili.


San Guzepp


Nicca zghira ta' San Guzepp insibuha fi Sqaq Nru 4, Triq il-Kbira (x’aktarx id-dar twaqqghet u n-nicca ntilfet). Mhix xi nicca artistika, izda hu ta' min ifahhar il-hsieb li, meta l-faccata ta' din d-dar giet moghtija dehra moderna, din in-nicca ma gietx imnehhija, izda giet imdahhla wkoll f'din il-faccata moderna.


Nicec Qodma Hafna


Fi Triq il-Kbira niltaqghu ma' zewg nicec li jidhru li huma fost l-eqdem fil-Mosta. L-ewwel wahda nsibuha fuq dar Nru. 77 (illum hu Nru. 69)u din tirraprezenta lill-Madonna flimkien ma l-Erwieh tal-Purgatorju (fil-fatt hi Madonna tar-Ruzarju ghax fiha jidher San Duminku u Santa Katerina ta’ Siena, giet irrestawrata meta l-binja li qedgha fiha nbniet mill-gdid lejn l-1999). Ma l-ewwel daqqa t'ghajn wiehed mill-ewwel jintebah li hi nicca qadima u ghalhekk hi hasra li l-hafna passati bil-gir li tawha tellfuha hafna mis-sbuhija taghha.


In-nicca l-ohra tinsab f'kantuniera fuq dar Nru. 50 (jista’ jkun li trid tigi dik li kienet ta' ma Gnien il-Kmand, din il-parti illum m'ghadix taghmel ma Triq il-Kbira). L-istatwa hi xoghol ta' xi dilettant izda hi hasra li, filwaqt li hi mizmuma tajjeb, xejn mhi mizbugha sabih.


San Pietru u San Pawl


F'nofs Triq il-Kbira naraw dar li tidher kbira u fuq kull naha taghha naraw statwa mqieghda fuq mensola. Iz-zewg statwi huma ta' San Pietru u San Pawl. Fihom xoghol tajjeb ta' skultura, b'mod specjali dik ta' San Pawl. Interessanti wkoll huma z-zewg mensoli li fuqhom naraw imnaqqxa l-armi ta' dawn z-zewg qaddisin.


F'kantuniera bejn Triq il-Kurat Bezzina u Triq l-Isperanza niltaqghu ma nicca ohra tal-Madonna bil-Bambin lil darba setghet kienet tal-Karmnu jew tar-Ruzarju (illum hemm binja gdida imma taf l-istatwa hi l-originali li llum hi tac-Cintura). Bhala nicca hi kbira hafna u l-istatwa fiha skultura tajba u ghalhekk hi hasra li xejn mhi mizmuma tajjeb. L-Arcisqof Pietro Pace kien zejjinha bl-indulgenzi (l-indulgenzi u l-plakka ma jidhrux fil-gdida).


San Xmun (fil-fatt hu San Tumas)


Statwa ta' San Tumas Triq il-Pont Mosta fil-gwerra L-imsemmija statwa ta' San Tumas tidher ghada wieqfa wara bumbardament tat-Tieni Gwerra li ghamel herba mid-djar ta' Triq il-Pont dak iz-zmien bin-numri 140 u 143. Ritratt mill-ktieb 'Malta at War: Vol V' p. 1721.

(p.13) Fuq ic-cinta tal-bejt tad-dar Nru. 131 (illum hu Nru. 62), Bridge Junction nilmhu statwa ta' San Xmun (propja San Tumas) izda, billi qieghda fil-gholi sew, wiehed mhux possibli jifliha sew.


Qalb ta' Gesu


Filwaqt li nduru ghal Triq l-Isperanza fuq dar Nru. 196 naraw nicca tal-Qalb ta' Gesu. Tidher li hi nicca maghmula fil-bidu ta' dan is-seklu. Hi mzejna bl-indulgenzi moghtija mill-Arcisqof Mauro Caruana fl-1916. Ghandha stil semplici, b'xoghol sabih irfinut u dettaljat. B'xorti tajba hi mizmuma tajjeb u ghadu jidher ukoll il-fanal li darba kien jinxteghel quddiemha.


San Mikiel Arkanglu


Fuq l-ghar li jwassal ghall-knisja tal-Madonna ta' l-Isperanza naraw nicca bl-istatwa ta' San Mikiel Arkanglu. Mill-istil tan-nicca tidher li hi qadima sew, izda mizmuma tajjeb. Hi statwa movimentata.


San Tumas Appostlu


Statwa kbira u qadima hi dik ta' San Tumas Appostlu li nsibu f'kantuniera ta' Triq it-Tabib Chetcuti. Nistghu nghidu li qieghda tiddomina sew dawn in-nahat u ghalhekk hi maghrufa sew min-nies ta' dawn l-inhawi.


L-Assunta


F'din id-dawra taghna diga semmejna numru kbir ta' nicec f'gieh l-Assunta u fuq dar Nru. 266, Triq il-Kbira (illum kantuniera Triq il-Bazilika ma Sqaq l-Oratorju) nilmhu ohra sabiha u devota. Din tinsab f'kantuniera u thares minn fejn thares lejha, din l-istatwa ta' l-Assunta b'idejha t-tnejn merfugha ‘l fuq, tigbdek u bla ma trid iggeghlek tieqaf, thares lejha u tammira x-xoghol li fiha. Kull dettall fil-libsa, fil-mant, fl-idejn u fil-harsa fihom espressjoni artistika. L-istess xoghol sabih narawh ukoll fin-nicca. Hi wahda mill-isbah nicec tal-Mosta.


Noti Editorjali

  1. Dawn iz-zewg statwi sbieh tal-Madonna tal-Karmnu u San Guzepp hadimhom Vincenzo Agius, in-nannu tas-Sur Carmelo Agius, li hu l-propjetarju u li b'tant hegga jiehu hsieb il-Kappella li ghadha dawn l-istatwi fil-faccata taghha.
  2. Xoghol l-imsemmi Vincenzo Agius.

It-tielet parti - Il-Mosta: Settembru – Ottubru 1987


L-Immakulata


(p.7) Ftit ‘il boghod fuq dar Nru. 1, Triq Sant'Anna naraw nicca qadima ta' l-Immakulata. Fuq kull naha tan-nicca arzellata naraw pilastri lixxi u fuqhom zewg angli, wiehed minnhom qieghed izomm f'idu l-gilju. Hi tabilhaqq hasra li l-istatwa, li tidher li fiha xoghol tajjeb ta' skultura, ghandha partijiet minnha mmermra sew.


San Guzepp


Qrib din in-nicca naraw statwa ohra ta' San Guzepp imqieghda fuq mensola tal-gebel. Ma tidhirx li hi xi statwa qadima sew ghalkemm fiha xoghol tajjeb. Quddiemha wkoll naraw fanal tal-hadid.


Madonna ta' Lourdes


Fuq dar Nru. 7, Triq Sant'Antnin (tigi fuqnett ta’ Triq Sant’Anna fejn tispicca, u li taghmel ma Triq Sant'Anton Abbati) naraw statwa kbira tal-Madonna ta' Lourdes imqieghda fuq pedestal f'nicca lixxa bla ebda dekorazzjoni hlief gwarnica fuq u ohra taht. Illum hi mitluqa izda fl-imghoddi ma kinitx hekk ghax ghadu jidher il-brazz tal-fanal li kien jinxteghel quddiemha fil-granet tal-festi.


Immakulata


Fi Triq Caspru niltaqghu ma zewg nicec ohra; wahda tinsab fuq dar Nru. 12 u din tirraprezenta lill-Madonna bil-Bambin, xoghol ta' xi dilettant (x’aktarx intilfet ghax illum m’hemm l-ebda binja fl-inhawi b’din l-istatwa), u l-ohra hi ferm ahjar u eqdem u hi tal-Kuncizzjoni. Din tinsab fuq dar Nru. 70 (Illum din il-parti tat-triq jisimha Triq Santa Margerita). Ghadha wkoll bil-brazz tal-fanal li darba kellha quddiemha.


Madonna tal-Karmnu


Nicca tal-Madonna tal-Karmnu fi Triq il-Bazilika l-Mosta fl-antik L-imsemmija nicca tal-Madonna tal-Karmnu kif kienet mizbugha u kif mzejna fl-antik b'4 brazzi 2 fuq kull naha. Ritratt mehud mill-ktieb 'Il-Madonna tal-Karmnu fit-Toroq tal-Maltin' ta' Tony Terribile f'pagna 33.

Maghrufa u popolari hi n-nicca tal-Madonna tal-Karmnu li nsibu hdejn dar Nru. 459, Triq il-Kbira (illum hi Triq il-Bazilika Nru. 181). Hi nicca kbira u mizmuma tajjeb hafna izda kienet hasra li giet mizbugha b'diversi lwien. Fl-1862 l-Isqof Gaetano Pace Forno kien ta indulgenzi ghal min jitlob quddiemha.


Marija Annunzjata


Ftit ‘il fuq hdejn dar Nru. 450, Triq il-Kbira naraw riliev kbir u sabih ta' Marija Annunzjata. Hu sabih kemm fid-disinn u kemm fix-xoghol li fih. Tiehu pjacir tghid ukoll li hu mizmim tajjeb u wkoll fil-granet tal-festi jkun imdawwal (illum taf intilfet ghax fl-inhawi, illum Triq il-Bazilika, m’hemm l-ebda statwa ta’ din ix-xorta u minflok hemm binja gdida).


Marija Assunta


Statwa ohra ta' Marija Assunta nsibuha fuq dar Nru. 453, Triq il-Kbira (illum Triq il-Bazilika Nru . 171). Ghalkemm f'nicca semplici l-istatwa hi sabiha u movimentata. B'xorti tajba wkoll il-fanal ghadu jidher ukoll quddiemha.


Kuncizzjoni


Qadima tidher li hi n-nicca tal-Kuncizzjoni li nsibu fuq dar Nru. 163, Triq il-Pont (illum din il-parti tat-triq jisimgha Triq Carmelo Dimech Nru. 2). Bejn nicca arzellata naraw pilastru ta' stil Joniku u minn mal-kapitell tinzel dekorazzjoni sabiha li tistrieh fuq gwarnica li ghandha t-tul kollu tan-nicca. Billi hi kbira n-nicca mill-ewwel tigbidlek l-attenzjoni u ggaghlek tieqaf u thares lejha u tifliha sew.


Riljev ta' San Guzepp li kien hemm fi Triq il-Pont il-Mosta (Triq Carmeli Dimech tallum) Ir-riljev ta' San Guzepp li xi darba kien hemm ma dar fi Triq il-Pont (illum id-dar waqqghuha u din il-parti tat-triq jisimha Triq Carmelo Dimech). Ritratt grazzi ghat-tfal ta' Nikol Ciantar li kien hareg ktieb fuq in-nicec ta' Malta kollha u r-ritratti li kien ha taghhom kien ghadda kopja lill-Librerija Nazzjonali l-Belt.

San Guzepp


Hdejn dar Nru.160, Triq il-Pont naraw riliev iehor tond ta' San Guzepp li jidher li ma tantx hu qadim wisq (x'aktarx intilef ghax illum fl-inhawi hemm binja gdida u m'hemm l-ebda rilievi ta' dan it-tip).


Nicca ta' San Injazju fi Triq il-Pont il-Mosta L-istatwa ta' Sant'Injazju fuq dar Nru. 96 fi Triq il-Pont

Sant'Injazju


Fl-istess triq fuq dar Nru. 96 naraw wahda mill-eqdem nicec tal-Mosta. Din hi n-nicca ta' Sant'Injazju. B'xorti tajba, billi ma tantx qieghda fl-gholi, wiehed jista' jammira din l-istatwa sewwa. Sant'Injazju narawh liebes l-alba u l-pjaneta u sahansitra wkoll il-maniplu, kollox skulturat fil-gebla. Hawnhekk wiehed ta' min jammira l-pjiegi rqaq ta' l-alba u t-tikmix tal-pjaneta flimkien mal-wicc tal-qaddis. Hi statwa li zgur hi xoghol ta' xi mghallem tajjeb. Ikun tajjeb li tigi kkonservata ahjar.


San Guzepp


Xbieha ohra ta' San Guzepp insibuha fuq dar nru. 57 Bridge Junction (illum it-triq jisimha Triq il-Gilju Nru. 59). Hi mzejna bl-indulgenzi moghtija fl-1892 mill-Arcisqof Pietro Pace. Hi nicca nieqsa hafna mill-iskultura, izda l-istatwa fiha xoghol irfinut hafna.


San Angeliku Martri


Filwaqt li nergghu nidhlu fi Triq il-Kbira niltaqghu ma zewg nicec ohra, wahda fuq dar Nru. 384 (illum Triq il-Bazilika Nru. 132) u ohra fuq djar 310-312 (illum Triq il-Bazilika Nru. 56). L-ewwel wahda hi dik ta' San Angeliku Martri. Ma tidhirx li hi nicca qadima wisq, izda hi mimlija haziz u hekk ghandha dehra tant kerha. Illum hi mitluqa izda fl-imghoddi jidher li ma kinitx hekk ghax kellha wkoll fanal li tieghu ghadu jidher il-brazz sabih tal-hadid.


Duluri


L-ohra hi tad-Duluri wieqfa b'ghajnejha ‘l isfel u b'idejha t-tnejn maghquda. Bhala nicca hi arzellata sabih u mzejna b'pilastru u kontro-pilastru fuq kull naha u fuq naraw gwarnicun wiesa' li jinghaqad permezz ta' frontispizju.


San Guzepp


Fuq dar Nru. 5, Triq l-Oratorju naraw nicca zghira ta' San Guzepp. Hi xoghol ta' xi dilettant, izda hi hasra li xi partijiet minnha huma mkissra. Fl-1865 kienu gew moghtija indulgenzi ghal min jitlob quddiemu (x’aktarx li ntilfet ghax illum fl-inhawi m’hemm l-ebda nicca ta’ dan it-tip).


F'nofs Triq il-Kbira (illum Triq il-Bazilika), fil-parti li taghti ghan-Naxxar, wieqfa fuq pedestal, naraw statwa ta' San Guzepp imzejna bl-indulgenzi moghtija mill-Arcisqof Pietro Pace. Ghalkemm hi statwa nieqsa minn certa skultura movimentata tidher li hi statwa devota. Quddiemu ghadu jidher il-fanal tal-hadid. Il-kolonna fiha xoghol sabih ta' skultura ta' stil Barokk b'mod specjali fil-mazzettuni ta' taht1.


Tliet Statwi


Fil-bidu ta' Triq il-Pont naraw bini b'sular wiehed u fih naraw tliet rilievi sbieh. Dawn huma ta' Santa Marija, tad-Duluri u ta' l-Ecce Homo. L-ahhar tnejn huma replika ta' tnejn ohra li diga tkellimna dwarhom u li jinsabu dik tad-Duluri fi Triq il-Kungress Ewkaristiku u ta' l-Ecce Homo fi Triq it-Torri (l-Ecce Homo ta’ Triq it-Torri fil-fatt hu fil-verzjoni ta’ Gesu Nazzarenu, msemmi qabel - Triq it-Torri Nru. 186). Jidher li huma xoghol ta' l-istess id.


Fuq in-naha l-ohra, f'kantuniera ma Triq il-Kbira (Triq il-Bazilika kantuniera ma Triq il-Pont), naraw riliev sabih iehor tal-Madonna ta' l-Isperanza li jidher ukoll li hu ta' xi id tajba.


Qalb ta' Gesu


F'dawn l-inhawi fuq dar Nru. 334, Triq il-Kbira (illum Triq il-Bazilika) naraw ix-xbieha tal-Qalb ta' Gesu izda, billi qieghda fil-gholi, facilment li wiehed ma jindunax biha (illum x’aktarx tlifnieh ghax m’hemm l-ebda statwa ta’ dan it-tip fl-inhawi).


Santa Barbara


Fuq dar Nru. 58 (illum hu Nru. 20), Triq il-Parrocca niltaqghu ma nicca zghira mwaqqfa f'gieh Santa Barbara Vergni u Martri. Mix-xoghol taghha hi nicca qadima, izda ghadha fi stat tajjeb hafna u b'xorti tajba qatt ma giet mimsusa biz-zebgha. Hi l-unika statwa ta' din il-qaddisa li nsibu fit-toroq taghna.


San Guzepp u Marija Assunta


Fit-tarf taz-zuntier tal-knisja parrokjali naraw zewg statwi tasssew sbieh; wahda ta' San Guzepp u l-ohra ta' Marija Assunta. Huma zewg statwi artistici maghmula mill-iskultur Censu Apap. Dawn hadu l-post ta' tnejn ohra eqdem minnhom.


San Pawl u San Pietru


Kien tassew hsieb ghaqli li fuq iz-zuntier ftit tas-snin ilu zdiedu zewg statwi ohra: wahda ta' San Pawl u l-ohra ta' San Pietru. Dawn huma xoghol ta' Marco Montebello u gew imhallsa minn Guzeppi Grech.


Nicca tal-Assunta fi Triq Speranza l-Mosta In-nicca arzellata tal-Immakulata li kien hemm sal-2004 fi Triq id-9 ta' April (illum floka nbniet dik l-art gallery kantuniera ma Triq San Pawl Eremita) li kienet tmur lura ghall-1860 meta tlestiet il-knisja.

Kuncizzjoni


(p.10) Originali hi n-nicca li nsibu fuq dar li tinsab fi Triq id-9 ta' April. Hi nicca kbira tal-Kuncizzjoni u mzejna bl-indulgenzi moghtija mill-Isqof Gaetano Pace Forno fl-1860. Fil-bidu ghedt li hi originali ghax tinsab fil-livell tal-gallerija twila tal-hadid. Ghalkemm hi nicca nieqsa minn certi elementi artistici zgur li hi nicca maghrufa sew mill-Mostin ghall-pozizzjoni taghha (id-dar "Dar Immakulata" fejn kienet u d-dar ta' magenba kienu twaqqghu biex minflok illum hemm blokka tigi kantuniera ma Triq San Pawl Eremita - l-istatwa kien salvaha xi qassis li joqghod lejn ta' Wejda u ghal xi zmien kienet fuq speci ta' mensola f'tarf Triq it-Torri kantuniera ma Triq Durumblat).


Nicca tal-Assunta fi Triq Speranza l-Mosta San Guzepp tat-Targa sikwit kien jispicca fil-mira tal-vandali, hawn jidher fil-verzjoni kif kien ikun imzejjen fl-antik.

San Guzepp tat-Targa


Fit-triq li mill-Mosta twassal Burmarrad, imghollija fuq il-blat, naraw statwa kbira ta' San Guzepp imzejna bl-indulgenzi u spiss tkun mixghula u mzejna bil-fjuri ghax din hi wahda mill-aktar statwi mizmuma tajjeb fil-Mosta.


Marija Assunta


Zewg statwi ta' Marija Assunta li jinsabu fil-limiti tal-Mosta nsibuhom wahda it-triq li tiehu ghall-Imgarr u l-ohra fil-limiti ta' Buqana, li tinsab fin-nahat ta' Ta' Qali.


Dik tat-triq ta' l-Imgarr hi statwa sabiha b'xoghol irfinut u kienet tabilhaqq hasra meta messewha biz-zebgha (illum ma nafx ghadhiex tezisti).


L-istatwa l-ohra tinsab f'nicca kbira izda tinsab fi stat deplorevoli hafna. Ikun xieraq hafna li tigi rrestawrata ghax zgur li hi wahda mill-eqdem nicec tal-Mosta mwaqqfa f'gieh Marija Assunta.


Nota:

  1. Din l-istatwa hi attribwita lil Salvatore Dimech

Nicec u Statwi fit-Toroq tal-Mosta

minn Dun Salv Magro


Ir-raba' parti - Il-Mosta: Novembru – Dicembru 1987


(p.4) Mat-taghrif dettaljat li deher f'diversi hargiet tal-gazzetta dwar is-suggett nixtiequ nzidu xi noti ohra.


Dawk ir-rilievi kwadri jew tondi li s-Sur Tony Terribile ra mxerrdin mat-toroq tal-Mosta, bhal dik tad-Duluri fi Triq il-Kungress Ewkaristiku, huma kollha xoghol ta' wiehed dilettant, Fabrizio Bartolo, li miet fil-31 ta' Mejju, 1960. Huma kollha weghdi ta' wara l-gwerra, wiehed jithajjar mill-iehor. Dan Bartolo kien qatta' fil-gebel mudell sabih hafna tal-Knisja tal-Mosta. Fil-prezent dan il-mudell jinsab ghand Joseph Grech, il-Paramount.


Ir-ruh ta' hdejn ic-cimiterju hija xoghol ta' Bartolo ghax dik li kien hemm qabel giet imkissra minn suldat ta' l-Air Force stazzjonat f'Ta' Qali fi zmien l-ahhar gwerra.


L-istatwa ta' l-Assunta fi Triq l-Isperanza Nru. 24 tnizzlet minn hemm ghax bdiet niezla bicca bicca.


L-istatwa ta' l-Assunta f'nofs Pjazza Britannja ghadha tradizzjoni qawwija li kienet fuq iz-zuntier tal-knisja l-qadima tal-Mosta. Tkellimt mal-persuna li jiehu hsiebha, ragel ta' 85 sena u qalli li kien jisma ‘l ommu tghid hekk. Kieku llum ghandha 113-il sena (jigifieri twieldet fl-1874 [1987-113]). Kienet tiftakar meta din l-istatwa tpoggiet fejn hi llum.


L-istatwa ta' San Pawl fi Triq Britannja Nru. 6 kwazi zgur li kienet fil-knisja l-qadima, gewwa jew barra ma nafx. F'din id-dar kien ighix qassis li kien wiehed mill-prokuraturi kemm tal-knisja l-qadima kif ukoll tal-gdida u fiha hemm hafna skultura tal-knisja l-qadima, bhal puttini u bcejjec ohra. L-istatwa ta' San Pietru tinsab ghand wiehed dixxendenti ta' dan il-qassis.


L-istatwi tal-Madonna tal-Karmnu u San Guzepp ta' Nru.30, Triq it-Torri u San Vincenz ta' Nru. 297, Triq il-Kbira (illum Nru. 269) huma xoghol ta' Censu (ghalhekk San Vincenz) Agius, li miet fit-12 ta' Lulju, 1940.


Is-Sur Terribile semma l-istatwa ta' San Mikiel li hemm mal-knisja ta' l-Isperanza. Ma din iridu jissemmew ukoll it-tliet nicec li hemm fil-faccata tal-knisja.


Nicca ohra li ma ssemmietx hija dik ta' San Xmun ta' Nru. 131, Triq l-Isperanza u riljiev ftit ‘il fuq f'Nru. 114 tal-Madonna ta' l-Isperanza, xoghol ta' Fabrizio Bartolo.


L-istatwa ta' San Guzepp fuq mensola fi Triq Sant'Anna. Din hi d-dar fejn kien joqghod Fabrizio Bartolo.


Triq Gaspru ma tezistix. Din hi Triq Santa Margerita. L-inhawi jghidulhom Kaspru.


Wara d-dar Nru. 459, Triq il-Kbira (illum Triq il-Bazilika) tkompli Triq Santa Margerita. Ftit ‘il gewwa hemm nicca semplici ta' Gesu Nazzarenu, xoghol ta' Bartolo (x’aktarx tlifnieh ghax fl-inhawi m’hemm l-ebda nicca ta’ dan it-tip).


Dwar l-istatwa fuq cinta tal-bejt f'Nru. 131 (illum Nru. 62), Bridge Junction (ried jghid Triq il-Pont), nahseb li hemm xi zball. Mort fuq il-post, id-dar hi Nru. 70. L-istatwa m'gharafthiex. Staqsejt lil ragel ta' 80 sena, qalli li hi ta' San Tumas. Jiftakar meta qeghduh. Iktar jixbah lil San Pawl b'idu ‘l fuq.


Nicca ohra, jekk tista' ssejhilha hekk, tal-Qalb ta' Gesu qieghda fuq dar hdejn il-knisja ta' San Pawl tal-Qlejja', ahna u sejrin l-Imgarr (illum in-nicca m'ghadx fiha l-istatwa).



Fittex u Qabbel

(Ikklikkja fuq l-istampi li jirrizultaw ghall-popup bl-informazzjoni.)


       

Statwi: L-eqdem Datati
Data Statwa
1621 L-Ewkaristija fi Triq Santa Margerita, Nru. 76, iggib id-data 1621
1664 L-Ewkaristija fi Triq Santa Margerita, Nru. 67, iggib id-data 1664
1745 San Gwann l-Evangelista fi Triq Durumblat, Torri Cumbo, lapida ggib id-data 1745.
cirka 1745 Madonna tal-Bon Kunsill fi Triq Durumblat kantuniera ma Triq it-Torri mal-hajt li jdawwar it-Torri Cumbo.
2 ta' Jannar 1792 Marija Assunta fi Triq Buqana limiti tar-Rabat, digriet tal-indulgenzi moghti fit-2 ta' Jannar 1792
Qabel 1799? Marija Assunta fi Triq il-Kbira, Nru. 245. Peress li hi wahda minn 3 li fadal miktuba bil-Latin, nemmen li taf gejja minn zmien il-Kavallieri, cioe taf ta' qabel l-1799.
23 ta' Awissu 1801 Marija Assunta fi Pjazza Brittanja, digriet tal-indulgenzi moghti fit-23 ta' Awissu 1801
bidu tal-1800s Marija Assunta fi Triq il-Kbira Nru. 15 ma Gnien il-Kmand.
7 ta' Marzu 1838 Marija Assunta fi Triq Kurat Calleja, Nru. 28, digriet tal-indulgenzi moghti fis-7 ta' Marzu 1838.
1847-1857 Duluri fi Triq il-Mithna, Nru. 91, digriet tal-indulgenzi moghti mill-Isqof Publiju Maria Sant li serva bejn l-1847 u l-1857.
1858 Sant'Antnin ta' Padova mal-"mithna l-gdida" fi Triq il-Mithna kantuniera ma Vjal l-Indipendenza, mithna li nbniet fl-1858 minn certu Antonio Grech.
Qabel l-1860? Immakulata Kuncizzjoni fi Triq Carmelo Dimech Nru. 2, bil-lavur fil-gnub ta' din in-nicca, unika ghal kollox b'dan l-istil, x'aktarx xi wirt tal-Knisja l-Qadima.
11 ta' Novembru 1861 Immakulata Kuncizzjoni, fi Triq Brittanja, Nru. 15, digriet tal-indulgenzi moghti fil-11 ta' Novembru 1861. San Pawl faccata fl-istess triq, bid-digriet tal-indulgenzi wkoll mghoti fl-istess data.
9 t'Ottubru 1862 Madonna tal-Karmnu fi Triq il-Bazilika Nru. 181 (ex Triq il-Kbira, Nru. 461), digriet tal-indulgenzi moghti fid-9 t'Ottubru 1862.
18 ta' Dicembru 1865 Kristu Salvatur fi Triq it-Torri, Nru. 108, digriet tal-Indulgenzi moghti fit-18 ta' Dicembru 1865.
28 ta' Settembru 1866 Madonna tar-Ruzarju fi Triq Speranza, Nru. 33, digriet tal-indulgenzi moghti fit-28 ta' Settembru 1866.
Awissu 1873 San Guzepp f'San Guzepp tat-Targa, digriet tal-indulgenzi moghti f'Awissu 1873.
1884 Madonna tal-Karmnu fi Triq il-Kbira kantuniera ma Triq l-Isperanza, digriet tal-indulgenzi moghti fl-1884.
1 ta' April 1885 Kristu Salvatur fi Triq il-Kbira kantuniera ma Triq il-Gnejna, digriet tal-indulgenzi moghti fl-1885.
Qabel l-1886 San Pawl fi Triq it-Torri, Nru. 195, San Pawl u San Pietru ta' mas-City fi Triq il-Kbira u l-Madonna tac-Cintura fi Triq il-Kurat Bezzina, Nru. 44, possibilment huma kollha xoghol Salvatore Dimech u fil-kaz iridu jkunu ta' qabel l-1886.
Qabel l-1889 Statwa tal-Madonna tal-Karmnu fiz-zuntier tal-kappella ta' Sant'Anton Abbati. L-istatwa kienet originarjament f'nicca fi Triq il-Kungress Ewkaristiku Nru. 190, liema nicca bil-fanal b'kollox jidher li kienet diga fil-post skont ritratt li juri l-knisja qabel saritilha l-lanterna fl-1889.
10 ta' Settembru 1889, wisq probabli qabel l-1886 San Guzepp fil-misrah ta' Triq il-Bazilika (ex Triq il-Kbira), digriet tal-Indulgenzi moghti fl-10 ta' Settembru 1889. X'aktarx sar qabel l-1886 peress li jinghad li hu wkoll xoghol Salvatore Dimech
Qabel jew l-1886 jew l-1891/2 Duluri fi Triq il-Bazilika, Nru. 56, taf inhadmet bhala abbozz mill-iskultur Mosti Salvatore Dimech (1804-1886) ta' Duluri li kien hadem tal-injam li llum tinsab fl-Oratorju Qalb ta' Gesu qabel il-fratellanza tad-Duluri gabu ohra minfloka minn Marsilja lejn 1891/2 (kieku saret wara dan l-annu, din l-istatwa nissoponi kienet tinhadem fuq ta' Marsilja minflok).
3 ta' Settembru 1892 San Guzepp fi Triq il-Gilju, Nru. 59, digriet tal-indulgenzi moghti fit-3 ta' Settembru 1892.
1892 Statwi tal-Madonna tal-Karmnu u San Guzepp ma kappella privata tad-Duluri fi Triq it-Torri Nru. 30.
2 ta' Dicembru 1901 Madonna tal-Karmnu fi Triq Dun Mikiel Xerri, Nru. 9, digriet tal-indulgenzi moghti fit-2 ta' Dicembru 1901.
Bejn l-1889 u q. l-1904 Madonna tal-Karmnu fi Triq it-Torri kantuniera ma Triq Cejlu Tonna, taf hi erga ta' qabel l-1886 jekk nihduha li hi xoghol Salvatore Dimech, digriet tal-indulgenzi mill-Arcisqof Pietru Pace (1889-1914). Mhux imnizzla d-data tad-digriet ghax ma kienx hemm spazju bizzejjed fil-lapida, imma l-bqija tal-kliem hu ezatt kelma b'kelma bhal tal-Madonna tal-Karmnu ohra ta' Triq Dun Mikiel Xerri li ggib d-data 2 ta' Dicembru 1901, u allura taf ta' l-istess zmien. Daqstant San Angeliku Martri fi Triq il-Bazilika Nru. 132 (ex Triq il-Kbira, Nru. 384), digriet tal-indulgenzi moghti mill-Arcisqof Pietru Pace fl-4 ta' Gunju, bl-annu m'ghadux jinqara. Peress li wkoll ghandha ndulgenzi ta' 40 jum, trid tkun ta' qabel l-1904 ghax minn cirka din is-sena bdew jinghataw 100 jum indulgenza minflok (Papa Piju X fit-28 t'Awissu 1903 kien ta s-seta' lill-Kardinali li jaghtu 200 jum indulgenza, lill-Arcisqfijiet 100 jum u lill-Isqfijiet 50 jum).
1 ta' Lulju 1906 Kurcifiss fi Triq Durumblat, Nru. 3, jgib id-data l-1 ta' Lulju 1906.
Qabel 1907 Marija Assunta fil-pjazzetta fejn jiltaqghu Triq it-Torri ma Triq il-Kurat Calleja, l-istatwa kienet ga tezisti skont kif immarkata fi pjanta tal-Mosta tal-1907.
27 ta' Lulju 1908 San Guzepp f'kantuniera Triq il-Kungress Ewkaristiku ma Triq Gafa, digriet tal-indulgenzi moghti fis-27 ta' Lulju 1908.
1911 jew ftit qabel L-istatwi tal-Evangelisti San Gwann u San Luqa qabel tidhol fl-ghar tal-Kappella tal-Isperanza. Ta' fuq il-presbiterju tar-Rotunda ghandhom l-annu 1911 meta thallsu mill-Prokuratur Dun Ang Camilleri.
16 ta' Jannar 1913 Marija Assunta fi Triq il-Bazilika Nru. 171 (ex Triq il-Kbira, Nru. 453), digriet tal-indulgenzi moghti fis-16 ta' Jannar 1913.
23 ta' Gunju 1914 Ta' statwa li ntilfet jew taf hi l-Madonna tal-Isperanza fil-faccata tal-Kappella tal-Isperanza, digriet tal-indulgenzi moghti fit-23 ta' Gunju 1914.
31 ta' Lulju 1916 Qalb ta' Gesu fi Triq Speranza, Nru. 196, digriet tal-Indulgenzi moghti fil-31 ta' Lulju 1916.
24 ta' Lulju 1922 Madonna tal-Karmnu fi Triq Guzeppi Callus, Nru. 106, digriet tal-indulgenzi moghti fl-24 ta' Lulju 1922.
8 ta' Lulju 1927 Madonna tal-Isperanza fl-ghar taht il-Kappella tal-Isperanza, digriet tal-indulgenzi moghti fit-8 ta' Lulju 1927.
10 ta' Dicembru 1930 Marija Assunta fi Triq Sir Temi Zammit, Nru. 39, digriet tal-indulgenzi moghti fl-10 ta’ Dicembru 1930.
1931 San Guzepp fi Triq ic-Cinju f'Ta' Mlit
1936 Qalb ta’ Gesu fuq il-frontispizzju tal-Oratorju li jgib l-istess isem
Qabel l-1944 San Guzepp fi Triq il-Kbira Nru. 101. Dan peress li dawk b'100 jum indulgenza jridu jkunu ta' qabel l-1944 ghax fl-1 ta’ Jannar tal-1944 l-Isqof ta' Malta li kien ghadu kif inhatar frisk Mikiel Gonzi gie promoss ghall-Arcisqof (mill-1797 l-Isqof ta' Malta kien sempliciment Arcisqof Titulari ta' Rodi apparti Isqof ta' Malta) u beda jaghti ndulgenzi ta' 200 u 300 jum minflok.
1946 Familja Mqaddsa fi Triq Brittanja, Nru. 5, bil-lapida li hemm tahta ggib id-data 1946.
Qabel l-1960 Qalb ta' Gesu fi Triq Glormu Cassar Nru. 114, Sant'Antnin ta' Padova fi Triq il-Kbira Nru. 64, Madonna tal-Isperanza fi Triq il-Bazilika kantuniera ma Triq il-Pont, Ecce Homo fi Triq il-Pont Nru. 14, Madonna bil-Bambin u San Gwann il-Battista fi Triq Sant'Anna Nru. 15, Madonna tal-Isperanza fi Triq l-Isperanza Nru. 114, Madonna tal-Karmnu fi Triq tal-Wej Nru. --, Madonna tal-Grazzja fi Triq Tumas Chetcuti Nru. 1. Taf sew qabel l-1960 jekk nassumu li huma xoghol l-iskultur Fabrizio Bartolo li miet fit-30 ta' Mejju ta' dik is-sena.
Qabel l-1960, zgur q. l-1967 Duluri fi Triq il-Kungress Ewkaristiku kantuniera ma Triq Gafa, Duluri fi Triq il-Pont Nru. 10, Qalb ta' Gesu fi Triq il-Kbira Nru. 84. Dan peress li dawk ta’ 300 jum indulgenza huma ta’ wara l-gwerra ta' zmien Mikiel Gonzi li fi zmienu fl-1 ta’ Jannar tal-1944 l-Isqof ta' Malta gie promoss ghall-Arcisqof (mill-1797 l-Isqof ta' Malta kien sempliciment Arcisqof Titulari ta' Rodi apparti Isqof ta' Malta) u ta' qabel l-1967 meta wara l-Koncilju Vatikan it-Tieni fl-1 ta' Jannar 1967 Papa Pawlu VI hareg l-'Indulgentiarum Doctrina' li rrevedit l-anomaliji w il-metodi li bih jinghataw l-indulgenzi. Taf sew qabel l-1960 jekk nassumu li huma xoghol l-iskultur Fabrizio Bartolo li miet fit-30 ta' Mejju ta' dik is-sena.
Lulju 1966 L-Appostli fil-parti ta' fuq tal-portiku: San Gwann l-Evangelista, Sant'Andrija, San Gakbu u San Tumas tpoggew f'posthom ftit qabel il-festa ta' Santa Marija tal-1966
Gim. 5-Jannar 1968 L-Appostli fil-parti t'isfel tal-portiku, San Bartilmew u San Filep tpoggew f'posthom lejlet il-festa tal-Epifanija (il-wasla tas-Slaten Magi) tal-1968
Gim. 21 ta' Gunju 1968 L-istatwi ta' Santa Maria Goretti u San Tarcisju fiz-zewg nicec fil-faccata tal-Oratorju Qalb ta' Gesu kienu tpoggew f'posthom fil-festa tal-Qalb ta' Gesu tal-1968.
Lulju 1968 L-Appostli fil-parti t'isfel tal-portiku, San Gakbu z-Zghir u San Mattew.
Lulju 1969 L-Appostli fil-gnub tal-portiku: San Xmun u San Guda Taddew.
Sibt 30 ta' Marzu 1974 L-Appostli ta' fuq iz-zuntier: San Pietru u San Pawl.
1977 L-istatwa tal-Fidi Ekklezjali li hemm fil-faccata tal-Knisja tal-Bidnija.
1989 Il-Kuncizzjoni li hemm fil-vojt tal-kampnar tal-Kappella ta’ Santa Marija taz-Zejfi.
1991 Ir-Ruh li hemm f’tarf Triq il-Mithna ftit boghod mic-cimiterju. Ta’ qabilha kienet tmur lura ghaz-zmien ta’ wara l-gwerra u qabilha erga kien hemm ohra ferm eqdem.
1994 Ir-riljevi ta’ San Gwann il-Battista, San Pawl Eremita u Sant’Anton Abbati fiz-zuntier tal-kappella ta’ San Pawl l-Eremita. Qabilhom kien hemm statwi ta’ dawn il-qaddisin li jmorru lura ghall-1705.
9 ta' April 1994 Il-Kuncizzjoni ta’ Triq Sant’Anton Abbati Sqaq Nru. 2
1997 Sant'Anton Abbati ta' Triq Sant'Anton Abbati.
lejn 1997-98 Nicca fiz-zuntier tal-Kappella ta' Sant'Anton Abbati saret fi zmien l-ewwel Kunsill Lokali (1994-98) u fiha tpoggiet statwa restawrata ta' Madonna tal-Karmnu li originarjament kienet fi Triq il-Kungress Ewkaristiku.
2000 San Tumas ta' Triq Tumas Chetcuti kantuniera ma Triq Salvu Dimech, bl-original li kien qabel kien imur lura ghas-snin qabel 1863.
30 ta’ Lulju 2002 San Pietru u San Silvestru I Papa f’nicec fil-faccata tal-Kappella ta’ San Silvestru.
2008 Marija Assunta fi Triq Sant'Anna Nru. 34.
Awissu 2010 San Guzepp u Marija Assunta ta' fuq iz-zuntier li saru mill-gdid tal-bronz flok ohrajn tal-konkos li kienu jmorru lura ghal-1931.
2014 San Guzepp fi Triq il-Kultellazz kantuniera ma Triq il-Barjol (f' Ta' Mlit).
2015 San Bernardu fi Triq l-Gharusa tal-Mosta Nru. 21.
San Angeliku MartriKarmelitan
Sant'Anton AbbatiPatri
Sant'AndrijaSajjied
Sant'Antnin ta' PadovaFrangiskan
San BernardCistercian u Duttur tal-Knisja
San Frangisk SaverjuGizwita u Missjunarju
San GakbuSajjied
San Gwann l-EvangellistaSajjied
San InjazjuGizwita
San LuqaTabib
San MattewJigbor it-taxxi
San NikolaIsqof
San PawlJaghmel it-tined
San PietruSajjied
San SilvestruPapa
San TumasBennej
San XmunRibell / Politiku
San Vincenz de PaulQassis
San Angeliku MartriB'xi 5 daqqiet ta' xabla
Sant'AndrijaMsallab ma salib form X
Santa BarbaraQatghala rasa missiera
San BartilmewSkarnat / Imqaxxar
San FilepImsallab
San GakbuB'daqqa ta' xabla
San Guda TaddewImsallab
San MattewB'daqqa ta' xabla
Santa Maria GorettiB'xi 14-il daqqa ta' sikkina
San PawlQatghulu rasu
San PietruMsallab rasu 'l isfel
San TarcisjuXebgha tajba
San TumasDaqqa ta' lanza (spear)
San XmunIssegat min-nofs b'serrieqa