Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta 1986)
migbura minn E.B. Vella u ohrajn
IL-HMISTAX-IL TAQSIMA
Il-Kungress Ewkaristiku
(p.218) Il-qarrej m'ghandux jahseb illi ahna hawn sejrin inghidu l-istorja kollha ta' l-XXIV Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li sar f'Malta mit-23 sas-27 t'April 1913. Fuq din il-festa ta' gieh aqwa minn tas-soltu lil Gesu Sagramentat hemm kotba shah x'wiehed jaqra, u ma jidrilniex li ghandna ngibu hlief dak biss li ghandu x'jaqsam mal-Mosta.
Li Kungress minn dik ix-xorta kien sejjer jigbed mhux biss eluf ta' Maltin imma sahansitra hafna barranin, kienet haga li kienu jafuha, ghalhekk ghal dawk li huma laqghat generali kienu jinthiegu post kbir sewwa. Hasbu li ma hawn l-ebda knisja li tista tilqa gemghat kbar bhal dawn u ntaghzlet il-bitha tal-loghob tal-Kullegg ta' San Alwigi (tal-Gizwiti) f'Birkirkara, fejn qalu li setghu jidhlu 10,000 ruh. In-nies ma ghogbithom xejn din il-ghazla, l-ewwelnett il-ghaliex ma rawhiex haga sewwa li wahda mill-ewlenin hwejjeg tal-Kungress issir gewwa bitha, it-tieni riedu xi £300 biex ighattu bitha bhal dik u jzejnuha kif jixraq. Fil-Kumitat Generali kien hemm imbaghad min qal li jkun ahjar li minflok il-bitha ta' Kulleg ta' Birkirkara tintaghzel dik ta' l-Istitut tas-Salesjani ta' tas-Sliema. Cinkwina hames habbiet!
Wiehed mill-membri staqsa jekk ikunx ahjar li tintghazel ir-Rotunda tal-Mosta, li barra milli hija kbira, hija wkoll bini mqaddes u mill-banda l-ohra ma ssirx dik in-nefqa li jinhtieg biex tghatti bitha. Kien hemm minn qabel u qal illi r-Rotunda mhix kbira bizzejjed, u barra minn dan tigi boghod mill-Belt. Imma xejn ma sewa dan il-kliem, il-ghaliex kulhadd kien fehma wahda li l-knisja tal-Mosta kienet l-ahjar post fejn isiru dawk il-laqghat.
Kien hemm min xerridha li l-Mostin li baghtew iebes biex iwaqqfu knisja bhal dik, ma kenux sejrin ihallu jidhlu (p.219) l-kungressisti kollha biex imbaghad il-bicca kbira min-nies tar-rahal jibqghu barra. Bhala twegiba fil-5 ta' Jannar saret laqgha kbira tal-Mostin u dawn weghdu li huma lesti biex ihallu t-tempju taghhom ghall-kungressisti u mhux kif hasibha xi hadd.
F'daqqa wahda, hamest ijiem wara, fil-gazzetta Malta deheret ittra ta' l-Isqof fejn qal illi l-ghazla ta' post ghal dawk il-laqghat kienet ga saret u ghalhekk ried li tispicca din il-kwistjoni. Dan kien ifisser illi l-kungress ma kellux isir fil-knisja tal-Mosta. Imma donnu l-anqas il-kelma tal-Isqof ma ghalqet il-kwistjoni ghaliex naraw lilu stess joqghod ghar-rieda tal-Kumitat Generali li mbaghad fil-laqgha tal-24 ta' Frar 1913 wettaq ix-xewqa ta' kulhadd u ghazel lir-Rotunda biex fiha jsir il-Kungress.
"Il-lok ta' din il-gemgha nisranija kellu jkun tempju, li fil-ghamla tieghu, fis-sengha li biha gie mahdum, fil-qdusija li jigbor fih, kellu jibqa' tifkira tal-fidi u tas-sagrificcju tal-poplu nisrani, tifkira tal-qalb u tal-ingenju Malti, u ahjar mill-knisja tal-Mosta ma kienx jista' jinsab iehor f'Malta. Knisja l-aktar wiesgha, mibnija mill-gharaq tal-poplu, li kollox jissagrifika ghar-Religjon tieghu, knisja li fl-ghamla tonda taghha simbolu tal-Ostja kif ukoll tad-dinja, ghalhekk denja wehida li tilqa' Kungress migbur ghal gieh ta' Gesu Ostja mid-dinja kollha."1
Bhalma ghedna, kulhadd ferah b'din l-ghazla; imma l-ikbar ferh kien dak tal-Mostin li raw x'gieh kbir u rari kien gej fuq il-knisja u r-rahal taghhom. Inghaqad kumitat ta' nies mill-Mosta biex jiehu hsieb u jaghmlu r-rahal u l-knisja xerqin biex jilqghu dawk il-kungressisti u dik il-festa ghaziza.
Fl-ahhar wasal il-jum mixtieq l-Erbgha 23 t'April 1913 meta l-Mosta kienet lesta biex tilqa l-Legat tal-Papa u l-Kungressisti kollha. It-triq ta' quddiem il-knisja giet msaqqfa b'festuni, bandieri tal-gnus kollha, armi u kitba fuq (p.220) l-Ewkaristija, kollox fuq stil li kien gdid ghal Malta. L-istess tizjin kompla dawwar il-pjazza ta' quddiem il-knisja. Dan ma kienx bizzejjed, il-ghaliex fuq il-bjut tad-djar kien hemm iperpru mar-rih ghadd kbir ta' bandieri, u kull dar zejnet il-faccata jew tal-anqas il-gallarija b'damask, fjuri, kitba u simboli mqaddsa. Il-knisja minn barra u minn gewwa kienet imzejna xejn anqas mit-triq u l-pjazza ta' quddiemha u kienet tassew xierqa biex tilqa dak li kien gej minflok il-missier tal-kattolici kollha tad-dinja.
Kmieni wara nofsinhar bdew gejjin in-nies biex jaraw il-bidu solenni tal-Kungress, kif ukoll bdew jaslu l-kungressisti minn kull klassi tal-kleru u tas-sekulari maltin u barranin. Ghall-habta tat-tlieta u nofs dehret il-karozza b'erba zwiemel tal-mixtieq Legat tal-Papa, il-Kardinal Duminku Ferrata, li kien milqugh bl-ikbar ghajjat ta' ferh u capcip, b'xita ta' ward, u fost il-muzika helwa tal-Innu tal-Papa mill-banda Nicolo Isouard tal-Mosta u d-daqq ferriehi tal-qniepen.
Il-Kardinal Legat ghogbu l-ewwel izur lill-Arcipriet tar-rahal, (li wara sar Monsinjur) Dun Pawl Mallia, fejn ghandu iltaqa mal-Kardinal Nava u l-Kardinal Lualdi, hafna Isqfijiet u il-Kumitat tar-rahal. Minn hawn hargu biex flimkien imorru ghal gewwa l-knisja fejn fuq it-tarag taz-zuntier gew milqughin mill-Isqof Patri Ang. Portelli O.P. u mill-Kumitat Esekuttiv. Hekk kif dahlu gewwa r-Rotunda l-kungressisti li kienu hemm jistennnew, qamu kollha bil-wieqfa. Fuq il-presbiterju, in-naha ta' l-epistola kien hemm il-postijiet ghal l-Isqfijiet u n-naha l-ohra ghall-Kumitat Permanenti tal-Kungressi Ewkaristici. F'dan il-genb tal-Vangelu kien hemm tribuna ghal dawk li kellhom jitkellmu, filwaqt li l-Kardinali kellhom il-pultruni homor fuq it-tarag tal-artal maggur.
Hemm hafna x'wiehed ighid fuq id-diskorsi sbieh li saru fir-rotunda, imma ahna mhux behsiebna nitkellmu minn dawn ghax jekk wiehed irid jaf x'intqal jista jsib hafna kotba sbieh (p.222) fuqhom.2 Imma biex il-qarrej jista jara ghall-liema akkademja swiet ir-Rotunda, huwa bizzejjed li jaqra din il-lista li gejja li turi min tkellem, fuqhiex u b'liema lsien:-
L-ewwel laqgha tat-23 t'April:-
- Mons. Tumas Heylen, Isqof ta' Namur, (President tal-Kumitat tal-Kungress). Fetah id-diskorsi u kiteb telegramm lill-Papa. Tkellem bit-Taljan.
- Mons. Pawlu Gauci, (Segretarju tal-Kungress ta' Malta). Qara il-breve tal-Papa – bil-latin.
- Kardinal Duminku Ferrata, (Legat tal-Papa). Tkellem fuq Malta u l-Ewkaristija, bit-taljan.
- Mons Pietru Pace, (Isqof ta' Malta). Twegiba ghal kliem tal-Kardinal Ferrata bit-taljan.
- Mons. Anglu Portelli (Isqof awziljarju ta' Malta). Tislima lill-Kungressisti fl-isem tal-Kleru – bit-taljan.
- Markiz Dr. Alfred Mattei. Tislima lill-Kungressisti fl-isem tac-Cittadini – bl-Ingliz.
- Mons. Emard, (Isqof ta' Valleyfield, Kanada). Twegiba ghat-tislima ta' Malta – bil-Franciz.
- Patri Vincenz Sammut, (Gizwita). X'inhu l-Kungress – bit-taljan.
It-tieni laqgha tal-24 t'April:-
- Mons. T.Heylen, (President tal-Kungressi). Fetah it-tieni laqgha –tkellem bit-Taljan.
- Mons Lwigi Farrugia D.D. Malta Ewkaristika – bit-taljan.
- Avukat Ganni Galea, il-Liturgija tal-Quddiesa bit-Taljan.
- Prof. Anastasju Cuschieri, il-Quddisa Riparatrici – bit-Taljan
- Abbati A.F. Leynaud, (Kurat ta' Susa, Tunezija). Il-Quddiesa fl-istorja tal-knisja ta' l-Afrika – bil-Franciz.
It-tielet laqgha tal-25 t'April:-
- Mons T. Heylen, (President tal Kungressi). Qara t-twegiba (p.223) tal-Papa ghat-telegramm li baghtulu. Tkellem bit-Taljan.
- Kardinal Frangisku Bourne, (Primat ta' l-Ingilterra). L-ewkaristija u l-Familja bl-Ingliz
- Avukat Arturu Mercieca, (wara President tal-Qrati). L-ewkaristija u t-tfal – bit-Taljan.
- Patri Wistin Gemelli O.M. L-ewkaristija u Lourdes – bil-Franciz.
- Tabib Gan Felic Inglott. Il-vjatku fl-ahhar hinijiet tal-hajja – bit-Taljan.
Ir-raba' laqgha tas-26 t'April:-
- Mons T.Heylen, (President tal-Kungressi). Qima lil Gesu Ostja, Tkellem bit-Taljan.
- Patri A. Leanza S.J. (Redattur tac-Civilta Cattolica). Qara dak li kiteb Mons. Zorn de Bulach fuq il-Konverzjoni tan-nies tan-Nord bit-Taljan.
- Mons Guzeppi Farrugia, Iz-zjara ta' filghaxija u s-Siegha Mqaddsa bit-Taljan
- Magistrat Guzeppi Cremona, (Wara Imhallef). Il-gid li taghmnel l-ewkaristija fost il-bnedmin – bit-Taljan.
- Konti Pawlu de Quinsonas (President tal Jeunesse Catholique). Qara Rapport – bil-Franciz.
- Kardinal Almarezy Santos (Arcisqof ta' Sevilja). Tifhira lill-Maltin – bl-Ispanjol
- Kardinal Duminku Ferrata (legat tal-Papa). Ghalaq id-diskorsi fuq l-Ewkaristija – bit-Taljan.
L-ewwel tliet laqghat saru wara nofs inhar, imma ir-raba wahda li kienet nhar ta' Sibt, u li ghalqet dawn il-laqghat saret fil-hdax ta' filghodu. Wara li l-Legat tal-Papa spicca il-kliem tieghu f'din l-ahhar laqgha, resaq lejh l-Isqof Pietru Pace mal-Kumitat Esekuttiv, qara quddiemu ndirizz u ta lill-Kardinal Legat kalci tad-deheb miksi b'gemmi, u disinji sbieh. Ghal din il-qima u mhabba kollha, il-Legat wiegeb u ta' hajr bil-Latin.
(p.224) Dak inhar stess, is-26 t'April, qabel l-ahhar laqgha li ghadna kif semmejna, fir-Rotunda saret quddiesa pontifikali mill-Kardinal Frangisku Bourne. Minn filghodu kmieni bdew resqin lejn il-Mosta mijiet ta' Kattolici Nglizi kif ukoll hafna maltin. Mill-banda l-ohra l-Mostin hargu bi hgarhom biex jilqghu lill-Kardinal, Primat tal-Ingilterra, u ghamlulu laqgha li qanqlitu tassew.
Sadattant il-knisja mtliet bi hlejjaq ta' nies, nofshom Inglizi u hafna nies kbar bhad-Duka ta' Norfolk. Lord Warter Kerr, Lord Clifford, Isqfijiet, Konslijiet u kbarat ohra.
Ghal-Pontifikal kien hemm kor mill-aqwa. Dan kien maghmul mis-Salezjani mghejjunin minn hafna ohra, taht it-tregija ta' surmast tal-banda ta' rigment Ingliz. Biex nuru kemm tassew kien kor qawwi huwa bizzejjed inghidu li barra minn dawk ta' l-orkestra kien hemm 70 kantant bejn irgiel u nisa, li kienu bicca Nglizi u ohra maltin. Dik il-glorja ta' knisja, dak il-gmiel ta' funzjoni, dik il-hlewwa ta' kor qanqlu ferh kbir illi hadd milli kien hemm ma seta jinsa dik is-siegha hekk qaddisa.
Wara li spicca l-pontifikal il-Kumitat tal-Mosta resaq lejn it-tron tal-Kardinal Bourne u l-President Onorarju, Mons. Alfredu Mifsud, qara ndirizz bl-Ingliz li kien illuminat ghall-imsemmi Kardinal. Wara li spicca tawh ukoll bukkett fjuri u ktieb bl-Ingliz fuq il-Mosta miktub mill-habrieki Dun Edgar Salomone.3
Fil-Mosta immela, bir-Rotunda taghha kellh l-unur kbir u rari li tilqa l-Legat tal-Papa, b'erba Kappillani ohra, Isqfijiet u hafna Kungressisti Nglizi, Taljani, Belgjani, Spanjoli, Portugizi, Kanadizi, amerikani u ohrajn, barra minn hutna l-Maltin. Bhala tifkira ta' dan kollu t-triq ewlenija ta' quddiem il-knisja giet imsemmia Via Congresso Eucaristico; fil-"Villa Grech Mifsud" (p.225) fejn kienu mistednin ghall-mistrieh u ghat-trattamenti l-Kardinal tal-Kungress, il-Kardinal tal-Pontifikal, Isqfijiet u hafna kbarat ohra gew imwahhla lapida zghira tar-rham; u mal-faccata tal-"Knisja tal-Kungress" giet imqeghda lapida kbira tar-rham imnaqqxa b'kitba latina4 li tfakkarna fl-ikbar glorja tal-Fidi Nisranija fil-Gzira ta' Malta. Hekk dak li tghid:
FIS-SENA 1913
ILTAQA F'DAN IT-TEMPJU BHALA POST EWLIENI
L-24 KUNGRESS EWKARISTIKU INTERNAZZJONALI
FUQ IL-MISTERU TAL-GISEM U D-DEMM ta' GESU KRISTU
FIL-GRANET 24, 25 U 26 T'APRIL
FIT-TLIETA TA' WARA NOFSINHAR
IL-KARDINAL LEGAT TAL-PAPA
B'ZEWG KARDINALI KULL NAHA
QAGHAD QUDDIEM L-ALTAR MAGGUR
HDEJN L-EWWEL TARGA TIEGHU
HMISTAX L-ARCISQOF
HAMSA U ERBGHIN ISQOF HAFNA PRELATI
GHADD KBIR ta' KLERU SEKULARI U RELIGJUZI
KBARAT BARRANIN PATRIZJI U NOBBLI MALTIN
KITTIEBA TAL-GAZZETTI TAGHNA
U FL-AHHARNETT GEMGHA KBIRA TA' NIES
MILL-BELT MIR-RHULA U MIR-RKEJJEN KOLLHA
LI FIL-WISA T'ISFEL MA KIENX FADAL ROKNA VOJTA
FL-EWWEL LAQGHA NQRAW L-ITTRI TAL-PAPA
U L-LEGAT GHAMEL ID-DISKORS TAL-FTUH
IMBAGHAD L-ORATURI SAGRI
MAGHRUFA MAD-DINJA KOLLHA
GHALL-GHERF U HEGGA KBIRA BIEX JITKELLMU
KIF UKOLL, GHORRIEF PROFANI IMMA TWAJBA
TKELLMU FUQ L-EWKARISTIJA
U QALU HAFNA HWEJJEG B'HAFNA ILSNA
FOST IL-WIRI TA' SPISS TAL-FERH
TA' DAWK LI KIENU JISIMGHU
WARA FIS-26 T'APRIL (p.226)
IL-KARDINAL FRANGISKU BOURNE GHAMEL PONTIFIKAL
FL-AHHARNETT IL-LEGAT
LAQA X-XEWQA LI WREW L-ORATURI
U WAQT LI TA' HAJR UKOLL BIL-HEGGA
U QAL ILLI L-QIMA LEJN L-EWKARISTIJA
GHANDHA TIGI MGHODDIJA L-QUDDIEM KEMM JISTA JKUN
IL-KONGRESSISTI KOLLHA QAMU
B'QALB WAHDA ICAPCPU U APPRUVAW
U FIS-SIEGHA TA' WARA NOFSINHAR
IL-KUNGRESS SPICCA
Riferenzi
- P. F. Domenico Azzopardi, L'XXIV Congresso Eucaristico Internazionale., p. 28-33
- Ara: (a) Mons L. Farrugia, Ricordo del XXIV Congresso Eucaristico Internazionale. (b) P.F. Domenico Azzopardi L'XXIV Congress Eucharitiu Internazionali.
- Barra mill-gurnali ta' Malta, tkellmu minn dan il-Pontifikal dawn li gejjin: La Croix, Avril 1913, Catholic Times, 9th May 1913, The Tablet, 10th May 1913.
- Xoghol il-Professur Dun Frangisk Sciberras.
Il-Mosta tallum
(l-awtur qed jikteb fl-1930)
Billi bhalma rajna l-Mosta hija centru minn go fiha jghaddi hafna traffiku, fost ix-xoghol ghal dak li huwa kummerc u fil-btajjel ghal dawk li jfittxu l-mistrieh f'girja sa San Pawl il-Bahar jew il-gewwa izjed. Barra minn dawk li jghaddu minn hawn, ir-rahal, l-aktar fil-btajjel, jigbed hafna nies li, mhajrin mit-triq sabiha li tghaqqdu ma Birkirkara u l-belt, tarahom imorru wara nofsinhar ghal din il-girja sabiha u wara li jkunu thennew b'dik l-arja tas-sahha tal-kampanja, tarahom jergghu lura, minn fuq il-karozza jew bhima tieghu jew inkella mal-karozzi li jahdmu ghar-rahal.
Barra minn dawn kultant il-Mosta tara zjajjar ohra minn hafna turisti li daz-zmien qeghdin jigu biex jaraw artna. Mhux ghageb illi fil-ftit sieghat li dawn in-nies ghanjin iqattghu fostna, il-bicca l-kbira minnhom jaghmlu zjara lir-Rotunda, u kollha tismaghhom jistaghgbu b'dak it-tempju tal-ghageb.
Mill-Mosta imorru ghall-Mostin. Hawn insibu nies ta' kull klassi min-nobbli sal-iktar foqra; nies ta' professsjoni u ohrajn tas-sengha. Dan, bejn wiehed u iehor, huwa dak li ssib fi rhula kbar kollha li ghandna. Il-Mostin huma nies ta' dehen tajjeb u kulhadd ighid illi huma wkoll ta' sahha li ma ticcajtax. Minn dan il-gid tal-mohh u tal-gisem huwa gej li l-Mostin ma jghaddilhom l-ebda rahal ghal dak li hu kleru kbir, ghadd ta' impjegati, l-iktar fid-Dipartiment tat-taghlim; u ghal mijiet u eluf ta' msiefrin. Ara kemm hu hekk illi l-Mosta ghandha kleru ta' 25 qassis, barra minn 3 kappillani, 8 patrijiet u qassisin barra mir-rahal. Jerga dawk li studjaw u lahqu majjistri (p.227) tal-iskola ma humiex ftit il-ghaliex ir-rahal qieghed jaghti lid-Dipartiment tat-Taghlim l-ghadd sabih ta' 62 (16 irgiel u 46 nisa) li 10 minnhom (7 irgiel u 3 nisa) huma kapijiet ta' skejjel. Imbaghad xi nghidu ghal qtajja ta' Mostin li siefru l-iktar ghall-Istati Uniti ta' l-Amerika, ghall-Awstralja u l-Kanada. L-ahhar rapport tal-Emigrazzjoni juri li matul dik is-sena (1928-9) mill-Mosta marru 40 wiehed fl-Awstralja. L-ebda belt jew rahal taghna ma lahhaq iktar minn qisu n-nofs ta' dak il-ghadd.
Hemm qawl Taljan li jghid "Kull ghasfur il-bejta tieghu jara s-sabiha," u hekk ukoll dawk il-Mostin tas-safar, wara li jkunu qattghu bizzejjed zmien u tbatija biex ghenu l-familji taghhom u faddlu xi sold biex ikunu jistghu jghixu bla ma jbatu izjed, tarahom gejjin lura lejn il-bejta l-qadima.
Min irid ikun jaf xi tkun din il-gibda ma jridx jaghmel hag'ohra hlief jifli dawn il-pagni ta' storja u jiftakar li kull wiehed u wahda minna ghandna l-wirt ta' dik l-art lli sa minn zmenijiet l-iktar qodma kienet mixghula b'imhabba kbira ta' Patrijottizmu u Religjon.
Kapitli ohra mill-ktieb
- Taqsima: 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 13, 14, (15)
- Zieda: I, II, III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XI, XII, XIII, XIV, XV, XVI, XVII