The Mosta Archives Banner

Il-kelma li tmantni r-ruh: Atologija ta' kitbiet minn awturi Mostin

Edituri George Cassar, Manwel D. Schembri, Anthony Spiteri


Dan il-ktieb interessantismu mahrug mill-Kunsill Lokali f'gheluq l-10 Anniversarju mit-twaqqif tieghu (1994-2004) fih diversi kitbiet interessanti fuq il-Mosta u f'xi kazi fuq Malta li ma nkludejtx kollox u jinxtara mill-Kunsill. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


Tghid konna ahjar? Ma nahsibx!

minn Giovanni DeMartino


It-Torri CumboIt-Torri Cumbo

(p.69) Il-gwerra issa ghalqet sittin sena li spiccat, u ftit, ftit, in-numru ta' nies li jiftakruha qieghed dejjem jonqos u l-gwerra nnifisha, ghall-maggoranza kbira tal-Maltin hija ‘1 boghod daqs kemm hu boghod l-Assedju l-Kbir. Ma nistaghgibx! Jien niftakar ‘1 ommi u 1 missieri. Alla jahfrilhom, jitkellmu fuq l-Ewwel Gwerra jew il-Gwerra l-Kbira - dik tal-1914-18. Ma kont nifhem xejn: ma kien jinteressani xejn u ma kien jimpurtani xejn hlief... Bhala tifel zghir kont niehu pjacir hafna meta jasal Novembru, konna nixtru l-poppy u fl-iskola l-ghalliema kienet tipprova tispjegalna xi haga fuq dik il-gwerra li kienet ilha biss xi 20 sena li spiccat. Imma ghalina, tfal ta 5, 6, 7 snin 20 sena kienu eternita. U l-uniku gost taghna kien li nixtru l-poppy, inwahhluha mal-qmis jew mal-flokk u nhalluha hemm sakemm … kont se nghid tinxef. Imma din kienet tkun tad-drapp u tinxef ma setghetx. U l-ommijiet iwerzqu ghax il-poppy li kienet tehel b'bicca pissiperla kienet se tirvinalna l-flokk! Il-ftit nies li kellhom il-karozza dak iz-zmien - u li x’aktarx kienu jkunu nies ta’certa klassi u li hafna minnhom kien ikollhom imnehirhom imxammar xi naqru aktar milli suppost, kienu jixtru poppy - mhux tas-sold - iwahhluha fuq il-bonnet tal-karozza taghhom u joqoghdu jduru mat-toroq. Tajjeb infakkar li l-poppies elaborate kienu speci ta’ status symbol. Bhalma kien il sa ftit ilu!


Imma nkomplu fejn hallejna


Kienet ilha biss xi 20 sena li kienet spiccat il-Gwerra l-Kbira u b’danakollu kienet ga nizlet fil-kotba ta' l-istorja. Ahseb u ara t-Tieni Gwerra li issa ilha li spicsat izjed minn nofs seklu. Tistaghgeb kemm isibha difficli bniedem biex jifhem certa sitwazzjonijiet li hu ma jkun qatt sab ruhu fihom. Gieli kont inkun nitkellem ma zghazagh u ma ohrajn li kienu jkunu anqas zghazagh li ikunu studjaw, ikunu marru l-universita, ikunu gradwati u kultant lawreati u meta ssemmilhom il-gwerra u kif konna nghixu jibqghu jharsu lejja imbellhin. Ma jifhmu xejn. Ma jifhmux kif per ezempju, kien possibli li ma kienx ikollna x'nieklu. Illum kull rokna ssib hanut ta l-ikel, jirragunawlek. Dawn is-sitwazzjonijiet tifhimhom biss jekk u meta ssib ruhek fihom int. Inutli taqra, inutli tistudja u inutli tara films. U ghalhekk issa, li kif ghedt fil-bidu ghaddew 60 sena mill-waqfien tal-gwerra, ghall-maggoranza kbira hafna tal-bnedmin il-gwerra mhux biss intesiet, imma sahansitra qatt ma sehhet! Forsi ghalhekk il-bniedem ma jitghallem qatt u jibqa’ johloq tant u tant gwerer, jivvinta tant dizastri, tant niket, tant imwiet, tant tribulazz|onijiet … U f’affari ta' ftit minuti ta' gwerra jkun kapaci jeqred dak li bnedmin ohra inqas boloh minnu kien irnexxielhom jibnu f’mijiet u eluf ta’ snin. M’hemmx ghalfejn immorru ‘l boghod u nibqghu hawn, il-Mosta ll-knisja taghna, ir-Rotunda damet 27 sena biex inbniet. U sal-gumata tal-lum ix-xoghol ghadu dejjem ghaddej. Bla waqfien. Xoghol li Alla biss jaf kemm sewa sagrificcju ghal dawk li gew qabilna u li hallewlna dan it-tempju. Monument tal-fidi kbira li kellhom dawn l-antenati taghna. Fid-9 ta April, 6l sena ilu, bnedmin ohra ppruvaw f’sekonda wahda jeqirdu dawk is-snin twal ta’ sagrificcji li kienu saru biex tela’ dak il-monument. Imma b xorti tajba sehhet xi haga - naturali jew sopranaturali - biex dik il-bomba kbira nifdet il-koppla, habtet mal-hajt, waqghet fl-art tgerrbet mal-knisja kollha u (p.70) ohrog il-ghageb ma splodietx. Kumbinazzjoni? Miraklu? Ma nafx. Naf zgur imma li kieku dik il-bomba splodiet bhalma normalment jaghmlu l-bombi kollha, kieku sekonda wahda kienet tkun bizzejjed biex teqred snin shah ta’ xoghol u sagrificcju. Meta f’Ruma kienu sparaw fuq il-Papa prezenti, hu jghid li kienet il-Madonna li speci ta' dawret it-trajettorja tal-bullet. Forsi anki din id-darba l-Madonna hasset li kellha tintervjeni.


Il-generazzjoni tal-lum il-gwerra ma tiftakarhiex. Anzi nasal biex nghid li hafna nies anqas biss jafu li xi darba kien hawn din il-gwerra li qatlet miljuni ta' nies madwar id-dinja. Hafna nies ma jiftakru xejn minnha u ma jibzghux minnha. Hafna zghazagh ma jibzghux jiehdu d-droga li taghha huma ma ghandhom anqas l-icken idea.


Sittin sena ilu huwa ghomor ta' bniedem. Infatti ghad hawn halna pajjizi f’hafna partijiet tad-dinja fejn il-bniedem anqas biss johlom li jghix sittin sena. Huwa veru li sittin sena huma hafna, imma minn naha l-ohra anqas temmen il-kambjament kbir li sar f’dawn is-sittin sena. Il-kambjament sar ftit jew wisq fid-dinja kollha u dan affettwa wkoll lil pajjizna u lill-Mosta.


Ili 63 sena jiena noqghod il-Mosta. Nista' liberament nghid li jien Mosti u huma l-maggoranza kbira hafna tal-Mostin li jikkunsidrawni hekk. In-nies tal-Mosta kollha tista' tghid hlief dawk li huma ixjeh minni dejjem hawn jafuni. Jafuni tilel ta' l-iskola, jafuni ninnamra, nitgharras u nizzewweg, jafuni ghal tant u tant snin nghallmilhom it-tfal, jafuni erbat ijiem fil-Kunsill u jafuni nzewweg lil uliedi hawn. Tlieta u sittin sena mill-ewwel gurnata tal-gwerra fil-11 ta' April 1940. U meta taghmel xi lejl fis-sodda wiccek ‘il fuq ma tistax torqod, bla ma trid jibdew ghaddejin minn quddiem ghajnejk il-grajjiet kollha ta' hajtek: grajjiet ta’ ferh u grajjiet ta' niket; grajjiet ta’ dwejjaq u ta' ansjeta, mumenti ta’ ferh, ta' biza’, ta' dizappunt ... Mhux talli tibda tara kollox ghaddej minn quddiem ghajnejk dawn il-grajjiet kollha cari daqs il-kristall, imma talli sahansitra terga’ thoss go fik dawk is-sensazzjonijiet li kont hassejt dakinhar. Praspar ta' tifel zghir fil-klassi ... ma nista' ninsa qatt meta darba, waqt it-talba ta' filghodu fit-triq quddiem l-iskola, dak li kien Direttur Spiritwali ta' l-iskola, Alla jahfirlu, sejjahli quddiemu u quddiem it-tfal kollha. Magenbu kellu lis-Sur E.B. Vella, Alla jahfirlu wkoll u li kien Inspector. Kelli forsi disa' snin? “Dan, Sir” qallu d-Direttur Spiritwali, “huwa wiehed minn dawk ir- refugjati li joqghod jigri fuq iz-zuntier tal-knisja!” Kwazi kwazi anki issa, sittin sena wara, qed nerga’ nitlob l-art tiblaghni. Meta ghaddejt ghal-Liceo ... meta ghaddejt minn dak li kien jissejjah GCE ... meta tbissmitli l-ewwel darba dik li llum hi marti ... Imma izjed minn hekk. Fix-xatt ta' l-Isla fejn qattajt l-ewwel snin ta’ hajti, ezatt ma' xatt il-bahar tal-port li dak iz-zmien kien ghadu f’idejn wiehed mill-akbar imperi li qatt rat id-dinja ... dawk il-bastimenti imponenti tan-Navy Ingliza dehlin u hergin mill-port. Bastimenti sbieh, kollha bandieri u kollha dwal, bastimenti li kienu simbolu ta' qawwa ... bizibilju ta' bahrin bl-uniformijiet bojod taghhom kollha b’xi basket kbir f’idhom nizlin minn u jew tilghin fuq il-bastimenti taghhom ankrati u marbutin mal-bagi f’nofs il-bahar bejn l-Isla u l-Birgu. U l-ufficjali taghhom bl-uniformijiet suwed kollha galluni tad-deheb kienu jkunu qishom statwi. Numru kbir ta' dghajjes tal-pass igorru lil dawn il-bahrin u jistennew u jitolbu li jdabbru xi kirja ohra. Fuq ix-xatt u fil-hwienet mijiet ta’ bahrin lesti biex jonfqu sa l-inqas (p.71) sold li kienu jkunu faddlu sakemm kienu fuq il-bahar. Ghaliex ghalkemm l-Ewwel Gwerra Dinjija kienet ilha biss xi 20 sena li spiccat, id-dinja kienet ga qed tipprepara bil-kbir ghal wahda aqwa. U l-Port il-Kbir kien dak il-barometru perfett biex juri kellniex nistennew bnazzi jew maltemp. Meta l-flotta tidhol sinjal tajjeb hafna ghall-kummerc; meta tohrog sinjal li jkun qed iberraq x'imkien. Jien mHux talli ghandi quddiem ghajnejja stampa carissima ta' dan kollu, imma bhalissa. emmnuni jekk tridu, qed inxomm ir-riha ta’ umdita li kien ikun hemm fil-mahzen (hekk konna nghidulu) li kellu missieri u li fih kien jahdem xi frejgatina. Ir-riha tal-hbula mxarrbin u r-riha tal-minju meta missieri kien jizbogh il-frejgatina. Imbaghad x’hin jibda diehel il-hin, kienu jibdew gejjin l-irwejjah tad-duhhan tac-cmieni tal-vapuri u l-irwejjah ta' l-ikel li jkun qed jigi ppreparat ghal dawk il-mijiet ta bahrin. L-izjed riha li ma ninsa' qatt, imma, hija r-riha tat-tabakk tal-pipi li kienu jpejpu xi whud mill-ufficjali gholja tan-Navy. Kien ikun fihom verament x’tara dawn l-ufficjali gholja b’ dawk l-uniformijiet eleganti taghhom, nies x'aktarx twal, dinjituzi u serji. Xi whud minnhom kienu jgorru l-bastun li kienu jzommu biss bhala ornament u li hafna minnhom kienu jzommuh taht ghabtejhom. Kont tiehu pjacir tarahom mixjin u mhux l-ewwel darba li grejna lejhom u   “penny Joe.”


U ghalkemm il-glied bejn bahrin fis-sakra ma kienx xi haga rari, kien kien ghadu zmien meta d-dixxiplina u s-serjeta kienu ghadhom ma marrux il-bahar.


Imma dawn il-grajjiet kollha li jghaddu minn quddiem ghajnejja f’affari ta’ sekondi malajr jaghmlu qabza kbira. Ekwivalenti ghal fast forward fuq il-video recorder. U mix-xatt ta’ l-Isla sibt ruhi rieqed go forn hawn il-Mosta preciz fejn illum hemm id-dar Pax et Bonum tal-Frangiskani.


U hawn flok riha ta’ dhahen assocjata ma’ port navali, bdejt inxomm ghall-ewwel darba r-riha tfuh tal-hobz frisk u shun. U hawn se jkolli nerga’ naghmel naqra zghira ta’ rewind.


L-Isla niftakar forn wiehed li kien fuq is-sur. Imma qatt ma kont qrib tieghu. Biss nhar ta’ Hadd gieli kont immur m'ohti meta kienet tiehu jew iggib ix xiwa. X’ikun dan ix-xiwa? Dak iz-zmien il-kukers li ghandna llum lid-djar ma kinux jezistu u l-ikel fil-forn li kien kunsidrat bhala lussu kien isir biss f’xi Hdud u f’xi festi. Xi dixx patata l-forn, xi dixx imqarrun jew ross, xi dundjan … ftit kienu l-familji li setghu jaffordjaw dan l-ikel spiss. Biex immorru l-forn konna nghaddu minn taht statwa, jidhirli ta’ San Mikiel fuq ix-xitan li kienet f’kantuniera ma Strada Vitorja. Immorru bid-dixx il-forn u l-furnar malli naslu mill-ewwel idahhal bicca landa b’numru fuqha fil-wicc tad-dixx u jaghti numru identiku lil min ikun tah l-ikel. B’hekk ma kienx jista' jsir tahwid meta dak li jkun imur jigbor l-ikel. B’dankollu zbalji gieli saru u kustjonijiet gieli nqalghu. Apparti meta l-klijent kien jidlurlu li l-ikel xawwathulu jew halliehulu nej. ln-nisa kienu naqra dutturi meta jiehdu l-ikel il-forn ghax ma jkunux iridu lill-gara toqghod tissindika x’sajru u x’ma sajrux u kemm ghamlu jew ma ghamlux laham. Ghax hafna nisa kienu jmorru l-forna hafna hin qabel ikun lest l-ikel halli jkunu jistghu jaghmlu dik in-nofs siegha jpacpcu. Bhal ma jaghmlu llum meta jmorru jigbru t-tfal mill-iskola. Din l-istorja ta’ l-ikel fil-forn baqghet tithaddem sa hafna snin wara l-gwerra meta kulhadd xtara kuker u beda jipprepara l-ikel fid-dar.


(p.72) Allura niftakar li biex naslu l-forn konna rridu nghaddu mhux biss minn taht San Mikiel jithabat max-xitan, imma wkoll minn quddiem hanut li l-faccata tieghu kienet tkun maghluqa ghax kien ikun il-Hadd. Kienet tkun maghluqa b'xater wiesa’ ta' l-injam mizbugh ahmar u fuq dan ix-xatter kien hemm miktub xi kliem li llum nahseb li kien xi reklam u li kien jispicca b'exclamation mark. Issa jien x’aktarx li ghalkemm l-ittri ma kontx naf naqrahom xorta wahda kont ninduna li kienu ittri. Imma dik l-exclamation mark, hej, dik fixlitni u gerfxitni. Miss Rutzen, Alla jahfrilha, kienet ghallmitna li l-ittra T kienet qisha ragel li tarlu l-kappell bir- rih u qal ‘iiiiii’. Imma hawn ghandna ‘ragel’ li tarlu l-kappell rasu ‘1 isfel. U din jien ma stajtx naccettaha u ridt lil ohti taghtini spjegazzjoni. Illum nifhem li ma kienx facli biex tispjega l-funzjoni ta’ exclamation mark lil tifel ta’ 5-6 snin imma ohti, bl-izjed mod prattiku qaltli li dik kienet sinjal ta' staghgib ... meta tistaghgeb, qaltli. U ftehemna.


Nergghu fast forward


Fil-forn li sibna ruhna fih jien bdejt nara ghall-ewwel darba kif jahdem forn mill-qrib. Dak iz-zmien kollox bl-idejn ghalkemm f’rokna kien hemm u damet hemm is-snin magna li taghgen l-ghagina u li jien kont domt hafna ma sirt naf x’kienet. U bdejt nara xkejjer fuq xkejjer tad-dqiq, xkejjer tal-melh, munzelli ta’ faham, tilari ta’ l-injam, pali tal-injam min b’manku twil u min le, bott mimli trab imxarrab bil-pitrolju u li kienu jixeghluh biex jaraw jekk fil-forn kienx baqa’ spazju ... u ghodod ohra. U mal-hajt kien hemm minghalija sitta, sitt hofor kbar fil-konkos qieshom skutelli enormi. Kienu jissejhu njiebi, plural ta’ lembi. U wahda mara, Nina ta’ Coleiro, Alla jahfrilha, kienet tferra d-dqiq fil-lembi, izzid il-melh, ilma u hmira u tibda taghgen u taghti kemm tiflah bil-ponn fuq l-ghagina u tqallibha minn lembi ghall-iehor. U kienet tibqa’ sejra hekk sakemm l-ghagina tkun lesta. Imbaghad tghattiha minhabba d-dubbien u thalliha toqghod. Sadattant tilar ta l-injam fuq zewg strippi, jitfghulu lizar abjad fil-qiegh, iroxxulu d-dqiq u jibdew iqattghu l-hobz.


Il-forn Malti li jahdem bil-hatab u li fih tinhabez il-hobza MaltijaIl-forn Malti li jahdem bil-hatab u li fih tinhabez il-hobza Maltija

Il-hobz imqatta’ u ppustjat fuq it-tilari kien imiss issa li Guzepp ta’ Ximmu, sid il-forn, nannu tal-mara tieghi u missier il-mara ta' hija u r-ragel t’ohti! Gerfixtkom? Dan kien jaqbad l-itwal pala li kellu, jibda’ jpoggi l-hobz wahda wahda fuqha u jdahhal fil-forn. Jibda bil-pala t-twila meta l-forn ikun ghadu vojt u mbaghad jibda' juza ohrajn dejjem iqsar ghax il-forn ikun imtela. Kultant kien iqabbad dak il-bott bit-trab li semmejna qabel, jixeghlu, ipoggieh fil-bokka tal-forn u jaghti daqqa t'ghajn gewa halli jara xi spazju jkun baqa’. X’hin il-forn jimtela, jaghlqulu l-bieba u jpoggi kulhadd bil-qieghda jiehu belgha kafe, jistrieh u jistenna l-hobz isir. Jidhirli li xi saghtejn kien jiehu. Meta jibda ghaddej il-hin tibda hierga r-riha tal-hobz jinhema li tkun tinxtamm minn seba’ mili boghod u tiftahlek l-aptit. Kultant jibdew jiccekkjaw il-hobz u jekk ikun hemm bzonn icaqalqu bicciet minnu li jkun qieghed hdejn in-nar u allura jkun se jsir qabel. X’hin isir, bl-istess pala jibda jinhareg wahda wahda minn gol-forn u jinxtehet jikwi u jfuh fuq it-tilari. Bhala tifel tghidx kemm kont niehu gost meta flok hobza wahda l-furnar kien johrog tnejn imwahhlin flimkien u kultant anki tlieta.


Naturalment qabel ma ssir din l-operazzjoni kollha li semmejt ikunu hadu hsieb (p.73) isahhnu l-forn billi jimlew il-galley (speci ta’ forn zghir hdejn il-forn fejn jiddahhal il-hobz) bil-hatab u, dak iz- zmien bil-faham, jaghtuh in-nar u sakemm issir l-ghagna l-forn jilhaq it-temperatura mehtiega biex isajjar il-hobz kif nafuh ahna. Sadattant il-forn, mhux fejn hemm il-hobz, ikun ga mimli nisa u tfal kollha jistennew il-hobz hiereg halli jiehdu sehemhom. Ftit jew wisq illum kollox hekk ghadu jsir bid-differenza li lum isir kollox bil-magni u hobz niehdu kemm irridu.


Meta l-gwerra bdiet tihrax il-hajja bdiet tinbidel drastikament u kienu saru hafna restrizzjonijiet fuq l-ikel u fuq il-fran. Kien kollox bir-ration u kollox bl-ezatt. U issa li kont iddejjaqt nara hobz diehel u hiereg mill-forn kont bdejt nohrog barra narahom ihaffru x-xelters. Fil-bidu hawn il-Mosta ma kien hawn ebda xelter hlief taht xi mejda, taht xi tarag, f’xi kantina u fil-knisja. Imbaghad beda t-thaffir sakemm il-Mosta mtliet b’mini taht l-art. Bilkemm titwemmen meta tghid li dawn ix-xelters kollha thaffru bil-baqqun bl-idejn. Blat iebes ferm, jitqatta' b'baqqun, farka, farka u bl-ispnajjar. U xi minn daqqiet bil-furnelli. Allura jigu filghodu kmieni l-baqquniera, jpoggu bil-qeghda fuq banketta baxxa u jibdew qishom arlogg itektku bla mistrieh ta’ xejn. Daqqa ta’ baqqun, wahda wara l-ohra u kull darba jtajjru daqs cicra blat. Mhux izjed. Wara li jhaffru t-trinka kienu jippruvaw itajru xi bicca blata mdaqqsa bl-ispnajjar. U mhux dejjem jirnexxielhom. Meta jinzlu taht l-art, imbaghad, kienu jaghmlu trinka madwar xi bicca blata kbira, hofra tonda fin-nofs kollox bl-idejn jimlewha bil-porvli u qabel jerfghu mix-xoghol jaghtuha n-nar. Gieli kienet taqta' hafna blat u gieli le. Hekk thaffru x-xelters taht il-Mosta kollha u kienu propju huma li salvaw tant hajjiet ta' nies civili.


Imma t-tbatija ta' dawk kollha li qattghu xhur shah ibaqqnu u jhaffru x-xelters kienet it-tbatija normali li jrid jghaddi minnha kull haddiem biex jaqla l-hobzna ta' kuljum. Din kienet tbatija zghira hafna meta pparagunata mat-tbatija, mad-dwejjaq u mat-tribulazzjonijiet li kellhom jghaddu minnhom l-eluf ta cittadini li ghal tliet snin shah kellhom jghammru f’dawn il-passaggi dojoq taht l-art. Illum il-gurnata ahna lkoll noqoghdu fi djar komdi u armati bil-kumdiditajiet kollha li toffri d-dinja moderna. U ma ghandna ebda ajruplani jittajru fuqna u jwaddbulna l-bombi. B'danakollu ahna lkoll, l-aktar il-morda, it-tfal u dawk bi bzonnijiet specjali jkollna l-hafna problemi taghna. Problemi kbar u serji u ohrajn inqas kbar u inqas serji. Min jaf kemm-il darba, bil-lejl, ikollna nqumu biex nixorbu, biex naslu wasla sal-kamra l-baxxa u biex naghmlu elf haga ohra. Specjalment meta jkun hemm it- trabi u l-mard. Skomdu hafna imma fi djarna nsibu kull ma rridu. Immaginawna (p.74) lkoll kemm ahna - mijiet ta' rgiel u ta’ nisa; xjuh, zghazagh, tfal u trabi; morda u m’humiex; kulhadd bil-karattru u bl-ideat tieghu; kulhadd bid-dwejjaq u bis-slaleb tieghu; kulhadd bil-bizghat tieghu u hadd ma jaf hux se jisbah haj jew mejjet ... ilkoll kemm ahna, mijiet mixhutin fl-art f’passagg dejjaq u umdu... bla ebda nifs minn imkien, kulhadd hallata balata bl-intejjen kollha, bil-hsejjes kollha li tistenna minn daqs tant bnedmin. Krib tal-mugugh, biki ta’ trabi, ghajat ta’ tfal... Min jista’ jimmaginha sitwazzjoni bhal din hlief dawk li ghaddew minnha?


U waqt li gox-xelter kienet tkun ghaddejja dik ix-xalata kollha, fuq, barra, fid- dlam iwahhax u fil-maltemp tax-xitwa, f’toroq kollha hofor, bini mwaqqa’ u bini qed jaqa’ f’dezolazzjoni li ma titwemminx ghandek fuqek numru ta’ ajruplani kollha b’imhatra bejniethom min iwaddab l-izjed bombi. U fl-art mijiet ta’ kanuni jisparaw bla waqfien biex jippruvaw iwaqqghu xi ajruplan. Imma min, hlief min kien ikun hemm taht l-art, jista’ jasal biex jifhem is-sitwazzjoni tal-wahx fix-xelter dak il-hin li xita ta’ bombi tkun niezla fuqna? Biki, talb, twerzieq u kulhadd jitbandal u jitlob ‘l Alla li s-saqaf tax-xelter ma jinzilx fuqna u jordomna hemm.


Minn flagell bhal dan ehlisna nltolbuk Mulej


Imma t-tbatija dak iz-zmien ma kinitx biss hawn. Kienet parti integrali mill-hajja taghna. Dawk l-eluf ta’ knatan, per ezempju li naraw illum kull fejn qed isir xi bini, kienu jridu jinqatghu, jingarru u jitpoggew kollox bl-idejn. Illum ghandek il-magna li taqtaghlek eluf ta’ knatan, kollha l-istess daqs, kollha lixxi, kollha kwadri ezatt... jitghabbew wahedhom, igorrhom it-trakk u jtellaghhom il-krejn.


Missieri, Alla jahfirlu, kien jibni l-frejgatini. Mhux talli x-xoghol kollu kien irid isir bl-idejn imma anki l-istess twavel kien irid jaqtaghhom hu minn zkuk shah u goffi. Kienu jridu jkunu mhux biss nies ta’ certa sahha fizika imma wkoll kienu jridu jkunu verament mghallmin.


Iz-zrar li jintuza ghall-konkos kien irid jitkisser bl-idejn, jitghabba bl-idejn, jingarr b’xi baghal u jittella’ bl-ispalla. Imbaghad kienu bdew gejjin l-ewwel magni.


It-tbalija kienet tidhol f’kollox u forsi ghalhekk, nahseb, kien hawn inqas dwejjaq ghax konna nkunu okkupati. Ahna t-tfal konna nifirhu bl-icken haga li konna nghixu hajja ta’ tfal. Veru tfal. Il-kbar kienu jridu jbatu u jistinkaw biex irabbu l-familja, imma l-hajja kienet ferm izjed semplici. U bhat-tfal kienu jifirhu b’kull kapricc zghir li kultant kienu jaghmlu. Kienu kuntenti b’dak li kellhom u jifirhu meta jsajru tigiega. Il-mara bhala regola kienet toqghod id-dar iddur b’uliedha u tistenna lil zewgha jigi lura mix-xoghol. Kien hawn hafna faqar, hafna mard u hafna problem, imma l-hajja kienet ferm izjed semplici minghajr il-hafna kumplikazzjonijiet tal-hajja moderna. Id-dipressjoni ma tantx kienet komuni.


Forsi hu l-kaz li nghidu li konna ahjar meta konna aghar? Ma nafx, imma ma nahsibx.




Artikli ohra mill-ktieb