Il-kelma li tmantni r-ruh: Atologija ta' kitbiet minn awturi Mostin
Edituri George Cassar, Manwel D. Schembri, Anthony Spiteri
Dan il-ktieb interessantismu mahrug mill-Kunsill Lokali f'gheluq l-10 Anniversarju mit-twaqqif tieghu (1994-2004) fih diversi kitbiet interessanti fuq il-Mosta u f'xi kazi fuq Malta li ma nkludejtx kollox u jinxtara mill-Kunsill. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.
L-Oqbra Punici fix-xaghri ta' Santa Margerita
minn Anton Spiteri
(p.138) Fit-tramuntana tal-Mosta nsibu l-inhawi maghrufa bhala Santa Margerita ghaliex hemm kappella qadima ddedikata lil din il-qaddisa. Il-post jinsab in-naha l-ohra ta’ Wied il-Ghasel, facccata tal-fortizza tal-Mosta. Dan il-post huwa ta’ importanza arkeologika minhabba l-hagar imsaqqaf (dolmens) ta’ Wied Filep, il-kalati (cart ruts) f’Tal-Wej, l-Ghadira, ix-xaghri u xi erba' oqbra punici li fadal. F’din il-kitba ser nittratta l-ghadd ta' oqbra li tkissru u ntradmu meta tela’ l-bini xi ghoxrin sena ilu. Jidher li fil-bidu tas-seklu ghoxrin dawn l-oqbra nfethu u sfaw misruqa.
Fl-1983 din ix-xaghra nharget bhala sit ghall-bini bi prezz baxx u ghalhekk sa Jannar ta' l-1984 il-plots tqassmu u l-bini beda tiela’. Hawn ta’ min ifakkar l-impenn ta' xi nies li hadmu kemm felhu biex isalvaw dak li setghu. Il-Grupp Arkeologiku Malti mmexxi minn Joseph Cilia, inghata permess jaghmel dan mid- Direttur tal-Muzewijiet ta’ dak iz-zmien Dr. T. Gouder. Inhatar Vincent Zammit bhala rapprezentant tal-Muzew. Ix-xoghol baqa’ sejjer sa Gunju 1984 u saru zjajjar f’Ottubru, f’Novembru u f’Dicembru tal-istess sena.
L-oqbra kienu numerati minn wiehed sa tlettax. Ix-xoghol inbeda fuq dawk l-oqbra li kienu fil-periklu li jintradmu bil-bini li kien diga beda tiela’. Dan kien grupp ta’ disgha vicin xulxin. Kien hemm tnejn hdejn passagg qadim lejn il-lvant ta’ l-ewwel grupp. Tnejn ohra nstabu tlit metri boghod mit-triq bejn il-Mosta u Santa Marija tax-Xaghri. Tliet oqbra ohra kienu jezistu aktar lejn il-lvant u lejn it- tramuntana, izda dawn intradmu qabel ma setghu jkunu skavati. Illum wiehed jista’ jara erba’ oqbra, min-numru ghaxra sa tlettax.
L-oqbra jissejhu dwiemes (demus fis-singular). Ghandhom qisha spiera kwadra jew tawwalija. Fil-genb jew f’aktar minn genb wiehed ikun hemm imhaffra bhal kmajra generalment ovali fejn kienet issir id-difna. Id-dahla kienet tkun metru gholi u xi tliet kwarti ta’ metru wiesgha. Il-kmamar kienu jinghalqu permezz ta’ hagra pjuttost kwadra jew rettangolari. Minn dawn il-hagar instabu wahda fit-tieni qabar, tlieta fis-sitt qabar u ohra fit-tmien qabar. L-ispiera kienet tintradam bit-terrapien.
Ix-xehta ta’ kif gew imhaffra l-oqbra flimkien mal-fdal tal-fuhhar li nstab, jaghtu hjiel ta’ meta dawn l-oqbra intuzaw. Dawn l-oqbra jidher li kienu wzati bhala post ghad-dfin bejn is-snin 750 Q.K. u sa bejn wiehed u iehor 50 sena W.K.
L-eqdern qabar jidher li hu dak numru tlettax. Il-forma tieghu li hija ta’ fossa (silo),1 u l-ghadd ta fuhhar tat-tip ta zmien il-Bronz li nstab hemm jaghtu hjiel li thaffer madwar is-sena 1000 Q.K. jew wara. Il-kamra tad-dfin thaffret qrib is-sena 750 Q.K. meta din il-fossa giet uzata mill-Fenici bhala qabar.
Il-hames qabar hu fond u irregolari. Fih instab ftit fuhhar li juri li kien bikri, ta’ madwar is-sena 600 Q.K. Il-fdal ta’ recipjent biex jisqu t-trabi juri li aktarx difnu fih xi trabi.
(p.140) Fis-sitt qabar hemm tliet kmamar. L-eqdem zewg kmamar ghandhom trinka fuq gewwa wara d-dahla fil-waqt li fil-kamra l-ohra hcmm Irinka twila fin-nofs tal-kamra li taqsamha f’zewg sodod ghad-dfin.
Il-qabar numru sebgha huwa mahdum b’sengha kbira! Fih zewg kmamar tad-dfin ghamla rettangolari. Jidhru diversi xkafef u toqob fejn jitqeghdu xi kwies jew garar.
Fl-ewwel, fil-tieni, fir-raba’ u fl-ghaxar qabar hemm bhal nicec aktarx ghall-urni ta’ l-igsma mahruqa. L-oqbra kollha ghandhom hofra fil-hajt ezatt wara d-dahla, f’gholi ta’ madwar metru u kwart, fejn kien jitpogga musbieh taz-zejt b’zewg ftieli.
Il-kmamar u l-ispieri tat-tieni u tat-tielet qabar huma kbar u rettangulari. Ghalhekk, dawn huma taz-zmien Puniku-Ruman ta’ wara s-sena 218 W.K. L-ewwel qabar juri zewg tipi ta’ dfin: dak fejn il-katavru kien jitkeffn u jindilek u dak tal-kremazzjoni kif jidher mill-fdal ta’ urna li nstabet.
Il-fdal ta’ fuhhar huwa skars. Il-bicciet tal-fuhhar kien jingabar u jinbiegh bit-tomna. Dan kien jitfarrak u jithallat mal-gir biex isir deffun ghall-bjut.
Min jaf kemm fuhhar antik ingabar u nqered! Bhala sistema ta’ riciklagg kienet sistema effettiva hafna, biss mill-aspett arkeologiku kienct dizastruza.
Fil-fatt, it-tieni, l-ghaxar, il-hdax u t-tnax-il qabar kienu vojta ghal kollox u fit-tielet instabet bicca wahda biss. L-aktar li nstab kien fis-sitt u fit-tlettax-il qabar.
Il-fuhhar kien ivarja hafna. Hemm dak bikri li hu artab griz jew kannella car b'ingublatura hamra. Ingublatura hija kisja ta’ tafal mahlul fuq ir-recipjent meta jkun niexef, izda li jkun ghadu mhux mohmi. Din setghet kienet imhallta bin-nora (ocre) hamra. Hemm fuhhar iehor iebcs, griz jew griz hadrani, kif ukoll hamrani b’ingublatrua safra jew safra cara. Dan huwa aktar ricenti. Id-dekorazzjoni tal-fuhhar tikkonsisti fi crieki madwar ir-rccipjenti, crieki suwed jew hamranin.
Il-fdal tal-ghadam ma kienx abbundanti. Il-ftit ghadam li nstab kien fl-ewwel, fir- raba’ u fis-sitt qabar. Dan kien jikkonsisti f’biccict ta’ l-ghadam twil ta’ l-idejn u tas-saqajn.
L-oqbra spiccaw bhala bjar jew pits fil-garaxxijiet. Xi whud intradmu kif kienu u ‘l quddiem forsi ghad jergghu jinkixfu ghax ta’ warajna aktarx li japprezzawhom aktar. Dawk il-ftit oqbra li baqa’, tajjeb li nharsuhom mill-vandalizmu u jsiru tabelli b’taghrif dwarhom biex jinzammu fi stat li jixirqilhom. L-informazzjoni ghaddihieli Joseph Cilia u nisperaw li hu jkompli jikteb dwar din is-sejba arkeologika. Jekk il-fdalijiet ghadhom jezistu ta’ min jaghmilhom f’wirja permanenti f'post pubbliku fil-Mosta flimkien ma’ xi ritratti. Hekk l-iskop ta’ din il-kitba jkun intlahaq.
Riferenzi
- Jidher li fi Zmien il-Bronz dawn il-fosos (silos) kienu wzati ghall-hazna ta’ xi zrieragh bhal xghir. Bhal dawn insibu minnhom f'diversi nhawi fejn kien hemm villaggi ta’ dak iz-zmien.
Artikli ohra mill-ktieb
- Grajja mill-kbar nett ghall-Mosta u l-knisja taghha: il-Kungress Ewkaristiku ta' l-1913
- Kif nafhom jien ...
- Is-Sur Charles J. Vassallo - 30 sena Konslu Onorarju Generali f'San Francisco
- Kwart ta' seklu ta' zjarat lill-lskola Primarja tal-Mosta (1900-1925)
- Fejn marru l-Mostin?
- Tghid konna ahjar? Ma nahsibx!
- Zmien ilu fil-Mosta... gabra ta’ hsibijiet
- Il-Grigalati, San Pawl u Atlantis
- Ma’ Dun Karm Schembri
- L-Erba’ Hwienet
- Is-Sette Giugno: Jum ta' Tislima, jum ta' Taghlima
- L-Oqbra Punici fix-xaghri ta’ Santa Margerita
- Is-sehem tal-Mostin fi tmien il-hakma Franciza (1798-1800)