The Mosta Archives Banner

Il-kelma li tmantni r-ruh: Atologija ta' kitbiet minn awturi Mostin

Edituri George Cassar, Manwel D. Schembri, Anthony Spiteri


Dan il-ktieb interessantismu mahrug mill-Kunsill Lokali f'gheluq l-10 Anniversarju mit-twaqqif tieghu (1994-2004) fih diversi kitbiet interessanti fuq il-Mosta u f'xi kazi fuq Malta li ma nkludejtx kollox u jinxtara mill-Kunsill. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


Is-Sette Giugno: Jum ta' Tislima, jum ta' Taghlima

minn Michael A. Sant


Diskors li sar quddiem il-Monument tas-Sette Giugno fl-1993


Tpingija ta' Ganni Vella ta' episodju waqt ir-rewwixta tas-Sette Giugno Tpingija ta' Ganni Vella ta' episodju waqt ir-rewwixta tas-Sette Giugno.

(p.123) Erbgha u sebghin sena ilu din il-belt kapitali taghna rat eluf ta’ Maltin dehlin fiha, folol ta’ haddiema msahhnin u mghaddbin. Rat ukoll demm il-Maltin jixxerred, demm ibaqbaq bl-imhabba lejn l-ghaziza art twelidhom. Rat lill-erba' Maltin u Ghawdxin qalbiena, Manwel Attard, Guzeppi Bajada, Wenzu Dyer u Guzeppi Abela jtemmu hajjithom taht l-azzarini u l-bajunetti tas-suldati Inglizi. Rat Maltin ohra jindarbu u jcarcru demmhom huma wkoll ghal pajjizhom. Rat fl-ahharnett funeral solenni, gieh xieraq moghti minn dawn il-gzejjer lill-gheziez uliedhom maqtula.


Ghaliex dan it-tqanqil kollu? Ghaliex sehhew il-grajjiet li nafuhom bhala s-Sette Giugno? Sehhew minhabba tahlita ta’ gheruq ekonomici-socjali, kostituzzjonali u politici. Halli ngharblu fuq fuq l-isfond tal-grajjiet.


Kostituzzjonalment u politikament il-Maltin fl-1919 kienu f’salib it-toroq. Huma li kienu taw ruhhom lill-Ingilterra halli tharishom, hassew minn bikri li kellu jkollhom sehem fit-tmexxija ta’ pajjizhom. Kostituzzjonijiet fqar li nghataw lill-Maltin fid-dsatax il-seklu, kostituzzjonijiet imxekklin bil-poteri qawwijin tal-Gvematur, bil-maggoranza ufficjali, bl-irbiet tal-kitba fejn jidhlu l-flus, bl-gharfien li l-Gvem Ingliz sata’ jiehu lura l-kostituzzjoni x’hin kien irid - kostituzzjonijiet bhal dawn hallew toghma xi ftit morra fost il-Maltin. Il-kostituzzjoni relattivarnent tajba ta' l-1887 ittehditilna lura fl-1903 u minn dakinhar sal-jiem tas-Sette Giugno Malta tmexxiet minn ghamla ta’ gvern li ma kien xejn hlief dittatorjat Imperjali. Wara s-sehem li kienet tat Malta fl-Ewwel Gwerra Dinjija, dik ta’ l-1914-1918, wara li l-Maltin u l-Ghawdxin kienu taw flushom, demmhom u gharaq xbinhom ghall-kawza ta’ l-Allejati, stennew issa ghallinqas il-‘hlas’ kostituzzjonali, stennew li jinghataw kostituzzjoni li thallihom rajhom f’idejhom fejn jidhlu l-affarijiet interni ta’ arthom. Dik hi wahda mir-ragunijiet li ghaliha dahlu l-belt 74 sena ilu, biex isahhu r-rapprezentanti tal-poplu migburin fl-Assemblea Nazzjonali li kienet qieghda tiltaqa biex titlob kostituzzjoni xierqa ghall-Gzejjer Maltin.


Izda mhux ghalhekk biss dahlu l-Belt l-eluf ta' Maltin dakinhar. Dahlu ghax kienu bil-guh, ghax ma setghux igarrbu izjed bla ma jitkellmu l-gholi tal-hajja, u l-aktar il-prezz bla razan tal-hobz. Dahlu biex jghidu le ghall-iskarsezzi, ghall-gholi tal-hajja, ghan-nuqqas ta’ kontrolli, ghar-riha ta' korruzzjoni. Imkeskes mill-gazzetti u mghaddab kontra n-negozjanti u l-importaturi, il-poplu kien diga dahal il-Belt f’Marzu 1919, tliet xhur qabel is-Sette Giugno. Dakinhar kien habat ghall-Casino Maltese, il-kazin tan-nobbli u s-sinjuri u kien ghamel bl-ikrah ghas-sid ta’ l-imtiehen A. Cassar Torreggiani. U fis-Sette Giugno l-aktar li nfexxet il-folla mghaddba kien fl-imtiehen tal-qamh u fid-djar privati tas-sidien taghhom.


Mal-fattur tal-guh u ta' l-gholi tal-hajja irid jissieheb mostru iehor, dak tal-qaghad u t-theddid tas-sensji. Ghalhekk ukoll dahlu l-Belt il-folol mghaddbin fis-Sette (p.124) Giugno. Il-qaghda tax-xoghol f’Malta fi zmien l-Inglizi dejjem, ftit jew wisq, kienet wahda li thassbek, marbuta zzejjed mas-sehem ta’ Malta bhala fortizza ghall-htigijiet ta’ l-Imperu Ingliz. Gwerra kienet tfisser xoghol u ghajxien, sliem f’Malta u fil-Mediterran kien jissarraf qaghad u f’guh. Il-Gwerra l-Kbira ta’ l-1914-18 gabet f’pajjizna caqlieq kbir ta’ xoghol f’hafna oqsma l-aktar ta’ tiswija ta’ vapuri fit-Tarzna, hidma fl-istabbilimenti militari u navali, xoghol barra minn xtutna u negozju ta’ kull xorta. Izda malli ntemmet il-gwerra l-qaghda nbidlet min-nhar ghal-lejl: naqas sewwa x-xoghol, bdew jinghataw is-sensji mit-Tarzna u minn imkejjen ohra. Il-haddiem, bhal dejjem, intrema bhal luinija maghsura. Il-poplu beda joqmos u fis-Serte Giugno dahal il-Belt ukoll biex ifakkar lill-Gvern Imperjali Ingliz li hu kellu dmir ihares il-hobz tal-Maltin.


Tat-Tarzna kellhom ukoll ghanijiet ohra ghalxiex jidhlu l-Belt nhar is-Sette Giugno. Minbarra t-theddida tas-sensji kienet qed therri bl-ikrah il-moral tal-haddiema dik li jaraw lilhom infushom ittrattati aghar minn haddiema Inglizi. Dik li Maltin tas-sengha fit-Tarzna jahdmu fuq l-istess bank ma' l-Inglizi, jaghmlu l-istess xoghol izda jithallsu hafna aghar minnhom, kienet tkidd u taghti gewwa lill-haddiema Maltin. Ma kienx hemm mibgheda razzjali bejn Maltin u Inglizi izda skuntentizza u ghadab. Il-haddiema Maltin fis-Sette Giugno riedu juru lill-Gvem Ingliz li ma kinux izjed lesti li joqoghdu ghal dil-qaghda umiljanti fl-imkejjen tax-xoghol.


Il-folol dahlu wkoll il-Belt nhar is-Sette Giugno biex juru l-korla taghhom kontra t-taxxi diretti li l-Gvern Imperjali Ingliz kien capcap fuq il-poplu Malti. L-infiq bla razan li kienet titlob il-gwerra, il-htiega li joghlew xi ftit il-pagi u s-salarji u l-izbilanc fl-estimi generali gieghlu lill-Gvernatur Methuen fl-1918 jimponi zidiet fit-taxxa tad-dwana, taxxa gdida fuq id-divertiment, zieda fit-taxxa tal-boll u, l-aktar qawwija l-introduzzjoni tat-Taxxa tal-Wirt jew Successjoni. Din qajmet riefnu shih fost il-klassijiet ghonja u influwenti ta’ Malta. Ipprotesta bil-qawwa kulhadd mill-Arcisqof ‘1 isfel. Ghalkemm forsi l-haddiem kellu x’jirbah u mhux x’jitlef bid-dhul tat-taxxi diretti f’pajjizu, hu waqa’ fin-nassa u xeghel hu wkoll kontra l-impozizzjoni ta’ taxxi minn wara dahru, taxxi li kif qalulu kienu ser inezzghu “lil kulhadd, sinjur u fqir, ghax kulhadd Katina.” Milqut fil-laham il-haj mill-hruxija, mit-‘tirannija’ tal-Gvern Ingliz, il-poplu Malti nhar is-Sette Giugno dahal il-Belt ghalhekk ukoll.


Dit-tahlita ta’ kawzi ekonomici u politici ma kinitx twassal li jigri dak li gara kieku pajjizna m’ghaddiex mill-grajjiet ta’ l-Ewwel Gwerra Dinjija. Kienet il-Gwerra li wriet sewwa kemm kienet artificjali l-qaghda ta’ l-impjiegi, kienet il-Gwerra li gabet qabza wahxija fl-gholi tal-hajja. Izda kienet il-Gwerra wkoll li rat jixxaqqaq it-torri monolitiku ta’ dominanza kleriko-socjali, li rat jinbidlu hafna mid-drawwiet antiki, mill-kumplessi ta’ inferjorita, mill-accettazzjonijiet fatalistici tal-poplu Malti. Kienet il-Gwerra li gabet hafna barranin f’pajjizna li minnhom il-haddiema Maltin tghallmu jaraw kustjonijiet industrijali mill-lentijiet godda, tghallmu minnhom li tkun hmar toqghod ghal kollox u tintrifes u titghakkes bla ma biss tlissen ‘ajma’. Kien forsi wkoll it-tibdil li gabet maghha l-Gwerra li fl-ahhar caqlaq xi ftit il-Knisja Maltija semma’ lehinha bhal ma kien ghamel il-Papa Ljun XIII fl-Enciklika Rerum Novarum u hi wkoll tghin biex tissawwar kuxjenza gdida favur il-jeddijiet tal-haddiema.


(p.125) Sehem ukoll fil-grajjiet tas-Sette Giugno, jidhirli jien, kellu t-taghlim li l-haddiem Malti, u l-aktar dak tat-tarzna, kien xorob minghand Manwel Dimech. Dan id-difensur tal-fqar u l-imghakksin kien f’kitbietu u f’hidmietu favur gustizzja socjali, favur il-jedd sagrosant tax-xoghol, favur it-twaqqif ta' xirkiet tas-snajja u ta’ trade unions, favur is-sahha fil-ghaqda tal-haddiem, favur it-tqajjim tal-haddiem Malti min-nghas gwejjef ta’ l-apatija. Imkasbar mill-forzi tewmin tal-Knisja u tal-Gvern Imperjali Ingliz Manwel Dimech fl-1919 kien ‘il boghod minn pajjizu fl-ezilju ta' l-Egittu, izda z-zerriegha li nibbet ma mititx ghal kollox izda raddet xi frott. Nhar is-Sette Giugno kienu hafna l-haddiema li mixghulin bl-ideat Dimechjani halfu li jqumu min-nghashom u jaghmlu minn kollox halli jintrefghu mill-ghaks u mill-mizerja.


Il-folol li ngabru fil-kapitali Maltija s-Sibt, 7 ta’ Gunju 1919, wara nofsinhar, kienu immela mixghula b’dawn l-ideat u mkarkrin minhabba l-kawzi li semmejna. X’gara sewwa u ma garax f’dawk il-jiem storici mhux ser nghidilkom jien fiz-zmien qasir li ghandi. Qaluhulkom kittieba bhal Guze Orlando, Henry Frendo, Geraldu Azzopardi u Pawlu Bartolo. Ghidtulkom jien ukoll fil-ktieb tieghi. Qrajtu jew smajtu dwar il-ferh u capcip li laqa’ lil Filippu Sciberras u lir-rapprezentanti l-ohra Maltin fl-Assemblea Nazzjonali. Dwar it-tnizzil tal-bandiera Ingliza minn fuq il-hanut ta’ Severina u minn fuq il-Biblijoteka, dwar l-attakk tal-folla fuq il-Union Club fi Triq Irjali. Fuq il-Liceo u fuq l-istamperija tad-Daily Malta Chronicle gazzetta pro Ingliza sa ruh ommha. Qrajtu jew smajtu dwar it-tharbit tad-dar ta' Cikku Azzopardi fi Triq Santa Lucija u dik ta’ Cassar Torreggiani fi Strada Fomi. Tafu sew il-grajjiet li wasslu biex jinxtered l-ewwel demm Malti. Dan kollu gara s-Sibt filghaxija. Tafu kif l-ghada l-Hadd, 8 ta’ Gunju, folol kbar ta' nies regghu ngabru l-Belt, kif tharbtet mill-gdid l-istamperija tad-Daily Malta Chronicle, kif rega' sehh attakk fuq il-Union Club u kif il-folla nfexxet bl-ikrah fuq id-dar tan-negozjant. il-Kurunell Francia fi Triq Irjali. Tafu kif folla ohra mghaddba marret ghad-dar u l-mithna ta’ Farrugia fil-Hamrun. Tafu wkoll, nahseb, kif fil-jiem ta' wara, ghalkemm saru xi attakki ohrajn, l-irvellijiet ixxejnu ghal kollox l-aktar bil-wasla f Malta u bil-weghdiet tal-Gvematur il-gdid, Lord Plumer. Tafu kif il-Maltin, kbar u zghar, ghonja u m’humiex, wiegbu bil-kbir ghall-funeral tal-vittmi Maltin u ghall-gbir li sar ghall-familji tal-mejta.


X’ha l-haddiem Malti bis-Sette Giugno? L-inkjesta ufficjali li saret wara l-irvellijiet uriet bid-deher kemm kienu gustifikati t-talbiet u l-protesti tal-poplu. Lord Plumer, il-Gvernatur il-gdid, kellu, irid u ma jridx, jaghti widen ghat-talbiet tal-Maltin. Rahhas mill-ewwel il-hobz bl-ghoti ta' sussidju, inghatat zieda fil-paga lill-haddiema tal-Gvern, ingieb aktar xoghol ghat-Tarzna u thabbret l-ahbar sabiha li l-Gzejjer Maltin kienu ser jinghataw kostituzzjoni li tixirqilhom fejn huma kien ser ikollhom ir-rieda f’idejhom f’dawk li huma hwejjeg intemi. Fix-xhur u snin immedjati ta' wara s-Sette Giugno sar caqlieq ekonomiku u socjali, l-ideat tal-laissez-faire twarrbu ghal kollox u l-Gvern Ingliz beda jhossu responsabbli aktar minn qabel ghax-xoghol u tkattir tal-gid fost il-Maltin. Il-biedja, is-sajd, il-kummerc, l-emigrazzjoni, ghamlu xi passi ‘1 quddiem. L-edukazzjoni ta' ulied il-poplu wkoll iccaqalqet xi ftit. Fuq kollox kienu twaqqfu, u wara l-irvellijiet ixxettlu, aktar l-ghaqdiet tal-haddiema li bl-irwiefen kollha li qamu kontriehom, refghu xi ftit il fuq lill-haddiem Malti. Forsi bhala effett tas-Sette Giugno wkoll, u m’ghandniex xi nghidu, (p.126) bl-ghotja tal-Kostituzzjoni ta' l-1921, twieled moviment gdid politiku, il-Partit tal-Haddiema, partit li ‘l quddiem kellu jkun it-tarka u s-sejf tal-haddiem Malti. Le, il-haddiem Malti ma kienx xerred demmu ghalxejn fl-1919. Tassew li halla min jinqeda bih kultant, tassew li mhux kull haga li ggieled ghaliha fis-Sette Giugno gabha kif xtaqha, tassew li d-dawl f’tarf il-mina mudlama kien ghadu jidher ’il boghod, tassew li l-hobz u l-helsien kien ghad fadal biex jinkisbu sewwa. Izda l-grajjiet tas-Sette Giugno jistghu jitqiesu bhala holqa importanti fil-katina tal-grajjiet li kellhom iwasslu biex il-haddiem Malti jikseb dak li jista’ jiftahar bih illum.


Is-Sette Giugno mhux dak li xi whud riedu u ghadhom iridu jpinguh. Mhux effett ta' kawzi politici wehedhom, mhux effett ta’ kawzi ekonomici-socjali u xejn aktar. Mhux rewwixta tal-guh halli jinkiseb il-hobz (bread riots), mhux frott ta’ tixwix razzjali kontra l-Inglizi, mhux rewwixta li grat hekk ghax sehlet grat, mhux orgja ta' tixwix, ta' tifrik, ta' hruq u ta’ serq, ghalkemm xi halliel ‘1 hawn u ‘1 hinn qalb il-folol kien hemm. Id-demm li nxtered kien Malti u mhux Ingliz; l-azzarini u l-bajunetti kienu tal-morini Inglizi u mhux tal-Maltin. Kienu l-Maltin u mhux l-Inglizi l-aktar imwerwrin li setghu jisfghu maqtula. Li l-folol mghaddba u mitlufin iwettqu ghemil li kien ikun ahjar li ma sarx hadd ma jista’ jichdu. Izda f’liema irvell, f’liema rewwixta, f’liema revoluzzjoni, dan ma garax? Is-sabih tas-Sette Giugno hu l-ghaqda tal-poplu Malti, ghaqda li sehhet biss f’mumenti x’aktarx ’il boghod minn xulxin fl-istorja tieghu. Kbir u zghir, ghani u fqir, edukat u illitterat, haddiem ta’ l-id u tal-pinna, hass il-htiega ta’ l-ghaqda halli jinkisbu l-jeddijiet politici misthoqqa, halli jsir it-titjib ekonomiku-socjali mistenni. Dan hu s-Sette Giugno. Mhux hrafa, mhux mitologija, izda realta. Ma twaqqafx mafkar hawnhekk ghal holma li ma twettqitx, ghal hrafa li ma sehhitx. Twaqqaf biex ifakkar kull wiehed u wahda minna, illum u fil-gejjieni, illi dak li nkiseb bid-demm ta’ hutna Maltin u Ghawdxin nahilfu li nharsuh u ntejbuh fil-ghaqda, fl-imhabba u fis-sliem.




Artikli ohra mill-ktieb