The Mosta Archives Banner

Il-kelma li tmantni r-ruh: Atologija ta' kitbiet minn awturi Mostin

Edituri George Cassar, Manwel D. Schembri, Anthony Spiteri


Dan il-ktieb interessantismu mahrug mill-Kunsill Lokali f'gheluq l-10 Anniversarju mit-twaqqif tieghu (1994-2004) fih diversi kitbiet interessanti fuq il-Mosta u f'xi kazi fuq Malta li ma nkludejtx kollox u jinxtara mill-Kunsill. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


Grajja mill-kbar nett ghall-Mosta u l-knisja taghha: il-Kungress Ewkaristiku ta' l-1913

minn Joseph G.M. Borg


Mistiednin distinti dehlin fil-Knisja Rotunda tal-MostaMistiednin distinti dehlin fil-Knisja Rotunda tal-Mosta – fuq il-lemin il-Banda Nicolo Isouard iddoqq ghall-okkazjoni

(p.19) Minn kemm ilha wieqfa sal-lum, ir-Rotunda tal-Mosta laqghet go fiha bosta kungressi nazzjonali u serviet ghal hafna laqghat religjuzi kbar, izda zgur li l-ikbar u l-aqwa kungress li qatt sar f’din il-knisja Arcipretali u li l-iktar li ghamel gieh lill-Mosta u lir-Rotunda, kien l-XXIV Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li sar fil-gzejjer taghna mit-23 sas-27 ta' April ta' l-1913. Ftit kien ghaddielhom minn mohhhom il-Mostin ta' dak iz-zmien, li l-knisja taghhom kellha tigi maghzula bhala l-post ewlieni li fih kellhom isiru l-laqghat ta' dan il-Kungress. Il-kumitat nazzjonali li kien twaqqaf apposta dam hafna jtella u jnizzel fejn kellhom isiru dawk il-laqghat, izda fl-ahhar jidher li s-sens komun rebah u ghalhekk intghazlet il-knisja taghna, knisja ta' kobor u gmiel, knisja mibnija b'tant sagrificcji u mhabha minn poplu tassew Nisrani, knisja ta’ ghamla tonda bhad-dinja u ghalhekk xierqa li tilqa' kungress migbur mid-dinja kollha, knisja fuq kollox, li fil-ghamla taghha hija tonda wkoll bhall-Ostja Mqaddsa.


Dawk li jiftakru jghidu li tul il-Kungress kollu, mewga ta' ferh qaddis hakmet il-qlub tal-kotra tal-Maltin. Ix-xeni memorabbli li Malta rat f’dik l-okkazjoni unika fil-Port il-Kbir taghha, f’San Gwann tal-Belt Valletta, fil-Katidral ta' l-Imdina, fuq il-Fosos tal-Furjana u f’postijiet ohra tal-Gzejjer taghna mhux la kemm jintesew. Imma minghajr dubju, fost dawk li l-iktar ferhu kienu l-Mostin u kellhom tassew ghaliex. F’dawk l-ahhar jiem ta' April ta' wiehed u disghin sena ilu, il-knisja ghaziza ta' rahal twelidna, kellha l-unur kbir u rari li tilqa' fiha hames kardinali fosthom il-Legat tal-Papa San Piju X, hmistax-il arcisqof, hamsa u erbghin isqof, prelati, kbarat barranin u Maltin u kungressisti ohra migburin mid-dinja kollha f’Kungress li kien iltaqa' ghall-gieh u l-qima ta' Gesu Ostja.


Minn hafna ritratti tal-Kungress li ghad hawn fostna, wiehed jista jkollu hjiel sewwa tad-dehra li kien hemm gewwa u barra l-knisja. Nafu fost hwejjeg ohra, li l-knisja kienet imzejna bhal f’Santa Marija. L-artal maggur kien armat bil-prima biss, bil-gandlieri l-priem tal-festa, bl-Appostli u bil-ventartal tal-fidda. Bl-armar tal-festa wkoll kienu armati l-bqija ta' l-artali l-ohra. Intramaw ukoll il-linef u l-lampier il-prim tal-fidda u l-knisja kienet armata bid-damask li dak iz-zmien kien ghadu d-‘damask tal-kiri. It-triq maghrufa fostna bhala Triq il-Gdida li sa dak iz- zmien kien ghadha jisimha ‘Via Nuova Valletta’ kienet imsaqqfa b'festuni, mazzettuni, bandieri tal-gnus kollha u armi u xbihat u kitbiet fuq l-Ewkaristija; l-istess tizjin kien idawwar il-pjazza ta' quddiem il-knisja.


Fuq dan il-Kungress Ewkaristiku ta l-1913 li sar f’Malta hawn kotba shah x’wiehed jaqra. Bizzejjed insemmu l-ktieb li kien hareg f’din l-okkazjoni Patri Domenico Azzopardi O.P. Ahna hawn se nghidu biss xi haga fil-qosor dwar dak li gara fil-Knisja Arcipretali tal-Mosta tul dan il-Kungress.


L-Ewwel laqgha


(p.20) Il-Kungress fetah ghall-habta tat-tlieta u nofs ta’ wara nofs in-nhar ta’ l-Erbgha 23 ta' April, 1913. ll-Kardinal Domenico Ferrata, il-‘Mibghut’ tal-Papa, wasal il-Mosta f’karozzella migbuda minn erba' zwiemel u gie milqugh mill-Mostin u minn hafna Maltin ohra b’hafna ghajat ta' ferh, capcip, xita ta’ ward u fost id-daqq ferriehi tal-banda taghna Nicolo Isouard u d-daqq tal-qniepen tar-Rotunda.


Il-Legat ghogbu l-ewwel izur lill-Arcipriet Dun Pawl Mallia, fejn ghandu ltaqa’ wkoll maz-zewg kardinali l-ohra Nava u Lualdi, ma' hafna isfqijiet, kif ukoll mal-Kumitat tar-rahal. Minghand l-Arcipriet ilkoll hargu flimkien biex imorru lejn il-knisja, fejn fuq it-tarag taz-zuntier gew milqughin mill-lsqof Awziljarju ta’ Malta Patri Ang Portelli O. P. u mill-Kumitat Esekuttiv u mdahhlin fil-knisja taht il-baldakkin wisq sabih ta’ ‘Corpus Christi’ li ghandha l-Knisja Arcipretali taghna. Mad-dahla taghhom il-kungressisti li kien hemm gewwa jistennew qamu lkoll bil-wieqfa. Il-Legat, biz-zewg kardinali msemmija, qaghdu bil-qieghda fuq pultruni homor fuq it-tarag ta' l-artal maggur li kien armat b’sitta mill-gandlieri l-priem u bl-Appostli, kif ukoll bil-ventartal tal-fidda. Fuq in-naha ta’ l-Epistola, poggew il-membri tal-Kumitat Permanenti tal-Kungressi Ewkaristici. Fuq dan il-genb kien hemm tribuna ghal dawk li kellhom jitkellmu.


Fetah id-diskors, il-President tal-Kumitat tal-Kungressi, Mons. Tumas Heylen, l-Isqof ta’ Namur fil-Belgju, li kiteb ukoll telegramma lill-Papa. Warajh kien tkellem is-Segretarju tal-Kungress ta’ Malta, Mons Pawlu Gauci li qara l-‘Breve’ tal-Papa. Imbaghad tkellem il-Kardinal Legat. Warajh kienu tkellmu wkoll f’dik l-ewwel laqgha, l-Isqof ta’ Malta Mons. Pietru Pace u l-Awziljarju tieghu l-Isqof Portelli, il-Markiz Dr. Alfred Mattei, l-lsqof Emard ta’ Valleyfield fil-Kanada u l-Gizwita Patri Vincenz Sammut. L-oraturi sagri u sekulari; barranin u Maltin, hafna minnhom imsemmija mad-dinja ghall-gherf taghhom, tkellmu lkoll fuq l-Ewkaristija b’hafna ilsna barranin fosthom bit-Taljan, bl-Ingliz, bil-Franciz u bl-Ispanjol. Tul l-erba' laqghat tal-Kungress li saru gewwa ir-Rotunda kienu saru b’kollox hamsa u ghoxrin diskors.


It-Tieni Laqgha


(p.21) L-ewwel tliet laqghat, jigifieri dawk tat-23, 24 u 25 ta’ April saru kollha fit-tlieta u nofs ta’ filghaxija. It-tieni laqgha, dik ta’ nhar il-Hamis 24 ta’ April, fetahha l-President tal-Kungress Mons. Tumas Heylen, Isqof ta’ Namar. Tkellem warajh Mons. Luigi Farrugia D.D. Saru mbaghad diskors mill-Professur Karmelitan Patri Anastasju Cuschieri, poeta maghruf, u mill-Avukat Gamri Galea. Din it-tieni laqgha kien ghalaqha l-Abbati A. F. Leynaud, il-Kurat ta' Susa fit-Tunezija


It-Tielet Laqgha


Fit-tielet laqgha li saret il-Gimgha 25 ta' April, il-Presideni tal-Kungressi, l-imsemmi Mons. Tumas Heylen, rega’ tkellem billi l-ewwel qara t-twegiba tal-Papa ghat-telegramma li kienu baghtulu. It-tieni diskors ta’ dik il-laqgha kien sar mill-Primat ta’ l-Ingilterra, il-Kardinal Frangisku Bourne. Kienu tkellmu warajh f’dik il-lejla, l-Avukat Arturu Mercieca li wara kien sar il-President tal-Qrati, il-Frangiskan Patri Wistin Gemelli u fl-ahhar it-Tabib Gann Felic Inglott.


Pontifikal fir-Rotunda mill-Kardinal Bourne


Il-Kardinal Bourne diehel fil-Knisja tal-MostaIl-Kardinal Bourne diehel fil-Knisja tal-Mosta taht il-baldakkin. Tidher Triq "il-Kungress Ewkaristiku" mzejna

Fit-tmienja ta' filghodu ta' nhar is-Sibt 26 ta' April 1913, il-Kardinal Ingliz Frangisku Bourne gie biex iqaddes quddiesa pontifikali gewwa r-Rotunda. Il-Mostin ghamlulu laqgha li qanqlitu tassew. Fost il-hlejjaq li mlew il-knisja f’dik il-ghodwa tar-rebbiegha kien hemm id-Duka ta' Norfolk, Lord Walter Kerr, Lord Clifford, isqfijiet, konslijiet u kbarat ohra.


Ghal dan il-pontifikal kien hemm kor mill-aqwa maghmul minn 70 kantant, barra minn dawk ta' l-orkestra. Wara l-pontifikal, il-Kumitat tal-Mosta resaq lejn it-tron tal-Kardinal Bourne, fejn il-President Onorarju Mons Alfredu Mifsud indirizza lill-Kardinal. Wara l-qari ta' dan l-indirizz, tawh bukkett ward u ktieb bl-Ingliz fuq il-Mosta miktub minn Dun Edgar Salomone li wara sar il-Kappillan ta' l-Imgarr (Malta) u aktar tard inhatar monsinjur.


Ir-Raba' Laqgha


Ir-raba u l-ahhar laqgha li saret fir-Rotunda taghna, bdiet fil-hdax ta' fil-ghodu u damet sejra sas-siegha ta’ wara nofsinhar. Dik il-laqgha rega’ fetahha Mons. Tumas Heylen. Kienu tkellmu wkoll dak in-nhar, Patri A. Leanza, editor tac-Civilta Cattolica, Mons. Guzeppi Farrugia, il-Magistrat Guzeppi Cremona li wara kien sar imhallef, il-Konti Pawlu de Quinsonas, President (p.22) tal-‘Jeunesse Catholique’, il-Kardinal Almarezy Santos, Arcisqof ta’ Sevilja fi Spanja u fl-ahhamett ghalaq dik is-sensiela ta' diskorsi Ewkaristici, il-Kardinal Domenico Ferrata.


Wara d-diskors tal-Legat, l-Isqof Pietru Pace resaq quddiemu flimkien mal-Kumitat Ezekuttiv u wara li qralu indirizz bl-Ingliz tah kalci tad-deheb miksi b’gemmi prezzjuzi. Ta' dan kollu, il-Legat wiegeb u ta hajr bil-Latin. U hekk intemmu bhal holma dawk il-jiem qaddisa u hienja li kienu ghaddew minn fuq il-Mosta u l-knisja monumentali taghha sewwa sew lejn tmiem April ta’ wiehed u disghin sena ilu.


Tifkiriet tal-Kungress fil-Mosta


Il-folla mhallta li kienet prezenti ghac-celebrazzjoni  tal-KungressIl-folla mhallta li kienet prezenti ghac-celebrazzjoni tal-Kungress – jidher it-tizjin mal-faccata tal-knisja.

Bhala tifkira ta' dan kollu, it-triq ta' quddiem il-knisja, li sa dak iz-zmien kien jisimha ‘Via Nouva Valletta' giet imsemmija ‘Via Congresso Eucaristico’, illum Triq il-Kungress Ewkaristiku. F'Villa Grech Mifsud, mhux boghod mill-knisja, fejn il-kardinali u l-isqfijiet prezenti ghall-Kungress kienu gew mistiedna ghal trattament u ritratt flimkien, kienet twahhlet ukoll irhama b’tifkira ta’ din il-grajja. Fuq kollox mal-faccata tat-tempju monumentali tal-Mosta li laqa' l-Kungress, twahhlet ukoll lapida b'kitba twila bil-Latin fuqha. Din tinstab sewwa sew wara l-istatwa ta’ l-Appostlu Missierna San Pawl, bejn il-pilastri ta’ taht il-kampnar tal-qanpiena l-fustanija. Il-kitba ta’ din il-lapida hija xoghol il-Professur Dun Frangisk Sciberras u tfakkar ghal dejjem dak kollu li ghaddiet minnu r-Rotunda tal-Mosta matul l-XXIV Kungress Ewkaristiku Internazzjonali ta' l-1913.


F'gheluq il-25 sena tal-Kungress, il-Parrocca tal-Mosta ghamlet festi biex tfakkar din il-grajja, kif regghet ghamlet kemm f’gheluq il-50 sena kif ukoll f’gheluq il-75 sena minn dan il-Kungress.


Jinghad fostna li dritt wara l-Kungress kienet nibtet xewqa fost hafna Mostin, li ghadha tnemnen sal-lum, li minflok dak is-salib ta’ l-injam li hemm f’nofs il-frontispizju, issir Sfera Ewkaristika tal-bronz, biex hekk b'mod izjed qawwi tfakkar lil kull min izur dan is-Santwarju tal-Vergni Marija Assunta, li din hija wkoll il-‘Knisja tal-Kungress Ewkaristiku’ u fl-istess waqt tkun tfakkar ukoll f’din il-grajja glorjuza tal-Fidi Nisranija li sehhet f’pajjizna wiehed u disghin sena ilu.


Riferenzi

  • D. Azzopardi, L’XXIV Congress Eucaristicu Internazzjonali f’Malta (Malta: 1913).
  • E.B. Vella et al. Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta 1972), ‘Il-Hmistax-il Taqsima,’ pp.218- 226.
  • J. Bonnici u M. Cassar, Tifkira tal-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali, Malta 1913 (Malta. 1988).



Artikli ohra mill-ktieb