Il-kelma li tmantni r-ruh: Atologija ta' kitbiet minn awturi Mostin
Edituri George Cassar, Manwel D. Schembri, Anthony Spiteri
Dan il-ktieb interessantismu mahrug mill-Kunsill Lokali f'gheluq l-10 Anniversarju mit-twaqqif tieghu (1994-2004) fih diversi kitbiet interessanti fuq il-Mosta u f'xi kazi fuq Malta li ma nkludejtx kollox u jinxtara mill-Kunsill. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.
Is-Sur Charles J. Vassallo - 30 sena Konslu Onorarju Generali f'San Francisco
minn Victor B. Caruana
(p.52) Mosti veru … Mosti generuz … Dejjem ghamel gieh lil Mosta … izda l-Mosta ma nesieha qatt. Dawn huma l-attributi li wiehed jisma’ dwar is-Sur Charles J. Vassallo. Huwa twieled il-Mosta fil-21 ta’ Novembru 1921, bin Giovanni u Francesca Vassallo.
Is-Sur Charles Vassallo kellu tmien hutu Toni, Joe, Pauline, Maryanne, Rita, Eva, Tessie u Albert. L-ewwel xoghol tieghu f’Malta kien fl-Army fir-Royal Engineers, fejn dahal meta kellu sittax-il sena. Wara kompla fir-Royal Malta Artillery fejn spicca bhala surgent fl-19-4-7 meta kellu 26 sena.
Dak iz-zmien kien beda l-passatemp tal-penfriends. Muwa kien jikkorrispondi ma certu Robert Hendrix li kien editor tal-Penfriend Magazine. Kien hu li ghamillu l-Affidavit of Support li minghajru kien difficli li temigra lejn l-Istati Uniti ta l-Amerika.
Malli wasal mar Los Angeles fejn kellu l-hsieb li joqghod izda ftit granet wara mar San Francisco biex jara lil huh Joe, li kien jghix hemm. Kien ghadhom kif waslu hemm madwar 200 emigrant Maltin, b’numru mhux hazin minnhom li kienu Mostin. Huwa mill-ewwel hassu migbud hafna lejn din il-belt.
Minn hemm huwa mar New York fejn qaghad 14-il gurnata u mar Los Angeles fejn qaghad tlitt ijiem hiss u rega’ lura San Francisco fejn baqa’ ghall-bqija ta hajtu.
Huwa beda l-ewwel xoghol tieghu f’San Francisco fil-15 ta’ Awissu 1947, bhala tapizzar ta’ l-ghamara. Wara sena u nofs huwa lahaq Supervisor fejn baqa’ ghal tlettax-il sena. Huwa kellu jieqaf minhabba accident fuq ix-xoghol li fih wegga dahru.
Ghalhekk huwa rega ipprova xortih billi beda jahdem bhala Real Estate Agent. Huwa beda bil-mod, izda b’determinazzjoni kbira huwa rnexxa. Huwa dam f’dan il-mestier ghal 20 sena.
Izda xorta wahda kien dejjem hsiebu f’Malta li kien izur ta’ spiss. Fit-8 ta Awissu 1953 huwa zzewweg lil Emma nee’ Attard, bint Lawrence u Antonia, u li kienu joqoghdu Triq Ponsonby, il-Mosta. Izda dawn kienu mill-Birgu u gew joqoghdu l-Mosta minhabba t-Tieni Gwerra Dinjija.
Fis-sena 1949, is-Sur Charles Vassallo laqgha ghandu lis-Sur John Cole (dak iz-zmien Ministru tal-Gvern Malti) u lis-Sur A. Axisa ufficjal gholi ta’ l-Emigrazzjoni tal-Gvern Malti. B’hekk bdew il-kuntatti bejnu u bejn il-Gvem Malti. Fl-1966, il-Prim Ministru Dr. George Borg Olivier zar il-Maltin f’San Francisco. Is-Sur Charles Vassallo laqghu ghandu, dar hafna bih u laqqghu ma numru kbir ta’ emigranti Maltin.
(p.53) Dr. George Borg Olivier baqa’ mpressjonat bil-hila u l-hegga tas-Sur C. Vassallo kif ukoll bil-hidma tieghu li volontarjament jghin kemm jista' lil emigranti Maltin biex jissetiljaw f'San Francisco. Kien hawn li Dr. George Borg Oivier issuggerielu li jinnominah bhala Konslu tal-Maltin f’San Francisco.
Din kienet pozizzjoni difficli ghas-Sur Vassallo. Izda billi ftit li xejn jaqta’ qalbu, dahal ghal din il-kariga gdida b’determinazzjoni u entuzjazimi kbir. Matul dawn l-ahhar 36 sena li ilu f’din il-kariga, huwa ghen hafna lill-Maltin f’San Francisco. Huwa kien johrogilhom il-passaporti, jiksbilhom il-visa mehtiegha u jghinhom f’diversi problemi ohra.
F’wahda miz-zjarat tieghu f’Malta, kien xtara l-Continental Hotel. Fl-1970 huwa xtara dar kbira fi Fleur De Lys (B’Kara). Kumbinazzjoni huwa xtraha minghand iz-zijiet tieghi Pacifico u Thereza Calleja. Dawn kienu Mostin Amerikani u Charles kien jafhom tajjeb billi ghexu ghal aktar minn tletin sena qrib tieghu f’San Francisco. Dawn kienu gew Malta ghal ftit snin izda regghu lura San Francisco. Pacifico Calleja ilu li miet izda martu Theresa, li kienet tigi oht missieri, mietet f’Jannar li ghadda 2004, fl-eta ta’ 84 sena, fi New York.
Huwa ghin hafna biex jippromwovi lil Malta bhala post turistiku ma’ l-Amerikani. Huwa ghin lil hafna Maltin sabiex jiksbu c-cittadinanza Amerikana. Huwa jghix f’Millbrae li tinsab madwar 16-il mil ‘l boghod mic-centru ta’ San Francisco. Hadem hafna biex din il-belt ta’ madwar 20,000 ruh u li fiha hemm ghadd kbir ta’ familji Mostin, issir Sister City mal-Mosta. B’hekk sari l-gemellag (twinning) bejn il-Mosta u Millbrae. Il-koppja Vassallo ghandhom tlitt itfal, Donald (49 sena), Raymkoond (47 sena) u Jeffrey (4sena).
Is-Sur Charles Vassallo hadem hafna biex ingabu hafna flus mill-Mostin-Amerikani sabiex saru diversi opri sbieh fil-Mosta, specjalment fl-Oratorju Qalb ta’ Gesu u bankijiet sbieh fil-pjazza tal-Mosta. Huwa dejjem ghin kemm seta’ lill-Kunsill Lokali tal-Mosta. Is-Sur Vassallo gab numru sabih ta’ wheelchairs ghall-Community Chest Fund. Barra minn hekk huwa personalment ghamel diversi donazzjonijiet lill-ghaqdiet Mostin, li taghhom ukoll huwa l-President Onorarju.
Bl-intervent tieghu, Miss Grace Sciberras, in-neputija ta’ Dun Karm Sciberras li (p.54) kien bena l-Oratorju Qalb ta' Gesu, halliet somma flus sabiha biex saru xogholijiet mill-isbah fl-istess Oratorju. Bl-intervent tieghu wkoll, is-Sur Tony Camilleri, Mosti-Amerikan, li m’ilux li miet fl-eta ta’ 100 sena, halla 100,000 dollaru ghall-bzonnijijet tal-knisja tal-Mosta. Huwa ghin hafna wkoll lid-Dar tal-Providenza u lir-Razzet tal-Hbiberija.
Ghalhekk kien tassew xieraq illi f’Jum ir-Repubblika 1996, huwa nghata l-unur ta’ Ufficjal ta' l-Ordni ta' Malta. Fl-1997 huwa nghata l-unur ‘Gieh il-Mosta’ mis-Sindku ta’ dak iz-zmien is-Sur Nazzareno Vassallo, f’isem il-Kunsill Lokali tal-Mosta.
Is-Sur Charles Vassallo illum ghandu 81 sena. Kemm dam l-Amerka huwa zar il-Mosta 73 darba. Propju s-Sajf li ghadda kien hawn ghall-Festa ta’ Santa Marija. Minhabba ragunijiet ta’ sahha huwa beda jahseb biex jirtira. Ghal daqstant nhar il-Gimgha, 8 ta' Awissu 2003, huwa organizza ikla fil-Mosta biex ifakkar dan l-avveniment kif ukoll il-50 anniversarju tat-tieg tieghu.
Fost il-mistednin distinti kien hemm il-President ta' Malta, il-Prof. Guido de Marco, l-eks President Dr. Vincent Tabone, l-eks President Dr Ugo Mifsud Bonnici, l-Onor. Dr. Alfred Sant, il-Ministru Dr. Louis Galea, l-Onor. is-Sur Edwin Vassallo, u l-Onor. Dr. Angelo Farrugia. Kien hemm ukoll is-Sur Joe DeMartino, Sindku tal-Mosta, u s-Sur Nazzareno Vassallo, eks Sindku tal-Mosta. Il-Prim Ministru Dr. Eddie Fenech Adami u l-Arcisqof Mons. Guzeppi Mercieca ma setghux jattendu minhabba impenji ohra.
Hawn ta' min isemmi li kemm dam l-Amerka, is-Sur C. Vassallo laqa’ ghandu lill-Prof. Guido de Marco (tliet darbiet), lil Dr. Ugo Mifsud Bonnici, lil Dr. Eddie Fenech Adami, lil Dr. John Attard Montaldo, lil Dr. Patrick Holland u lil Dr. Francis Zammit Dimech.
Fl-ahhar ta’ ikla l-President il-Prof. G. de Marco rringrazzjah ta’ l-ghajnuna li ta lill-Maltin-Amerikani. Huwa wera l-apprezzament tieghu kemm bhala President ta' Malta kif ukoll bhala habib tieghu personali.
Lis-Sur C. Vassallo nifirhulu u f’isem il-Mostin kollha nirringrazzjah ta’ dak kollu li ghamel mal-Mostin u mal-Mosta, li huwa tant ihobb.
Artikli ohra mill-ktieb
- Grajja mill-kbar nett ghall-Mosta u l-knisja taghha: il-Kungress Ewkaristiku ta' l-1913
- Kif nafhom jien ...
- Is-Sur Charles J. Vassallo - 30 sena Konslu Onorarju Generali f'San Francisco
- Kwart ta' seklu ta' zjarat lill-lskola Primarja tal-Mosta (1900-1925)
- Fejn marru l-Mostin?
- Tghid konna ahjar? Ma nahsibx!
- Zmien ilu fil-Mosta... gabra ta’ hsibijiet
- Il-Grigalati, San Pawl u Atlantis
- Ma’ Dun Karm Schembri
- L-Erba’ Hwienet
- Is-Sette Giugno: Jum ta' Tislima, jum ta' Taghlima
- L-Oqbra Punici fix-xaghri ta’ Santa Margerita
- Is-sehem tal-Mostin fi tmien il-hakma Franciza (1798-1800)