IT-TOROQ TAL-MOSTA - Ismijiet u taghrif dwarhom
minn Joseph Borg u John A. Sant
Dan il-ktieb interessantissimu pubblikazjoni tal-1998 tal-Kunsill fuq it-toroq tal-Mosta u l-hsieb wara isimhom jinxtara mill-Kunsill Lokali. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.
TAQSIMA C minn Joseph Borg
1. ISMIJIET TA' TOROQ PROPOSTI MILL-KUNSILL LOKALI
Triq l-Avukat Filippo Apap Bologna
(p.125) Il-Professur Filippo Apap Bologna L.L.D., B. Lit. J.C.B. (Greg) twieled H’Attard fl-1901. Huwa studja fl-Universita ta’ Malta u fil-Gregoriana ta’ Ruma. Fil-21 ta’ Gunju 1933 izzewweg lil Wilfrida neè Gollcher u kienu marru joqoghdu l-Belt Valletta.
Fl-1939 gew joqoghdu l-Mosta fejn huwa kien iservi ta' avukat l-aktar fi dritt tal-kummerc u dak civili. Fl-istess waqt kien jghallem ukoll fl-Universita ta' Malta.
Fl-1947, huwa dahal fil-Politika u kkontesta l-Elezzjonijiet Generali mad-‘Democratic Action Party’ fuq id-distrett tal-Mosta u kien gie elett fil-Parlament.
Il-Marchesino Filippo Apap Bologna miet fid-dar tieghu il-Mosta fl-1954 fl-ghomor ta' 53 sena.Il-prezenza tieghu fostna flimkien ma' dik tal-membri tal-familja tieghu ghamlet u ghadha taghmel unur lill-Mosta taghna. Hajr lil ibnu l-Magistrat J. Apap Bologna tat-taghrif li ghaddielna.
Triq il-Kavalier Carmelo Dimech
Is-Sur Karm Dimech zgur li jibqa' msemmi bhala wiehed mill-ikbar benefatturi li qatt kellha l-Knisja Rotunda tal-Mosta.
(p.126) Huwa kien twieled il-Mosta fit-2 ta' Frar, 1883 minn Guzeppi u Giovanna mwielda Mifsud.
Madwar l-1900, meta kien ghadu fil-fjur ta' zoghzitu huwa emigra lejn l-Amerika fejn beda jamministra n-negozju li qabel kien ta' zijuh. Nistghu nghidu li dan iz-zaghzugh Mosti li baqa' ghazeb hajtu kollha, sab xortih fl-Amerika u raga' gie lura Malta sinjur.
Lura f'rahal twelidu ma nesiex il-knisja mahbuba ta' qalbu ghax insibuh dritt ihallas ghall-Monument famuz tal-Gimgha l-Kbira u ghall-ventartal tal-Kappella ta' San Guzepp. Fuq kollox is-Sur Karm kien indahal biex ihallas minn butu l-bicca xoghol kolossali li kienet titlob id-dekorazzjoni tal-koppla skont Grongnet. Hallas ghalhekk ghall-armar, skultura u nduratura, xoghol, li ha b'kollox madwar seba' snin, jigifieri mill-1928 sa l-1936.
Ta' din il-generozita kbira li kienet gejja minn spirtu tassew Nisrani u religjuz, kif ukoll patrijottiku, is-Sur Karm Dimech kien gie onorat mill-Papa Piju XII bid-dekorazzjoni 'Pro ecclesia et Pontefice.' Din l-onorificenza kienet tant tixraq lil dan il-patrijott Mosti.
Is-Sur Karm Dimech miet fit-22 ta' April, 1958 fl-eta ta' 75 sena. Fir-Rotunda ghandu monument li jixraqlu li jinsab fil-Kappella ta' San Rokku. Fis-Sagristija hemm pittura tieghu xoghol tal-pittur Guze Briffa. Tfakkarna fih ukoll id-dar villa wisq sabiha li kien bena fi Triq il-Kungress Ewkaristiku.
Riferenzi
- Filarmonika Nicolo Isouard - Mosta 1991 - Niltaqghu ma' - Pg. 50.
- L-Inawgurazzjoni tal-Koppla wara li saru l-iskultura u l-induratura (1928 -1936) - Anthony Camilleri - Pagna 59 sa 63.
Triq Dun Pawlu Mifsud
Dun Pawlinu Mifsud kien bin Pietru Pawl, mastrudaxxa gwapp li hadem hafna mill-injam tal-knisja taghna. Huwa twieled il-Mosta fl-1867. Bhal qassis kien umli, twajjeb u allegru. Kellu idea gholja tas-Sacerdozju, tal-Knisja u tar-Religjon Kattolika.
Kien devot hafna ta' l-Ewkaristija Mqaddsa tant li qatt ma kien jonqos ghal 'Ora Santa' ta' nhar ta' Hamis. Huwa kien ukoll wiehed mill-ewwel imsehbin fl-ghaqda tas-Sacerdoti Adoraturi mwaqqfa (p.127) Malta mis-Sacerdot Mosti iehor Dun Vincens Caruana.
Kien muzicista dilettant kbir tant li kien ikkompona fost hwejjeg ohra, responsorji ghall-Gimgha l-Kbira u marca funebri mill-isbah. Kellu wkoll ghal qalbu t-taghlim tad-Duttrina u ghaldaqstant insibu li kien habib u benefattur kbir ta' l-Oratorju Qalb ta' Gesu.
Dun Pawlinu kien bniedem tassew mekkaniku ngenjuz tant li kien kapaci jaghmel huwa stess strumenti tal-muzika bhal kuntrabaxx u vjolin u anke 'senter' bil-mekkanizmu kollu. Sewwa u ghamel godda orgnijiet ghal diversi knejjes ta' Malta fosthom l-orgni z-zghir li ghandna fil-kor tar-Rotunda li hadmu bla flus, ghax hadmu ghal dik il-knisja li bhal niesu kien ihobb.
Dun Pawlinu Mifsud kien miet fl-14 ta' Ottubru, 1939, fl-ghomor ta' 72 sena.
Riferenzi
- Storja tal-Mosta migbura minn E.B. Vella u Ohrajn - Zieda VIII – Iktar Nies li ghamlu unur il-Mosta - Dun Pawlinu Mifsud, minn Dr Ferdinand Calleja M.D.
Triq it-Tabib Ruzar Mizzi
It-tabib Rosario Mizzi twieled il-Belt Valletta fi Triq San Mark nhar it-8 ta' Frar 1876. Huwa kien bin Carmelo u Francesca imwielda Bonello u kien gie mghammed fil-Parrocca ta' San Duminku tal-Belt.
Wara li ggradwa bhala tabib, ghall-habta ta' l-1907 kien gie joqghod il-Mosta. Kien mizzewweg lil Bernardina Galea. Fil-Mosta sar il-President tal-Banda Nicolo Isouard bejn l-1924 u l-1932. Ghal xi snin kien ukoll il-President tal-'Camera di Lettura' li kienet twaqqtet fil-Kazin Santa Marija, fejn illum hemm il-Kazin tal-Banda Santa Manja mwaqqat mill-gdid.
(p.128) Kien tabib popolari fost il-Mostin u ghalhekk fl-elezzjoni ta' l-1932, kien gie elett fl-Assemblea Legislattiva b'972 vot bhala deputat tal-Partit Nazzjonalista. Huwa miet fit-8 ta' Jannar 1943 fid-dar tieghu fi Triq il-Kungress Ewkaristiku u ndifen kif xtaq hu fit-testment li kien ghamel fil-Kannierja tal-Knisja Arcipretali tal-Mosta.
Riferenzi
- Baptism Certificate - Porto Salvo Parish Church - Valletta, Malta, 2.1.1998.
- Certificate of Death - Parish Church of Mosta, 26.12.1997.
- Storja tal-Mosta migbura minn E. B. Vella u Ohrajn - 4 Elezzjonijiet Generali 1932, Pag. 559.
Triq Is-Sur Nikol Muscat
Is-Sur Nikol, kif kien maghruf l-iktar fostna l-Mostin twieled il-Mosta fl-20 ta' Lulju 1901. Huwa kien bin Angelo Muscat u Filomena mwielda Deguara. Tghallem fl-iskola Primarja tal-Mosta u wara fil-Kullegg ta' San Alwigi u s-Seminarju u lahaq Fizzjal tad-Dwana. Fl-1925 izzewweg lil Maria Carmela nee Vassallo u kellhom sitt itfal.
Ghal bosta snin kien is-Segretarju tal-Kazin tal-Banda Nicolo Isourd u President tal-Kazin tal-'football' tal-Mosta kif ukoll President tal-Kumitat Organizzattiv tal-Festa ta' Santa Marija.
Fl-1962 dahal fil-Politika u hareg mal-Partit Nazzjonalista taht Gorg Borg Olivier. Kien gie elett u mahtur bhala l-'Whip' tal-Partit. Mexxa delegazzjoni ta' Gruppi Parlamentari u ghall-ahhar ta' l-1965 zar l-Istati Uniti, l-Awstralja u New Zealand. Fl-istess zmien habrek u kien strumentali fit-tfassil u l-bini tac-Centru Civiku tal-Mosta.
Is-Sur Nikol hadem kemm seta biex ighin lil hutu l-Mostin u ghalhekk kien mahbub u rispettat minn kull min kien jafu.
Huwa kien miet fit-30 ta' Mejju 1972 fl-eta ta' 71 sena.
Hajr lill-membri tal-familja tieghu li ghaddewlna xi taghrif.
Triq il-Kaptan Walter Salomone
(p.129) Il-Kaptan Walter Luke Salomone twieled il-Mosta fid-19 ta' Ottubru, 1888. Ha l-edukazzjoni tieghu fil-Kullegg Sant'Injazju u fl-Universita ta' Malta.
Fl-1921, 1924, 1927 u 1932 huwa kien gie elett membru ta' l-Assemblea Legislattiva f'isem il-Partit Kostituzzjonali mmexxi minn Lord Strickland.
Fl-1927 inhatar Ministru tad-Dwana u ta' l-Agrikultura u wara Ministru ta' l-Industrija u Kummerc u ghal sena u nofs bhala Ministru tal-Pulizija.
Fl-1934 ha hsieb li Stand ta' Malta f'esibizzjoni mportanti li kienet saret fi Crystal Palace gewwa Londra u f'ohra tal-Gvern Malti fil-Fiera ta' l-Industriji Inglizi go Wembley fl-1936.
Fl-1938 lahaq "Trade Development Officer", "Comptroller of Industrial Property" u "Officer-in-charge tat-"Tourist Bureau."
Matul l-ahhar gwerra dinjija 1940-1944 kellu diversi responsabiltajiet. Serva wkoll bhala ‘Liaison Officer’ mal-‘Irish Fusiliers’.
Il-Kaptan Walter Salomone miet fit-8 ta' Awissu 1970 fid-dar tieghu f'Tas-Sliema fl-ghomor ta' 82 sena.
Riferenzi
- Storja tal-Mosta migbura minn E. B. Vella u Ohrajn - Zieda VIII - Iktar Nies li ghamlu. Unur il-Mosta - l-Onor Captain Walter Salomone, Pg 292.
- Maltese Biographies of the Twentieth Century - 1997 Edition - Michael J. Schiavone - Louis J. Scerri, Pg. 484.
Triq il-Prim Imhallef Carmelo Schembri
Il-Prim Imhallef Emeritus Dr. Carmelo Schembri LL.D. twieled il-Mosta fit-2 ta' Settembru, 1922, fejn ghex sa l-1954. Huwa kien iben is-Surmast Guzeppi u Lucia mwielda Tabone Adami. Studja l-Liceo u fl-Universita Rjali ta' Malta minfejn fl-1946 iggradwa bhala avukat.
Fl-1954 kellu jmur Ghawdex bhala Assistent Avukat tal-Kuruna. Bejn l-1962 u l-1968 lahaq Magistrat ghall-Pulizija f'Ghawdex u mill-1968 insibuh bhala Magistrat f'Malta. Fl-1978 inhatar Imhallef u (p.130) fl-1981 insibuh bhala l-Prim lmhallef u President tal-Qorti Kostituzzjonali u dik ta' l-Appell.
Bhala avukat zaghzugh, mahbub u mfittex minn hafna Mostin ikkontesta b'success l-elezzjonijiet generali ta' l-1950 mal-Partit Nazzjonalista u fl-1951 kien inhatar 'Deputy Speaker'. Bejn Ottubru 1952 u Dicembru 1953 inhatar Ministru ta' l-Edukazzjoni. FI -1953 kien gie moghti l-'Coronation Medal.'
Bejn l-1981 u l-1987 gieli serva wkoll bhala Agent President ta' Malta. B'rabta ma' rahal twelidu kien ukoll ghal madwar 20 sena, il-President Onorarju tal-Kazin tal-Banda Nicolb Isouard. L-lmhallef Schembri miet fit-8 ta' Ottubru, 1997.
Kien missier tassew ezemplari li flimkien ma' martu Helen rabba familja ta' hdax. Il-hidma sfiqa tieghu f'istituzzjoni hekk gholja bhalma huma l-Qrati taghna kienet ta' gieh mhux biss ghalih izda wkoll ghall-Mosta taghna.
Hajr ukoll lill-Familja Cauchi tat-taghrif li tawna.
Riferenzi
- Storja tal-Mosta migbura minn E.B. Vella u Ohrajn, Pagni 566 u 576.
- Maltese Biographies of the Twentieth Century - 1997 Edition, Pg 502.
Triq Dun Karm Schembri
Dun Karm twieled il-Mosta f’April ta' l-1911 minn Felic Schembri 'chargeman' it-Tarzna u Concetta mwielda Sammut u kien l-ikbar fost tmien ahwa.
Wara l-iskola Primarja ghadda ghal-Liceo. Ta' 18-il sena ghadda ghall-MatrikoIa u kien gie t-tieni minn Malta. Peress li kien (p.131) ta’ intelligenza mhux komuni ghadda mill-istudji sacerdotali tieghu fil-‘Collegio Capranica’ gewwa Ruma fejn qaddes l-ewwl Quddiesa tieghu nhar l-Ghid il-Kbir ta’ l-1934.
Lura Malta sar kollaboratur kbir ta' Lehen is-Sewwa. Kien bniedem ta' principji sodi u kien ghalhekk li tul l-ahhar gwcrra dinjija sofra hafna billi ghadda minn xhur ta' tensjoni billi kien immarkat bhala simpatizzant ta' l-ltalja
Wara l-gwerra, minn qassis sekulari, dahal mal-Gizwiti. Rega mar Ruma fl-1948 fejn ha zewg dotturati fil-Filosofija u fit-Teologija mill-Universita Gregorjana ta' Ruma. Dun Karm hadem hafna fil-qasam socjali li huwa kien tant ihobb. Bejn l-1954 u l-1958 kien ic-‘Chaplain’ Nazzjonali taz-Zghazagh Haddiema Nsara. Sar ukkoll Direttur Spiritwali tal-'Catholic Social Guild.' Fl-1958, minn Gizwita rega sar qassis djocesan.
Lejn l-ahhar snin ta' hajtu 'l Dun Karm insibuh bhala 'co-worker ta' Mother Theresa ta' Calcutta. Imkisser bi snin twal ta mard huwa miet f’Lulju ta’ l-1977. Kien qassis gharef, cajtier u b’mohh miftuh, habib tal-batut u l-fqir. Ghaldaqstant bhala sacerdot zgur li ghamel unur lill-Knisja u lill-Mosta, rahal twelidu.
Riferenzi
- Dun Karm schembri – J. Agius B. Pharm., B.A. (Hons) – Filarmonika Santa Marija Mosta 1996, Pagni 84 u 85
Triq it-Tabib Antonio Schembri Adami
It-tabib politiku Antonio Schembn Adami, twieled il-Belt Valletta fl-14 ta' Frar, 1913. Studja fl-Universita ta' Malta imma ggradwa bhala tabib mill-Universita ta' Ruma.
Dahal fil-Partit Laburista u fl-1945 kien gie elett ghall-Ezekuttiv Nazzjonali. Wara l-elezzjonijiet generali ta' l-1947 inhatar Ministru tas-Sahh u s-Servizzi Socjali, kariga li kien dam fiha sa l-1950. FI -1948 introduca legislazzjom dwar il-pensjoni favur ix-xjuh.
Fl-1950 u l-1951 kien ikkontesta b'success l-elezzjoni mal-M.W.P., il-partit li mieghu kien inghaqad wara l-firda li kien hemm fill-Partit Labunsta. Inhatar imbaghad Ministru tax-xoghlipet u r-Rikostruzzjoni. Wara li fit-2 ta' Jannar 1953 irrizenja mill-Assemblea Legislattiva telaq Iejn l-Ingilterra flimkien mal-familja tieghu fejn beda jahdem ta’ tabib (p.132) u fejn ukoll miet fl-1 ta’ Marzu 1993.
Dan lt-tabib dhuli ghamel snin joqghod il-Mosta fi Triq il-Kungress Ewkaristiku u ghalhekk kien sar habib kbir ta' hafna Mostin. Sar ukoll benefattur tal-Mosta u l-Mostin, ghax kien hu li bhala Ministru, matul il-karriera politika tieghu, tghidx kemm kien impjiega Mostin mal-Gvern. Fittex ukoll kemm seta jahdem ghall-gid u l-bzonnijiet tal-Mosta.
Riferenzi
- Maltese Biographies of the Twentieth Century - 1997 Edition – Michael J. Schiavone, Louis J. Scerri, Pg. 506.