IT-TOROQ TAL-MOSTA - Ismijiet u taghrif dwarhom
minn Joseph Borg u John A. Sant
Dan il-ktieb interessantissimu pubblikazjoni tal-1998 tal-Kunsill fuq it-toroq tal-Mosta u l-hsieb wara isimhom jinxtara mill-Kunsill Lokali. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.
Dahla
(p.vii) Forsi hawn ta' min jistqarr kemm fl-imghoddi aktar mil-lum it-toroq x'aktarx dojoq u mserrpa tar-rahal Malti kienu l-isfond tal-hajja ta' kuljum tal-buznanniet taghna. Qabel l-influss ta' l-influwenzi ta' l-ingenji mekkanizzati u tal-'mass media', it-toroq kienu, biex inghidu hekk, il-palk ewlieni li fuqu jsehhu d-drammi (u l-kummiedji) tal-hajja bil-partecipazzjoni awtentika u gurnaliera ta' l-antenati taghna. Illum l-ispirtu kommunitarju li jixxettel mill-gdid f'xi toroq taghna f'jiem specjali u fil-festi civili u religjuzi ghandu mnejn jista' jaghtina idea tat-'ton' ambjentali, karatteristiku tat-toroq taghna, ghexieren u ghexieren ta' snin ilu.
Dan iwassalna biex nuru fehmitna li bhalma fl-imghoddi mhux l-ewwel darba gara li triq titlef l-isem originali u titghammed b'wiehed gdid, hekk ukoll 'il quddiem toroq ohra li setghu issemmew bla konsiderazzjoni bizzejjed ghall-aspetti storici, socjali, etc., ta' beltna, bla tnikkir zejjed ghandhom huma wkoll jinbidlilhom isimhom, - jekk mhux ghal hag'ohra biex jista' jinghata gieh lil aktar Mostin li taw xi kontribut siewi lil rahal twelidhom. F'dan il-kuntest huwa ta' sodisfazzjon li l-Kunsilli Lokali issa ghandhom sehem u vuci fil-ghazla ta' l-ismijiet tat-toroq.
Fl-ahharnett il-kumpilaturi ta' dan il-ktieb jixtiequ jizzu hajr lis-Sindku, is-Sur Nazzareno Vassallo - li tieghu kienet l-idea inizjali li jitnieda ktejjeb ta' din ix-xorta - u lill-membri tal-Kunsill Lokali, Mosta, ghall-hegga li wrew ghall-proposta u ghall-kuragg li ghamlulna kif ukoll ghall-hidma sfiqa taghhom biex dan il-ktieb seta’ jasal f'idejkom bla dewmien zejjed.
John A. Sant
Informazzjoni fuq l-awturi mill-pagna ta' wara
Joseph G.M. Borg
Joseph G.M. Borg bin Mattew u Margherita mwielda Sciberras twieled il-Mosta fil-25 ta' Ottubru, 1937. Mill-Iskola Primarja tal-Gvern tal-Mosta ghadda ghall-Iskola Sekondarja tal-Kullegg St. Albert the Great u tal-Liceo u fil-Kullegg ghat-Tahrig ta’ l-Ghalliema Saint Michael’s. Ghal 41 sena shah ghallem fl-Iskejjel Primarji tal-Gvern. Interessa ruhu jikteb dwar l-istorja tal-Mosta u l-Knisja taghha. Ghaldaqstant kiteb, tul dawn l-ahhar 30 sena li ghaddew bosta artikoli fuq il-gazzetta ‘Il-Mosta’ u f’kotba ohra. Joseph huwa mizzewweg lil Mary nee Zerafa.
John A. Sant
John A. Sant twieled il-Mosta, minn genituri Mostin, fit-2 ta' Mejju, 1935. Mill-Iskola Primarja ta' San Pawl il-Bahar, fl-1947, ghadda ghal-Liceo fejn dam sa Gunju 1953. Fis-snin ‘53 u ‘54 tharreg fil-Kullegg San Mikiel mnejn kiseb id-diploma ta’ ghalliem. Bejn l-1957 u l-1960 attenda bhala student ta' filghaxija l-lskola ta' l-Arti tal-Gvern. Fis-snin 1964-1968 insibuh student universitarju sakemm iggradwa B.A. (Gen) fl-ahhar tal-kors. Fl-1966 lahaq surmast tal-Malti fl-iskeijel sekondarji. Fl-1970, wara ezami pubbliku, dahal fis-Servizz Civili. Irtira bl-eta' fl-1996.
John A. Sant qaleb ghall-Malti, ‘The Bahai Faith: an introduction’ barri milli ppublika volum ta’ poeziji tieghu bl-isem, ‘Ximkien mat-triq.” Ghadd gmielu ta' poeziji ohra tieghu ghadhom jistennew il-pubblikazzjoni.