The Mosta Archives Banner

IT-TOROQ TAL-MOSTA - Ismijiet u taghrif dwarhom

minn Joseph Borg u John A. Sant


Dan il-ktieb interessantissimu pubblikazjoni tal-1998 tal-Kunsill fuq it-toroq tal-Mosta u l-hsieb wara isimhom jinxtara mill-Kunsill Lokali. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


TAQSIMA B minn John A. Sant


Nota. (p.98) Hafna mit-taghrif moghti f’din it-Taqsima, l-aktar fejn ghandu x’jaqsam ma’ flora, fauna, biedja u ismijiet ohra, huwa sikwit msejjes fuq, jew, adattat minn taghrif aktar wiesa’ li wiehed jista’ jsib f’ “Il-Miklem Malti” ta’ Erin Seracino Inglott.


1. ISMIJIET MARBUTIN MAL-FLORA


Bidwi waqt Air RaidBidwi fl-ghalqa mal-hmar waqt xi Air Raid.
  1. Bajtar: (p.99) is-sigar u l-frott taghhom - frott artab u helu, minfuh u mlahham u mimli zerriegha rqiqa, li jsir fis-Sajf; aktar tard fis-sena, das-sigar jaghmlu t-Tin (ara taht "Tin").
    Bajtar tax-Xewk: imbaghad, huma s-sigar u l-frott taghhom tal-gens 'cactaceae' b'zokk imhatteb b'pali catti miksija xewk, hergin ‘l hawn u ‘l hinn u li jarmu frott ukoll miksi bix-xewk u b'zerriegha ftit goffa (opuntia ficus indica). Jinghad li l-pal tal-bajtar, mixwi u mfellel jiswa bhala duwa kontra d-deni. Biex trazzan il-gravita ta' xi harqa jew samta, il-pala tigi applikata marqghra fiz-zejt.

  2. Bergamott: Xitla msaggra u l-frott taghha tal-gens ‘aurantiaceae’ b'weraq bhal tal-laring izda xi ftit akbar, u frotta wkoll bhal-laring izda aktar tond u, xi drabi, ovali bhal-langas, generalment minghajr hofra fil-qoxra li hi x'aktarx irqiqa, tfuh hafna u safranija u li minnha tittiehed essenza ghall-fwieha, u b’polpa aciduza li ma tittiekilx.

  3. Bezbizija: Nemmnu li  l-isem gej mix-xitla ‘busbies’ jew ‘besbies’ xitla tal-gens ‘umbelliferae,’ b’zokk irqiq u weraq fin li jiftah sabih bhal umbrella, bi fjur isfar hadrani tfuh, taghmel frott basil. Il-busbies tax-xaghri, imbaghad, jaghmel ward isfar karg fis-salt b’zerriegha b'toghma qawwija, fil-berah u fuq ll-blat.

  4. Bidwi bil-MohrietBidwi bil-Mohriet.
  5. Ghollieq: Xitla tal-gens ‘rosaceae’ b’zokk imsaggar li jixxeblek, mghammar b’kull xewka qisha sinna zghira bil-ponta, xi ftit imqawsa, taghmel weraq ovali u mdarras bil-maghseb (vina) ukoll ixewwek; taghmel ward zghir roza f’ghenieqed, u frott irqiq qisu tut (u hekk jissejjah) ta’ lewn ahmar daghmi li jiswied meta (p.100) jsir sewwa, hu aciduz izda jista’ jittiekel; komuni kullimkien fir-Rebbiegha u s-Sajf.

  6. Il-Qares: Din ix-xitla jsejhulha wkoll ‘qarsa’ jew ‘haxixa Ingliza,’ xitla tal-gens 'geraniacieae' taqsima 'oxalideae' dahlet fl-1811 u hadet ma' kullimkien, b'maghseb irqiq izda mlahham kollu meraq qares, twil u wieqaf bi fjuri zghar ta' lewn isfar haj, komuni s-sena kollha. Biss irid jinghad ukoll li l-ghasir tal-lumi u frott aciduz iehor ukoll jissejjah 'qares' u fuq kollox jista' jkun li l-post jismu hekk biss ghax ir-raba ta' dik in-naha kien jibqa' mistaghdar ghal zmien twil wara x-xita b'effett negattiv fuq il-produzzjoni ta' l-ghelejjel!

  7. Sghajtar: isem ta' qasam art ftit 'il fuq minn ta' Mlit, qrib il-Mosta; u isem ta' qasam iehor fl-inhawi tat-torri tal-Marfa, illum il-"Palazz tal-Mosta." Diminuttiv ta' saghtar, xitla msaggra tal-gens 'labiatae', taqsima 'salvieae', b'zokk ghudi b'hafna frieghi weqfin, ahrax mal-mess u xi ftit muxghar, u miksi bi glandoli li jarmu riha tfuh.

  8. Tin: is-sigar u  l-frott taghhom, tal-gens 'urticaceae' taqsima 'moraceae' b'zokk lixx u lewn griz; jekk taqsmu inixxi likwidu qisu halib u b'weraq miftuh b'hames swaba; jaghmel frott forma ta' langasa, imlahham u mrammel, minn darbtejn sa tlieta fis-sena, l-ewwel f'Gunju jissejjah 'bajtar' imbaghad f'Settembru t-tin propju (minn frieghi godda).
    Aktar tard, fil-harifa, is-sigra tat-tin ghandha mnejn taghmel il-frott it-tielet darba, imsejjah 'tin abjad', 'tin imwahhar' jew 'bajtar ta' San Pietru'.
    Varjetajiet differenti ta' tin sahansitra ghandhom  l-isem taghhom e.g. farkizzan, tin parsott u tin ta' San Sidor.

  9. Xaghri tal-Harrub: Generalment, xaghri art battala fejn ma hemm xejn abbandunata, dezerta; art niexfa, mahruqa ecc; wesgha art hawlija, pjanuia battala.
    Harrub: sigra tal-gens 'leguminosae' taqsima ‘caesalpiniaceae’ li (p.101) tghix hajja twila, b'zokk li joghla sa ghaxar metri b'ghadd ta' frieghi folti b'weraq ovali, wiesa' u doppju ta' lewn ahdar sabih, frott dejjaq u tawwali, milwi bhal qarn, b'mizwed ta' lewn kannella skur.
    Mela,  l-isem shih jindika wesgha art li ghalkemm setghet ma kenitx ikkoltivata (u aktarx ma kenitx), biss fuqha kienu jikbru sigar tal-harrub li frotthom kien, wara kollox, sors ta' ghalf ghall-annimali.

2. MAL-FAUNA


Toroq fil-Mosta msemmija ghall-ghasafar.Ghasfar li ghalihom hemm xi triq imsemmija fil-Mosta: Fuq - Alwetta, Bufula tat-Toppu Ahmar, Cinju; Nofs - Huttafa, Ghammiel tal-Bejt, Merill; Taht - Ortolan Iswed, Rundun, Zakak Abjad. (Sors: Wikipedia).
  1. Alwetta: (p.102) ghasfur tal-passa, tal-gens 'alaudidae' ftit akbar mill-bilbla li jghaddi bil-qtajja' fil-harifa u x-xitwa. Insibu wkoll l-alwetta bajda, aktar rari, u l-alwetta safra, ta' l-istess gens, tghaddi aktar rari max-xtut fix-xitwa. Imbaghad hemm l-alwett tad-dezert u l-alwett tat-toppu, it-tnejn rari tasew!

  2. Ballotra: annimal tal-gens 'mammiferae' taqsima 'mustilidae' li jaf jitkebbeb f'bocca ta' daqs ftit akbar minn far, jaghmel hafna ghas-sriep, johrog idur bil-lejl, mhux komuni, twil xi 22 centimetru.

  3. Bilbla: ghasfur tal-ghana tal-gens 'alaudidae' ta' lewn griz tafli bi tbajja zghar suwed fuq il-gnieb ta' ghonqu, tal-passa, komuni fi gruppi f'Marzu u fi dhul il-Harifa, ibejjet hawn fi dhul is-Sajf. B'xorti hazina n-numru ta' dan it-tip ta' ghasfur naqas sew ukoll minhabba li hafna jinqabdu bl-insib. Jaghmel il-bejta f'xi hofra fl-art mohbija taht xi xewka jew pjanta ohra.

  4. Bufula hamra: ghasfur komuni, jiekol insetti zghar. Jaghmel il-bejta qalb il-weraq folt tas-sigar tal-harrub imma jippreferi dawk baxxi, qrib il-hitan tas-sejjieh jew f'postijiet imkenna. Il-bejta tal-bufula fiha x'tara ghall-mod li bih tissawwar. Jista' jkun fiha hames jew sitt bajdiet zghar, grizi cari u mtektka bil-kannella zebbugi.
    Qawl: Bufula kiel nemusa, farfar rixu u telaq ighanni.

  5. Cinju: tajra ta' l-ilma, bhal papra kbira, b'rix ibjad ghal kollox u b'ghonq twil u milwi bhal ganc, b'munqar catt tal-gens 'palmipedae' (taqsima cignidae), tghaddi rari u biss wara xi maltempata, max-xtut. Imbaghad hemm ic-cinju mutu tajra li (p.103) taf timmansa u tinzamm titghawwem fl-ghadajjar fil-gonna, izda hi wkoll tajra tal-maltemp li tghaddi rari f'Jannar.

  6. Huttaf: ghasfur tal-gens 'hirundidae' ta' ghamla snella b'rix ta' lewn vjola, sewdieni, b'denb twil mifruq u b'sidra bajda b'xi snug suwed, tal-passa dhul ir-Rebbiegha, u gieli bejjet hawn ukoll.

  7. Ghammiel tal-bejt: ghasfur issibu kullimkien, fil-bliet u fil-kampanja; jiekol zrieragh ta' kull xorta u sahansitra dud ta' tista' tghid, kull ghamla. Ghall-kuntrarju tal-bufula, l-bejta ta' l-ghasfur tal-bejt hija goffa u ta' horrox borrox, maghmula mit-tiben, rix, suf u sahansitra craret. L-ghasfur ragel (specjalment) ighidulu ghammiel ghall-fama li ghandu ta' fekundità.

  8. Merill: ghasfur helu tal-gens 'turdidae' ta' lewn kahlani, b'denb u gwienah suwed, li jhobb ighix wahdu, ibejjet qalb il-blat u  l-irdum, maghruf hafna ghall-ghana bla hedu tieghu; jinsab fostna kwazi s-sena kollha izda  l-aktar f'Settembru u Jannar, dan kien jissejjah 'cikkudidju', hu maghzul bhala  l-ghasfur nazzjonali taghna - ma nahsibx li r-raguni hi ghax nghidu ‘ghandu (jew ghandha) Isien ta' merill’ ghal min ihobb itaqtaq wisq, lablabi, pacpaci, ighid dejjem!

  9. Ortolan: ghasfur zghir tal-passa, tal-gens 'emberizadae' b'rix ta lewn ahdar aktarx zebbugi, aktar car fuq il-gwienah u d-denb, b'xi tinqixa sewda 'l hinn u 'l hawn, ighaddi rari fi hrug ir-Rebbiegha; ighanni sabih izda xi ftit monotonu, ghandu laham bnin. L-ortolan iswed m'hu xejn iswed, biss aktar skur fl-ahdar minn ta' fuq, jiekol dud u zrieragh. U ta' l-istess gens ghandna wkoll l-ortolan selvagg rari, u l-ortolan tas-sidra jew durrajsa.

  10. Rundun: ghasfur tal-gens ‘apodiformes’ taqsima ‘apodinae,’ tal-passa fir-Rebbiegha u s-Sajf, rixu iswed, hafif fit-tajran, jaf jibqa’ ghaddej ighaddi fi qtajja' kbar, ftit akbar mill-hawwiefa. Insibu wkoll:
    Rundun kanella (sekond): ghasfur ta' l-istess gens, tal-passa rari ferm fiz-zewg staguni.
    Rundun tal-labar: (p.104) ghasfur ta' l-istess gens, jghaddi darba fill, ghandu denbu jniggez qisu labar, mnejn jismu.
    Rundun ta' zaqqu bajda: ghasfur iehor ta' l-istess gens b'taht sidru rix abjad mifrud b'sing iswed mintulu, tal-passa rari fir-Rebbiegha, ifittex il-gholi.

  11. Ruzinjol: ghasfur tal-ghana, tal-gens 'turdidae' tal-passa fir-Rebbiegha u fil-Harifa, komuni hafna, twil xi 14-il centimetru ta' sura snella, b'rix ta' lewn ahmar kannella fuq dahru u ta' lewn abjad imdardar fis-sidra, ibejjet fuq is-sigar, u jghix jiekol id-dud irqiq u xi hxejjex.
    Ruzinjol prim: ta' l-istess gens izda ftit akbar, ighaddi aktar rari fil-Harifa.

  12. Zakak: ghasfur komuni tal-gens 'motcilidae' maghruf ghax il-hin kollu jfarfar denbu twil; tal-passa bejn Ottubru u Frar. L-aktar li jintlemah fl-ghelieqi jaqbad  l-insetti.
    L-'isfar' (ta' l-istess razza), bhaz-zakak, jiekol l-insetti biex ighix u jpassi bejn April u Mejju u mill-gdid f'Settembru ta' kull sena.

3. MAX-XOGHOL TAL-GEBLA


Siltiet qosra minn "Il-Barriera" ta' Guze Galea


Qtugh ta' gebel bl-ispnajjarBarriera f'Hal Kirkop ftit wara l-gwerra fejn kienu ghadhom jaqtghu l-gebel bl-ispnajjar.

"(p.105) Fil-barriera kienu jahdmu dawn in-nies: il-kissier li jaqta' l-gebel; l-izmarratur li jorqom jew jillixxa l-gebla jew isewwiha u jgibha kantuni jew xorka jew cangatura; it-trinkatur li jhaffer it-trinek jew kniener fil-blat; il-hammiel, dak li jhammel biz-zappun il-laqx tal-gebel minn got-trinek u l-kniener u jigbor kollox fil-qfief.


Kien hemm tliet daqsijiet ta' bqaqen ghat-tahfir tat-trinek: it-twal dawk li kellhom il-marlocc twil sitt ixbar; il-qosra, xi erba t’ixbar; dawk tan-nofs, xi hamest ixbar. Aktar ma jhaffer ‘l isfel fit-trinka, it-trinkatur aktar kien juza bqaqen twal.


Wara li jdawru r-roqgha dawramejt bit-trinek, f'nofsha sewwa kienu jhaffru hofra xi erba' piedi kwadri u jinzlu daqshekk iehor fond, imbaghad kienu jghawru bl-imtieraq xaqq orizzontali, jghidulu kiniera, li mill-qiegh tal-hofra jidhol taht il-blat ta' madwarha.


Wara li l-kniener ikunu lesti kienu jdahhlu fihom l-ispnajjar biex jaqtghu u jghollu l-blat. L-ispnar kien bicca ghodda tal-hadid qisu skalpell izda kellu l-qiegh ohxon u x-xifer catt u rqajjaq. Meta l-ispnapar kollha jkunu pogguti f'posthom, il-kissier kien isammarhom wiehed wara l-iehor b'mazza tqila tal-hadid tizen xi tlieta jew erba' wizniet.


Meta s-saff jew il-pett tal-gebel jinqata' u joghla bl-ispnajjar, l-imghallem kien jehles mill-hofra billi kien jaqta' trinek dritti mal-linji taz-zewg gnub fejn ikun dahhal l-ispnajjar u jibqa' jaqta' sakemm jilhaq it-trinek taz-zewg nahiet kuntrarji, u hekk jaghmel bhal kanal bejn iz-zewg nahiet jew gwienah tas-saff blat maqtugh.


Qsim tal-indana fi blokki izgharQsim tal-indana fi blokki izghar.

Il-kanal kien jinhadem billi l-imghallem kien ihaffer it-trinek fiz-zewg nahiet u jgholli bl-ispnajjar, imbaghad l-izmarratur kien jaqta’ bl-imterqa u jissudividi l-gebel f’kantuni ghall-bini.


Meta jehles mill-gebel li jaqta' mill-kanal, l-izmarratur kien jibqaghlu zewg nahiet jew pettijiet ta' blat lest biex minnhom johrog il-gebel ghall-kantuni.


(p.106) Il-kantuni kienu jingarru fuq il-karettuni tal-gebel li kienu ta' sahha maghmulin ghal dak ix-xoghol biss. Kien xoghol iebes u l-garriera kienu jbatu mhux ftit; kienu jghabbu l-gebel bis-sengha ghax inkella bic-caqliq jinqasam jew jixxellef."


  1. Ballata: mara haddiema li tbattam il-qiegha bhala xogholha - kif ukoll ghodda tal-ghuda, aktarx catta li jinqeda biha min iballat biex iwitti art niedja ghadha tinhadem; madaffa; mazzapik (tista' tfisser ukoll poezija bi grajja romantika li taghti lok ghall-ghana u z-zfin).

  2. Baqqunier: min ibaqqan; haddiem tal-baqqun; haffier; kissier tal-blat jew ta' art iebsa; ragel tas-sengha bil-baqqun (ghodda b'zewg ponot bhal fies) ghat-thaffir jew tkissir tal-blat.

  3. Bennej: min jibni; wiehed tas-sengha li jtalla', iwaqqaf bini jew kull xorta ta' konstruzzjoni; kostruttur; muntatur (ta' makni jew kull haga li trid issir billi jitqieghdu bis-sengha ma' jew fuq xulxin bcejjec li flimkien jiffurmaw oggett aktar komplikat bhal nghidu ahna arlogg).
    Qawl: Mart il-bennej trodd il-borma x'hin tarah gej.

  4. Garrier: min igorr il-gebel; reffiegh li jiehu t-taghbija minn post ghal iehor; ragel tas-sengha li jgorr l-ghamara (imqar jekk bil-karettun, ecc.); trasportatur; pastaz tal-port; fakkin; hamallu - (ara s-siltiet aktar 'il fuq).

  5. Hagar: materjal iebes li jinqata' jew jinqala' mill-gebel jew blat ta' l-art.
    Hagra ta' fuq (tal-mithna) ‘upper millstone,’
    Hagra ta' taht (tal-mithna) ‘nether’ or ‘lower millstone.’

  6. Kissier: min ikisser; kissier il-gebel; haddiem li jkisser il-hagar u jaghmlu zrar, per ezempj ghall-kisi tat-toroq (ara s-siltiet aktar 'il fuq).

  7. Naggar: min jongor il-hagar; haddiem tas-sengha fil-qtugh tal-hagar mill-barrieri u t-tiswir taghhom bil-baqqun fi cnagen ghall-bini; baqqunier.
    Qawl: (p.107) Hagra qarghija (iebsa, mimlija rqajja') - li biz-zmien titqaxxar u taghmel il-qollieba u titherra - ma jiswa n-naggar ghaliha!

  8. Naqqax: dari kien in-naggar tal-hagra tal-mithna; skultur; min jonqox; min jahdem bi skarpell.

  9. Trinkatur: ragel tas-sengha li xoghlu hu li jaqta' bil-baqqun handaq dejjaq u fond, bhal lant, fil-blata hajja biex jista' jinqata' l-blat minnu ghal bosta uzi bhall-ingir, jew biex ikun jista' jitqieghed fih minn tulu xi kejbil (cable) jew pajp ghall-bzonnijiet civili (ara s-siltiet aktar 'il fuq). Min ihaffer il-gandotti.

  10. Zmarratur: dak li jongor il-hagar fuq fuq kemm jaghtih sura ta' knaten (ara s-siltiet aktar 'il fuq).
    Zmarra: nagar il-hagra fuq fuq kemm jaghtiha sura ta' kantun, qata’, qala', barax bil-marra.
    Marra: bicca ghodda bhal fies jew imghazqa b'pala wiesgha u qasira.

4. MAL-MITMNA TAR-RIH


(p.108) Siltiet minn "Il-Mithna tar-Rih" ta' Temi Zammit


"Dari fuq kull gholja, qrib kull rahal, tara l-mithna ddur ferhana malli jonfoh ir-rih, il-qlugh minxura donnhom twavel, sitt dirghajn ta' ggant miftuha biex idawru l-hagra samma li tfarrak u tehres il-qamh u taghmlu dqiq ghal hobzna ta' kull jum. Tal-mithna kien johrog fuq il-bejt u jdoqq il-bronja biex min ghandu t-tgham igibu u dlonk, wahda wara l-ohra, kont tilmah in-nisa ta' darhom resqin bic-curniena mimlija fuq rashom biex ikunu minn ta' l-ewwel ghat-tahna.


L-antinni huma d-dirghajn tal-mithna fuqiex jintrama l-qlugh tar-raddiena. Is-sitt antinni twal tmienja u ghoxrin pied, maghmulin bhal gradilja, maqsuma b'lasta fin-nofs u erbatax-il lasta mal-genb, imsejha gradiljoli. Fuqhom jintrabat il-qlugh: tnejn kull antinna, wiehed kbir u l-iehor zghir imsejjah kultellazz. Dawn l-antinni, meta l-mithna tkun armata, jehlu fuq sitt antinnoli mwahhlin dejjem mal-fus jew arblu li jmexxu l-hagra tat-thin. Malli tasal fl-ahhar raff tilmah zewg travi qawwija mirfuda minn genb ghal iehor imsejha gazi li fuqhom jintasbu l-hagar, dik ta' taht u dik li ddur fuqha; zewg hagriet ta' toqol kbir ghax hoxnin u tal-qawwi. Il-hagra ta' taht qieghda u ma ddurx, ghalhekk maghluqa gewwa nforra ta' l-injam imsejha n-nasba. lmhaffra fil-genb hemm toqba li minnha johrog id-dqiq mithun, imsejjah il-farinal. Id-dqiq jinxehet f'karetta twila li tispicca bhal lenbut li jinzel sa l-ewwel raff fejn jista' jferra' fi xkora li jhejju ghal mieghu.


Il-hagra li ddur fiha qawra gmielha, u ggib minn xifer ghal iehor minn 5 sa 6 piedi. Ghandha toqba fin-nofs mirfuda u misrura b'laqx taz-zokk tat-tin biex ma jishonx, f'dit-toqba jehel il-pern jew seffud jew fus tal-hadid li fuqu ddur; biex ma tixxellifx din tigi ngastata gewwa nforra tal-ghuda (id-dawr) u marbuta b'cirku tal-hadid.


Meta tkun tahdem il-hagra ta' fuq, ma tkunx tmiss ma' ta' taht, ghax kieku ma timxix, imma daqsxejn merfugha minnha u r-ragel li jiehu hsiebha ghandu manwella quddiemu, ighidulha ir-rimona li meta (p.109) tinghafas, il-hagra ta' fuq tintrafa'.


Mit-toqba tan-nofs, ma' genb fejn jehel il-fus, jitferra' l-qamh minn mizieb li jitla' u jinzel, marbut b'rumnell ma' pern, imsejjah il-ghasfur, u ma' delu kbir li jinzamm dejjem mimli qamh.


Biex il-hagra tista' ddur, il-fus jehel min-naha ta' fuq ma' ras tal-ghuda hoxna, donnha barmil, imsejha luqqata, imhaffra mad-dawra kollha biex f'kull toqba tidhol sinna tar-rota l-kbira (id-dawwara) u tmexxiha. Din ir-rota l-kbira jew dawwara, tehel ma' l-arblu li gej minn barra mdawwar mir-raddiena tal-qlugh.


Il-luqqata ddur, min-naha ta' fuq, fuq pern li jidhol fi travu mimdud imsejjah is-salib, marbut sewwa fl-irjus biex ma jitharrikx. Billi l-luqqata, kull meta jinhtieg, trid tinqala', il-bicca tas-salib fejn tehel tista' tinqala' wkoll. Din ighidulha t-trincetta, li biex fid-dawrien ma titharrikx tigi mizmuma mal-lasta li tasal sal-hajt, imsejha l-istiratur. Biex taqla' l-luqqata trid l-ewwel tnehhi l-istiratur, u tohrog ‘il barra t-trincetta. L-arblu mwahhal mad-dawwara bis-snien, min-naha ta' barra ghandu bcejjec ta' njam biex isahhuh (l-inforra) u min-naha ta' wara jispicca f'pern ohxon li jdur gewwa ras ta' travu mwahhal mal-hajt li jghidulu s-suffarell.


Billi r-rih ma jonfohx dejjem minn banda wahda, jinhtieg li l-antinni jkunu dejjem ghal ghajn ir-rih u ghalhekk tal-mithna dejjem mohhu lejn ir-rih biex jigi kemm jista' ghal wiccu.


Dan jista' jsir billi l-arblu, mwahhal ma' l-antinni, idur b'kollox mas-saqaf tal-mithna li jghidulha kupletta jew barjol. Ara kif jista' jsir dan.


Is-saqaf tal-mithna hu maghmul bhal koppla ta' l-injam infurrata tajjeb, iddur fuq cirku tal-hadid u mqieghed fuq il-bini ‘l fuq mit-travu tal-luqqata. Biex il-barjol idur hafif, fix-xaqq ta bejnu u bejn ic-cirku tal-hadid merfugh fuq tmien pastazi, mad-dawra kollha jinzamm midluk bix-xaham. Madwar il-qiegh tal-barjol hemm rixtellu maghmul minn maghzel hdejn  l-iehor. Dan hu l-istringell. Biex tista’ ddawwar is-saqaf b'kollox, ir-ragel ghandu fil-qabda manwella shiha li jekk iddahhalha bejn zewg imghazel ta’ l-istringell u jaghfas fuq musmar ohxon (pern), imwahhal izjed ‘l isfel fil-bini sod, is-saqaf iciedi u jdur. Biex il-barjol ma jargax lura ghandu hadida bis-snien bhal ta’ l-arlogg jew bcejjec tal-ktajjen li jintrehew meta jinhtieg u hekk, ghafsa war l-ohra, il-barjol idur kemm iridu tal-mithna. Biex fl-istess hi nil-barjol (p.110) ikun imrazzan, minn wara fejn johrog l-arblu, hemm bejn zewg hadidiet ghuda mahruga 'l barra, imsejha fekruna li maghha ghandha zewg hbula mdendlin ghal isfel b'zewg hagriet tqal biex jaghmlu ta' kuntrapiz. Wiehed jista' jara hux kollox sewwa minn tieqa zghira fil-barjol li jghidulha bukkaport.


Ara kemm kellu x'jahseb min jiehu hsieb il-mithna. Irid jara li d-delu dejjem mimli bil-qamh u li  l-mizieb qieghed fejn imissu u jsawweb kemm hemm bzonn. Jara li l-hagra tat-thin mhix gholja wisq u anqas baxxa z-zejjed, idu fir-rimona. Malli jdur ir-rih, jahseb ghall-manwella u jgib ir-rih quddiemu. Jekk irid iwaqqaf, jahseb li jnaqqas il-qlugh jew inehhih ghal kollox. Dan isir minn barra meta  l-antinni ma jkunux iduru. Biex izomm malajr, inizzel il-hagra meta jkollha l-qamh tahtha ghax il-qamh jorbot; minghajr il-qamh il-hagra tibqa' ddur. Xi tliet darbiet fis-sena l-hagra tal-mithna tkun trid tinqala', tintrafa' fuq genbha u titnaqqax, ghax bid-dawrien fuq il-qamh timlies u ma tibqax tithan sewwa. Ara x'sengha jrid ikollu dak tal-mithna biex jarfa' hagra bhal dik f'dak id-diq, ghax fuq ir-raff kemm kemm ghandu fejn idur. Tassew li r-rih ighinu, imma trid ghajn tajba, hila u ghaqal biex tohrog minn daqsxejn xoghol bhal dik."


  1. Antinni: il-lasti  l-kbar li minnhom u bihom jitfasslu d-dirghajn tal-mithna tar-rih u li fuq l-antinjoli hergin minnhom jintramaw il-qlugh tar-raddiena (ara s-siltiet aktar 'il fuq).

  2. Barjol: kuppletta jew saqaf tal-mithna tar-rih, gej bhal koppla zghira tal-ghuda infurrata tajjeb li ddur fuq cirku tal-hadid imqieghed fuq il-bini nnifsu aktar 'il fuq mit-travu tal-luqqata (ara s-siltiet aktar 'il fuq).

  3. Bonnijiet: il-hbula li jorbtu u jzommu sodi d-dirghajn (antinni) tal-mithna wahda ma' l-ohra.

  4. Dawr: fdal fit-tond tad-dqiq li jaqa' fit-thin fuq il-hagra tonda tal-mithna wara d-dawran jew: Inforra tal-ghuda fejn jingastaw u jorbtu b'cirku tal-hadid il-hagra li ddur mal-mithna.

  5. Delu: (p.111) ghamla ta' lembut, generalment tal-ghuda gej bhal piramida rasha 'l isfel u bla ponta, ta' daqs aktarx kbir, li jinzamm mimli qamh u li mieghu jorbtu, bhal mal-ghasfur, il-mizieb mnejn jitferra' l-qamh mithun tal-mithna.
    Ghasfur: pern li mieghu jintrabat b'rumnell il-mizieb jitla' u jinzel mnejn jitferra' l-qamh fil-mithna.

  6. Farinal: kannol b'toqba fih dejjem fil-mithna tar-rih, mnejn johrog u jissawwab id-dqiq mithun (ara s-siltiet aktar 'il fuq).

  7. Gradiljoli: kull wahda minn erbatax-il lasta li jorbtu flimkien tarag tarag, il-lasti t-twal ta' kull wahda mis-sitt antinni ta' mithna tar-rih (ara s-siltiet aktar 'il fuq).

  8. Gzari: zewg travi qawwija mirfuda minn genb ghal iehor, li fuqhom jintasbu l-hagar tqal fl-ahhar raff ta' mithna tar-rih, wiehed miz-zewg travi tqal u b'sahhithom li fuqhom jissaqqaf  l-ahhar raff ta' mithna tar-rih.
    Jew: plural ta' gazra, wahda mill kavilji li jirfdu bihom il-vajlora tas-sikka tal-mohriet u li jzommu s-sehem sod mal-bcejjec l-ohra (Preca A.).

  9. Htajriet: (ahjar, htajtriet) plural ta' htajtra; ghamla ta' lasta ta' l-ghuda li taghmel sehem mill-armar tal-bhima li tkun qieghda thaddem mithna tal-miexi.

  10. Kultellazz: kull wiehed mill-qlugh iz-zghar li jintrabtu mal-gradiljoli ta' l-antinni tal-mithna tar-rih (T.Z. "Il-Malti" - 1929).

  11. Manwella: bicca minn ghodda li tiswa bhala maqbad biex iddawwar, thaddem, ecc.; maqbad ta' rota; mradd, leva li tqabbad it-tidwir f'magna, mithna ecc; rimona ta' mithna tar-rih.

  12. Mithna: kull xorta ta' ghodda, magna jew bini mahsub ghalhekk, li bihom isir it-thin;
    Mithna tar-rih: mithna b'bini gholi fuq gholja, generalment ta' ghamla tonda u tawwalija bhal torri zghir bil-pali kbar, qishom (p.112) qlugh imqaffsin, li jduru mat-tifwig tar-rih u jdawru l-mola;
    Mithna tal-miexi: mithna b'lasta twila u b'sahhitha li taghmel sehem mir-rota u li marbuta ma' bhima (hmar, ziemel ecc.) bil-ghamad, tiddawwar tond u tithan bil-'mixi' taghha.

  13. Nasba (tal-mithna): maqghad, sodda, fejn titqieghed fis-sod, generalment maghluqa go nforra ta' l-injam u ma ddurx, il-hagra tal-mithna (ara s-siltiet aktar 'il fuq).

  14. Parjan: X'aktarx varjant ta' barjol (ara qabel).
    Mill-bqija, terminu marittimu li jfisser ghuda fil-pruwa u fil-poppa ta' dghajsa biex il-barklor ma jirfisx il-majjieri u l-istamnari u jwagga' saqajh. Jinghad ahjar 'paljol' (ara Cremona, Aquilina u ohrajn).
    'Pari' imbaghad, huma  l-par hbula li jigbdu l-mansab biex jinqabdu  l-ghasafar.

  15. Rimona: taghmel parti mill-ghodda tal-mithna (ara aktar 'il fuq); ghamla ta' manwella, qisha balla daqs rummiena, bil-manku u minquxa b'gost mit-tahhan. Meta tinghafas 'l isfel tkun qed toghla  l-hagra t-tonda ta' fuq biex ma thokkx mal-hagra ta' taht hekk li d-dawran ma jithalliex jieqaf.

  16. Stiratur: lasta fil-mithna tar-rih li tasal mimduda sal-hajt, fejn tinzamm it-truncetta tas-salib tal-luqqata biex waqt id-dawran din ma titharrekx.

  17. Stringell: ghamla ta' rixtellu maghmul minn maghzel (lasta jew bastun) hdejn  l-iehor, madwar il-qiegh tal-barjol jew kuppletta tal-mithna tar-rih (ara s-siltiet aktar 'il fuq).

  18. Tahhan: min jithan, jigifieri jaghmel frak, jehrez, jimmacina, bhala haddiem jew bhala sid ta' mithna. Qawl: lr-rih lit-tahhan u x-xita lir-rahhal.

  19. Trincetta: ghamla ta' lsien tal-metall sura ta' trincett li jaghmel sehem mis-salib, fit-travu mimdud tal-mithna tar-rih, li jkun jista' jinqala' izda li jkun mizmum ma'  l-istiratur biex ma jkunx jista' jitharrek waqt id-dawran.

5. MAL-BIEDJA U N-NATURA



Ir-Raghajja: Rapport uniku ma merhliethom kbar jew zghar.Ir-Raghajja: Rapport uniku ma merhliethom kbar jew zghar.
  1. Biedja: (p.114) is-sengha ewlenija tal-bidu taz-zmien jigifieri l-hidma ta' l-art, tar-raba; agrikoltura; xoghol li ghandu x'jaqsam ma' l-ghelieqi bhal zrigh, hrit, inqix u hsad; kull xoghol li ghandu x'jaqsam ma' kampanija nghidu ahna trobbija tal-bhejjem u tjur ecc.

  2. Biccerin: Qattelin tas-sengha tal-bhejjem ghal lahamhom ghas-suq. Jissejjah biccier kulmin ghandu l-hila u l-espenzjenza (u l-istonku!) jqatta' fil-laham il-haj. Specjalment dari anki s-sensal tal-laham ghall-qatla fl-irhula kien maghruf bhala ‘l-biccier.’

  3. (Tad-) Daqqaq: Min kien jaghmel it-tajjar mill-qoton billi jdoqqu (jaghti d-daqqiet) bic-ciek (ghodda tan-nissieg) sa ma jaghmlu artab, hafif, u bla ghoqod xejn.
    Kienet tinghad ukoll ghal min jaghmel id-dqiq mill-qamh billi jfarrku li jgibu qisu trab.

  4. Dura: ghamla ta' dwejra tonda generalment mibnija b'hajt tas-sejjieh, u xi drabi wkoll bla tisqifa, fejn il-kaccaturi jitgeddsu biex ma jitgerrixx minnhom it-tajr; kmajra fil-berah, f'nofs ir-raba jew qalb il-blat, mnejn tghaddi  l-kacca, fejn il-kaccatur jistrieh u jistahba.

  5. Ghadajjar: Ghadira hija roqgha ilma bahar jew tax-xita f'hofra kbira jew zghira; gabra ilma tax-xita li jibqa' ma jmurx mal-wied; hofra fl-art, kbira jew zghira, fejn  l-ilma, mhallat mat-trab, ikun nixef u sar tajn.

  6. Ghasel: sustanza tghallek ta' lewn kannella dehbi u ta' toghma  l-aktar helwa mahduma min-nahal flimkien max-xama' taghhom.
    Wied il-Ghasel: wied li minn taht il-Mosta jibqa' niezel iserrep (p.116) sa Burmarrad u s-Salini.

  7. Nahal: insett tal-gens 'imenotterae' ftit akbar minn dubbiena fid-daqs, bil-gwienah, b'gisem moxghar u ta' lewn kannella hamrani, b'niggieza 'xewka' fit-tarf ta' wara ta' zaqqhom li fin-nisa, hi xi ftit velenuza, isoff il-ward u jaghmel ix-xama' u fih, il-ghasel.
    'Apis mellifica'; ighixu f'gemghat ta' xi mijiet flimkien.

  8. Id-Dura: Bini rustiku bis-sengha minn materjal fil-qabda.Id-Dura: Bini rustiku bis-sengha minn materjal fil-qabda.
  9. (Ta') Mlit: Ghalkemm  l-etimologija ta' din il-kelma hija incerta jista' jkun li gejja mill-Gharbi fis-sens ta' sigra li bl-injam taghha kienu jqabbdu n-nar billi jhokku zokk ma' iehor. Jew fis-sens ta' hliefa, qollieba, qoxra jew gilda. Jista' jkun ukoll li nisel il-kelma hu isem ta' xi hadd maghruf fostna, Miletu jew Melitu. Li hu zgur, izda, huwa l-qedem ta' isem il-qasam ta' art, ilium mibni sa ruh ommu, kemxejn 'il barra mill-qalba tal-Mosta!

  10. Qlejja: (ahjar qlejgha) diminuttiv ta' qalgha: wesgha art bil-bini, mdawra bi swar, fuq gholja naturali; cittadella; kastell; fortizza; forti fil-gholi; borg mahrug 'il barra, sporgut, fix-xfar ta' gholja; wardija fuq gholja.

  11. Raghajja: Dawk li jiehdu  l-merhla tirgha fuq art moghxa u jindokrawha waqt ir-reghi. Is-sidien tal-baqar u specjalment tan-naghag u l-moghoz kienu aktar numeruzi fil-passat u huwa xieraq li jkollna triq tfakkarna fihom ukoll!
    Qawl: Mill-bidwi u mir-raghaj gej l-ewwel ghana tad-dinja.

  12. Snajja' (plural ta' sengha): hidma bil-hila tal-mohh barra ta' l-id; dehen specjali f'xi ghemil, setgha fit-tiswir ta' xi haga; kapacita mibnija bl-istudju, tiftix u tigrib; maestrija; hila ta' mghallem f'xoghol specifiku, mestier, arti; skola; professjoni fejn din titlob  l-aktar il-hidma ta'  l-id; xejra, habta tajba, qaghda u heffa bi precizjoni fix-xoghol. Il-biedja hi, bla dubju, omm is-snajja' kollha.

  13. Xifer il-Kief: 'Xifer' nghiduha ghat-tarf ta', nghidu ahna, xatt gholja, irdum, precipizzju. 'Kief' huwa ghamla ta' hatar li (p.117) jitwaqqaf fuq il-berdgha tal-bhima tat-taghbija u li bis-sahha tieghu t-taghbija tista' tibqa' zzomm f'postha.
    Izda fil-kaz taghna 'kief' tfisser borg gebel wieqaf;  l-apici ta' gholja; u ghalhekk ghal min wasal biex jiggarraf u jaqa' nghidu "qieghed f'xifer il-kief!"

  14. Xorxa: xollox, xilxa jew xolxa; tiben irqiq li jaqa' mill-masri x'hin jitqardax jew jitrixtel, laqx tal-qamh jew qanneb li jaqa' waqt  l-imxit.
    Qabel, Triq Xorxa kienet maghrufa bhala Sqaq nru. 3 fi Triq it-Torri.

  15. Zokrija: Waqt li zokra hija dik li qisha buttuna f'nofs zaqq il-bnedmin u  l-mammali  l-ohra, per estensjoni, kull buttun imqabbez f'xi oggett, materjal, etc. li mill-bqija jkun lixx jissejjah, hafna drabi zokra.
    Mhux ghageb, mela, li din in-naha tal-Mosta hadet isimha fuq dan il-principju minhabba li hi hotba mdawra bi pjanura.
    Nota: Il-pjanta "umbilicus horizontalis", bl-Ingliz "pennywort'' nafuha bhala zokret ix-xiha jew zokret il-ghaguza, xitla tal-gens "cassulaceae", tikber mal-hitan u fuq il-bjut waqt li  l-weraq taghha kien jintuza fuq sider iebes fit-treddigh.

6. ISMIJIET OHRA


Mara bl-Ghonnella.L-Ghonnella - Minn bicca lbies ta’ kuljum sfat kurzita nostalgika.
  1. (Ta') Bistra: (p.119) Il-kelma, skond A. Preca, hija komposta minn 'bis-' u 'satra', bhalma ghandna post imsejjah 'Mistra' - lmkien fejn wiehed jistahba biex isib rifugju u kenn mill-elementi jew mill-ghadu. L-etimologija tal-kelma taghmel sens imma tibqa' incerta.

  2. (Tad-) Dib: Filwaqt li dwieb (jew dbejjeb) huma bhejjem tat-taghbija u 'Dar id-Dwieb' huwa isem ta' ghelieqi fil-limiti tal-Mosta irid jinghad ukoll li 'dib' (jew lipp) huwa lupu (plural - djieb).
    "Denb id-dib" u "gheneb id-dib" huma zewg xtieli, bl-Ingliz maghrufa bhala "love lies bleeding" u "black nightshade" rispettivament.

  3. Ghonnella: dublett twil li dari kienu jxiddu n-nisa, twil minn qaddhom sa gharqbejhom, ta' drapp haxxun ta' lewn iswed jew sewdieni, u li kien jintlibes fuq kollox; fiz-zmien il-mara kienet tarfa' d-drapp zejjed tieghu biex tghatti rasha,  l-aktar ghall-knisja.
    Nofs ghonnella: id-dawra t'isfel tad-dublett li  l-mara kienet ittalla' fuq rasha. Din, biz-zmien, saret bicca lbies ghaliha u kienet tiehu daqs nofs id-drapp mehtieg ghad-dublett-ghonnella, u wara li ghamlet xi zmien tissejjah "nofs ghonnella" saret l-ghonella hi. (ESI)
    Ilbies iswed tan-nisa li jservi bhala ghata tar-ras u tal-parti l-kbira tal-persuna; maghmula minn harir fin iswed u li fil-parti li tittalla' fuq ir-ras kienet titberfel u titwaqqaf bil-virgi tal-baliena u generalment kienet tkun mimlija b'kartun (jew simili) biex tissahhah, il-bqija kien jinzamm imdawwar mal-qadd u b'hekk il-mara tinsatar sewwa; gie li ssejhet ukoll ‘stamina.’

  4. (Tal-) Ghuba: In-nisel ta' din il-kelma huwa kemm interessanti u (p.120) daqshekk iehor difficli fl-interpretazzjoni. Ahna tal-fehma li huwa korruzzjoni ta' "Hal Hobla," rahal zghir li gheb mal-milja tas-snin.
    Jekk, kif isostnu uhud, dan irid jinkiteb "Ta' Lghajba", diminuttiv ta' "loghba," is-sens huwa wiehed differenti ghal kollox.

  5. Kwies: (singular kus): recipjent generalment tal-fuhhar (izda xi drabi wkoll tal-hgieg), ta' daqs aktarx zghir li joqghod f'qiegh l-id ghal kull xorta ta' likwidu; izda l-aktar taz-zejt. Kien jintuza wkoll f'xi zmien ghad-dmugh per ezempju mill-bekkejja u n-newwieha fil-funerali; vazett b'ghonq wiesa' u bil-widna; (musbieh).

  6. (Ta' ) Mellu: Mellej: min jimla; min italla' per ezempju, l-ilma minn giebja u jsawbu f'xi recipjent.
    (figurattiv): wessieghi, neffiehi, kabbari, e.g. raba produttiv, ghammieli.
    Mell: nuqqas ta' ghogba, disgust, stkerrih, stmerrija, tmezmiz minn, abborriment.

  7. Midbah: post tas-sagrificcju fejn, fi zminijiet qodma, kienu joqtlu l-vittma bhala debha u offerta lill-allat. Dan x'aktarx kien ikun forma ta' artal jew mejda, merfugh u maghzul mill-madwar biex ir-rit jista' aktar isir b'dik is-solennita u d-distinzjoni li kienu mistennija fic-cirkustanzi.
    'Midbah' huwa nom mimmat minn 'debah' li tfisser offra sagrificcju.

  8. Planec (singular Planka): tavla twila, catta u b'sahhitha, generalment hoxna, li fuqha u ohrajn bhalha jitwaqqaf it-tavlar ta' plancier; fallakka twila li taqdi lil dak li jkun ghal bosta xorti bhal stekkat jew bhala pont levatizz per ezempju mill-art ghal abbord mal-moll, jew bejn opra tal-bahar u ohra, sellum u iehor fix-xoghol ta' armar, bajjada u l-bqija.

  9. Poeta: Min ghandu d-don u s-sengha li jikteb b'mod gholi u qawwi fil-hsieb u b'immaginazzjoni ghanja biex jista' jqanqal fina sentimenti u emozzjonijiet li jelevawna artistikament u / jew spiritwalment.
    (p.121) Fost il-poeti Mostin insemmu biss tlieta (illum mhux izjed maghna), Sac. Agostino Azzopardi, Dun Karm Schembri u Sammy Calleja.

  10. Targa Gap: L-ewwel ma jrid jinghad huwa li l-isem ibridu 'Targa Gap' huwa relattivament recenti ghax dak l-imkien kien maghruf bhala ‘Il-Bokka tat-Targ.’ Il-ferq blat qabel ninzlu lejn Ghajn Rihana u hekk ghall-wita ta' Burmarrad huwa wiehed minn (tal-anqas) tlieta li jgibu dan l-isem, ghax hemm ukoll it-Targa, maghruf aktar bhala San Pawl tat-Targa, limiti tan-Naxxar u tat-Targa, qasam art fl-inhawi ta' Ghajn Klieb barra r-Rabat ta' Malta. Mhux ta' min jinsa li x-xjuh taghna  l-post jafuh bhala San Guzepp tat-Targa mill-istatwa tal-qaddis li turi d-devozzjoni lejh. Interessanti wkol li Aquilina G. isemmi 'Target Gakobb' bhala l-isem ta' rdum bla nizla xi mkien barra l-Mosta.

  11. Waqqafa: sieq tal-ghuda ecc. li fuqha jitwaqqaf xi haga bhal gabja (qafas), newl ecc.; sieq tas-sodda tan-newl.
    It-traversi li maghhom hu marbut l-apparat (waqqafiet u lasti) tal-medda tan-newl fejn jidhlu l-holoq ta' hajt mibrum (gholliqiet tan-nir) isibuhom bhala "cicka" (TZ).

  12. (Tal-) Wej: Wajj: ragel b'wicc ibazza' jew ghax marid jew ikreh, b'ghajnejh fil-hofra (qisek il-wajju: bil-geddum, imdejjaq, b'ghajnejk fil-hofra). Nota: ESI semaghha tinghad ukoll ghall-qamar meta jkun tiela' mghajjeb "tiela' l-wajju!"
    Biss, possibli wkoll li 'Tal-Wej' hija tahsira ta' "Hal Mejn" li jinghad li kien rahal zghir jew  l-isem ta' hâra bejn in-Naxxar u  l-Mosta.

  13. (Ta') Xkora: Art mahruta (Aquilina): Izda mhux eskluz li l-isem origina minn laqam ta' xi hadd li kellu r-raba' f'dawk l-inhawi. Fil-Malti  l-kelma 'xkora' - borza kbira ghar-rfigh jew garr ta' gwiez u materjal iehor - tidhol f'kemm-il frazi, e.g. xkora ghazz, xkora nervi, xkora hazina, xkora bla qiegh, ecc.
    Nghidu wkoll: Xkora vojta ma tieqafx jigifieri ‘Triq tiekol biex tista' tibqa' tahdem.’,

Kapitli ohra mill-ktieb