The Mosta Archives Banner

IT-TOROQ TAL-MOSTA - Ismijiet u taghrif dwarhom

minn Joseph Borg u John A. Sant


Dan il-ktieb interessantissimu pubblikazjoni tal-1998 tal-Kunsill fuq it-toroq tal-Mosta u l-hsieb wara isimhom jinxtara mill-Kunsill Lokali. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


TAQSIMA A minn Joseph Borg


1. TOROQ IMSEMMIJA GHALL-QADDISIN


Triq Santa Marija


L-istatwa ta' Santa Marija ta' ApapL-istatwa ta' Santa Marija ta' Apap li kien hemm fuq iz-zuntier tal-knisja qabel saret mill-gdid tal-bronz.

(p.3) Il-Poplu Malti mdorri jsejjah il-Festa tat-Tlugh fis-Sema tal-Madonna bir-ruh u bil-gisem, li ssir fil-15 ta' Awissu bhala l-Festa ta' Santa Marija. Dan, ghax wara Alla, jara f'Marija, l-ikbar fost il-Qaddisin u fil-Festa tat-Tlugh Taghha fis-Sema jara s-sigill tal-qdusija u l-kobor kollu taghha. Ghalhekk insejhulha biss Santa Marija.


Kien jixraq hafna, li fil-Mosta, li sa minn zminijiet qodma ghazlet ‘l Assunta bhala  l-patruna taghha, jkollha triq imsemmija hekk. Ir-Rotunda hija xhieda bizzejjed tad-devozzjoni tal-Mostin lejn l-Assunta. Fit-triqat u l-pjazez tal-Mosta niltaqghu ukoll ma' erbatax-il statwa tal-gebel ta' Santa Marija f'nicec, fuq mensoli jew pedistalli, fosthom tlieta kbar li huma dik ta' fuq iz-zuntier,  l-ohra f'nofs Triq lt-Torri u  l-ohra fi Triq Britannia. Barra minn dan ta' min ifakkar ukoll li Santa Marija hija  l-Patruna Specjali tal-Gzejjer Maltin.


Riferenzi

  1. Marija u Malta - Mons. Profs. A Bonnici, Pag 27.
  2. Qaddisin fil-Liturgija tal-Knisja Universali - Dun Anton Sammut, Pag. 160.

Triq San Guzepp


L-istatwa ta' San Guzepp li nsibu f'San Guzepp tat-TargaL-istatwa ta' San Guzepp li nsibu f'San Guzepp tat-Targa

Zgur li wara l-Madonna jigi San Guzepp, ir-ragel wisq qaddis taghha li b'imhabba ta' missier ha hsieb ukoll lil Binha Gesu. Fil-Mosta, bhal fi bnadi ohra tal-Gzejjer taghna insibu hafna rgiel u nisa li jgibu ismu. Barra minn dan insibu wkoll disa' statwi f'nicec jew mhumiex imxerrdin mal-Mosta, fosthom tlieta kbar li huma dik ta' fuq iz-zuntier, dik ta' Triq il-Kbira, u l-ohra f'Tat-Targa.


Fil-Mosta, id-devozzjoni lejn dan ll-qaddis kellha bidu (p.5) fil-Knisja Parrokkjali  l-qadima fejn fis-Seklu Sbatax kellu diga' l-artal tieghu u kompliet tikber meta twaqqfet ir-Rotunda fejn barra  l-Kappella dedikata lilu, insibu  l-istatwa tieghu li saret f'Marsilja, kif ukoll il-Fratellanza tieghu.


Kien hsieb tajjeb ghalhekk, li wahda mit-toroq godda tissemma ghal dan il-qaddis kbir li matul is-sena ghandu zewg festi, wahda fid-19 ta' Marzu u l-ohra fl-1 ta' Mejju.


Ritratt: L-istatwa ta’ Santa Marija fil-pjazza tal-Mosta


Riferenzi

  1. Musta - Its Memories and Charms by Rev. Edgar Salomone, Pg 14.

Triq Sant'Anna


Skond it-tradizzjoni, missier u omm il-Madonna kienu San Gwakkin u Sant'Anna. Sant'Anna nisslet lill-Madonna meta kienet diga mdahhla sewwa fiz-zmien. Fil-guf ta' Sant'Anna sar il-miraklu kbir tat-Tnissil bla Tebgha ta' Dik li kellha tnissel lil Gesu. Minn hawn gej il-kobor kollu ta' din il-qaddisa li hi ghalhekk ghaziza wkoll ghall-poplu taghna. Fil-Knisja Parrokkjali l-qadima diga kien hemm certa devozzjoni lejn Sant'Anna. Il-kwadru famuz tal-Madonna tac-Cintura li ghandna fil-Knisja Arcipretali, impitter minn Stefano Erardi, jfakkarna f'dan, ghax jaghti importanza lil Sant'Anna li tidher qed tkellem lil Bambin Gesu.


Triq Sant'Anna tixraq f'parrocca Marjana bhalma hi l-Mosta. Din tfakkarna wkoll f'dik il-gegwigija bla ghadd ta' kwiekeb, li tkun tidher l-aktar fis-sema sajfi qrib il-festa taghha li tahbat fis-26 ta' Lulju u li ahna  l-Maltin insejhulha t-Triq ta' Sant'Anna.


Riferenzi

  1. Mosta the Heart of Malta - The Rotunda and its Artistic Treasures, Gerard Bugeja, Pg. 85.

Triq San Gwann


In-Nicca b'San Gwann l-EvangelistaIn-Nicca b'San Gwann l-Evangelista li nsibu f'din it-triq kif kienet sa ftit snin ilu.

Din it-triq hi wahda mit-toroq qodma tal-Mosta b'bini qadim fuq kull naha, li hu karatteristiku ta'  l-irhula qodma Maltin. X'aktarx li jisimha hekk minhabba nicca bi statwa qadima ta' San Gwann Appostlu u Evangelista. lsfel, magenbu, tidher l-ajkla. Hasra li jdejh huma t-tnejn imfarrkin. F'bini li hemm mat-Torri Cumbo hemm nicca ohra (p.7) b'San Gwann  l-Evangelista u kien hemm ohra fuq mensola fil-gholi, qisu f'nofs Triq il-Kbira, imma llum b'xorti hazina tnehhiet minn postha.


Dan San Gwann kien id-dixxiplu l-mahub ta' Kristu. Kien hu li serrah rasu fuq sider Gesu fl-ahhar Cena. Kien hu li Gesu agunizzant afdalu f'idejh lil Ommu Marija. San Gwann hu l-awtur tar-raba' Vangelu. Kiteb ukoll tliet ittri u l-Ktieb ta' l-Apokalissi. Il-festa tieghu tahbat fis-27 ta' Dicembru.


Ritratt: In-Nicca b’San Gwann l-Evangelista


Riferenzi

  1. Qaddisin fil-Liturgija Universali tal-Knisja - Dun Anton Sammut, Pag. 262.
  2. Qaddisin ghal kull jum - Kanonku G. Grech Cremona, Pag. 233.

Triq Santa Margerita


Santa Margerita mietet martri f'Antijokja madwar is-sena 303 wara Kristu. Il-festa taghha ssir fl-20 ta' Lulju u fl-ikonografija dejjem ihobbu jgibuha zzomm dragun marbut b'katina. Jitolbu 0l-harsien taghha dawk specjalment li jkunu se jsiru ommijiet.


Fil-Mosta, kienet diga tezisti knisja f'gieh din il-Martri fl-1577 li x'aktarx regghet inbniet fl-1771. Fic-cimiterju li hemm ma' din il-knisja, kienu gew midfuna xi impestati fl-1592. Is-sena 1594 li hemm fuq wiehed minn zewg oqbra f'dan ic-cimiterju, turi l-qedem ta' dik li darba kienet knisja tal-kampanja f'tarf il-Mosta. Illum hi mdawra bi djar u toroq godda.


Triq Santa Margerita m'ghadhiex taghti biss ghall-knisja ckejkna ddedikata lil din il-qaddisa imma wkoll ghal zona gdida tal-Mosta moderna.


Riferenzi

  1. The Saint Andrew Daily Missal - Dom Gaspare Lefebvre, O.N. of the Abbey of St. Andre, Pg. 789.
  2. Qaddisin ghal kull Jum - Kanonku G. Grech Cremona, Pag 116.
  3. Musta - Its Memories and Charms - Rev Edgar W Salomone, Pg. 9.

Triq San Silvestru


Il-knisja ta' San Silvestru kif kienet fl-antikIl-knisja ta' San Silvestru meta kienet ghada minghajr statwi fil-faccata u bir-remissa fil-genb.

Din it-triq jisimha hekk minhabba l-knisja li hemm fiha ddedikata (p.9) lil dan il-qaddis. Din il-knisja ta' San Silvestru, Papa u Konfessur, giet mibnija fl-1664 bi flus il-Kavalier Silvestru Fiteni. Hija wahda mill-ftit tifkiriet li ghandna l-Mosta ta' zmien l-ordni ta' San Gwann. Fl-1665, il-Kavalier Fiteni, b'qima lejn il-qaddis t'ismu u tal-familja tieghu kien irregala 'l din il-kappella l-kwadru famuz li juri 'l San Silvestru fil-glorja mdawwar bl-angli li huwa maghdud bhala xoghol ta' Stefano Erardi.


San Silvestru I kien Papa bejn is-snin 314-335. Matul il-Pontifikat tieghu, iddefenda bil-qawwa d-Divinita ta' Kristu. Il-Knisja ticcelebra l-festa tieghu fl-ahhar tas-sena.


Riferenzi

  1. The Saint Andrew Daily Missal - Dom Gaspare Lefebvre, O.N of the Abbey of St. Andre, Pg. 56.
  2. Storja tal-Mosta bil-Knisja taghha - E. B Vella, Pag. 8.
  3. The Oxford Dictionary of Popes - J.N.D. Kelly, Pg. 27.

Triq Sant'Antnin


Il-kappella ta' Sant'Anton AbbatiIl-kappella ta' Sant'Anton Abbati

Fost il-qaddisin li jgibu dan l-isem hemm Sant'Anton Abbati jew il-Kbir u Sant'Antnin ta' Padova. Triq Sant'Antnin fil-Mosta jisimha hekk ghal ta' l-ewwel u biex ma jkunx hemm tfixkil imisshom jittiehdu passi biex xi darba terga tigi msemmija Triq Sant'Anton.


Sant'Anton Abbati huwa maghruf bhala l-fundatur tal-Monasticizmu Nisrani. Huwa ghex ghal bosta snin fid-dezert ta' l-Egittu u miet fis-sena 356 W.K. fl-ghomor ta' 105 snin. Dan il-qaddis huwa meqjus bhala l-protettur specjali ta' l-annimali. Il-festa tieghu tahbat fis-17 ta' Jannar. Hadd fuq il-festa tieghu, filghodu, minn fuq iz-zuntier tal-knisja lilu ddedikata jsir it-tbenk ta' l-annimali; drawwa li fil-Mosta bdiet issir fl-1962.


Il-knisja ta' dan il-qaddis li hemm fit-triq li ggib ismu kienet regghet giet mibnija madwar l-1657 bi flus moghtija minn Dr. Dun Salv Fenech u Florio Borg it-tnejn mill-Mosta. Din it-triq u l-pjazza ta' hdejn ll-Knisja kompliet tisbieh billi dan l-ahhar twaqqfet f'nofsha statwa kbira tal-gebel tal-Qaddis Eremita, xoghol ta' l-iskultur Tarcisio Montebello.


Riferenzi

  1. Qaddisin fil-Liturgija Universali tal-Knisja - Dun Anton Sammut, Pagni 17 u 18.
  2. (p.11) The Oxford Dictionary of Saints - David Hugh Farmer, Pages 25 & 26.
  3. Storja tal-Mosta migbura minn E. B. Vella u Ohrajn, Pagni 91 u 100.
  4. Musta - Its Memories and Charms - Rev. Edgar W. Salomone, Pg. 12.

Misrah San Anard


Il-kappella ta' San AnardIl-kappella ta' San Anard

Bla ebda dubju din it-triq jisimha hekk minhabba l-knisja ckejkna jew kappella li tinsab fil-qalba tal-Mosta li hija ddedikata lil San Leonardu Abbati.


San Leonardu kien jghix bhala eremit qrib Limoges gewwa Franza, fejn miet fis-sena 559 wara Kristu. Huwa l-qaddis patrun tal-habsin u ta' l-ilsiera u l-festa tieghu tahbat fis-6 ta' Novembru.


Il-Knisja ta' San Anard f'dawn l-inhawi kienet ilha tezisti sa minn qabel l-1575. Kienet regghet inbniet fl-1659 b'legat imholli minn Bernarda Mangion. Fl-1907 inbena l-kampnar li jidher fil-faccata tal-knisja.


Riferenzi

  1. Qaddisin ghal kull jum - Kanonku G. Grech Cremona, Pag. 196.
  2. The Oxford Didtonary of Saints - David Hugh Farmer, Pages 296 -297.
  3. Musta - Its Memories and Charms - Rev. Edgar W. Salomone , Pg. 12.
  4. Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha - E. B Vella, Pag. 100.

Triq Santu Rokku


Il-kappella ta' San AnardIt-titular fil-kappellun ta' San Bastjan wara r-restawr tal-2019 juri lil Santu Rokku fin-nofs bil-kelb sinonimu mieghu li jinghad li kien igiblu hobza x'jiekol u jilghaqlu l-feriti tal-pesta.

Ghalkemm it-triq li ggib l-isem ta' dan il-qaddis hi wahda mit-toroq il-godda tal-Mosta, id-devozzjoni lejn San Rokku fostna l-Mostin tmur lura lejn nofs it-tieni parti tas-Seklu Sbatax. San Rokku kellu l-artal tieghu fil-Knisja Parrokkjali l-qadima u l-kwadru tieghu li huwa xoghol sabih ta' Stefano Erardi ta' l-1676 wirtitu r-Rotunda fejn ghadna ngawduh sal-lum f'nofs il-kappella lilu ddedikata. F'dan il-kwadru, San Rokku huwa msieheb minn San Bastjan Martri u Santa Rozalija Vergni, il-qaddisin protetturi ta' l-impestati: Fil-kwadru tal-lemin ta' (p.13) din il-kappella San Rokku jidher qed jassisti ma' wiehed moribond milqut bil-pesta.


Hawn Malta, kemm-il darba zaritna l-pesta u l-iktar tul is-Sekli Sittax u Sbatax. Missirijietna kienu jhobbu jitolbu 'l Alla biex jehlishom minn dan il-flagell, l-aktar bl-intercessjoni ta' San Rokku li lilu bdew iwaqqfu artali bi kwadri fuqhom u sahansitra knejjes. Dan il-qaddis tas-Seklu Erbatax miet Montpellier go Franza fl-1327 u l-festa tieghu tahbat l-ghada ta' Santa Marija.


Riferenzi

  1. The Oxford Dictionary of Saints - David Hugh Farmer, Pages 420 & 421.
  2. Qaddisin ghal kull jum - Kanonku G. Grech Cremona, Pag. 139
  3. Musta - Its Memories & Charms - Rev. Edgar W Salomone, Pg 14.
  4. Mosta - The Heart of Malta - The Rotunda and Its Artistic Treasures - Gerard Bugeja, Pg. 89

2. ISMIJIET GHAL DAWK MARBUTIN MAL-BINI TAR-ROTUNDA


Triq il-Kurat Calleja


Il-Kurat CallejaIl-Kurat Calleja

(p.14) Il-Kappillan Dun Felic Calleja twieled iz-Zurrieq fl-1751. Temm l-istudji tejologici tieghu gewwa Ruma u kien ghamel l-ewwel quddiesa tieghu gewwa l-Pantheon famuz tal-Belt Eterna. Fi Frar ta' l-1797, l-Isqof Labini, minn Kappillan ta' Hal Balzan, tah f'idejh il-Parrocca tal-Mosta. Kien miet ta' 82 sena nhar l-20 ta' Frar, 1833 wara li kien ilu jmexxi l-Parrocca taghna ghal 36 sena shah.


Il-Kappillan Calleja jibqa' bir-ragun kollu maghruf bhala l-fundatur ewlieni tar-Rotunda. Thabat biex fost il-pjanti ntghazlet il-pjanta ta' Grongnet. Ghaliha kien halla gidu kollu.


Hekk kif tlestiet ir-Rotunda, li hu qatt ma ra, il-fdalijiet tieghu kienu gew trasportati mill-Knisja Parrokkjali l-qadima u midfunin f'qabar fil-Kappella tal-Madonna tar-Ruzarju fejn ghandu monument tar-rham li jixraqlu.


It-triq qadima u dejqa li jisimha ghalih tinsab sewwa sew biswit ir-Rotunda, fil-qalba tal-Mosta, kif inhi wkoll it-tifkira tal-Kappillan Calleja, fil-fond f'qalb il-Mostin. Din it-triq qadima, fl-antik kien jisimha 'Strada Chiesa'. Bit-thabrik tal-Kunsill lokali din it-triq saret l-ewwel zona pedonali fil-Mosta.


Riferenzi

  1. Dizzjunarju Bijo-Bibljografiku Nazzjonali - Rob. Mifsud Bonnici, Pag. 85.
  2. Mosta - Its Memories and Charms - Rev Edgar W. Salomone, Pg 17.
  3. Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha - E.B. Vella, Pagni 115 u 231.

Triq il-Kurat Schembri


Il-Kurat SchembriIl-Kurat Schembri

(p.15) Il-Kappillan Dun Gammari Schembri twieled il-Mosta fl-1799. Ghalih nistghu nghidu li kien l-ikbar iben li qatt tat il-Mosta, ghaliex ghal sitta u ghoxrin sena shah hadem bla waqfien biex jara r-Rotunda lesta.


Imma jahasra, kien miet ftit xhur biss qabel ma kienu lahqu ghalqu l-koppla. Biex jara kif idabbar il-flus ghall-bini tal-knisja taghna, thabat fuq li thabat, sahansitra kien mar Ruma hu stess u kien irnexxielu jaqla' minghand il-Papa Girgor XVI, Ittra Appostolika li kienet iggieghel lil Isqof Publiju Marija dei Conti Sant, li kif imut l-Isqof Caruana, li tieghu kien kugitur, kellu jaghti lill-fabbrika tal-knisja tal-Mosta 3,000 skud (Lm250) fis-sena, zmien ghaxar snin, minn dak li ddahhal il-mensa ta'  l-Isqof.


Miet ta' 60 sena nhar it-28 ta' Settembru, 1859 mibki bil-bosta minn hutu l-Mostin kollha. Lir-Rotunda mahbuba ta' qalbu u tal-Mostin kien taha sahhtu f'hajtu u f'mewtu hallieha werrieta universali tieghu. Jixraqlu tassew il-monument li ghandu fuq qabru fil-Kappella tal-Kurcifiss kif ukoll it-triq li tfakkarna fih.


Riferenzi

  1. Dizzjunarju Bijo-Bibljografiku Nazzjonali Rob. Mifsud Bonnici, Pag. 460
  2. Mosta - Its Memones and Charms - Rev Edgar W Salamone, Pages 20, 21 and 22.
  3. Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha - E B Vella Pagni 117, 137, 140 and 231.

Triq Grognet


Gorg Grongnet de VasseL-arkitett inginier Gorg Grongnet de Vasse

L-arkitett inginier Gorg Grognet de Vasse twieled il-Belt Valletta fl-1774. Missieru Ganbatist kien ta' nisel Franciz. Barra milli kien arkitett kien wkoll arkeologu u awtur ta’ kitba xjentifika u letterarja. Kien jaf tajjeb it-Taljan, il-Franciz, il-Latin, il-Grieg kif ukoll filologu mill-ahjar fl-ilsna orjentali. Serva taht Napuljun Bonaparti bhala (p.16) inginier u ghaldaqstant bena fortizzi fi Franza kif ukoll fl-Egittu.


Ismu jibqa' marbut ghal dejjem mal-Knisja Rotunda tal-Mosta. Din il-knisja, minnu mahsuba, iddisinjata u taht it-tregija tieghu mibnija tibqa' xhieda ta' l-gherf mhux komuni ta' dan il-genju Malti li ghex u miet ta' fqir.


Miet ta' 88 sena nhar il-5 ta' Settembru, 1862. Difnuh, kif ried hu, fil-Pantheon ta' Malta, dik il-knisja li darba holom li jwaqqaf, glorja tieghu u tal-Mostin. Fil-Kappella tal-Madonna tac-Cintura ghandu fuq qabru monument li jfakkru u t-triq ta' l-Iskola Primarja jisimha ghalih ukoll.


Ta' min ifakkar li Grongnet kien jiffirma biz-zewg ghamliet ta' dan il-kunjom jigifieri Grongnet jew Grognet.


Riferenzi

  1. Dizzjunarju Bijo-Bibljografiku Nazzjonali - Rob. Mifsud Bonnici, Pag. 274
  2. Mosta - Its Memories and Charms - Rev. Edgar W. Salamone, Page 18.
  3. Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha - E.B. Vella. Zieda II - L-Arkitett u  l-Bennej tar-Rotunda - Gorg Grognet de Vasse - Pagni 204 sa 210.

Triq Anglu Gatt


Anglu GattL-imghallem Mastr'Anglu Gatt

Anglu Gatt, il-prim bennej tar-Rotunda tal-Mosta twieled iz-Zejtun fl-1796. Huwa tghallem is-sengha ta' bennej minghand missieru Mastru Marju, li kien imghallem lmsemmi ta' dak iz-zmien. X'aktarx li kien ha f’idejh ix-xoghol tal-bini tar-Rotunda fl-1837, minflok il-Karkariz Guzeppi Mangion.


Minhabba f'hekk kien gie joqghod il-Mosta, fejn ta' 49 sena zzewweg lil Marija Sant u sar missier ta' disat itfal li minnhom ghexu hamsa.


Bhala prim bennej Mastru Ang kien ghall-ewwel jaqla' xi skud kuljum u wara xi tlettax-il sena mill-bidu tal-bini (p.17) tal-knisja beda jaqla' skud u ghoxrin habba. Intant, dan ‘ir-ragel tal-ghageb,’ fil-bidu ta' l-1860, wara hidma erojka ta' 27 sena kellu l-hila u x-xorti li jaghlaq l-ahhar filati ta' dik il-koppla ggantija li kellha tibqa’ xhieda tal-hila kbira tieghu bhala bennej.


Mastru Ang miet ta' 79 sena fit-12 ta' Novembru 1875 u jinsab midfun fil-Knisja li bena, sewwa sew f'qabar fil-Kappella ta' San Rokku fejn ghandu wkoll monument li jfakkru. Triq Anglu Gatt tfakkama fih wkoll.


Riferenzi

  1. Dizzjunarju Bijo-Bibljografiku Nazzjonali - Rob. Mifsud Bonnici, Pag. 247.
  2. Mosta - Its Memories and Charms - Rev. Edgar W. Salomone, Pages 21 and 22.
  3. Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha - E.B Vella - Zieda II - L-Arkitett u l-Bennej tar-Rotunda - Anglu Gatt - Pagni 210 sa 212.

3. GRAJJIET KBAR FL-ISTORJA TAL-MOSTA U L-KNISJA TAGHHA


Triq il-Kungress Ewkaristiku


Il-wasla tal-Kardinal Domenico Ferrata ghall-ftuh tal-Kungress Ewkaristiku gewwa r-Rotunda.Il-wasla tal-Kardinal Domenico Ferrata, Legat tal-Papa ghall-ftuh tal-Kungress Ewkaristiku gewwa r-Rotunda.

(p.18) Mit-23 sas-27 ta' April, 1913, kien sar hawn Malta l-XXIV Kungress Ewkaristiku Internazzjonali. Kienet grajja mill-kbar nett fl-istorja tal-Knisja Maltija. Kienet ukoll grajja kbira hafna ghall-Mosta u l-knisja taghha. F'dik l-okkazjoni, ir-Rotunda tal-Mosta kellha l-unur kbir u rari li tilqa' fiha, bhala post ewlieni kungress migbur mid-dinja kollha ghall-gieh ta' Gesu Ostja. Insemmu biss li fost il-kungressisti kien hemm hames kardinali, fosthom il-Legat tal-Papa l-Kardinal Domenico Ferrata, hmistax-il Arcisqof u hamsa u erbghin Isqof.


B'tifkira ta' dan kollu kienet twahhlet fil-genb tan-naha tal-lemin ta' mal-faccata tal-knisja, lapida b'kitba Latina fuqha xoghol il-Professur Dun Frangisk Sciberras li tfakkar din il-grajja kbira. It-triq ta' quddiem il-Knisja, li nfethet fl-1854 u li sa dak in-nhar kien ghadha jisimha 'Via Nuova Valletta' giet imsemmija Triq il-Kungress Ewkaristiku.


Riferenzi

  1. Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha, Pagni 188 sa 195.
  2. Lapida b'kitba bil-Latin mal-faccata tal-Knisja - Profs. Dun Frangisk Sciberras.

Triq id-Disgha ta' April


Matul l-ahhar gwerra dinjija, waqt attakk mill-ajru, bomba Germaniza nifdet il-koppla tar-Rotunda, waqt li fil-knisja kienet qed issir siegha ta' adorazzjoni quddiem Gesu Sagramentat. Kienu sewwa sew l-4:40 p.m. tal-Hamis, 9 ta' April, 1942. Mill-fetha li ghamlet, il-bomba marret dritt fuq il-pittura ta' fejn jidher Kristu ma' l-Appostli u (p.20) minn hemm nizlet titgerbeb fl-art u waqfet qrib fejn hemm il-pulptu bla ma splodiet. Kien hemm fil-knisja dak il-hin, madwar 300 ruh li hadd minnhom ma gratlu ebda hsara.


Din il-grajja baqghet tghaggeb 'l kull min jismaghha. Il-helsien tar-Rotunda mit-tigrif u ta' dawk kollha li kien hemm fiha minn mewt zgura huma mizmuma mill-bicca l-kbira tan-nies bhala miraklu li ghamel Alla bl-intercessjoni tal-Vergni Marija Assunta li lilha hija ddedikata r-Rotunda.


Barra t-triq li tfakkar din il-grajja, fis-Sagristija tar-Rotunda wiehed jista' jara wkoll monument tal-bronz, xoghol ta' l-iskultur Ganni Bonnici, li jinkorpora fih ukoll replika tal-bomba storika.


Riferenzi

  1. Storja tal-Mosta migbura minn E.B. Vella u Ohrajn - ll-Bomba fuq il-Knisja - Arthur Sammut, Pag. 400.

Triq l-Ewwel ta' Novembru


Kien l-Erbgha, l ta' Novembru, 1950. Dak in-nhar fil-ghodu wara l Pontifkal mill-izjed sollenni fil-Bazilika ta' San Pietru ta' Ruma, il-Papa Piju XII, hareg fil-logga li hemm fil-gholi f'nofs il-faccata ta' dik il-Bazilika Vatikana u minn hemm quddiem il-pjazza mmensa mimlija nies, iddikjara sollennament bhala Domma ta' Fidi rivelata minn Alla, li l-Vergni bla Tebgha Omm Alla Marija, wara li temmet il-kors ta' Hajjitha f'din l-art, giet imtellgha fil-glorja tas-Sema bir-ruh u bil-gisem.


Kien jum ta' ferh ghall-Kattolici u Nsara ohra tad-dinja kollha, specjalment ghalina l-Maltin, imma b'mod spccjali ghalina l-Mostin, li sa minn qabel 1-1557 zgur li diga kellna fic-centru ta' rahalna knisja ddedikata f'gieh il-Tlugh fis-Sema tal-Madonna.


Dak in-nhar fl-ghaxija li saret id-Domma, fir-Rotunda monumentali tal-Mosta, f'riglejn l-Assunta, kien sar it-'Te Deum' nazzjonali taghna l-Maltin bhala ringrazzjament 'l Alla talli fl-ahhar giet definita u proklamata din id-Domma Marjana. Dan hu dak kollu li tfakkar din it-triq.


Riferenzi

  1. Lehen is-Sewwa - Hamsa u Ghoxrin Sena mill-Proklamazzjoni tad-Domma ta' l-Assunta - 1.11,1975.

Triq l-Inkurunazzjoni


L-inkurunzaajoni tal-kwadru titulari mill-Arcisqof Gonzi.Il-mument storiku ta’ l-Inkurunazzjoni meta Mons. Arcisqof Mikiel Gonzi, f’isem u bl-awtorita tal-Papa Pawlu VI, qieghed il-kuruna tad-deheb fuq ras l-Assunta nhar l-10 t’Awissu, 1975 fis-7:40 p.m. hin tas-sajf.

(p.21) Nhar il-Hadd, 10 ta' Awissu, 1975 inkitbet fl-istorja tal-Mosta pagna miktuba b'ittri tad-deheb. Dak in-nhar sehhet fost il-ferh ta' kulhadd l-Inkurunazzjoni sollenni tal-kwadru titulari ta' l-Assunta meqjum b'ghozza gewwa r-Rotunda.


Dan il-kwadru kien sar ghall-Knisja Parrokkjali l-qadima mill-pittur Pasquale Buhagiar fl-1678 b'legat li kien halla l-qassis Mosti Dun Gakbu Chetcuti.


Il-kwadru kien gie nkurunat b'kuruna tad-deheb imzejna b'hagar prezzjuz migbura minn fost il-Mostin. Kien l-Arcisqof Gonzi meghjun mill-Isqof Guzeppi Mercieca u l-Isqof Nikol Cauchi li f'dak il-jum memorabbli pogga fuq ras l-Assunta taghna l-kuruna prezzjuza f'isem u bl-awtorita tal-Papa Pawlu VI.


Dak kollu kien sehh bit-thabrik ta' l-Arcipriet Dun Bartilmew Bezzina meghjun mill-Kleru u l-Poplu Mosti kollu. Din il-grajja hija mfakkra f'lapida b'kitba Maltija fuqha fil-faccata tal-Knisja u f'isem dit-triq.


Riferenzi

  1. Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha migbura minn E B Vella u Ohrajn - Zieda XVI - L-Inkurunazzjoni ta' l-Assunta, Dun Ang Camilleri.

4. XI MOSTIN LI GHAMLU GIEH LIL RAHAL TWELIDHOM


Sqaq Grech Mifsud


(p.22) Fost is-seba' sqaqien li niltaqghu maghhom fi Triq il-Kbira hemm dak li jgib  l-isem ta' Sqaq Grech Mifsud, zewg kunjomijiet ta zewg familji distinti Mostin. Ta' min ifakkar li l-bqija tas-sqaqien li ghandna l-Mosta, b'din l-eccezzjoni, igibu l-isem ta' l-istess triq li jkunu jinsabu fiha u fil-kaz li jkun hemm izjed minn sqaq wiehed jinghazlu minn xulxin bin-numri.


Dan l-isqaq jinsab bejn Villa Grech Mifsud u l-kazin Nicolo Isouard. Id-dar villa li tinsab magenbu bi gnien kbir u sabih maghha, ghammru fiha tul is-snin il-membri taz-zewg familji maghrufa fostna ta' Grech Mifsud.


Originarjament ll-familja Mifsud bdiet toqghod hawn sa minn meta l-Avukat Gan Batist Mifsud kien izzewweg lil Tereza Camilleri fl-1815. Fost uliedhom subien kellhom erba' avukati li fosthom kien hemm Monsinjur Mikiel Ang. Mifsud. Tifel iehor kien tabib. It-tifla taghhom Marianna, fl-1846 izzewget lill-Avukat Gaetano Grech u hekk kienet giet stabbilita l-familja ta' Grech Mifsud.


Nistghu nghidu li d-dixxendenti ta' dawn iz-zewg familji li ghamlu unur lill-Mosta komplew sal-lum fil-linja ta' l-antenati taghhom.


Fl-gholi, fil-faccata ta' din id-dar villa tidher l-istatwa ta' Marija Assunta. Fil-villa nnifisha, fost affarijiet ohra hemm il-kappella privata ddedikata lis-Sagra Familja. Barra minn ghamajjar ta' pregju niltaqghu ma' kwadri ta' Giuseppe Cali. Il-gnien wisq sabih u mizmum tajjeb huwa mzejjen bi statwi ta' gebel xoghol l-iskultur Mosti Salvu Dimech.


Riferenzi

  1. Treasures of Malta Vol. IV No. 1. - Stately Homes - Villa Grech Mifsud, Mosta - Chris Grech, Pages 79 - 83.
  2. Storja tal-Mosta migbura minn E. B. Vella u Ohrajn, Pagni 251 u 252

Triq Mons. M'Ang. Mifsud


Mons. Mikelang Mifsud.Mons. Mikelang Mifsud

(p.23) Monsinjur Mikielang Mifsud (1817 -1886). Il-Papa Piju IX, zejjen lil dan il-Monsinjur Mosti bl-ilbies prelatizju u izjed ‘il quddiem gie mzejjen bit-titlu ta' Avukat ta' San Pietru. Fi zmien l-Isqof Fra Antonju Marija Buhagiar gie maghzul bhala Vigarju Generali tad-Djocesi. Kien hu li ghamel l-ewwel quddiesa gewwa r-Rotunda, sewwa sew fuq l-artal tal-kor li kien ghadu kemm inqala' mill-knisja Parrokkjali l-qadima u tpogga fejn jidher illum.


Bhala patrijott Mosti hadem flimkien ma' missieru l-avukat Ganbattist Mifsud biex izejnu  l-Kappella ta' San Pawl bi skultura induratura, kwadri u artal. Jinsab midfun fil-Kappella ta' San Pawl fejn ghandu monument ta' rham abjad b'mezzobust fuqu li tassew jixraqlu.


Triq Mons. M'Ang. Mifsud filwaqt li tixraqlu ukoll, tfakkarna f'dan is-sacerdot li ghamel gieh lill-Mosta.


Riferenzi

  1. Mosta - Its Memories and Charms - Rev Edgar Salomone, Pg 23.
  2. Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha - E B Vella, Pagni 221 – 222.

Triq Ganni Vella


Ritratt:


Mro. Ganni Vella.Mro. Ganni Vella

Maestro Ganni Vella (1890-1955). Dan il-muzicista u kompozitur Mosti kien is-Surmast li mexxa l-Banda Nicolo Isouard tal-Mosta ghal 33 sena shah. Kien aljiev ta' Maestro Carlo Diacono, trumbun solista fil-Banda tar-'Royal Malta Artillery', fil-Banda Nazzjonali 'La Vallette' u daqq solista f'konkorsi bandistici fil-Kontinent u fl-Afrika ta' Fuq.


Studja l-armonija u l-kontrapont taht Maestro Giuseppe Abdilla. Fost  l-ohrajn (p.24) ikkompona wkoll marci trijonfali, marci funebri, fantasiji u intermezzi. Mexxa u ddiriega wkoll il-Baned La Vallette tal-Belt, ir-'Royal Malta Artillery',  l-Isle Adam u  l-Konti Ruggieru tar-Rabat, San Gorg ta' Hal-Qormi, San Giljan ta' San Giljan u San Nikola tas-Siggiewi.


Il-marci sbieh li kiteb ghall-Festa ta' Santa Marija u ghall-Gimgha  l-Kbira jibqghu jfakkruna fih kull meta jaslu dawn iz-zewg okkazjonijiet. Isem it-triq tfakkru s-sena kollha.


Riferenzi

  1. Dizzjunarju Bijo-Bibljografiku Nazzjonali - Rob. Mifsud Bonnici, Pag. 522.
  2. Storja tal-Mosta migbura minn E.B. Vella u Ohrajn, Pagni 295 u 296.

Triq Salvu Dimech


Mro. Ganni Vella.L-istatwa tal-Assunta li hemm fil-genb tal-knisja ta' Lapsi f'San Giljan x'aktarx xoghol is-Sartx simili hafna ghal kif kien hadem l-istatwa titulari tal-Mosta l-antika (ara artiklu ta' Stanley Mangion fl-annwal tal-2017 tal-Kazin Nicolo Isouard, p.102)

Mastru Salvatore Dimech (1805 - 1887) maghruf bhala 'is-Sartx' kien artist Mosti li wara li zzewweg mar joqghod Hal-Lija. Dimech jibqa' msemmi ghall-ghadd sabih ta' statwi tal-gebel imxerrdin ma' Malta kollha, fosthom il-Madonna tal-Karmnu barra l-Bazilika taghha fil-Belt Valletta, San Girgor fiz-Zejtun u San Pawl fuq il-Gzejjer. Hadem ukoll hafna mill-iskultura tat-Teatru Rjal li kellna u hadem sahansitra xoghol ta' skultura fil-Kon-Katidral ta' San Gwann tal-Belt. Xoghol fil-kartapesta ghandu l-Vara l-Kbira ta' Giezu tal-Belt. Fl-injam hadem l-istatwa tal-Lunzjata ta' Hal-Balzan u l-istatwa originali ta' l-Assunta li kellna imma li giet mibdula f'dik li ghandna llum fl-1948.


L-istatwa ta' l-Assunta kif kienet qabel, Dimech kien hadimha fl-1868 f'hanut jew remissa fl-istess triq li ggib ismu. Tieghu baqa' biss il-pedistall li kien hadem mal-vara. L-istatwa tad-Duluri li hemm fl-Oratorju Qalb ta' Gesu hija maghduda bhala xoghol tieghu ukoll.


Triq Salvu Zahra


L-imghallem Salvu Zahra.L-imghallem Salvu Zahra

Mastru Salv Zahra (1874-1960) kien (p.25) maghruf l-aktar fil-Mosta bhala 'iz-Zahra'. Kien bennej, mghallem tas-sengha tal-bini u sahansitra arkitett. Fost il-bini li tela' taht it-tregija tieghu, ta' min isemmi  l-Connaught Home fil-Furjana,  l-Oratorju Qalb ta' Gesu fil-Mosta, il-Knisja ta'  l-Abbandunati fil-Wardija,  l-Iskola tal-Gvern fl-Imgarr u d-Dar ta' l-Arcipriet fil-Mosta. Kien ghamel ukoll il-pjanta tal-knisja tal-Bidnija barra milli kien bniha hu ukoll.


Bicca xoghol kbira, li turi l-kapacita ta' dan l-imghallem Mosti kienet dik ta' meta fl-1929 hazzez bi precizjoni kbira, id-disinn tqil u sabih ta' Grongnet qabel ma kienet giet skolpita u ndurata  l-Koppla tar-Rotunda. Kien hu ukoll responsabbli ghall-armar u x-xoghol biex trangat il-hsara li kienet ghamlet il-bomba Germaniza fl-ahhar gwerra fil-koppla tal-knisja taghna.


Riferenzi

  1. Storja tal-Mosta migbura minn E.B. Vella u Ohrajn, Zieda VII - Iktar Nies li ghamlu unur lil-Mosta. Salvu Zahra – Arkitett, minn Francesco Mangion, Pagni 80 u 265.

Triq it-Tabib Chetcuti


It-tabib Tumas Chetcuti.It-tabib Tumas Chetcuti.

It-tabib Tumas Chetcuti (1797 - 1863) huwa maghdud bhala riformatur tal-mard tal-mohh u tal-kura tal-mard mentali f'Malta. Twieled il-Mosta u studja fl-Italja. Kien tabib ta' esperjenza kbira. Huwa kien il-promutur, fundatur u organizzatur ta' l-ewwel sptar f'Malta tal-mard tal-mohh f'Villa Franconi  l-Furjana. Kien president ta' l-Ghaqda tat-Tobba, restawratur ta' l-istudji tal-Fakulta tal-Medicina u ezaminatur.


Indifen kif xtaq hu fir-Rotunda u fis-sagristija ta' dan it-tempiu hemm lapida li tfakkru. Fit-triq li ggib ismu hemm il-villa sabiha li kien bena biex fiha jghaddi l-Hdud u  l-festi. Fil-kantuniera ta' din ll-Villa tidher  l-istatwa kbira ta' San Tumas  l-Appostlu, il-qaddis t'isem it-tabib Chetcuti.


Riferenzi

  1. Dizzjunarju Bijo-Bibljografiku Nazzjonali - Rob Mifsud Bonnici, Pag. 129.
  2. Storja tal-Mosta migbura minn E.B. Vella u Ohrajn, Zieda III - Mostin li ghamlu l-ikbar Gieh lir-Rahal - It-Tabib Tumas Chetcuti M.D., Pagni 212 sa 221.

Triq E.B. Vella


Emanuel Benjamin Vella.Emanuel Benjamin Vella.

(p.26) Is-Surmast Emmanuel Benjamin Vella (1899 - 1946). F'poezija li kien kiteb fuq dan il-Mosti, Dun Karm Psaila kien sejjahlu bhala 'Malti Tassew' ghax kien bniedem li jhobb tassew lil Pajjizu bil-fatti. Habb l-Istorja ta' Malta kif ukoll il-lingwa taghha.


Fuq kollox habb lil ghajru ghax dak li tghallem hu hadem kemm felah biex jghaddieh lil haddiehor.


Lahaq spettur ta' l-Iskejjel Primarji. Tharreg tajjeb fl-Ingliz, Taljan u Malti u sar awtur ta' ghadd sabih ta' pubblikazzjonijiet. Peress li kien ihobb wisq l-arkeologija, gharrex tajjeb fuq il-fdalijiet ta' l-antikitajiet fil-Muzew Nazzjonali u fil-Monumenti Neolitici. Il-Gvern kien baghtu jistudja l-lingwi orjentali fl-Universita ta' Londra. L-Istorja tal-Mosta bil-Knisja Taghha tibqa' tfakkarna f'dan l-edukatur kbir u storjografu Mosti. Kemm  l-isem tat-triq u kemm il-monument tieghu li hemm fiha jibqghu wkoll ifakkruh.


Il-momument ta' E.B. Vella f'tarf din it-triq huwa xoghol ta'  l-iskultur Mosti Ganni Bonnici u sar fl-1997 bit-thabrik tal-Kunsil Lokali tal-Mosta.


Riferenzi

  1. Storja tal-Mosta migbura minn E.B. Vella u Ohrajn, Zieda VII - Is-Sur E.B. Vella (1899 - 1946) - Arthur Sammut, Pagni 170 sa 276.

Triq il-Kurat Bezzina


Il-Wisq Rev. Dun Gwann Bezzina kien l-ewwel Kappillan tal-Mosta. Huwa kien ilu ghoxrin sena shah bhala l-Vicl-Parrokku tal-Kappillan Dun Giljan Borg, il-Kappillan tal-Matrici tan-Naxxar. L-Isqof Tumas Gargallo kien hatru biex imexxi l-parrocca gdida Mostija nhar is-17 ta' Novembru, 1610. Lahaq kappillan sentejn wara li l-Mosta kienet twaqqfet bhala parrocca ghaliha fis-16 ta' Settembru, 1608. Ha l-pussess u beda jmexxi l-Parrocca taghna hames xhur wara l-mewt tal-Kappillan tan-Naxxar Dun Giljan Borg li kien oppona t-twaqqif (p.27) tal-Parrocca tal-Mosta. Dam seba' snin imexxi l-Parrocca u jibqa' msemmi bhala  l-Kappillan li qabbad lil perit maghruf Tumas Dingli biex jibni fil-Mosta knisja parrokkjali gdida, dik ta' qabel ir-Rotunda. Miet fid-29 ta' Novembru, 1617.


Skond il-lapida li hemm fis-Sagristija, bl-ismijiet tal-Kappillani u  l-Arciprieti tal-Mosta, dan il-Kurat kien Mosti. Ma setax kien mghammed fil-Parrocca tal-Mosta, ghax din kien ghadha ma tezistix. X'aktarx li kien Mosti bhal hafna ohrajn ta' zmienu li twieldu u ghexu l-Mosta pero kienu mghammdin jew fil-Parrocca tan-Naxxar, jew inkella fil-knisja antika ta' Santa Marija li kellna snin qabel ma  l-Mosta saret parrocca. F'din il-knisja kien hemm fonti tal-Maghmudija u kull min kien jitghammed hemm kien jitqies bhala mghammed fil-Parrocca tan-Naxxar.


Riferenzi

  1. Storja tal-Mosta migbura minn E.B Vella u Ohrajn, Pagni 80 u 265.
  2. Storja ta' Malta fi grajjiet il-Knisja - Alexander Bonnici O.F.M. Conv. - Il-Mosta u l-Parrocca f'gieh l-Assunta Pagni 120 u 121.

Triq Dun Karm Sciberras


Dun Karm Sciberras.Dun Karm Sciberras.

Mons. Dun Karm Sciberras twieled il-Mosta fis-27 ta' Novembru 1893. Huwa kien bin Frangisku u Grazzja mwielda Azzopardi. Ha l-edukazzjoni Sekondarja tieghu ghand is-Salesjani minn fejn ghadda ghas-Seminarju t'Ghawdex fejn temm l-lstudji Filosofici u Teologici tieghu li wassluh ghall-Ordni Sagri.


Kien ordnat sacerdot mill-Isqof Angelo Portelli O.P. fil-Knisja ta' San Pawl tal-Belt nhar il-31 ta' Mejju, 1921 u dritt intefa ghax-xoghol pastorali bhala vicl-parroku. Fid-9 ta' Frar, 1930, l-Arcisqof Mawru Caruana hatru bhala Vigarju Kurat tal-Parrocca taghna. Barra mill-Mosta, Dun Karm, ghamilha wkoll ta' Vigarju Kurat fil-Parrocci ta' Hal-Gharghur, tan-Naxxar u ta' H Attard. Fl-1942, l-Arcisqof Caruana rega hatru Vigarju Kurat tal-Mosta. Ha l-pussess fil-25 ta jannar, 1943 meta l-Parrocca kienet ghadha ghaddejja minn zminijiet difficli li kienet gabet maghha l-gwerra.


(p.28) Il-parrokat ta' Dun Karm Sciberras kellu jkun biss ta' ftit izjed minn 6 snin u nofs. Marda qalila li hakmitu gabitlu sahhtu fix-xejn. Kellu ghalhekk jirrezenja minn Arcipriet fil-11 ta' Novembru, 1948. L-Arcisqof Gonzi dritt kien hatru Monsinjur Onorarju tal-Katidral. Miet fit-23 ta' Mejju, 1950 u jinsab midfun fil-Kannierja tal-Knisja tal-Mosta.


L-Oratorju Qalb ta' Gesu, li tieghu kien il-fundatur jibqa' bhala monument tal-hidma ta' dan is-sacerdot umli u zelanti.


Riferenzi

  1. Storja tal-Mosta migbura minn E.B. Vella u Ohrajn,  Zieda VII - Mons. Dun Karm Sciberas, minn Carmelo Schembri, Pagni 296 sa 302.

Triq Mons. Alan Fenech


Mons. Alan Fenech.Mons. Alan Fenech.

Monsinjur Alan Fenech twieled il-Mosta nhar is-27 ta’ April, 1911. Kien bin Guzeppi u Marija Sammut u fil-Maghmudija tawh l-isem ta' Giovanni. Fl-1927 dahal fl-Ordni Dumnikan. Ordnat sacerdot fid-29 ta' Lulju, 1934. Is-superjuri baghtuh jissokkta l-istudji tieghu fil-KuIlegg ta' St. Maximin fi Franza u wara fl-Angelicum gewwa Ruma. Lura Malta nsibuh surmast tan-Novizzi fil-Kunvent tad-Dumnikani fir-Rabat. Sar predikatur mill-aqwa u ghalhekk tista' tghid li tela' fuq tl-pulpti kollha ta' Malta u Ghawdex. Kien ukoll konfessur mill-izjed popolari. Matul l-ahhar gwerra dinjija nsibuh 'chaplain' militari fir-'Royal Malta Artillery'. Wara l-gwerra mar iservi fid-Djocesi ta' Ghawdex bhala professur gharef tat-Tejologija Domatika. Minn Patri Dumnikan sar imbaghad bhala sacerdot sekulari. Fl-1958  l-Isqof Pace hatru bhala  l-ewwel Kappillan tal-Munxar u fl-1965, Monsinjur Tejologu tal-Katidral ta' Ghawdex. Fl-ahhar snin ta' hatu, rtira minhabba sahhtu fir-rahal ta' twelidu li hu kien dejjem baqa' jhobb fejn hemm ukoll miet nhar it-28 ta' Ottubru 1975.


Lahaq ra x-xewqa qaddisa tieghu mitmuma ghax ra l-Assunta nkurunata! Kien hu l-ewwel sacerdot Mosti li sa mill-1942 hareg bl-idea ta' l-Inkurunazzjoni tal-kwadru ta' l-Assunta.


Riferenzi

  1. (p.29) Il-Mosta – Awissu - Settembru 1975 - Intervista ma' Mons. Alan Fenech (nhar it-3 ta' Lulju 1975) - minn Korrispondent.
  2. Il-Mosta - Dicembru 1975 - Jannar, 1976, Mons. Alan Fenech Ph. D., S.Th.D - C.J.S.

Triq Mons. Edgar Salomone


Mgr. Edgar Salomone.Mons. Edgar Salomone.

Mgr. Edgar Salomone kien bin Dr. Francesco Salomone u Vincenza mwielda Portelli u twieled H'Attard fl-1 ta' Dicembru, 1882. Kien twieled H'Attard minhabba li dik il-habta, missieru kellu x-xoghol tieghu hemmhekk. Mill-bqija Dun Edgar kien trabba u kiber il-Mosta fejn kien qaddes ukoll l-ewwel quddiesa tieghu fl-ewwel Hadd ta' Jannar 1909. L-istudji tieghu kien ghamilhom fil-Kullegg Sant'Injazju, fis-Seminarju Arciveskovili u sentejn f'Londra taht il-Gizvviti.


Hekk kif lahaq sacerdot gie mahtur superjur u direttur ta l-Oratorju tas-Subien tal-Mosta. Kien ukoll il-promutur u fundatur ta' li ‘Scouts’ gewwa  l-Mosta. Fl-ewwel snin tas-sacerdozju tieghu kiteb ll-kotba sbieh, bl-Ingliz, 'Memories and Charms of Musta' u bil-Malti, Tifkiriet fuq  l-Imghoddi tal-Mosta'. Kiteb ukoll bit-Taljan ‘Grongnet Confuta Ferguson,’ ktieb li fih iddefenda lil Grongnet u r-Rotunda kontra dak li kien qal l-arkitett Skocciz James Ferguson.


Matul l-ewwel gwerra dinjija 1914-1918 inhatar Kappillan Militari. Wara li rtira mis-Servizz Militari sar Vicendarju ta' l-lmgarr u fl-1931 inhatar Kappillan ta' dik il-Parrocca li ghal gid taghha hadem fuq li hadem ghal tlieta u ghoxrin sena shah. Fl-1954 gie mahtur Kanonku Onoraju tal-Kahdral. Miet fit-23 ta’ Awissu 1969 u jinsab midfun fic-Cimiterju ta' l-Imgarr.


Riferenzi

  1. Dizzjunarju Bijo-Biblijografiku Nazzjonali - Robert Mifsud Bonnici, Pagni 442 - 443.
  2. Storja tal-Mosta migbura minn E B Vella u Ohrajn – Il-Monsinjur Edgar Salomone, minn Francesco Mangion, Pagni 290 – 292

Triq Gio Marija Camilleri


L-Arkitett Gio Maria Camilleri.L-Arkitett Gio Maria Camilleri.

(p.30) Gio Marija Camilleri kien iben Guzeppi u Grazzja mwielda Sant u twieled il-Mosta nhar is-27 ta' Mejju 1860. Kien beda jistudja ghal qassis, izda meta gharaf li din ma kinitx il-vokazzjoni tieghu intefa' ghax-xoghol ma' hutu fis-sengha tal-bini. Izjed 'il quddiem insibuh impjegat mal-Gvern bhala 'foreman' fuq hafna xoghol, fosthom  l-arkata ta'  l-Isperanza li kienet inbniet fuq ohra qadima fl-1905. Insibuh ukoll bhala mghallem-bennej fil-Knisja Parrokkjali ta' Marija Bambina tal-Mellieha, flimkien ma' huh Wigi li kien il-bennej.


Gio Marija Camilleri kien l-arkitett tal-Knisja Parrokkjali ta' Marija Assunta ta' l-Imgarr. Kien offra b'generosita kbira x-xoghol tieghu kollu b'xejn. Xtaq biss li wiehed mill-artali ta' din il-knisja ellittika li kellha tinbena jkun iddedikat lill-Madonna ta' l-Isperanza, kif fil-fatt sar.


Gio Marija Camilleri kien ukoll bandist habrieki fil-Banda Nicolo Isouard tal-Mosta. Huwa kien joqghod f'dar fi Triq it-Tama flimkien ma' martu Marija u s-sitt uliedu. Miet wara marda twila nhar is-17 ta' Frar, 1917 meta kien ghad ghandu 57 sena.


Riferenzi

  1. Storja tal-Mosta migbura minn E.B. Vella u Ohrajn - Iktar Nies li ghamlu unur il-Mosta - Gio Marija Camilleri - Arkitett Mosti, minn Francesco Mangion, Pagni 278 u 279.

5. IL-MOSTA U L-LEGGENDI


Triq il-Leggenda


(p.31) Leggenda hija storja li ghalkemm qatt ma nstab li kienet dokumentata, setghet fil-fatt grat veru u li tkun tant ghal qalb il-poplu, li tghaddi minn generazzjoni ghall-ohra. Il-bidu taghha jkun ghalhekk dejjem marbut ma' xi grajja li tkun sehhet tabilhaqq. Ghalhekk ll-leggenda mhix hrafa.


Minn dawn l-istejjer leggendi ghandna numru mhux hazin f'Pajjizna. Tlieta minn dawn il-leggendi mill-izjed popolari fostna svolgew madwar ir-rahal taghna tal-Mosta. Dawn huma l-leggenda tal-qaddis eremit li jew kien San Korradu jew xi wiehed iehor, il-leggenda ta' l-Gharusa tal-Mosta u dik ta' l-Ghar ta'  l-Isperanza. Kien jixraq li fil-Mosta jkollna triq li tfakkarna fil-leggenda.


Triq  l-Eremita


Il-Kappella ta' San Pawl Eremita.Incizjoni tal-Kappella ta' San Pawl Eremita kif kienet fl-antik.

L-istorici qodma Maltin mhumiex ta' l-istess fehma dwar min seta' kien l-eremit li ghammar f'ghar f'Wied il-Ghasel. Hemm min jghid li kien San Korradu, hemm ohrajn li jghidu li seta' kien xi eremit iehor. F'haga wahda jaqblu, li l-Mostin keccew lil Eremita mill-ghar ta' Wied il-Ghasel u li minn hemm telaq sa ma halla  l-Gzira riekeb fuq il-mant tieghu; hemm min jghid li baqa' sejjer Kemmuna u mbaghad il-Qala, Ghawdex. Skond l-istorici Sqallin baqa' sejjer Sqallija, wara li kien imkecci min-nies tal-Mosta talli kien canfarhom fuq hzunithom.


Xhieda qawwija favur dawn il-leggendi u t-tradizzjonijiet kemm f'Malta u kemm fi Sqallija dwar l-Eremit qaddis hija l-knisja qadima mibnija fl-ghar pittoresk ta' Wied il-Ghasel u ddedikata hi San Pawl Eremit. Din il-knisja kienet regghet giet mibnija fil-bidu tas-Scklu Sbatax u kien hallas ghaliha wiehed ragel mill-Mosta.


(p.33) Originarjament u dejjem skond it-tradizzjoni, l-ewwel knisja f'dan il-ghar kienet inbniet minn dawk l-istess nies li kienu keccew lill-Eremit qaddis bhala turija ta' ndiema ta' dak li kienu ghamlu.


Riferenzi

  1. Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha - E.B. Vella - Il-Ghar ta' Wied il-Ghasel u San Korradu, Pagni 228 sa 233.

Triq l-Gharusa tal-Mosta


Fl-1526 Rajjes Sinen, kursar mill-aqwa, flimkien ma' shabu nizlu bil-lejl minn fuq ix-xwieni taghhom li kien dahlu s-Salini u minn hemm dahlu 'l gewwa sakemm gew f'Wied il-Ghasel u minn hemm habtu ghal fuq il-Mosta. Wara li serqu kull ma kien ighodd ghalihom hadu maghhom madwar 400 ruh ilsiera lejn ix-xtut tal-Barbarija.


Jinghad li fost dawk li waqghu ilsiera kien hemm l-'Gharusa tal-Mosta' flimkien mal-haddara. Skond it-tradizzjoni, it-tieg taghha kien qieghed isir fil-Palazz ta' missierha Gulju Cumbo wiehed mill-gurati ta' Malta f'dak iz-zmien. Skond din it-tradizzjoni dan il-palazz kien fejn illum hemm it-Torri Cumbo.


Riferenzi

  1. Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha - E B Vella, Pagni 57 sa 61

Triq il-Familja Cumbo


Skond 'Malta Illustrata' fis-sena 1524, niltaqghu ma' Gulju Cumbo iben Wistin Cumbo, li kien avukat mill-aqwa u kriminalista famuz ta' dak iz-zmien. Gulju kien wiehed mill-gurati ta' l-Universita li kienet il-forma tal-Gvern ta' Malta f'dawk iz-zminijiet. Gulju Cumbo kien mizzewweg lil Vittorja Manduka u kellhom binthom Marjanna gharusa lil Antonju Manduka li kien bin wahda mill-aktar familji nobbli ta'  l-Imdina.


It-Torri Cumbo li ghandna l-Mosta ha ismu minn kunjom din il-Familja Cumbo fejn din ll-familja kellha originarjament il-palazz taghha li kien hekk qrib ta' l-Imdina u f'dik ll-pjanura hekk sabiha. Jinghad li Gulju kien ghamel it-tieg ta' bintu f'dak l-istess palazz li disgrazzjatament inzerta kien dak in-nhar li Rajjes Sinen fl-1526 kien (p.34) habit ghall-Mosta u garr mieghu madwar 400 ruh bhala lsiera. Fosthom kien hemm il-famuza 'Gharusa tal-Mosta' u  l-haddara, li ghadha tissemma' sal-lum.


Riferenzi

  1. Storja tal-Mosta migbura minn E B. Vella u Ohrajn, Pagni 59 u 61.
  2. Art Twelidi - L-Gharusa tal-Mosta u Kav. Joseph Galea, Pag. 115.

6. ISIMHOM MARBUT MAL-WIED TAL-MOSTA


Il-wied tal-Mosta bl-isfond tal-Knisja.Il-wied tal-Mosta fil-parti maghrufa bhala Wied il-Ghasel bl-isfond tal-Knisja.

Il-Mosta tista' bir-ragun kollu tiftahar bil-wied pittoresk li jghaddi minnha. Mill-Qlejgha jibqa' gej ghall-Wied l-Isperanza, imbaghad ghal Wied il-Ghasel u minn hemm ghal Wied Filep sa ma jintefa' fis-Salina, gibda ta' madwar disa' mili. Wied wiehed li jiehu ismijiet differenti fid-diversi xaqlibiet tieghu. L-isbah bicca tieghu hi bla dubju fejn hu  l-iktar fond, li tmiss mal-Majjistral tal-Mosta, fejn hemm il-famuz Wied il-Ghasel, li jismu hekk minhabba li skont kif jinghad, hafna nahal kien jaghmel ix-xehda tieghu fix-xquq tal-blat u li minnhom ghalhekk, meta x-xehdiet kienu jkunu mimlijin, kien icarcar il-Ghasel.


Jaqsmu dan il-wied hemm ll-Pont tal-Qlejgha, ll-Pont ta' l-Isperanza u l-Pont ta' Wied il-Ghasel li nbena xi snin ilu flok iehor tal-hadid. Go dan il-wied jiltaqghu u jitghannqu flimkien storja u leggenda. Hawn insibu jikbru kull xorta ta' pjanti u fjuri selvaggi. Fuq kollox jikbru b'sahhithom il-birwieq u s-saghtar. Kien dan il-wied, izjed milli hu llum ghamara ta' kull xorta ta' hlejjaq, fosthom il-merill li kien ibejjet hawn u li  l-ghanja tieghu kienet tidwi u tidhol sa fil-gherien pittoresk u misterjuzi tieghu.


Matul dan il-wied niltaqghu ma' tliet knejjes zghar u qodma. L-ewwel wahda fosthom hija dik ta' San Pawl tal-Qlejgha li kienet regghet giet mibnija fl-1695 u ddedikata lin-Nawfragju ta' San Pawl Missierna. It-tieni wahda hi dik ferm ghaziza fostna l-Mostin tal-Madonna ta' l-Isperanza mibnija fl-1760 fuq l-ghar storiku u devot ta'  l-lsperanza. It-tielet knisja hi dik mibnija fl-ghar pittoresk ta' Wied il-Ghasel li kienet regghet giet mibnija fl-1656 u li hi ddedikata lil San Pawl  l-ewwel eremit. Fl-antik, fl-inhawi ta' Wied is-Sir, wied ckejken li jaghti ghal Wied il-Ghasel, mhux boghod wisq minn fejn hemm ir-Rotunda, kien hemm ukoll il-Knisja ta' Marija Annunzjata li kienet giet ipprofanata fl-1659 u wara mwaqqgha. Il-kwadru ta' din il-knisja l-ewwel kien ittiehed u tpogga fuq artal fil-Knisja Parrokkjali l-qadima u meta nbniet (p.36) il-knisja li ghandna llum iddendel f'wahda mis-Sagristijiet taghha bhala tifkira ta' dik il-Knisja ta' Wied is-Sir li llum ma ghadhiex tezisti.


Huwa kollu ghalxejn li nibku dwar il-hsara li sofra dan il-wied ghax kif jghid il-Malti 'Ghall-maghmul m'hemmx kunsill'. Dmirna hu li ghalli gej il-ftit ghana u gmiel naturali li baqaghlu dan il-wied li niftahru bih, nibzghu ghalih. L-ismijiet ta' ghadd sabih ta' toroq f'inhavvi differenti tal-Mosta jfakkruna fih. Dawn huma Triq Wied il-Ghasel, Triq il-Wied, Triq Wied is-Sir, Triq Dawret il-Wied, Triq il-Gherien tal-Wied u Triq San Pawl tal-Qlejgha.


Riferenzi

  1. Storja tal-Mosta migbura minn E.B. Vella u Ohrajn, Pagni: 1, 6, 82, 91.

7. ISMIJIET TA' XI NHAWI FIL-MOSTA


Il-Bidnija


Il-Kappella ta' San Pawl Eremita.Il-Knisja tal-Bidnija primarjament frott it-tmexxija, il-genju u l-gharaq Mosti nbniet fl-1920 meta kienet ghadha ma taghmilx parti mill-parrocca tal-Mosta (Ritratt mill-ktieb 'Musta Rahal Twelidi' ta' David Debono, p.157).

(p.37) Il-Bidnija tinsab fuq gholja lejn il-Majjistral tal-Mosta tista' tghid bejn il-widien ta' Wied Qannota u l-Wied tal-Hzejjen. Tista tghid li dawn in-nahat ta' Hal Dragu u l-Bidnija, bir-raba u l-irziezet taghhom kienu sa minn hafna snin ilu f'idejn bdiewa Mostin u ghalhekk kienu maghdudin bhala parti mit-territorju tal-Mosta ghalkemm parrokkjalment, kienu zmien ilu, fil-limiti parrokkjali tan-Naxxar u ta' San Pawl il-Bahar.


Mill-1950 ‘l hawn, wara revizjoni tal-limiti parrokkjali mill-Arcisqof Mikiel Gonzi, bit-thabrik ta' l-Arcipriet tal-Mosta Dun Karm Sciberras u ta' Mons. Dun Anton Buhagiar, iben Anglu mill-Bidnija, il-Bidnija saret taghmel parti mill-Parrocca tal-Mosta.


Fl-1964, fi zmien l-Arcipriet Dun Bert Bezzina, il-Bidnija kollha, bil-hariet ta' Hal-Dragu u l-Qala, nghaqdu mal-Mosta u hekk saru darba ghal dejjem, kif kien jixraq, parti mill-Parrocca tal-Mosta.


Il-Knisja tal-Bidnija nbniet fl-1920 fuq pjanta tal-Mosti Mastru Salvu Zahra u giet iddedikata lis-Sagra Familja. Il-kwadru titulari flimkien mat-tnejn laterali huma xoghol il-pittur Ganni Vella. Fil-faccata hemm l-istatwa tal-gebel li turi l-fidi xoghol ta' l-iskultur Marco Montebello li saret fl-1977. F'dik is-sena wkoll kienet saret l-istatwa titulari tas-Sagra Familja xoghol l-istatwarju Ghawdxi Wistin Camilleri (fil-fatt hi xoghol Michael Camilleri Cauchi fl-1977). Minn dik is-sena wkoll bdiet issir il-Festa fit-tielet Hadd ta' Lulju li tkun ukoll bil-purcissjoni.


Mill-ghaxar retturi li kellha din il-knisja mill-1922 'l hawn tmienja kienu Mostin. Illum hemm jiehu hsiebha Dun Gwann Sammut (snin ilu, meta nkiteb il-ktieb).


Triq Durumblat


In-nahat ta' bejn il-Knisja z-zghira tal-Kuncizzjoni u t-Torri Kombu (p.38) jissejhu ta' Dullambrot jew Durumblat. L-istess knisja tal-Kuncizzjoni jsejhulha dik ta' Andar il-Blat. Fl-antik insibu li gie li ssejhet ta' Dejr Im Blat jew Deir El Bneit jew inkella Baidar jew Andar il-Blat. Dan kollu jista' jfisser pjanura jew qiegha bil-blat kif fil-fatt kienet x aktarx tidher fl-istat originali taghha dik in-naha tal-Mosta.


F'dawn in-nahat, il-Qawwiet Torok kienu waqqfu l-istandart irjali taghhom biex minn hemm jibdew  l-irtirata taghhom wara t-telfa li kienu garrbu fl-Assedju  l-Kbir ta'  l-1565. Minn ta' Dullambrot kien inqata' ukoll il-gebel biex il-Mostin bnew ir-Rotunda.


Riferenzi

  1. Mosta - Memories and Charms - Rev. Edgar W. Salomone, Pg. 12.|
  2. Storja tal-Mosta bil-Knisja taghhom - E. B. Vella – 1930, Pg. 129.

Triq Ta' Mlit


Ta' Mlit hija dik ix-xaqliba ta' bejn il-Mosta u n-Naxxar li thares lejn Hal Lija li tinsab 'l hemm mill-minkeb ta' Triq il-Kungress Ewkaristiku.


Jista' jkun li jisimha hekk ghax naha taflija. Kien hawn min qal ukoll li f'dan il-post kien hemm rahal qadim. Illum minflok ir-raba tafli telghu djar u vilel li jiffurmaw parti mill-Mosta moderna ta' zmienna.


Riferenzi

  1. Storja tal-Mosta migbura minn E. B. Vella u Ohrajn, Pg. 61.
  2. Filarmonika Santa Marija Mosta - Programm tal-Festa - Intietef Mostin minn J.J. Camilleri, Pag. 20.

Triq  l-Isperanza u Triq il-Kappella ta' l-Isperanza


Il-knisja tal-Madonna ta' l-Isperanza.Il-kappella tal-Madonna ta' l-Isperanza.

F'tarf it-Triq twila ta' l-Isperanza tinsab il-knisja ghaziza tal-Madonna ta' l-Isperanza mibnija fuq l-ghar devot u xejn inqas ghaziz f'qiegh ta' wied li jgib l-istess isem.


Din il-knisja bdiet tinbena fl-1760 u tlestiet 11-il xahar wara. Fl-1896 kabbrulha z-zuntier u fl-1919 inbniet il-lanterna ta' fuq il-koppla.


Tradizzjoni qadima tghid li din il-knisja kienet inbniet b'weghda ta' wahda xebba Mostija li bl-intercessjoni tal-Madonna helset milli (p.41) taqa' fl-idejn hziena ta' qatgha hallelin Barbareski li grew warajha sakemm din sabet kenn fl-ghar ta' taht din il-knisja. Hemmhekk, il-Madonna ghamlet xejn inqas minn miraklu maghha billi fil-bokka tat-toqba fejn it-tfajla stahbiet, brimba dritt nisget ghanqbuta. Hekk dawk li kienu jigru warajha qatt ma ghaddielhom minn mohhhom li dik lt-tfajla setghet inhbiet hemm. Hekk salvat dik ix-xebba. Ittamat fil-Madonna u l-Madonna helsitha.


Riferenzi

  1. Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha - E. B. Vella, Pag 85.

San Pawl tal-Qlejja


Il-knisja ta' San Pawl tal-Qlejja.Il-kappella ta' San Pawl tal-Qlejja.

Tal-Qlejgha jew Tal-Qlejja tfisser naha gholja u tfisser ukoll kastell zghir. Zgur li din in-naha tal-Mosta tfakkama fil-knisja ckejkna jew kappella tan-Nawfragju ta' l-Appostlu Missierna San Pawl li tinsab mibnija fil-wied li jghaddi minn dik in-naha tal-Mosta u li jismu l-Wied tal-Qlejgha. Ghalhekk mela din il-knisja jghidulha San Pawl tal-Qlejgha.


Il-knisja ta' San Pawl tal-Qlejgha jew Tal-Mingiba nbniet mill-gdid fl-1690 flok ohra eqdem minnha li fiha kien hemm il-kwadru tal-Konverzjoni ta' San Pawl. Tbierket nhar id-9 ta' Frar, 1695 u giet iddedikata f'gieh in-Nawfragju ta' San Pawl f'Malta


Riferenzi

  1. Storja tal-Mosta migbura minn E B. Vella u Ohrajn, pag. 89
  2. Filarmonika Santa Marija, Mosta - Programm tal-Festa 1997 - lntietef Mostin J.J. Camilleri – Konfini, Pag 20.

Triq il-Katakombi Ta' Bistra


Il-katakombi ta' Bistra.Il-katakombi ta' Bistra miftuha ghall-elementi qabel gew inkorporati f'muzew lejn l-2015 kif inhuma llum.

Fis-sena 60 W. K. sehh fostna n-Nawfragju providenzjali ta' San Pawl meta Malta kienet taht il-hakma Rumana. Il-katakombi f'Ta Bistra huwa tifkira kemm ta' zmien ir-Rumani f'Malta kif ukoll ta' l-ewwel komunita Nisranija li kienet tghix f'dawn l-inhawi tal-Mosta. Dan il-katakombi kien iservi ghad-dfin tal-mejtin, u sa fejn hu maghruf huwa  l-ikbar wiehed li qatt instab s'issa fil-Mosta.


Dan jismu hekk ghax instab fl-ghalqa maghrufa bhala ta' Bistra qrib hafna ta' San Guzepp tat-Targa, man-naha tax-xellug ta' dik (p.42) it-telgha wieqfa li taghti ghal San Pawl tal-Qlejgha u r-Rabat. Il-ghalqa li kien instab fiha dan il-katakombi jghidulha 'Ta'  l-Gherien,' ghax dawk li ma kienux jifhmu minn ghalihom li dawk  l-oqbra kollha li  l-ewwel Insara li kienu jghammru fil-Mosta kienu qatghu fil-blat, kienu gherien.


Riferenzi

  1. Storja tal-Mosta migbura minn E. B. Vella u Ohrajn, Pagni 43, 44 u 45.

Triq Wata


Jista' jkun li din in-naha tal-Mosta laqqmuha hekk minhabba li hija roqgha ta' art watja (minn wita) jew inkella ghax kienet art ghammiela u hekk kienet ta' fejda ghan-nies tal-post (minn wieta).


Illum il-Wata nbidlet ukoll. Minflok l-ghelieqi ghammiela li hafna ghadhom jiftakru, tela' minflokhom hafna bini ta' djar. L-ghelieqi li kienu jiksu 'l dik il-witja kienu jinfirxu min-naha  l-wahda faccata ta' Triq Tumas Dingli u min-naha  l-ohra faccata ta' Triq il-Kbira, int u tiela' lejn il-Blata  l-Gholja.


Riferenzi

  1. Filarmonika Santa Marija Mosta - Programm tal-Festa - Intietef Mosta, J.J. Camilleri, Pag. 20.

Triq ic-Ciklisti


Ciklisti Mostin cirka 1965.Ciklisti Mostin cirka 1965 (Ritratt mill-ktieb 'Muta Rahal Twelidi' ta' David Debono, p.145).

Fil-qasam sportiv u fuq dak li hu livell ta' klabb, zgur li ghamel isem il-'Mosta Cycling Club'. Dan il-klabb iddomina x-xena ciklistika Maltija ghal bosta snin tas-Sebghinijiet. Kien imwaqqaf fl-1953 minn Ganni Sammut, surmast fl-iskejjel Governattivi. Marbutin mal-livell gholi li dan il-klabb kien irnexxielu jsawwar fil-membri tieghu kien hemm is-success ta' diversi ciklisti Mostin li ghamlu isem ghalihom, ghall-Mosta u ghal Malta. Jibqghu msemmija s-successi f'Malta u barra rrunn Malta f'diversi kampjonati ta' tlielaq tar-roti li ghamlu ghadd ta' ciklisti Mostin. Fost dawn insemmu lil John Magri, Joe Farrugia, Alfred Tonna, Albert Micallef, Tony Calleja, Carmelo Sammut, Emmanuel Camilleri, Joan Caruana, Lucy Tonna u ohrajn.


Il-Mosta kellha u ghad ghandha sportivi f'kull qasam ta' l-Isports li jaghmlulha gieh. Nahseb li dan kien il-ghan il-ghala ssemmiet din it-triq ghac-ciklisti.


Riferenzi

  1. (p.43) Storja tal-Mosta migbura minn E. B. Vella u Ohrajn - Il-Mosta Cycling Club, minn C. Agius - Pagni 389, 392, 393

Triq Ta' Vnezja


Jista' jkun li dan l-isem huwa tahsira ta' Venezja. Ma rnexxilniex inkunu nafu mnejn gej dan l-isem li hu qadim mhux hazin. Dawn in-nahat jissemmew taht dan l-isem sahansitra sa minn meta kienet qamet il-kwistjoni dwar il-limiti parrokkjali tal-Mosta fl-1783 bejn il-Kappillan tal-Mosta, Dun Salv Saver Bonnici u l-Arcipriet tal-Katidral Dun Xand They u  l-Kappillan tan-Naxxar Dun Gorg Fiteni li nzerta Mosti. Naturalment il-Kappillan tal-Mosta kien sostna li fost inhawi ohra, Ta' Vnezja kellu jkun parti mill-Parrocca tal-Mosta.


Wiehed jista' jghid li Ta' Vnezja huma dawk l-inhawi li jinfirxu bejn wiehed u iehor minn quddiem ic-Cimiterju tal-Mosta sa fl-inhawi ta' quddiem il-knisja tal-Kuncizzjoni qrib hafna Ta' Qali fejn fl-ahhar gwerra kien hemm il-mitjar. Waqt l-ippjanar ta' l-art ghall-mitjar f'Ta' Vnezja, kienu nstabu l-fdalijiet ta' iljunfanti u ippoppotamu ta' zmien il-Pleistocene u anki xi fdalijiet ta' annimali ohra.


Riferenzi

  1. Storja tal-Mosta bil-Knisja taghha - E B Vella – 1930, Pag 104.
  2. Bliet u Rhula Maltin - Alfie Guillaumier, 1971, Pag 124.

Triq Tal-Blata l-Gholja


Tal-Blata l-Gholja hija dik in-naha tal-Mosta li tinsab f tarf Triq il-Kbira int u tiela' lejn it-triq li tiehu lejn l-Imdina u r-Rabat. Isimha maghha. Hawnhekk it-triq tintrefa’ helu helu ‘l fuq. Jider li f’din in-naha gholja tal-Mosta, kien hawn fl-imghoddi xi roqgha ta’ blat mikxuf u li ghalhekk dan il-post ha  l-isem li bih ghadu maghruf sal-lum. Hija wahda mill-inhawi tal-Mosta li bl-ghelieqi sbieh li kellhom kienu jdawru ‘l Mosta ta’ dari.


Triq Tal-Blata l-Gholja tibqa’ tfakkama fir-raba u l-irziezet li fl-imoghoddi, izjed mil-lum kienu jimlew ‘l dawn  l-inhawi.


8. BINI MPORTANTI FIL-MOSTA


Pjazza Rotunda


Il-pjazza fl-antik.Il-pjazza quddiem il-knisja fl-antik.

(p.44) Bir-ragun kollu,  l-pjazza ta' quddiem il-Knisja Parrokjali u Arcipretali tal-Mosta jisimha Pjazza Rotunda, ghal dik il-knisja li hi wkoll santwarju Marjan u li l-Mostin waqqfu f'gieh it-Tlugh fis-Sema tal-Vergni Marija.


Ix-xoghol tal-bini ta' din il-knisja kien inbeda mat-tqeghid ta' l-ewwel gebla nhar it-30 ta' Mejju 1833 u ntemm ma' l-gheluq tal-koppla ggantija taghha ghall-bidu ta' 1860. Giet imbierka nhar is-16 ta' Frar, 1860 u  l-Konsagrazzjoni taghha kienet saret mill-Isqof Pace Forno fil-15 ta' Ottubru, 1871. Fl-10 ta' Lulju, 1888 giet imghollija ghad-dinjita ta' knisja Arcipretali u fl-1889 inbniet il-lanterna u hekk giet mghollija sa l-oghla quccata taghha l-'Panteon' ta' Malta.


Ir-Rotunda hija zgur il-glorja tal-Mosta u ta' l-arkitett inginier taghha Gorg Grongnet de Vasse. Fuq kollox hija monument kbir ta' fidi u mhabba.


Fil-Mosta nsibu wkoll Triq il-Knisja li bhall-Pjazza Rotunda tfakkarna wkoll fil-Knisja Parrokkjali taghna.


Riferenzi

  1. Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha - minn E.B. Vella - It-Tnax-il Taqsima, Pagni: 1, 6, 82, 91.

Triq l-Oratorju


L-Oratorju Qalb ta' Gesu.L-Oratorju Qalb ta' Gesu.

Qabel ma nbena l-Oratorju Qalb ta' Gesu, u qabel ma din it-triq infethet kif nafuha llum, kienet maghrufa bhala Sqaq Witet. Dan minhabba li skont ma jinghad, imwahhal mal-faccata ta' dar f'din it- triq, kien hemm granpun li mieghu sid id-dar kien jorbot u jdoqq it-tajjar u mbaghad jizbghu. Meta nbena l-Oratorju, din it-triq biddlulha isimha.


(p.46) L-ewwel gebla ta'  l-Oratorju tad-Dutrina ghat-tfal subien kienet tqieghdet fil-11 ta' Novembru, 1928 u  l-bini tieghu intemm ghall-habta ta'  l-1935. Gie mbierek nhar id-9 ta' Gunju 1940.


Il-fundatur tieghu kien is-sacerdot habrieki u ex-arcipriet tal-Mosta, il-Monsinjur Dun Karm Sciberras, iben den tal-Mosta. Il-pjanta saret mill-Perit Nettu Mifsud Ellul filwaqt li x-xoghol tmexxa mill-imghallem MostiMastru Salvu Zahra.


Riferenzi

  1. Storja tal-Mosta migbura minn E.B. Vella u Ohrajn - Zieda IV – Oratorju tal-Qalb Imqaddsa ta’ Gesu, Pani 253 sa 256.

Triq il-Parrocca


Il-knisja l-Qadima tal-Mosta.Il-knisja l-Qadima tal-Mosta.

Triq il-Parrocca magenb il-Knisja Parrokkjali tfakkar il-Parrocca tal-Mosta. Il-Mosta giet imwaqqfa f'parrocca ghaliha nhar is-16 ta' Settembru 1608 mill-lsqof Tumas Gargallo, wara li giet maqtugha mill-Matrici tan-Naxxar.


Bhala l-ewwel Knisja Parrokkjali kienet giet imwaqqfa dik l-istess knisja ta' l-Assunta li kien hemm fir-rahal qabel  l-1557. Meta d-Delegat Appostoliku Monsinjur Pietru Dusina kien zar il-Mosta fl-1575, huwa kien iddeskriva 'l din il-knisja qadima bhala wiesgha u xierqa bizzejjed! Meta l-Mosta saret Parrocca din il-knisja kienet giet inkorporata (x’aktarx mhux veru) fi knisja gdida ikbar mibnija taht l-arkitett maghruf Tumas Dingli fl-1619. Fil-bidu tas-Seklu Dsatax din il-knisja saret zghira ghall-popolazzjoni dejjem tikber li kienet tilhaq madwar 3,000 ruh. Ghalhekk inbniet madwarha r-Rotunda.


Riferenzi

  1. Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha - E.B. Vella - Is-Seba' Taqsima, Pagni 66 sa 73.

Triq il-Mithna l-Qadima


Il-Mithna l-Qadima.Il-mithna – ghebet il-htiega, baqghet it-tifkira.

Triq il-Mithna l-Qadima tfakkar l-eqdem fost erba' mtiehen ohra (p.49) tar-rih li kien hawn fil-Mosta fl-imghoddi. Min jaf kemm u kemm qamh tahnet ghall-htiega tal-Mostin u b'liema sabar!


X'aktarx li originarjament din il-mithna kienet inbniet mill-Ordni tal-Kavalieri tant li fuq il-bieb ewlieni taghha tidher l-arma tal-Gran Mastru Girgor Carafa (1680-1690).


Il-mithna kif inhi llum inbniet fl-1757 bl-isem ta' Gesu Nazzarenu ghall-gid tal-Mostin fi zmien il-Kummissarju Don Garcia. Il-perit li ghamel il-pjanta kien Frangisk Zerafa filwaqt li l-imghallem li bniha kien Mastru Nikol Camilleri mis-Siggiewi.


Kienet waqfet mix-xoghol taghha fl-1925 minhabba li l-qamh beda jintahan b'magni izjed moderni. Fl-1928 riefnu qawwi qacctilha l-antenni li kien ghad ghandha u gabha kif tidher illum bit-tromba biss isserdek fuq id-dar. Ta' min ifakkar li qabel ma nfethet dik li llum jisimha Triq il-Kungress Ewkaristiku, din kienet it-triq ghall-Belt Valletta.


Riferenzi

  1. Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha - E. B. Vella, Pg. 82-83.

Triq it-Torri


It-Torri Cumbo.It-Torri Cumbo.

F'tarf Triq it-Torri, jinsab dak li hu maghruf fostna bhala it-Torri Kombu; palazz mill-isbah li ghandna f'pajjizna. 'It-Torri' ghandu ghamla rettangulari b'sebghin pied tul u sitta u tletin pied wisa'. L-gholi tieghu huwa ta' madwar hamsin pied minghajr ma nghoddu t-turretta li ghandu li hija xi hdax-il pied gholja. Ghandu tliet sulari, wiehed oghla mill-iehor u ghandu wkoll gallarija li ddur ma' l-erba' faccati tieghu. Jinsab imdawwar b'gonna sbieh, b'dar ghas-servi u remissi. F'nicca li tidher mad-dar li ghandu mieghu hemm l-istatwa ta' San Gwann  l-Evangelista u f'kantuniera ohra jidher medaljun sabih bil-Madonna tal-Bon Kunsill. Il-bini kif inhu nbena ghall-habta tal-bidu tas-Seklu Dsatax.


Skond it-tradizzjoni, minn flok il-palazz li hemm illum kien hemm fl-antik it-Torri jew palazz Cumbo li kien ta' Gulju Cumbo wiehed mill-gurati ta' Malta ghall-habta tas-sena 1524. Dan kien jigi missier ll-famuza 'gharusa tal-Mosta' li ghadha msemmija sal-lum


Riferenzi

  1. Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha - E. B. Vella, Pag 53.

Triq il-Pont


Il-pont l-antik tal-hadid li kien jaqsam Wied il-Ghasel.Il-pont l-antik tal-hadid li kien jaqsam Wied il-Ghasel.

(p.51) Il-pont tal-hadid li kellna l-Mosta kien pont uniku f'Malta, imma b'xorti hazina kien sar perikoluz ghall-vetturi li jghaddu minn fuqu. Ghalhekk ghall-habta tas-sittinijiet kien gie mblukkat, u setghu jghaddu minn fuqu karozzi zghar biss. Iktar tard matul is-snin sebghin kien twaqqa' u nbnew minfloku l-arkati li hemm illum bi triq wiesgha u komda li tghaddi minn fuqhom.


Il-'Pont tal-hadid' kienu bnewh l-inginieri Nglizi fl-1897 biex ikunu jistghu jilhqu ahjar il-Fortizza ta' Misrah Ghonoq minn dik ix-xaqliba tal-Mosta. Sakemm dan inbena, il-Fortizza kienet tintlahaq biss mil-arkata ta' l-Isperanza li kienet giet mibnija mill-gdid fl-1905.


Minn fuq il-pont kienet tghaddi triq twila 330 pied u wiesgha 22 pied. Il-pont kien gholi 107 piedi mill-qiegh tal-wied pittoresk ta' Wied il-Ghasel. Isem din it-triq ghadu jfakkama fih. Ghadek ukoll tiltaqa’ ma' hafna fostna li ghandhom xi ritratt tal-pont kif kien, mehud minn qiegh il-wied, bir-Rotunda tidher fil-boghod tahtu.


Riferenzi

  1. Storja tal-Mosta migbura minn E. B Vella u Ohajn, Pagni 208 u 211.

9. ISMIJIET TA' XI TOROQ OHRAJN


Triq il-Kbira


L-istatwa ta' San Guzepp fi Triq il-Kbira.L-istatwa ta' San Guzepp fi Triq il-Kbira (kienet xi darba, illum saret Triq il-Bazilika).

(p.53) Triq il-Kbira hi l-itwal triq li ghandna u taqsam il-Mosta mil-Lvant ghall-Punent. Mit-triq li tiehu ghan-Naxxar tinzel helu helu u tieqaf ftit fi Pjazza Rotunda u terga' tkompli ‘l hemm minnha ‘l fuq lejn l-Imdina u r-Rabat. Meta t-toroq taghna kien ghadhom jisimhom bit-Taljan, kien jisimha Strada Reale minhabba r-rabtiet taghna li kellna ma’ l-Ingiltenra u l-Monarkija taghha. Meta l-ismijiet tat-toroq bdew jidhru bl-Ingliz u bil-Malti saret Triq Irjali u wara Triq il-Kbira kif ghadha sal-lum.


Matul din it-triq niltaqghu ma' diversi sqaqien fosthom Sqaq Grech Mifsud magenb il-Kazin Nicolo Isouard u magenb id-dar ta din il-familja maghrufa fil-Mosta. Naraw ukoll matulha diversi statwi tal-gebel tal-Madonna u tal-Qaddisin f'nicec, fuq mensoli jew f’medalium fosthom dik kbira ta' San Guzepp fl-gholi fuq pedistall mill-isbah.


Triq il-Fortizza


Il-fortizza tal-Mosta.Il-fortizza tal-Mosta.

Il-Fortizza tal-Mosta jew il-Fortizza ta Misrah Ghonoq kienet inbniet mill-Forzi Armati Nglizi bil-ghajnuna ta l-Inginier taghhom fl-1878. Din il-fortizza tinsab mibnija fuq wesgha fl-gholi f’tarf il-blat gholi qisu sur li jaqsam il-gzira taghna mill-Madliena sa Fomm ir-Rih. Minn fuqha ggib tahtek Ghajn Rihana, Burmarrad, San Pawl il-Bahar u  l-bahar ta dik ix-xaqliba ta Malta.


Ghalkemm din il-fortizza nbniet ghal 13-il kanun pero dawn qatt ma kienu gew sparati ghax kien instab li taht is-saff blat qawwi li fuqu kienet giet imwaqqfa  l-fortizza, kien hemm saff iehor fond tat-tafal. Ghal hafna snin intuzat biex fiha jimmuntaw u jahznu balal u munizzjon.


(p.55) Minn tahtha wiehed jara ghaddej dak il-hajt li ahna nafuh bhala  l-'Victoria Lines' jew it-Truncieri Victoria, hajt li kien inbena wkoll biex ikompli jiddefendi l-Gzira, bejn  l-1870 u  l-1899.


Riferenzi

  1. Storja tal-Mosta migbura minn E. B. Vella u Ohrajn, Pagni 208 u 209 (V. B. Caruana).
  2. The Victoria Lines, Pg. 8 (Edited by Ray Cachia Zammit).

Triq il-Kullegg


Il-Kullegg tas-Sorijiet Agostinjani.Il-Kullegg tas-Sorijiet Agostinjani fi Triq Anglu Gatt.

Il-Kullegg tas-Sorijiet Agostinjani fil-Mosta huwa msemmi ghal Swor Theresa Spinelli, il-Fundatrici ta' l-Ordni u tidhol ghalih minn Triq Ponsomby. Tista' ssejjahlu wkoll Istitut jew Kunvent. L-ewwel gebla ta' dan l-istitut kienet tqieghdet fid-19 ta' Marzu, 1952 mill-Arcisqof Monsinjur Mikiel Gonzi u wara sentejn, sewwa sew nhar it-12 ta' Awissu, 1954 gie mbierek mill-istess Arcisqof. L-istitut sar fuq il-pjanta tal-perit Micallef u l-bennej kien Pacifico Falzon mill-Mosta. F'dan il-kullegg wiehed isib kappella, Sala tar-recti, gnien kbir u 'playground'.

Matul is-snin serva bhala skola ghal diversi livelli ta' Edukazzjoni. Is-'Saint Monica School Accordion Band' hija xhieda bizzejjed tal-livell kulturali li hareg minn dan il-Kullegg. M'ghandniex xi nghid, dan il-post serva ukoll bhala Novizzjat ghall-istess Ordni Agostinjana.


Riferenzi

  1. Storja tal-Mosta migbura minn E B Vella u Ohrajn - Pagni 257-259.
  2. Bliet u Rhula Maltin - Alfie Guillaumier, Pag. 522

Triq l-Awrora


Il-kelma awrora gejja mill-kelma Latina ‘aurora’ u tfisser zerniq. F'tarf Triq Baskal Buhagiar fejn din tinted ma' Triq il-Pont, kien hemm ghalqa li sa minn zminijiet qodma kienet maghrufa bhala ‘Ta' l-Awrora'. Dan ghaliex certu benefattur mill-Mosta, Damian Bonnici mlaqqam 'Wejda', ghall-bidu tas-Seklu Sbatax, kien halla dik l-ghalqa biex mir-renti taghha titqaddes l-ewwel quddiesa fil-Parrocca fil-Hdud u l-Festi Kmandari. Damjan Bonnici kien l-istess wiehed li fl-1615 rega' (p.56) kien bena l-knisja ckejkna ‘Ta’ Wejda’ mill-gdid.


Din kienet tkun l-ewwel quddiesa li kienet tohrog fl-erbgha ta' fil-ghodu u ghalhekk fl-awrora, kif kienu jafuha niesna ta' ilu. L-ghalqa llum spiccat, imma b'tifkira ta' dan kollu, mhux wisq ‘l boghod, infethet triq li ssemmiet bl-isem sabih ta' Triq l-Awrora.


Hajr lil Dun Salv Magro ta' xi taghrif li ghaddieli.


Triq il-Gnejna


Il-Gnien tal-Kmand fil-Mosta.Dak li kien il-Gnien tal-Kmand fil-Mosta f'tarf Triq il-Kbira.

Tinsab ftit passi 'l fuq mill-'erba' hwienet'. Taghti ghal Triq il-Kbira u minnha tghaddi ghal Triq Britannia. Jista' jkun li jisimha hekk minhabba xi gnejna li kien hemm ma' xi dar li fiha.


Jista' jkun ukoll li jisimha hekk minhabba l-Gnien tal-Kmand li Sir Alexander Ball (1803-1809) kien ordna li ghandu jkun hemm f'kull rahal u li kellu jservi ghall-Kmand tal-post. L-ewwel Kmand jew Lwogotenent tal-Mosta kien Gammari Chetcuti li kellu l-gnien tieghu f'tarf Triq il-Kbira, in-naha tal-'Wata', int u tiela' lejn  l-Imdina.


Tghid din it-triq inghatat dan l-isem biex tibqa' tfakkar dan il-gnien?


Riferenzi

  1. Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha - E. B. Vella, Pagni 118-119.

Triq il-Qasira


Din hi triq li tinsab fil-parti l-qadima tal-Mosta u taghti ghal Triq il-Mithna l-Qadima. Isimha maghha! Ghandha l-karatteristici tat-toroq il-qodma ta’ rahalna, dejqa u bi djar fuq kull naha.


F’din it-triq niltaqghu ma statwa qadima ta’ San Pawl l-Appostlu (fil-fatt din tigi taghmel ma Triq it-Torri) li hemm fl-gholi fuq mensola mal-faccata ta’ dar.


Triq Triq Stivala


Ma rnexxilniex insibu ghala din it-triq qadima jisimha hekk. Hija triq qadima li ggib il-kunjom Malti li jidher li hu ta’ origini Taljan. Fil-Mosta, dan il-kunjom la hu komuni u anqas jidher li qatt kien. Jista’ jkun li xi hadd importanti b’dan il-kunjom kien joqghod hawn. Min jaf?


(p.57) Nafu biss li f'din it-triq, fl-1871, twieled u trabba tifel jismu Wigi Fenech li 'l quddiem dahal fl-Ordni Karmelitan. Dan kien Patri Avertan Fenech li bi qdusitu ghamel gieh lill-ordni li haddan u lill-Mosta wkoll.


Riferenzi

  1. Storja tal-Mosta migbura minn E. B Vella u Ohrajn, Patri Avertan Marija Fenech, minn Dun Ang Camilleri, Pag. 283.

Triq il-Barrieri


Mhux boghod minn Triq Stivala, mal-genb xellugi ta' l-Oratorju Qalb ta' Gesu, hemm Triq il-Barrieri. Ta' minn jahseb li ssemmiet hekk minhabba xi barrieri li kien hemm fl-inhawi, jew inkella biex tfakkar fil-barrieri li kien hawn fil-Mosta f'tarf ir-rahal fl-imghoddi.


Il-gebel ghal bini ta' hafna djar fil-Mosta, sahansitra ta' l-istess knisja parrokkjali nqata' mill-Mosta stess u l-iktar minn barrieri fin-nahat ta' bejn il-Knisja tal-Kuncizzjoni u t-Torri Cumbo. Mhux ghageb ghalhekk li fil-Mosta, kellna ghadd ta' rgiel sewwa jahdmu fil-barrieri u ohrajn bennejja. Naturalment dawn kellhom bzonn min jaghmlilhom l-ghodda, ghalhekk fil-Mosta kellna wkoll numru sew ta' haddieda u ta' dawk li jaghmlu  l-karettuni.


Riferenzi

  1. Mosta the Heart of Malta - Trades and Crafts of the Recent Past in Mosta - Guido Lanfranco, Pg. 141.

10. IFAKKRU FL-ISTORJA QADIMA TA' MALTA U F'XI GNUS LI HAKMUHA


Triq il-Fdalijiet Preistorici


(p.58) Il-Preistorja tigbor fiha Zmien il-Hagar, Zmien il-Bronz u Zmien il-Hadid. Jarga, l-istudjuzi jhobbu jaqsmu Zmien il-Hagar fi tlieta, dak Paleolitiku jew qadim, dak Eolitiku jew tan-nofs u dak Neolitiku jew il-gdid.


Iz-zmien Neolitiku jew iz-zmien il-Gdid tal-Hagar, hawn Malta huwa dejjem boghod madwar 3,000 sena qabel Kristu u sa minn dak iz-zmien il-bniedem kien diga jghammar fid-distrett tal-Mosta. Dan nafuh minhabba l-fdalijiet li halla l-bniedem warajh u li wiehed ghadu jista' jara f'xi nhawi tal-Mosta.


Fost dawn il-fdalijiet ta' min isemmi l-'hofor tar-roti' fl-inhawi ta' Misrah Ghonoq, il-'hagar imsaqqaf' jew id-'Dolmens' li niltaqghu maghhom fix-Xaghra ta' fuq Wied Filep u l-hajt megalitiku ta' Misrah Ghonoq li gie mkisser meta kienu qeghdin jibnu l-Fortizza.


Riferenzi

  1. Gateway to Our Nation's History by Carmel G. Bonavia and Jos. M. Demanuele, Page 9.
  2. Storja tal-Mosta migbura minn E.B. Vella u Ohrajn, Pagni 11, 15 u 18.

Triq l-Imsaqqfin


Id-Dolmen fil-Mosta.Id-dolmen li nsibu fl-inhawi ta' Santa Margerita

Id-‘dolmens’ jew l-Hagar l-Imsaqqfin huma xoghol tal-bniedem ‘Neolitiku’ u kienu jkunu maghmulin minn zewg gebliet kbar weqfin b’ohra kbira hafna msaqqfa fuqhom. Kien ikun qishom bhal mejda ggantija tal-hagar u ghall-ewwel kienu jahsbu li kienu artali.  Illum, billi dawn kien qishom izjed xi kamra, jahsbu li kienu jservu ta’ oqbra.


(p.59) Minn dawn il-monumenti Neolitici, ghandna tnejn fil-Mosta u dawn qeghdin fix-xaghra ta' fuq Wied Filep.


Riferenzi

  1. Storja tal-Mosta migbura minn E.B. Vella u Ohrajn, Pagni 15 u 16.

Triq il-Fuhhar


Din it-triq semmewha hekk sabiex tfakkarna f'dak il-hafna fuhhar li nstab imxerred 'l hawn u 'l hinn fl-ghelieqi u fl-oqbra li nstabu madwar il-Mosta,  l-aktar ta' zminijiet Punici. Dan kollu jixhed li l-Mosta kienet ukoll mghammra sewwa f'dawk iz-zminijiet imbieghda.


Kemm il-Fenici u kemm il-Kartaginizi kienu jemmnu b'hajja ohra wara l-mewt. Magenb il-gisem mejjet, kienu jqieghdu kulma dan kien jista' jinhtieg wara l-mewt. Ghalhekk fil-qabar kienu jpoggu bwieqi, garar, kusien, zinglijiet u platti. Kienu jahsbu li dawn l-affarijiet kienu se jservuhom ghall-ikel, xorb u ghall-fdal tal-hruq li kienu jqieghdu fihom fil-hajja li gejja.


Triq il-Bwieqi


Din hi triq ohra li nfethet fil-Mosta ta' zmienna u li isimha ghandu jfakkarna fil-qedem ta' Gensna. Il-bniedem li ghex hawn fi zminijiet bikrija, kien diga tghallem jaghmel, fost hwejjeg ohra, bwieqi biex fihom izomm l-ilma mehtieg. Dan kien jaghmilhom mill-fuhhar, tafal mohmi fin-nar.


Naraw xi wahda minn dawn il-bwieqi tal-qedem wara l-hgieg ta xi vetrina tal-Muzew.


Triq l-Imsiebah


Imbierek min gabrek
U ghozzok gol-hgieg,
Ghall-gieh ta' pajjizna
Int bosta mehtieg.


Hekk spicca l-poezija twila u sabiha l-poeta Dun Kami li jisimha 'Il-Musbieh tal-Muzew.' Triq l-Imsiebah tfakkarna wkoll fl-imsiebah (p.60) tal-fuhhar li nstabu  l-aktar fl-oqbra ta' dawk li mietu fil-bidu ta' l-istorja tal-Gens Malti.


Il-musbieh jew l-imsiebah kienu jkunu tal-fuhhar; recipjenti zghar tondi jew ovali b'ghafsa biex toqghod il-ftila li kienet tkun mghaddsa fiz-zejt u sporguta ftit 'il barra minn dik l-ghafsa li kien ikun hemm f'tarf jew f'fomm il-musbieh.


Riferenzi

  1. Dun Karm - Antologija - (Mit-Tliet Kotba ta' l-Ghana), Pag. 87.

Triq Raddet ir-Roti


Wahda mill-fdalijiet preistorici li ghandna u l-aktar wahda li habblet  l-irjus ta' l-istudjuzi dwar kif dawn setghu saru huma l-Hofor tar-Roti jew Raddet ir-Roti, dawk li bl-Ingliz jissejhu 'cart ruts'. Huma wkoll bhal kanali mhaffrin f'wicc l-art.


Juru fuq kollox dawn il-Hofor tar-Roti; kif dawn in-nies tal-qedem hasbu biex jaghmlu toroq li jghaqqdu post ma' iehor. Jaghtuna hjiel ukoll ta' kif il-bniedem fi zminijiet bikrija ivvinta kif igorr taghbijiet tqal minn naha ghall-ohra tal-Gzira. X'aktarx li dak li kienu jgorru kienet il-hamrija.


Fil-Mosta dawn il-fdalijiet tal-Preistorja narawhom fl-inhawi ta' Misrah Ghonoq qrib il-Fortizza u jergghu jidhru fl-inhawi ta' Santa D-Margerita kif ukoll fuq in-naha  l-wahda u  l-ohra tal-Wied.


Riferenzi

  1. Storja ta' Malta - Andrew P. Vella - Vol. 1, Pag. 25.
  2. Storja tal-Mosta migbura minn E B. Vella u Ohrajn, Pagni 13 u 14.

Triq Zmien il-Bronz


Zmien il-Bronz f’Malta huwa dejjem boghod minna madwar 2,500 sena qabel Kristu. Ta’ dan iz-zmien huma l-ftit tifkiriet tal-qedem li ghandna l-Mosta. Fost dawn it-tifkiriet niltaqghu mal-wisq misterjuzi hofor tar-roti li hafna arkeologisti jghodduhom bhala ta’ dan iz-zmien. Dawn narawhom f’Misrah Ghonoq, ix-Xaghra tal-Wej u fl-inhawi ta’ Wied il-Ghasel. Ghandna wkoll ta’ din l-epoka z-zewg ‘dolmens’ ta’ Wied Filep li kienu nstabu ghall-ewwel darba mill-Professur Napuljun Tagliaferro.


Riferenzi

  1. (p.61) Mosta the Heart of Malta - Mosta in prehistoric time (c5000-c700 B.C.) - Michael A. Sant, Pages 19 and 20.

Triq il-Fenici


Wara z-zminijiet tal-Preistorja Malta waqghet taht il-hakma tal-Fenici. Dawn kienu gew mill-Fenicja fix-xatt tal-Lvant tal-Mediterran, fejn bejn wiehed u iehor hemm illum il-Lebanon, il-Fenici kienu kummercjanti u bahhara kbar. Il-Port il-Kbir taghna, f'nofs il-Bahar Mediterran, sabuh ghalhekk ta' htiega kbira ghalihom.


Jidher li d-distrett tal-Mosta kien imghammar sewwa fi zmien il-Fenici. Dan nafuh mill-oqbra li haffru dawn in-nies biex jidfnu l-mejtin taghhom. Minn dawn l-oqbra kienu nstabu ghadd sewwa madwar ir-rahal taghna. Haga li turik li mhux 'il boghod minnhom kienu joqoghdu n-nies.


Riferenzi

  1. Storja tal-Mosta migbura minn E B Vella u Ohrajn, Pagna 26.

Triq il-Kartaginizi


Minn taht idejn il-Fenici, Malta ghaddiet ghal taht idejn il-Kartaginizi. Dawn hadu isimhom mill-belt ta' Kartagni fl-Afrika ta Fuq qrib fejn illum hemm Tunez. Malta kienet waqghet f'idejhom ghall-habta ta' nofs is-seklu VI qabel Kristu. Kellhom l-istess fehmiet tal-Fenici u bhalhom jew izjed minnhom kienu kummercjanti kbar. Ma jistax jonqos li taht il-Kartaginizi, Malta kompliet ghaddejja ‘l quddiem.


L-oqbra li nstabu mhaffrin fil-blat f'Tal Wej u n-nahat ta Santa Margerita, dawk qrib il-knisja ta' l-Isperanza, dawk l-ohrajn qrib San Guzepp tat-Targa u c-Cimiterji Punici fil-Busbesija, kollha juru kemm in-nies li ghexu fuq il-Gzira taghna kienu migbudin ghal dan id-distrett taghna tal-Mosta.


Riferenzi

  1. Mosta the Heart of Malta – The Phoenicians – Punic period (c.700-218 B.C.) – Michael A. Sant, Pg. 20.
  2. Storja tal-Mosta migbura minn E.B. Vella u Ohrajn, pag. 37.

Triq ir-Rumani


(p.62) Il-Gzejjer Taghna waqghu f'idejn ir-Rumani fil-bidu tat-tieni Gwerra Punika fis-sena 218 qabel Kristu. Matul il-hakma Rumana, sewwa sew fis-sena 60 wara Kristu, gara n-Nawfragju providenzjali ta' San Pawl li gab f'Malta l-Fidi Nisranija. Tahthom Malta kellha l-privilegg li tissejjah 'Foederata Civitas' (belt allejata) u  l-Maltin kienu stmati bhala 'Soci' jew hbieb allejati. Ir-Rumani kienu gwerriera kbar u qalbiena. Kienu wkoll bennejja kbar ta' toroq, djar, palazzi u tempji. Bizzejjed insemmu t-tempju famuz tal-'Pantheon' gewwa Ruma mahsub mill-Imperatur Adrijanu u mwaqqaf bejn is-snin 120 u 124 wara Kristu. Elf, seba' mija u erbghin sena wara, il-Mostin waqqfu 'Pantheon' ta' Malta li fil-ghamla u  l-kobor kellu jkun jixbah lill-'Pantheon' ta' Ruma maghdud bhala xempju mill-isbah ta' arkitettura.


Ta' min isemmi xi ftit tifkiriet ta' zmien ir-Rumani li kienu nstabu madwar il-Mosta. Fost dawn hemm il-fdalijiet ta' dar Rumana fil-Busbesija, oqbra u cimiterji fosthom dak ta' Bistra, qrib Targa Gap li huwa ta' l-ewwel zminijiet tal-Kristjanezmu f'Malta.


Riferenzi

  1. Outlines of Maltese History - Rev. S. Laspina, Pg. 19.
  2. Storja tal-Mosta migbura minn E.B. Vella u Ohrajn, Pag. 187 u 189.
  3. Roman Art and Architecture - Mortimer Wheeler, Pag. 12 and 13.
  4. Mosta the Heart of Malta - Roman and Byzantine times (218 B.C. - A.D. 870), Michael A. Sant.

11. ZMIEN IL-KAVALIERI


Triq Alofju Wignacourt


(p.63) Alof de Wignacourt kien il-11 il-Gran Mastru ta' Malta. Dan il-Gran Mastru Franciz saltan bejn l-1601 u  l-1622. Fi zmienu twaqqfet il-Parrocca taghna tal-Mosta u nbniet il-Knisja Parrokkjali l-qadima ta' Tumas Dingli.


Dan il-Gran Mastru jibqa' msemmi ghall-akwadott li kien inbena fi zmienu u li ghalih kien hallas hafna flus minn butu. Dan l-akwadott, mill-inhawi ta'  l-Imdina u r-Rabat kien iwassal  l-ilma gol-Belt Valletta. Partijiet minn dan l-akwadott storiku ghandhom jidhru f'H'Attard, Birkirkara u Santa Venera.


Fi zmienu wkoll kien wasal Malta l-pittur kbir Taljan Michaelangelo Merisi da Caravaggio, li b'xorti tajba hallielna zewg xoghlijiet kbar ta' l-arti, li Malta bir-ragun kollu tiftahar bihom - il-Qtugh ir-Ras ta' San Gwann Battista u San Glormu, li jinsabu t-tnejn fil-Kon-Katidral ta' San Gwann fil-Belt.


Riferenzi

  1. Outlines of Maltese History - Rev. S. Laspina, Pages. 153 and 187.
  2. Il-Gran Mastri – No. 7, by Joseph F. Grima, Pages 171 and 179.

Triq Silvestru Fiteni


L-arma li hemm fil-faccata tal-kappella ta' San Silvestru.L-arma li hemm fil-faccata tal-Kappella ta' San Silvestru tghid: FITENI SULVESTER EQVES SULVESTRIBVS AGRIS DIVO SVLVESTRO DAT DICAT IPSE DOMVM 1664 li bil-Malti tigi: Il-Kavallier Silvestru Fiteni mir-raba xaghri, jaghti u jiddedika lil San Silvestru din il-Kappella, fl-1664.

Il-Kavalier Kommendatur Fra Silvestru Fiteni kien nobbli Maiti li fl-1664 waqqaf il-Knisja ckejkna ta' San Silvestru I Papa gewwa l-Mosta. Dan in-nobbli zejjen ukoll ‘l din il-knisja bi kwadru mill-isbah tal-qaddis t’ismu, xoghol li huma maghdud bala ta’ Stefano Erardi. L-Arma ta’ Fiteni terga’ tidher ‘il fuq mill-kwadru b’kitba Latina (p.64) tahtha libil-Malti tghid hekk: ' In-Nobbli Silvestru Fiteni, Malti, Baruni ta' Budapest, wara li lahaq Hakem u mahlul miz-zwieg mal-mejta s-Sinjura Genoveffa bint il-Perillustru Sinjur Cesri Passalaqua, imdahhal fl-Imqaddes Ordni Militari ta' San Gwann ta' Gerusalem, fil-grad ta' Kavallier ta' Kastellanija ta' Amposta, mill-gid akkwistat mill-gid tal-patrimonju akkwistat fi zmien iz-zwieg, huwa waqqaf il-Kommenda taht l-isem ta' San Silvestru, ghalih u ghall-Lingwa ta’ (l-imsemmija) Kastellanija; u ghamel li tigi mwettqa b'permess Apostoliku, ta' l-24 ta' Dicembru 1657. Ghalhekk bena dan il-lok mix-xaghri taht il-Patrocinju ta' San Silvestru, fis-sena 1664.


Riferenzi

  1. Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha ta' E.B. Vella u Ohrajn, Pag 77.
  2. Mosta - Its Memories and Charms - Rev. Edgar W. Salomone, Page 16.

Triq Valletta


Din it-triq tfakkama fil-belt kapitali ta' Malta. Wara r-rebha ta'  l-Assedju  l-Kbir ta'  l-1565, il-Gran Mastru La Valletta qataghha li jibni belt gdida li tkun qawwija bizzejjed sabiex tilqa' kull attakk li  l-gzira taghna seta' jerga jkollha mill-Imperu Ottoman. Din il-belt gdida kellha tinbena fuq l-Gholja Xiberras, fuq dak l-ilsien ta' art bejn il-Port il-Kbir u  l-Port ta' Marsamxett. L-ewwel gebla ta' din il-belt gdida kienet tqieghdet b'sollemnita kbira nhar it-28 ta' Marzu, 1566 (fejn illum hemm il-knisja tal-Vitorja).


Il-Papa San Piju V kien baghat lil Francesco Laparelli, l-aqwa arkitett inginier li kellu, biex jaghmel ll-pjanta. Is-Slaten Insara ta' l-Ewropa fosthom dawk ta' Spanja, tal-Portugall u ta' Sqallija baghtu l-ghajnuniet taghhom filwaqt li l-Maltin qablu li jhallsu izjed taxxi u meddew ghonqhom sahansitra ghal xoghol b'xejn.


Fi zmien qasir ta' hames snin telghet din il-belt fortizza mdawra bi swar qawwija. It-toroq dritti taghha malajr imtlew bi djar u palazzi sbieh L-arkitett Malti Glormu Cassar bena l-Bereg tal-Kavalieri u hafna mill-knejjes originali ta’ dil-Belt fosthom il-famuz Kon-Katidral ta' San Gwann.


Il-belt ewlenija taghna hija msemmija hekk ghall-Gran Mastru (p.65) Jean Parisot de La Vallette li bnieha. Thaddan go fiha l-Parrocci ta' San Pawl Nawfragu, tal-Portu Salvu, ta' Santu Wistin u dik tal-Griegi. Wara izjed minn 430 sena ghadha c-centru tal-hajja amministrattiva u kummercjali, kulturali u artistika ta' pajjizna.


Riferenzi

  1. Gateway to Our Nation's History - by Carmel G Bonnici and Joseph M. Demauele, Pages 46 and 47.

12. IL-HAKMA FRANCIZA F’MALTA


Triq Salvu Aquilina


(p.66) Salvu Aquilina kien wiehed mis-sittax-il suldat Mosti li mietu xkubettjati mill-Francizi flimkien mal-mexxej taghhom Dun Mikiel Xerri fil-Pjazza tal-Belt fl-1799.


Dan is-suldat qalbieni twieled il-Mosta fl-1779 u kien iben Baskal Aquilina u martu Anna. Kellu ohtu jisimha Marija li kienet hames snin ikbar minnu. Meta xkubettjawh kellu biss ghoxrin sena.


Salvu Aquilina u shabu kitbu pagna mill-izjed glorjuza fl-istorja ta' art twelidna, imcappsa bid-demm ta' L-eroizmu. Bir-ragun kollu, il-Mosta hi mkabbra bih u bi shabu L-ohra. Barra mit-triq li ggib ismu, ismu jidher ukoll imnizzel fil-Monument tal-Qalbiena Mostin.


Riferenzi

  1. Taghrif mehud minn: Tmiem il-Qalbiena, Dun Mikiel Xerri u Shabu tal-Professur Mons. Vincenz Borg - Programm ta' Tifkira fl-okkazjoni tal-kxif tal-Monument ta' Dun Mikiel Xerri - 1986.

Triq il-Qalbiena Mostin


Il-Monument f'Gieh il-Qalbiena Mostin.Il-Monument f'Gieh il-Qalbiena Mostin.

Il-qalbiena Mostin kienu dawk kollha li fis-sekli li ghaddew fost hafna tahbit u hemm, telf u biki, fi zminijiet iebsa u difficli wrew qlubija ta' min ifahharha.


Kienu l-qalbiena ta' zmien il-jasar meta Rajjes Sinen, kursar mill-aqwa, fl-1526, kien kaxkar mill-Mosta fl-iskjavitu madwar 400 ruh.


Kienu l-qalbiena ta' zmien l-Assedju l-Kbir ta' 1-1565 li ggieldu kontra l-Mislem fil-Kumpanija tan-Naxxar li kienet maghmula minn Naxxarin, Mostin u Gharghurin.


Kienu dawk is-sittax-il suldat Mosti li fi zmien l-Imblokk tal-Francizi mietu xkubettjati taht il-balal ta' l-azzarini tas-suldati ta' Napuljun.


(p.68) Kienu wkoll dawk li tilfu hajjithom fl-ewwel gwerra dinjija u izjed u izjed dawk li batew u mietu matul it-tieni gwerra dinjija meta Pajjizna ghadda mill-ehrex zmien fl-istorja tieghu.


Lil dawn kollha jfakkar il-monument tal-bronz tal-Qalbiena Mostin xoghol ta' l-iskultur Mosti Ganni Bonnici. F'dawn kollha wkoll, tfakkama dit-triq.


Triq il-Battaljun


Triq il-Battaljun tfakkama fis-rezistenza li ghamlu missirijietna biex jehilsu mill-hakma Franciza f'Malta. Biex jaghmlu dan, kull rahal kien organizza l-battaljun tieghu maghmul minn zghazagh u rgiel. Matul is-sentejn li dam l-lmblokk tal-Francizi 633 Mosti kienu servew bhala suldati biex jiddefendu lill-Art Twelidhom. Kull battaljun kien ikollu l-mexxej, surgent, kapurali u suldati. Fost il-mexxejja tal-Battaljun Mosti niltaqghu fl-1798 ma' Dr. Ganni Pullicino u fl-1800, il-battaljun kellu zewg kapijiet ohra li kienu Guzepp Galea u Mikiel Bertis.


Ta' min ifakkar li l-Battaljun tal-Mosta, flimkien ma' dak ikbar minnu ta' Birkirkara, kienu jiehdu hsieb it-trunciera mill-Kamp 'Ta'  l-Gharghar' li kienet testendi minn San Giljan sa fuq  l-Imsida sa fejn il-gholja Ta' Xbiex. Minn dawn in-nahat is-suldati Mostin u Karkarizi kellhom izommu lill-Francizi mblukkati minn din in-naha tal-Belt Valletta u jilqghu sadanittant l-attakki tal-fortizzi 'Tigne' u ‘Manoel’ li kienu f'idejn il-Francizi.


Riferenzi

  1. Storja tal-Mosta migbura minn E. B. Vella u Ohrajn, Pagni 111 sa 114.

Triq Indri Bezzina


Indri Bezzina kien iben Karlu Bezzina u martu Anna u twieled in-Naxxar fit-18 ta’ Gunju 1753. Huwa kien izzewweg il-Mosta lil Grazzja Cappello armla nhar il-25 t’April 1779.


Huwa maghdud bhala wiehed minn dawk is-sittax tal-Battaljun tal-Mosta li kienu mietu xkubettjati mill-Francizi flimkien ma’ Dun Mikiel Xerri u shabu nhar is-17 ta’ Jannar 1799. Indri Bezzina u shabu l-ohra kellhom biss skopijiet patrijottici u ghalhekk kienu hallew hajjithom ghal Malta fil-Pjazza tal-palazz tal-Belt Valletta.


Riferenzi

  1. (p.69) Ktejjeb – Monument Dun Mikiel Xerri u Shabu – Programm –Tifkira tal-kxif tal-monument fi Pjazza Indipendenza ill-Belt, il-Hamis 31 ta’ Lulju 1986 – Tmiem il-Qalbiena Dun Mikiel Xerri u shabu – Mons. Vincenz Borg, D.D., H.E.D., Arch. Ch. L., Pag. 22.

Triq Frangisku Pisani


Suldat iehor qalbieni mill-Battaljun tal-Mosta li kien inqabad ma' shabu l-ohra mill-Francizi fl-assalt ta' Marsamxett fi zmien il-hakma Franciza f'Malta. Huwa wkoll carcar demmu ghal Malta fil-Pjazza tal-belt taht l-azzarini tas-suldati ta' Napuljun.


Frangisku kien twieled il-Mosta fid-29 ta' Marzu 1780. Huwa kien iben Mastru Ganni Pisano u martu Marija mwielda Fenech. Kellu ohtu Grezzja li kienet twieldet fis-6 ta' April, 1770. Meta miet kellu biss dsatax-il sena. Eroj zaghzugh li l-Mosta ghandha ragun li tibqa' tfakkru.


Riferenzi

  1. (p.69) Ktejjeb – Monument Dun Mikiel Xerri u Shabu – Programm –Tifkira tal-kxif tal-monument fi Pjazza Indipendenza ill-Belt, il-Hamis 31 ta’ Lulju 1986 – Tmiem il-Qalbiena Dun Mikiel Xerri u shabu – Mons. Vincenz Borg, D.D., H.E.D., Arch. Ch. L., Pag. 23.

Triq l-Ahwa Galea


Mis-sittax-il suldat Mosti li kienu gew xkubettjati mill-Francizi, tnejn minnhom kienu ahwa. Dawn kienu Duminku u Guzeppi Galea ulied Ganni u Valenzia mwielda Mifsud.


Duminku Galea twieled u tghammed il-Mosta fis-6 ta' Settembru. 1769 (?). Huwa zzewweg lil Roza Camilleri fis-16 ta' Ottubru. 1797 meta kellu 28 sena. Wara biss 15-il xahar ta' hajja mizzewga kellu jigi xkubettjat flimkien ma' shabu  l-ohra.


Guzeppi Galea twieled u gie mghammed fil-Parrocca tal-Mosta fis-16 ta' Novembru, 1770. Izzewweg lil Battistina Said fil-Knisja Parrokkjali tal-Mosta fil-25 ta’ Novembru 1790. Bhal huh miet ukoll fil-fjur ta' hajtu ghall-kawza ta' Malta


Kienu ahwa fid-demm, ahwa Mostin u ahwa fit-taqbida ghall-helsien ta' pajjizhom.


Riferenzi

  1. (p.70) Ktejjeb – Monument Dun Mikiel Xerri u Shabu – Programm –Tifkira tal-kxif tal-monument fi Pjazza Indipendenza ill-Belt, il-Hamis 31 ta’ Lulju 1986 – Tmiem il-Qalbiena Dun Mikiel Xerri u shabu – Mons. Vincenz Borg, D.D., H.E.D., Arch. Ch. L.

Triq Dun Gwann Pullicino


Ma ltqajna ma' l-ebda taghrif dwar min kien Dun Gwann Pullicino. Kull ma rnexxielna nkunu nafu dwaru hu li kien ir-rapprezentat tal-Mosta u n-Naxxar fil-bidu tal-hakma Franciza f'Malta.


Filwaqt li l-Francizi kienu maghluqin wara s-swar tal-Belt Valletta in-nies tal-bliet u rhula barra l-Belt kienu organizzaw ruhhom kemm setghu biex jehduha kontra l-Francizi. Wiehed mill-isforzi taghhom kien sahansitra, li nhar is-17 ta' Novembru, 1798, kienu iffurmaw bhal Assemblea Nazzjonali b'rapprezentanti mill-ibliet u  l-irhula ta' Malta, ta' kif kienu se jakkwistaw il-qamh tant mehtieg f'sitwazzjoni hekk delikata.


Ghal dan il-ghan kien intghazel dan il-qassis bhala rapprezentant tal-Mostin.


Riferenzi

  1. Mosta, The Heart of Malta - Mosta Through the Ages, Michael A. Sant - Pg. 29.

13. IL-HAKMA NGLIZA F'MALTA


Triq l-Assemblea Nazzjonali


Kungress Ewkaristiku fil-Mosta fl-1913 bil-Union Jack tperper.Ritratt tal-Kungress Ewkaristiku li kien iltaqgha fil-Mosta fl-1913 juri l-Union Jack kompluta bil-bandiretti tperper fuq id-dar ta' Danjeli.

(p.71) L-isem ta' din it-triq irid ifakkarna fl-oghla istituzzjoni li ghandna f'pajjizna, dik tal-Parlament Malti elett demokratikament minn fost il-Poplu Malti.


Sa mill-ibghad zminijiet, il-Maltin kellhom din ix-xewqa kbira fihom li jiggvernaw lilhom infushom u nsibu li f'kull zmien ta' l-istorja taghna, missirijietna dejjem ippruvaw jehduha kontra dawk il-hakkiema kollha li riedu jisirqulhom dan id-dritt sagrosant.


L-Assemblea Nazzjonali tfakkarna fit-triq twila li l-Poplu Malti ghadda minnha jiggieled ghad-drittijiet kostituzzjonali tieghu, l-iktar matul il-hakma Ingliza. Hafna drabi l-kolonizzaturi kienu jfittxu biss l-interessi taghhom. Din il-glieda ntemmet bil-kisba ta' l-Indipendenza. L-Assemblea Nazzjonali kisbet ghalhekk l-oghla gieh ghax setghet ahjar tahdem bla xkiel ghall-veru gid ta' l-istat sovran tac-ckejken imma daqstant iehor ghaziz Pajjizna.


Riferenzi

  1. Outlines of Maltese History by Rev. S. Laspina, Pages 247 to 275.
  2. Gateway to Our Nation's History by Carmel G. Bonavia and Joseph M. Demanuele, Pgs. 60 & 61.

Triq Britannja


Wara t-tluq tal-Francizi minn Malta l-futur tal-Gzejjer Taghna kien baqa' indeciz. It-Trattat ta' Amiens li kien gie iffirmat fis-27 ta Marzu, 1802 kien halla  l-Maltin ferm dizappuntati li raw li kienu ser jergghu jaqghu f'idejn  l-Ordni ta' San Gwann. Ix-xewqat taghhom li jkunu mharsa mill-Gran Brittanja taru mar-rih. Imma wara l-waqgha ta' Napuljun fl-1814 sar it-Trattat ta' Parigi bejn l-Ingilterra u Franza u (p.72) skont dan it-trattat il-Gzejjer Taghna kellhom jghaddu ghal taht il-hakma Britannika. Hekk riedu l-Maltin, hekk riedet l-Ewropa. Sir Thomas Maitland kien sar l-ewwel Gvernatur Ingliz tal-Maltin.


Sir Alexander Ball kien gie fostna biex f’isem ir-Re ta’ Napli jghinna nehilsu mill-Francizi fl-1800. Il-hakma Ngliza f’Malta ntemmet nhar il-21 ta’ Settembru 1964, meta Malta hadet l-indipendenza taghha. Triq Britannia tfakkarna f’dak kollu li ghaddew munnu l-Gzejjer taghna tul hakma ta’ 164 sena fosthom zewg gwerer kbar dinjija meta l-Imperu Ingliz kien fl-aqwa tieghu.


Riferenzi

  1. Storja tal-Malta, Vol II – Andre P. Vella.

Triq Ponsonby


Major General Frederick Cavendish Ponsonby (1827-36) kien il-Gvernatur Ingliz ta’ Malta li fi zmienu sar it-tqeghid ta’ l-ewwel gebla tar-Rotunda. Nhar it-30 ta’ Mejju 1833 huwa kien gie l-Mosta ghall-inawgurazzjoni tal-knisja l-gdida taghna. Missirijietna kienu ferhu bih wisq tant li nsibu li Grongnet kien haseb biex f’tarf ir-rahal jaghmlu ark trijonfali f’gieh dan il-Gvernatur, progett li ma kien sehh qatt. Intant jinghad li dan il-Gvernatur kien ghen hafna lill-Mostin billi tahhom ghodod u armar li kellhom bzonn, barra milli kien ghamlilhom kemm il-zjara hu u kien sejjer ix-xoghol tal-bidu tal-bicca xoghol kbira li kienu ndahlu ghaliha. Triq Ponsonby tibqa’ tfakkarna fih.


Riferenzi

  1. Storja tal-Mosta bil-knisja taghha minn E.B. Vella u ohrajn, pg. 144.
  2. Outlines of Maltese Histor, Rev. S. Laspina, Pg. 277.

Triq Sir Arthur Borton


General Sir Arthur Borton (1878-84) kien il-Gvernatur ta’ Malta li fi zmienu beda jahdem is-servizz tal-ferrovija mill-Belt ghar-Rabat. Fi zmienu wkoll inbena l-isptar Militari ta’ l-Imtarfa li minhabba f’hekk il-linja tal-Ferrovija giet imtawla sa hemmhekk u kien gie ntrodott f’pajjizna d-dawl elettriku.


Fil-Mosta, fi zmien dan il-Gvernatur Ingliz kienet twaqqfet il-Fortizza ta’ ‘Misrah Ghonoq.’ Din kien bniha l-Militar fl-1883 u tinsab (p.73) fuq il-gholja li minn fuqha tidher il-witja kbira ta’ Ghajn Rihana, Burmarrad, is-Salini, San Pawl il-Bahar u l –bahar ta’ dik ix-xaqliba. Kienet mibnija ghal 13-il kann u kellha ‘rolling bridge,’ kienet swiet £10,000.


Ghal hafna snin, ghadd ta’ rgiel Mostin impjegati mas-Servizzi Nglizi kienu jimmuntaw u jahznu l-balal u l-munizzjoni f’din il-fortizza li tibqa’ tfakkarna fi zmien il-Gvernatur Borton.


Riferenzi

  1. Outlines of Maltese History, Rev. S. Laspina, p.279(?).
  2. Storja tal-Mosta migbura minn E.B. Vella u Ohrajn, Pagni 208-214.

Vjal l-Indipendenza


Vjal l-Indipendenza hija triq ohra mill-isbah li ghandna l-Mosta. Tibda minn fejn hemm il-monument tal-Qalbiena Mostin. Fuq kull naha taghha hemm djar u vilel sbieh, xhieda tal-progress kbir li ghadda minnu f’dawn l-ahhar snin ir-rahal belt taghna. F’nofsha niltaqghu mal-knisja ta’ San Silvestru, tifkira ta’ zmien l-Ordni.


Isimha jfakkarna f’dik il-grajja kbira ta’ Art Twelidna li grat sewwa sew nhar il-21 ta’ Settembru, 1964. F’nofs il-lejl sewwa ta’ dak il-jum memorabbli kienet nizlet il-bandiera Ngliza u telghet flokha dik Maltija. Malta kienet saret Pajjiz Indipendenti wara mijiet kbar ta’ snin mahkuma mill-barranin. Il-protagonista ewlieni ta’ dik il-grajja kien il-Prim Ministru ta’ Malta ta’ dak iz-zmien l-onor. Dr. Gorg Borg Olivier. Fl-ahhar Malta kienet saret Maltija.


Triq il-Kostituzzjoni


Il-bini tal-pont ta' Triq il-Kostituzzjoni.Il-bini tal-pont ta' Triq il-Kostituzzjoni.

Din it-triq hi zgur wahda mill-isbah nett fost it-toroq li ghandna f’pajjizna. Tibda mill-genb tal-Punent tal-pjazza ewlenija tal-Mosta u wiesgha u twila tibqa’ ghaddejja minn fuq il-pont tal-gebel bi tliet arkati ta’ 30 pied wisa’ kull wahda. Ghandha djar sbieh fuq kull naha u matulha nsibu l-akbar ghadd ta’ hwienet li hawn il-Mosta. Ix-xoghol biex infethet din it-triq beda f’Novembru ta’ l-1929 u b’avviz li deher fil-gazzetta tal-Gvern tat-13 ta’ Gunju 1930 issemmiet Triq il-Kostituzzjoni. Dak iz-zmien il-Prim Ministru ta’ Malta kien l-Onor. Gerald Strickland.


(p.74) Wara li l-Inglizi okkupaw 'l Malta minghajr ma kienu rebhuha, huma raw kif jaghmlu biex icahhdu 'l Maltin milli jiggvernaw lilhom infushom. Matul is-snin, l-Inglizi kienu tawna diversi kostituzzjonijiet li bihom il-Maltin qatt ma kienu kuntenti. Wara l-irvellijiet tas-'Sette Giugno' ta' l-1919, Pajjizna akkwista l-Kostituzzjoni ta' l-1921 li kienet accettabbli ghall-Maltin. Izda l-glieda, tista' tghid li baqghet dejjem sejra sakemm fl-ahhar Malta kisbet l-Indipendenza taghha.


Jidher li Triq il-Kostituzzjoni jisimha hekk minhabba l-kostituzzjoni li Malta kienet kisbet fl-1921 u li ghal dak iz-zmien ferrhet xi ftit lill-poplu taghna.


Riferenzi

  1. Storja tal-Mosta migbura minn E. B. Vella u Ohrajn Pag. 263.
  2. Gateway to Our Nation's History by Carmel G. Bonavia and Joseph M. Demanuele, Page 61.

14. IFAKKRUNA FL-AHHAR GWERRA DINJIJA


Triq il-Bdoti


Bdoti huma dawk li jsuqu l-ajruplani u jissejhu wkoll piloti. Huma nies imharrgin sewwa, bir-reqqa u fit-tul, f'dak li titlob minnhom il-professjoni difficli taghhom. Xogholhom jitqal izjed fi zminijiet ta' gwerra ghax jitlob minnhom l-eroizmu. Min jista' jghid sewwa x'ghaddew minnu hafna minnhom qabel mietu fil-fjur ta' hajjithom, l-izjed tul l-ahhar gwerra dinjija?


L-isem ta' din it-triq ghandu jfakkarna fil-bdoti kollha imma l-aktar dawk, li mill-gholi tas-sema iddefendewna mill-qilla ta' l-ghadu. Kien jixraq li triq fil-Mosta, hekk qrib ta' dak li darba kien il-mitjar Ta' Qali, minn fejn kienu jittajru l-ajruplani tal-gwerra, tissemma ghalihom.


Triq ir-Rifugjati


Ir-rifugjati li ghalihom issemmiet din it-triq ifakkruna f'dawk il hafna familji li sfaw bla dar waqt bumbardamenti ta' l-ghadu matul l-ahhar gwerra dinjija, l-aktar fuq it-tlett ibliet tal-Birgu, l-lsla u Bormla. Hafna minn dawn in-nies kienu sabu l-kenn fl-irhula Maltin il boghod mid-dawra ta' madwar il-Port il-Kbir.


Il-Mosta taghna l-aktar matul l-1941, ghalkemm hi stess kellha ssofri minn dawn il-bumbardamenti; laqghet ukoll b’idejha miftuhin, f'siegha ta' prova lil dawn hutna r-rifugjati. X'uhud minn dawn ir-rifugjati wara li ghaddiet il-gwerra ghogobhom li jibqghu maghna u hekk uliedhom u wlied uliedhom twahhdu maghna u saru Mostin.


Triq il-Hbit mill-Ajru


Ajruplani Spitfires f'Ta' Qali bl-isfond tar-Rotunda.Ajruplani Spitfires f'Ta' Qali bl-isfond tar-Rotunda.

Il-Gzejjer Taghna ghaddew mill-ihrex zmien fl-istorja taghhom matul l-ahhar gwerra dinjija li l-eqqel taghha ghalina kienet is-sena 1942. L-isem ta' din it-triq irid ifakkama fil-hbit li kien isir fuqna (p.76) mill-ajruplani ta' l-ghadu li kienu jittajru fuqna bhal isqra mis-smewwiet, filwaqt li kienu jitfghu l-bombi kienu jizirghu ma kullimkien il-qerda ta' djar u hajjiet.


Il-Mosta daqet dan l-ewwel imrar ta’ dil-gwerra qalila fid-19 ta' Jannar 1942, meta waqt hbit mill-ajru kienu ntefghu ghadd ta' bomb, fi Triq il-Pont, Triq l-Oratorju u Triq il-Kungress Ewkaristiku. Sittax minn ulied il-Mosta kienu sfaw vittmi ta' dan l-attakk.


Waqt hbit iehor mill-ajru nhar il-21 ta' Marzu 1942, xi bombi waqghu fil-bokok tax-xelter Numru 71 fi Triq Lorenzo Gafa. Kienet disgrazzja kbira ghall-Mosta ghax fiha kienu mietu 34 ruh imtertqin.


Attakk iehor mill-ajru minn 'bombers' Germanizi sehh nhar id-9 ta' April meta r-Rotunda taghna helsitha mit-tigrif bi grazzja tas-Sema. Maghha helsuha wkoll madwar 300 ruh li kienu fiha jitolbu waqt dan l-attakk.


Wara d-9 ta' April, kellna fuqna attakki ohrajn, ghax l-ajrudrom Ta' Qali, hekk qrib taghna baqa' bilfors jigbed fuqu l-attenzjoni ta' l-ajruplani ta' l-ghadu.


Riferenzi

  1. Storja tal-Mosta migbura minn E. B. Vella u Ohrajn - Zieda X - Il-Mosta fl-ahhar Gwerra Dinjija - Arthur Sammut, Pagni 389, 399.

Triq id-Difiza Civili


Nhar it-23 ta' April, 1956, f'Targa Gap, il-Mosta, kienet giet inawgurata skola tad-Difiza Civili. Hawnhekk, studenti minn kull qasam tas-Socjeta Maltija, kellhom jigu mghallma kif bl-aktar mod efficjenti kellhom jilqghu u jgibu ruhhom f'kaz ta' xi hbit ghal gharrieda fuqna mill-ghadu waqt xi gwerra jew inkella waqt xi kaz ta' emergenza ohra. L-iskop kien li wiehed jitghallem isalva lilu nnifsu u lil haddiehor ukoll, izda gara li biz-zmien l-iskop ta' din l-iskola spicca u qisu wkoll li ghal xi zmien kienet giet abbandunata.

F'Settembru ta’ l-1974, il-Gvern biddel dan il-post fi Skola Maltija ta' l-Artigjanat bil-ghan li z-zaghzagh taghna jkunu jistghu jizviluppaw it-talenti taghhom. Isem din it-triq ifakkarna fl-ewwel ghan li ghalih kien inbena dan il-post li jgib tahtu wahda mill-isbah veduti li ghandna f’pajjizna. Qrib ta’ din l-iskola hemm il-Gnien l-Gharusa tal-Mosta.


Riferenzi

  1. Bliet u Rhula Maltin - Alfie Gullaumier – Vol. 2 – Mosta, Pag. 525.

15. XI MALTIN MAGHRUFA


Triq Nicolo Isouard


(p.77) Maestro Nicolo Isouard twieled Haz-Zebbug fit-30 ta' Mejju, 1775. Kien iben Fortunato Isouard Xuereb u Maria Elena Lombard Rigord li kienu zzewgu fil-Knisja ta' Portu Salvu fil-Belt Valletta fl-24 ta' Ottubru, 1770. Fl-1770 baghtuh Parigi fil-Kullegg Militari taht Berthaud izda minhabba r-Rivoluzzjoni Franciza kellu jirritoma Malta fejn b'heffa ta' l-ghageb tghallem l-armonija u kontrapont ghand Mro. Dun Mikelang Vella u l-'fuga' taht Mro. Francesco Azzopardi li kien ll-'Maestro di Cappella' tal-Katidral. Mar Palermo u hemm studja taht Mro. Amendol. Minn Palermo nsibuh f'Napli fejn tharreg fil-Muzika Klassika taht Mro. Nicola Sala. Lura f'Malta, il-Gran Mastru De Rohan onorah bis-Salib tad-Deheb ta' San Donato u hatru kemm organista u kemm 'Maestro di Cappella' ta' San Gwann.


Mill-gdid fi Franza nsibuh f'Parigi fejn kiseb success fuq l-iehor. Ta' 26 sena zzewweg lil Claudine Berthault u kellhom tlett ibniet. Miet fit-23 ta' Marzu 1818. Sarlu funeral kbir fil-knisja ta' 'Notre Dame de Victories' u difnuh fic-Cimiterju, ‘Place Lachaise.’


Fil-Mosta, barra t-triq li hemm imsemmija ghalih kemm ukoll il-Banda Nicolo Isouard imwaqqfa fl-1871 li tfakkarna wkoll f’dan il-muzicist Malti.


Riferenzi

  1. Dizzjunahu Bijo-Bibljografiku Nazzjonali – Rob. Mifsud Bonnici, Pag. 293.

Triq Nerik Mizzi


L-Onor Dr Enrico Mizzi kien is-seba' Prim Mmistru ta’ Malta Huwa kien iben l-Avukat Fortunato Mizzi u Sofia Fogliero De Luna u twieled il-Belt Valletta fl-1885. Kien mizzewweg lill-pjanista maghruta (p.78) Bice Vassallo u kellhom iben wiehed li lahaq qassis, Dun Fortunat Mizzi. Studja l-Ligi f'Malta, f'Ruma u f'Urbino.


Minhabba li fi zmienu l-Maltin xtaqu li jkollhom kostituzzjoni dejjem ahjar, Nerik Mizzi sofra hafna fil-glieda mal-Gvern Imperjali Ngliz minhabba t-twemmin politiku tieghu. Kien difensur tal-kultura Taljana f'Malta li baqa' dejjem politiku onest imma fuq kollox patrijott.


Fit-30 ta' Mejju 1940, Nerik Mizzi gie nternat fil-Fortizza tas-Salvatur u f'Marzu ta' l-1942 turufnat fl-Uganda ma' xi Maltin ohrajn. Wara l-gwerra hu u shabu ngibu lura Malta fejn rega okkupa s-siggu tieghu fil-Kunsill tal-Gvern. Fl-1947 regghet giet moghtija lil Malta l-Kostituzzjoni u lil Nerik Mizzi nsibuh jahdem fil-Parlament sakemm fl-1950 inhatar Prim Ministru ta' Malta. Miet fl-20 ta' Dicembru 1950 u ndifen fic-Cimiterju ta' l-Addolorata. Fil-Pjazza ta' quddiem il-Kon-Katidral ta' San Gwann tal-Belt fl-1964, twaqqaf monument f'giehu. Fil-Mosta ghandna din it-triq li tfakkru.


Riferenzi

  1. Dizzjunarju Bijo-Bibljografiku Nazzjonali - Rob. Mifsud Bonnici, Pag. 360.

Triq Mons. Mikiel Azzopardi


Mons. Mikiel Azzopardi twieled il-Belt Valletta nhar l-10 ta' Frar, 1910. Kien iben il-mejjet Anton u Amalja Galea u gie mghammed fil-Parrocca ta San Duminku. Beda l-istudju tieghu ghal Avukat fl-Universita ta Malta imma kompla jistudja ghas-sacerdozju fil-Kullegg Skocciz f’Ruma u fl-Universita Gregorjana. Ordnat sacerdot fit-22 ta Dicembru, 1934.


Kien direttur spiritwali ta' l-lskejjel Elementari u fl-1941 lahaq spettur tat-taghlim religjuz. Hadem hafna fl-Azzjoni Kattolika f'Malta u f’Ruma. Il-Papa Piju XII, fuq rakkomandazzjoni ta’ l-Arcisqof Gonzi onorah bit-titlu ta' ‘Cameriere Secreto’ tal-Papa u nhatar ukoll Kappillan Konventwali ta' l-Ordni ta' Malta.


Dun Mikiel, kif kien l-iktar maghruf, jibqa' fuq kollox imfakkar bhala l-fundatur tad-Dar tal-Providenza fis-Siggiewi, fejn hafna tfal tardivi u handikappati sabu min jiehu hsiebhom u jaghtihom l-attenzjoni li tixirqilhom. Dawn l-‘Angli’ kif kien ihobb isejhilhom hu jaghmlu kuruna tassew ta’ gieh li ma titbielx madwar dan is-sacerdot (p.79) Malti. Monsinjur Azzopardi kien miet f'Mejju ta' l-1987.


Riferenzi

  1. Dizzjunarju Bijo-Bibljografiku Nazzjonali - Rob. Mifsud Bonnici, Pagni 17 u 18.

Triq Patri Guze Delia


Il-patri Gizwita Guze Delia twieled is-Siggiewi nhar l-1 ta' April, 1900. Kien iben Frangisku u Guzeppina mwielda Camilleri. Dahal fil-Kumpanija ta' Gesu fl-1917 u gie ordnat sacerdot fl-Irlanda f'Lulju ta' 1930. Bejn l-1934 u l-1947 kien ir-Rettur tal-Kullegg San Alwigi. Bil-haqq kollu jibqa' maghruf bhala Missier il-Provincja Maltija ghax kien hu l-ewwel Provincial tal-Gizwiti Maltin. F'din il-kariga kien dam mill-1947 sa l-1953. Barra diversi karigi li okkupa fil-Kumpanija tal-Gizwiti, kien poeta mill-aqwa u prozatur ukoll.


Ta' min ifakkar li bejn l-1967 u l-1969 kien id-Direttur Spiritwali tad-Dar ta' l-Irtiri ta' 'Mount St. Joseph' gewwa l-Mosta. Patri Delia jibqa' maghruf ukoll bhala l-poeta tal-leggendi li wahda minnhom jisimha 'Il-Leggenda tal-Wied ta'  l-Isperanza,' li hi tant maghrufa fostna l-Mostin.


Fl-okkazjoni ta' l-Inkurunazzjoni Sollenni tal-kwadru titolari ta’ l-Assunta gewwa l-Mosta fl-1975, kien kitbilna poezija mill-isbah ta’ tletin stanza biex tfakkar dil-grajja ghaziza ghalina.


Patri Guze Delia miet nhar id-29 ta Settembru, 1960


Riferenzi

  1. Dizzjunarju Bijo-Bibljografiku Nazzjonali - Rob Mifsud Bonnici, Pag. 170.
  2. Il-Leggendi ta’ Guze Delia S.J., Pag. 53 u nota fuq il-qoxra dwar l-awtur.
  3. Tifkira tal-Ferh ta' l-Inkurunazzjoni tal-Assunta (ktejjeb bl-istampi).

Triq Gorg Mitrovich


Giorgio Mitrovich kien patrijott qalbieni Malti li ddefenda l-jeddijiet tal-Maltin. Huwa twieled l-Isla fl-1794 u ghex u miet ta’ fqir fil-Belt Valletta nhar it-13 ta’ Marzu, 1865. Jinsab midfun fic-Cimiterju ta’ l-Addolorata.


(p.80) Ix-xewqa tieghu kienet dejjem li Malta tikseb f'idejha t-tregija ekonomika nazzjonali u d-dritt tal-helsien ta'  l-istampa. Ghal dan il-ghan hadem kemm felah bil-kitba u bil-kelma imma dejjem bil-kwiet u l-paci sabiex iqanqal lill-poplu tieghu min-nghas ta  l-apatija u l-indifferenza, sabiex jikseb libertajiet politici dejjem ahjar ghal Malta minghand il-Gvem Ingliz.


Fl-1835 inhatar bhala deputat tal-Maltin biex imur l-Ingilterra u jiddefendi l-kawza nazzjonali f'riglejn it-Tron Brittaniku u quddiem il-kbar ta’ ‘Saint James.’ Fl-1837 irnexxielu jikseb il-liberta ta' l-istampa u gie maghzul darbtejn bhala rapprezentant tal-Poplu fil-Kunsill. Baqa’ jahdem u jistinka sa ma xjieh ghall-gid ta' ghajru li dejjem habb.


Riferenzi

  1. Dizzjunarju Bijo-Bibljografiku Nazzjonali - Rob Mifsud Bonnici, Pag. 358.

Triq Antonio Miruzzi


Mro. Antonio Miruzzi.Mro. Antonio Miruzzi.

Il-muzicista, kompozitur u surmast-direttur ta' diverst baned, Maestro Anton Miruzzi twieled il-Furjana fl-10 ta' Ottubru 1867. Huwa kien iben Guzeppi u Mikelina mwielda Brincat u kien ghadu ckejken meta safa orfni minnhom it-tnejn. Tghallem il-muztka taht zijuh Mro. Paolo Mizzi li kien surmast-direttur tal-Banda La Vallette tal-Belt Valletta.


Kien surmast ta' hila, kapacita u dedikazzjoni tant li bosta baned Maltin hatruh bhala surmast-direttur taghhom. Fost dawn il-baned insibu Nicolo lsouard tal-Mosta, La Vallette tal-Belt Valletta, I Cavalieri di Malta ta’ tas-Sliema, San Guzepp tal-Hamrun, San Piju X ta' Hal-Lija, Sant Andrija ta’ Hal Luqa u Beland taz-Zejtun. Ta min ighid ukoll li ghall-habta ta’ meta twaqqfet ghall-ewwel darba l-Banda Santa Marija tal-Mosta, kien mexxieha wkoll ghal xi snin.


Mro. Anton Miruzzi mexxa l-Banda Nicolo Isouard tal-Mosta bejn l-1894 u l-1909. Fost il-muzika li kkompona ghal din il-banda taghna hemm l-‘Inno Alla Beata Maria Vergine.’ U xi nghidu (p.81) ghall-‘Innu marcia’ ‘O del Cielo Regina Possente’ li ghadu jhennina ta’ kull sena hi u tkun diehla l-vara ta’ l-Assunta nhar l-Ghid ewlieni taghha. Fost il-marci funebri li kiteb ghall-Gimgha l-Kbira, insemmu biss ‘Cadavere’ u ‘Venerdi Santo.’


Is-Surmast Miruzzi miet il-Hamrun nhar it-23 ta’ Ottubru 1944.


Riferenzi

  1. Ktejjeb tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard – Mosta – 1995 – Maestro Anton Miruzzi, minn Grazio A. Galea, p.61.

Triq Ruzar Briffa


It-tabib Ruzar Briffa twieled il-Belt Valletta fis-16 ta’ Jannar 1906. Mill-Liceo tal-Belt ghadda ghall-Universita Rjali ta’ Malta, fejn fl-1928 iggradwa bhala B. Pharm u B. Sc. u fl-1931 illawrja bhala tabib. F'dik l-istess sena gie moghti li ‘Stracham Travelling Scholarship’ u mar Londra fejn ghamel kors ta’ tahrig fl-Istitut tad-Dermatologiia fl-isptar St. Thomas. Minn hemm mar ukoll l-Indja fl-isptar li hemm Calcutta ghall-mard tropikali. Ghal xi zmien ukoll hadem fil-Poliklinika tal-mard tal-giIda gewwa Ruma. Fl-1951 gie mahtur lettur tal-venercologija u dermatologija fl-Universita Rjali ta’ Malta.


Imma Ruzar Briffa baqa’ aktar maghruf bhala poeta milli bhala tabib tal-mard tal-gilda. Kien habib kbir ta l-ilsien Malti tant li sar ko-fundatur tal-Ghaqda kittieba tal-Malti. Kiteb poeziji mill-isbah fosthom ‘Wiehed biss’ li ghaliha kien irrispondieh il-Poeta Nazzjonali Dun Karm bil-poezija xejn inqas famuza ‘Wahda Biss.’ Ruzar Briffa miet nhar it-22 ta’ Frar 1963.


Riferenzi

  1. Dizzjunarju Bijo-Bibljografiku Nazzjonali – Rob. Mifsud Bonnici, Pag. 57.
  2. Heritage No. 52, Dr. Ruzar Briffa.

Triq il-Ven. Adeodata Pisani


Il-Venerabbli Adeodata Pisani twieldet Napli fid-29 ta’ Dicembru 1806 u fil-maghmudija kienet giet moghtija l-isem ta’ Tereza. Kienet bint in-nobbli Malti Benedetto dei Baroni Pisani Mompalao u n-Naplitana Donna Vincenza Carrano. Kienet edukata fil-Kullegg ta’ (p.82) Santa Marija tal-Mirakli gewwa Napli.


Ta’ ghoxrin sena giet tghix Malta fejn kulhadd kien izommha bhala x-xebba l-qaddisa. Wara li rrifjutat ghal bosta drabi li tiehu l-istat taz-zwieg, nhar is-16 ta’ Lulju 1828, dahlet soru tal-klawsura fil-Monasteru ta’ San Pietru gewwa l-Imdina mal-Benedittini. Fil-Monasteru kienet tassew xempju ta’ qdusija bl-ispirtu ta’ faqar li kellha, bl-imhabba lejn il-foqra, bl-umilta u l-hlewwa u d-devozzjoni lejn il-Qalb Imqaddsa ta’ Gesu. Fis-26 ta’ Gunju 1851 shabha s-Sorijiet hatruha biex tkun il-Badessa taghhom.


Fl-ahharnett wara marda twila u kiefra li hija sofriet b’sabar tal-ghageb mietet nhar il-25 ta’ Frar 1855 meta kellha 49 sena. Il-Papa Ljun XIII iddikjaraha Venerabbli fid-29 ta’ April 1898 u wiehed jittama li ma ddumx ma tkun dikjarata mill-Knisja bhala ‘Beata.’ Il-fdalijiet taghha jinsabu f’urna gewwa l-knisja ta’ San Pietru fil-Monasteru li hemm l-Imdina.


Riferenzi

  1. Dizzjunarju Bijo-Bibljografiku Nazzjonali – Rob. Mifsud Bonnici, Pagni 410 u 411.

Triq Camillo Sciberras


Camillo Sciberras kien bin in-Nobbli Pasquale dei Baroni Sceberras Testaferrata u twieled Malta fl-4 ta’ Awissu 1771. Kien ammiratur tar-Republika Franciza ta’ Napuljun u wara t-tluq tal-Francizi minn Malta, telaq hu wkoll u lahaq Kmandant ta’ zewg kumpaniji ta’ voluntieri fl-invazjoni ta’ l-Italja. Lahaq ukoll Relatur fil-Qorti Specjali Straordinarja ta’ Mantova fejn izzewweg ma’ Maddaliena Ravanelli minn Milan u kellu hafna wlied.


Fl-1817 rega lura Malta flimkien mal-familja tieghu. Fl-1831 laqqa’ f’daru ghadd ta’ cittadini maghrufin u waqqaf Assembleja Nazzjonali li fiha saret l-ewwel talba lill-Gvern Imperjali Ngliz ghall-ghoti tad-drittijiet ta’ Malta, izda minhabba xi ntrigi din il-petizzjoni ma kenitx waslet Londra.


Fl-1835 Camillo, flimkien ma Gorg Mitrovich, regghu ghamlu petizzjonij ohra lill-Gvern Ingliz. Saret gabra biex sahansitra jkun jista’ jitla’ Londra Mitrovich u hemmhekk jipprezenta personalment il-petizzjoni tal-Maltin lis-Segretarju ta’ l-Istat. B’hekk fl-ahhar fl-1836 (p.83) giet mibghuta Malta Kummissjoni Rjali ta’ Inkjesta u hekk kienu nkisbu xi vantaggi ghall-Maltin.


Il-patrijott nobbli Camillo Sciberras miet ta’ 84 sena nhar l-1 ta’ Lulju 1855.


Riferenzi

  1. Dizzjunarju Bijo-Bibljografiku Nazzjonali – Rob. Mifsud Bonnici, Pagni 435 u 454.

16. PATRIJOTTI MALTIN


Triq Mattew Callus


(p.84) Mattew Callus kien wiehed minn dawk il-kbarat Maltin, li fi Zmier li l-Gran Mastru La Valette kien imexxi lil Malta, ftit qabel l-Assedju l-Kbir, azzarda flimkien ma' ohrajn, jehodha kontra d-despotizmu ta’ La Valletta.


Dan l-gharef u Duttur Matteo Callus, kien ha hsieb biex f’isem l-Universita ta' Malta, li dak iz-zmien kienet tirraprezenta lil Poplu, jikteb u jgharraf lir-Re Filippu ta' Spanja, kif id-drittijiet tal-Maitin kienu qedghin jigu migjubin fix-xejn. La Vallette kien sahansitra obbliga lill-Universita thallas l-impjegati taghha minn flusha u taghti wkoll 600 skud fis-sena lill-Ordni.


Callus kien gie tradut u ghalhekk l-ghada stess li nqabad kien gie mghallaq b'ordri tal-Gran Mastru La Vallette fil-pjazza tal-Birgu. Triq Mattew Callus tfakkar lil dan l-eroj Malta li miet minhabba li ddefenda d-drittijiet tal-Maltin.


Riferenzi

  1. Storja ta’ Malta – P.P. Castagna – 1869, Pagni 222 u 223.

Triq Tonna


Fil-bidu ta' l-Assedju l-Kbir ta' l-1565, meta t-Torok kien ghadhom ma ftehmux sewwa minn fejn kien sejrin jibdew l-attakk u Dragut kien ghadu ma wasalx Malta, ‘l hawn u ‘l hinn fil-kampanja taghna kien diga beda l-glied bejn l-Insara u t-Torok.


Wahda minn dawn il-battalji kienet saret fil-Mosta nhar it-30 ta’ Mejju 1565, dakinhar li kien wasal Dragut. Jissemma l-kaptan Eguaras, li kellu tahtu 80 suldat tal-kavallerija li kien hareg fil-kampanja Maltija biex jindokra l-Maltin jigbru l-qamh minn fuq il-qighan taghhom u jehduh lejn l-Imdina.


(p.85) Wiehed minn dawk is-suldati qalbiena Mostin li ggieled bi qlubija kontra t-Torok flimkien mal-Kavallieri, kien Cejlu Tonna li ghalih issemmiet din it-triq fil-Mosta.


Riferenzi

  1. Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha ta’ E.B. Vella – Pagni 65 u 67.

Triq Dun Mikiel Xerri


Il-patrijott Dun Mikiel Xerri.Il-patrijott Dun Mikiel Xerri.

Din it-triq li tinsab f'parti qadima tal-Mosta tfakkar lil dan ll-kbir eroj ta’ Pajjizna. Dun Mikiel twieled Haz-Zebbug nhar id-29 ta' Settembru, 1737 minn Alberto u Anna mwielda Galea. Studja f’Napli, Montpellier u f'Malta u ordnat sacerdot minn idejn l-Isqof Rull. Kien professur tal-filosofija fis-Seminarju u fl-Universita ta' Malta.


Meta qamet ir-rewwixta tal-Maltin kontra  l-Francizi fil-Belt saret konfoffa biex ll-Maltin jahbtu ghall-Francizi taht it-tmexxija tal-Kurunell Guglielmo Lorenzi u  l-qalbieni Dun Mikiel. Lorenzi kellu jahbat ghall-Palazz u Dun Mikiel ghall-Forti Sant’Iermu. Izda b'xorti hazina nqabdu, ghaddew qorti marzjali u kkundannati biex ikunu xkubettjati fil-Pjazza tal-Belt. Dun Mikiel stqarr li hu kien il-kap responsabbli tar-rewwixta. Vaubois ried kieku jehilsu miil-mewt billi talbu jikxef lill-ohrajn, izda Dun Mikiel ipprefera jmut ta’ qalbieni milli ta' traditur, ghalhekk hu flimkien ma shabu gew xkubetjati mill-Francizi nhar is-17 ta' Jannar, 1799.


Fil-Belt Valletta twaqqaf monument tal-bronz xoghol l-iskultur Anton Agius b'tifkira ta' Dun Mikiel u Shabu li mietu ghal Malta.


Riferenzi

  1. Dizzjunarju Bijo-Bibljografiku Nazzjonali – Rob. Mifsud Bonnici, Pag. 541 u 542.

17. TLIET ARKITETTI KBAR MALTIN


Triq Glormu Cassar


L-arkitett Glormu Cassar.L-arkitett Glormu Cassar.

(p.86) Glormu Cassar twieled il-Gudja fl-1520. Kien skular ta' l-arkitetti kbar Evangelista della Menga u ta' Francesco Laparelli. Lahaq arkitett u inginier. Iggieled matul l-Assedju  l-Kbir ta' l-1565 u kien ukoll intbaghat mill-Ordni biex jghin lil Venezja fi gwerra li kellha mat-Turkija.


Wara Laparelli, hu mexxa wahdu l-bini tal-Belt Valletta. Il-Gran Mastru La Cassiere fahhru bhala arkitett u inginier. Kien hu li ghamel il-pjanti originali tas-seba' Bereg ta' l-Ordni, il-Palazz Magisterjali u l-Knisja Konventwali ta' San Gwann u knejjes u bini iehor fil-Belt Valletta u barra minnha.


Kellu ibnu Vitor li lahaq bhalu arkitett ta' l-Ordni. Glormu Cassar miet fl-1586. It-triq li ggib ismu gewwa l-Mosta tibqa' tfakkarna f'dan l-arkitett kbir.


Riferenzi

  1. Dizzjunarju Bijo-Bibljografiku Nazzjonali - Rob. Mifsud Bonnici Pag. 117.

Triq Tumas Dingli


L-arkitett Tumas Dingli.L-arkitett Tumas Dingli.

Tumas Dingli twieled H'Attard fl-1591. Tharreg tajjeb fil-Matematika u l-Arkitettura taht Matteo Coglituri u Ganni Attard. Sar inginier u arkitett ta' l-Ordni u flimkien ma' l-Arkitett Vitor Cassar, iben l-imsemmi Glormu ha sehem fil-bini ta' fortizzi madwar il-Gzejjer Taghna. Kellu sehem ukoll fil-bini ta' l-Akwadott ta' Wignacourt.


L-opri arkitettonici tieghu huma fost l-ohrajn il-bieb il-qadim ta’ Putirjal u l-palazz Arciveskovili fil-Belt Valletta u l-knejjes parrokjali ta’ H’Attard, tal-Gudja, ta’ Hal Gharghur, tan-Naxxar u ta’ (p.87) Haz-Zabbar (u ta’ Haz-Zebbug ukoll, mhix inkluza). Opra tieghu ukoll kienet il-Knisja Parrokkjali l-qadima taghna li nbniet fl-1614, imma li twaqqghet biex taghti postha ‘l dik li ghandna llum.


Kien jixraq tassew li fil-Mosta fejn kellna opra ta’ dan l-imsemmi arkitett ikollna ta’ l-anqas triq imsemmija ghalih.


Riferenzi

  1. Dizzjunarju Bijo-Bibljografiku Nazzjonali – Rob. Mifsud Bonnici, Pag. 183.

Triq Lorenzo Gafa


L-arkitett Lorenzo Gafa u l-firma tieghu.L-arkitett Lorenzo Gafa u l-firma tieghu.

Lorenzo Gafa twieled il-Birgu fl-1639 u kien jigi hu l-famuz skultur Melchiore Gafa. Studja l-arkitettura gewwa Ruma fejn tharreg ukoll. Dahhal f'Malta  l-arkitettura tar-'Rinaxximent Gholi' u tal-'Barokk Ruman'. Hawn Malta ghen u kien l-assistent ta' l-arkitett Buonamici fil-bini tal-Knisja Parrokkjali ta' San Pawl tar-Rabat.


Fost l-opri arkitettonici kbar tieghu insemmu biss il-Katidral ta' l-Imdina, il-knejjes parrokkjali taz-Zejtun, tal-Birgu u tal-Qrendi u l-Katidral ta' Ghawdex.


Lorenzo baqa' msemmi wkoll ghall-qalb tajba tieghu ghax dak li kien jaqla' kien kwazi jaghtih kollu lill-foqra. Baqa' ghazeb u miet fl-1703. Kien zgur wiehed mill-ikbar arkitetti li kellu pajjizna. Din it-triq tal-Mosta tibqa' tfakkar fih.


Riferenzi

  1. Dizzjunarju Bijo-Bibtjografiku Nazzjonali – Rob. Miisud Bonnici, Pag. 22.
  2. Baroque Churches in Malta – Conrad Thake, Pg.3.

18. ARTISTI MALTIN


Triq Baskal Buhagiar


Ftit nafu dwar il-pittur Pasquale Buhagiar. Zgur li kien pittur mit-tajbin tas-Seklu Sbatax. Il-kwadru ta' l-Assunta li ghandna meqjum b'ghozza gewwa r-Rotunda u li kien inkurunat fl-1975, huwa xhieda bizzejjed tal-kapacita artisitika ta' dan l-artist Malti minn Haz-Zebbug li hawn min qal ukoll li kien skular ta' Domenico Guidi. Il-kwadru titolari taghna kien pittru ghall-knisja parrokkjali l-qadima fl-1678, b'legat li kien halla l-qassis Mosti Dun Gakbu Chetcuti.


Pasquale kellu iben Gian Nicola li lahaq bhal missieru u sar pittur ta' certa fama. Fil-Mosta, xoghol li huwa maghdud ukoll bhala ta' Baskal Buhagiar huwa l-kwadru ta' Marija Annunzjata. Illum dan il-kwadru jinsab imdendel fis-Sagristija tar-Rotunda. Fl-antik kien fuq wiehed mill-artali li kellha l-Knisja Parrokkjali l-qadima.


Riferenzi

  1. Storja ta' Malta - P.P. Castagna 1868, Pag. 113.
  2. The lcongraphy of the Maltese Islands 1400-1900 - Painting - Mario Buhagiar, Pg. 125.
  3. Francesco Zahra - 1710 - 1773 - E. Montanaro, Pg. 9.
  4. Mosta - Its Memories and Charms by Rev. Edgar W. Salomone, Pg. 14.

Triq Guzeppi Hyzler


Guzeppi Hyzler kien ta’ dixxendenza Germaniza u twieled il-Belt Valletta fl-1793 u miet fl-1858. Kien pittur li ghex fi zmien il-qawmien ta’ l-istil Neo-Klassiku u ghalhekk kontra l-Barokk. Mhux ghageb ghalhekk li nsibuh ihaddan b’zelu l-‘Moviment tan-Nazzareni,’ movement li xtaq li jkun hawn twelid gdid ta’ arti religjuza denja tassew ta’ dan l-isem. Fil-Muzew ta’ l-Arti fil-Belt Valletta niltaqghu ma’ auto (p.89) ritratt tieghu liebes il-libsa tan-'Nazzareni'.


Fil-Mosta m'ghandna l-ebda bicca xoghol ta' pittura tieghu. Biss, skond manuskritti li ghandna fl-Arkivju tal-Knisja Arcipretali nafu li Guzeppi Hyzler kien irrestawra l-kwadru titulari ta' l-Assunta fl-1827. Ta’ dan ir-restawr kien ha 150 skud.


Riferenzi

  1. The Iconography of the Maltese Islands 1400 - 1900- Painting - Mario Buhagiar, Pg. 166.
  2. Mosta - Its Memories and Charms by Rev. Edgar W. Salomone, Pg. 25.

Triq Salvu Barbara


Salvatore Barbara kien pittur li twieled il-Belt Valletta fl-1835. Kien wiehed mill-aljievi ta' Guzeppi Hyzler u wara mar ikompli jistudja l-pittura f'Ruma.


Ghar-Rotunda taghna, Barbara kabbar min-naha ta' fuq u rtokka l-kwadru titulari ta' l-Assunta, qabel ma dan tqieghed fil-gwamic il-gdid, habta ta' l-1864. Fl-1861 diga kien pitter ghall-Kappella ta' San Guzepp il-kwadru laterali li juri l-mewt ta' dan il-Patrijarka. Fl-1864 l-Avukat Ganbatist Mifsud ikkummissjonah sabiex ipitter it-tliet kwadri li hemm fil-Kappella ta' San Pawl. Fl-1866 gie mqabbad jaghmel ll-kwadru tal-Madonna tac-Cintura, xoghol li kellu jaghmlu jixbah lil kwadru eqdem tac-Cintura mpitter minn Stefano Erardi. Il-kwadru  l-gdid tac-Cintura kien hallsu l-Isqof Gaetano Pace Forno. Ta’ Salvu Barbara wkoll huwa l-kwadru ta' Santa Filomena Vergni u Martri li hemm fuq l-artal taghha gewwa s-sagristija.


Riferenzi

  1. Storja ta' Malta - P.P. Castagna – 1869, Pg 122.
  2. Mosta - Its Memories and Charms by Rev. Edgar W Salomone, Pg. 25.

Triq Giuseppe Cali


Il-pittur Giuseppe Cali.Il-pittur Giuseppe Cali.

Giuseppe Cali huwa maghdud bhala wiehed mill-akbar pitturi Maltin. Huwa twieled il-Belt Valletta nhar l-14 ta' Awissu 1846 minn genituri Naplitani. Studja l-pittura f'Napli l-ewwel taht (p.90) Giuseppe Mandnelli u wara taht Domenico Morelli. Lura wara biss sentejn, dan ll-genju Malti, msejjah mill-pittur Cortis bhala ix-xitan tal-pinzell kellu quddiemu 55 sena ta' hidma sfiqa li fiha tista' tghid mela l-knejjes taghna bix-xoghlijiet sbieh tieghu.


L-ewwel kwadru li qatt pinga Cali ghal xi knisja kellu jkun dak tal-Madonna tar-Ruzarju ghall-knisja taghna li kien pittru fl-1870. Fis-snin li gew wara kompla jpitter dak ta' San Dummku u ta' Santa Katarina ta’ Siena ghall-Kappella tar-Ruzarju. Ghall-Kappella tal-Madonna tac-Cintura pitter il-kwadru tal-mewt ta’ Santu Wistin u dak ta' Santa Monika. Fl-1880 pitter l-‘abside’ u bejn  l-1900 - 02 pitter il-famuzi lunetti b'xeni mill-Hajja ta Kristu u  l-Profeti ta' tahthom. Tnejn mit-tmien kwadri tal-Hajja tal-Madonna, dak tal-Vizitazzjoni u  l-iehor ta'  l-Annunzjata huma tieghu ukoll. Pitter ukoll il-kwadru tal-Madonna ta' l-Isperanza ghall-knisja taghha.


Riferenzi

  1. Giuseppe Cali 1846 -1930 - Emmanuel Fiorentino - Louis A Grasso, Pages 7, 18, 27 and 67.

Triq Karlu Darmanin


L-istatwarju Karlu Darmanin.L-istatwarju Karlu Darmanin.

Karlu Darmanin huwa meqjus bhala  l-‘princep’ fost  l-istatwarji Maltin li hadmu statwi tal-kartapesta. Huwa twieled l-Isla fl-1825 u miet il-Hamrun fejn kien joqghod u jahdem nhar is-26 ta' Novembru, 1909 u jinsab midfun fic-Cimiterju ta' l-Addolorata. Hafna mill-parrocci taghna jiftahru b'xi statwa milli ghamel hu. Kellu huh Glormu li kien statwarju bhalu.


Il-Parrocca taghna hija xxurtjata li ghandha hafna xoghlijiet sbieh minn tieghu. Ta' Karlu Darmanin huma l-'Appostli' ta'  l-Artal Maggur, li naraw (p.91) fil-Festa. Ghall-knisja taghna kien hadem wkoll it-tliet angli ta’ fuq il-fjokk tal-lampier il-prim (illum jintramaw barra ghall-Festa) u l-Bambin tal-Milied l-antik li llum jinsab fil-Knisja ta’ Sant’Anton Abbati. Hadem ukoll l-erba’ angli l-kbar tal-kuruna (illum jintramaw fil-pjazza) u l-istatwi ta’ Sant’Anna, San Gwakkin, San Mikiel u San Gabriel li jintramaw taht iz-zuntier ghall-Festa. Fuq kollox ghandna tieghu il-famuzi vari tal-Gimgha l-Kbira, l-Ort, il-Marbut, l-Ecce Homo, il-Veronika, ir-Redentur u l-grupp statwarju stipend tal-vara l-Kbira.


Riferenzi

  1. Dizzjunarju Bijo-Bibtjografiku Nazzjonali - Rob Miisud Bonnici, Pag. 159.

Triq Rafel Caruana Dingli


Il-pittur Rafel Caruana Dingli.Il-pittur Rafel Caruana Dingli.

Rafel Caruana Dingli (1851 - 1927) jixraqlu li jibqa' msemmi gewwa l-Mosta minhabba d-disinji sbieh li ghamel ghal diversi opri kbar li saru biex izejnu l-Knisja taghna.


Dun Edgar Salomone fid-dahla tal-ktieb tieghu 'Musta, Its Memories and Charms' jirringrazzja fost l-ohrajn lil dan l-artist li kien ghamillu d-disinn ghall-qoxra ta' dan il-ktieb u jirreferi ghal Caruana Dingli bhala bniedem umli li kien artist ghalkemm dilettant.


Kemm kien artist tassew kbir juruna d-disinji ta’ l-opri li ghadna ngawduhom sal-lum gewwa r-Rotunda. Iddisinia l-ewwelnett il-baldakkin wisq sabih irrakkmat bid-deheb li sar f'Ruma fl-1898. Ghamel id-disinn tal-kanopew irrakkmat tal-festa li sar Ruma wkoll ghand Fanfani. Il-lampier famuz tal-fidda li sar fl-1902 ghand Fantani jurina bizzejjed sa fejn kien jasal is-Sur Rafel, kif kien maghruf fil-Mosta fejn kien joqghod. Disinn tieghu wkoll huwa l-istandard il-prim tas-Sagrament u l-Bandiera tal-Vjatku. Xi nghidu fl-ahharnett ghad-disinn tal-paviment sabih tal-Presbitequ u l-Kor li sar fl-1906!


Riferenzi

  1. Tifkira Ghaziza tas-Sac Dun Ang Camilleri – 1927.

19. ZEWG PAPIET KBAR


Triq il-Papa Piju XII


Il-Papa Piju XII.Il-Papa Piju XII.

(p.92) Eugenio Pacelli twieled Ruma nhar it-2 ta' Marzu, 1876 minn familja li kienet moghtija kollha kemm hi ghas-servizz tal-Vatikan. Ordnat sacerdot fl-1899, Il-Papa Benedittu XV ghamlu Nunzju fil-Germanja u ghalhekk ikkonsagrah Arcisqof Titulari ta' Sardes fit-13 ta' Mejju 1917. Piju XI ghamlu Kardinal kif ukoll Segretarju ta' l-Istat tal-Vatikan. Eugenio Pacelli gie elett Papa nhar it-2 ta' Marzu 1939 u kien miet nhar id-9 ta' Ottubru 1958.


Il-Papa Piju XII zgur li jibqa’ msemmi bhala Papa kbir, gharef u qaddis. Mexxa l-Knisja ghal kwazi 20 sena fost zminijiet mill-iktar difficli u mqallba ta' l-umanita li kienu jinkludu l-qawmien tal-Faxxizmu, it-tieni gwerra dinjija u t-theddida tal-Komunizmu. Ikkonsagra d-dinja lill-Qalb bla Tebgha ta' Marija. Ipproklama s-sena 1950 bhala Sena Mqaddsa u l-1954 bhala Sena Marjana. Fuq kollox jibqa' maghruf bhala l-Papa ta'  l-Assunta, ghax kien hu li ddikjara bhala Domma tal-Fidi t-Tlugh fis-Sema tal-Madonna bir-ruh u  l-gisem. Minhabba f'hekk hu ghalina Papa wisq ghaziz u triq fil-Mosta msemmija ghalih tixraqlu zgur.


Riferenzi

  1. Crown of Glory - The Life of Pope Pius XII - By Alden Hatch and Seamus Walshe.
  2. Guide for Living-Pope Pius XII.

Triq il-Papa Giovanni XXIII


Il-Papa Giovanni XXIII.Il-Papa Giovanni XXIII.

Triq il-Papa Giovanni XXIII, fejn hekk il-Museum tas-Subien, tfakkar f’dan il-Papa li baqa’ msemmi ghat-tjubija u l-umilta tieghu. Papa li ghalkemm tela’ fuq it-Tron ta’ Pietru ta’ 77 sena, kien kapaci (p.93) jlaqqa' u jiftah il-Koncilju Ekumeniku Vatikan II.


Angelo Giuseppe Roncalli twieled f'Sotto il-Monte fl-Italja ta' Fuq nhar il-25 ta' Novembru, 1881. Kien iben il-bdiewa u kien gie ordnat sacerdot f'Ruma fl-10 ta' Awissu 1904. Il-Papa Piju XI hatru Arcisqof Titulari ta' Acropoli fl-1924. Inhatar Delegat Appostoliku fil-Bulganja, fit-Turkija u l-Grecja u Nunzju Appostoliku fi Franza. Piju XII ghamlu Kardinal fl-1953 u ftit wara Patrijarka ta' Venezja. Wara l-mewt tal-Papa Piju XII lahaq hu bhala Kap tal-Knisja Kattolika. Miet fit-3 ta' Gunju 1963 wara li mexxa l-Knisja ta' Knstu ghal erba' snin, seba' xhur u sitt ijiem.


Kien Papa li kellu Pontifikat qasir, imma li bit-tbissima tieghu gibed lejh id-dinja.


Riferenzi

  1. La Vita racconta di Papa Giovanni, Sergio C. Lont.

20. ERBA' STAGUNI TAS-SENA


Triq ir-Rebbiegha


(p.94) L-ewwel stagun tas-sena hi r-Rebbiegha. Din tibda fil-21 ta' Marzu. Matulha l-holqien kollu jerga' jiehu l-hajja u ghalhekk naraw hafna mis-sigar jilbsu weraq gdid u l-kampanja taghna tfur b’hafna fjuri selvaggi filwaqt li l-gonna jimtlew bi fjuri sbieh fosthom il-warda Maltija. L-ghasafar ferhanin jibnu l-bejtiet godda taghhom. L-arja la tkun kiesha u lanqas shuna.


Matul ir-Rebbiegha niccelebraw it-tifkira tal-Passjoni u Mewt ta' Kristu u dritt wara l-Qawmien Glorjuz Tieghu mill-mewt li ahna bir-ragun kollu nsejhulu  l-Ghid il-Kbir.


Triq is-Sajf


Wara r-Rebbiegha jidhol is-Sajf li jibda fil-21 ta' Gunju. Is-Sajf hu l-istagun tas-shana. Hafna ghalhekk ifittxu x-xtajtiet sbieh tal-bahar ikhal taghna; ohrajn ihallu x-xtut taghna u jmorru jqattghu xi vaganza barra minn Malta. Huwa wkoll l-istagun tal-frott. Hawn Malta s-Sajf igib il-bicca l-kbira tal-festi ta' l-ibliet u ta' l-irhula taghna li jferrhu l-bicca l-kbira tal-poplu taghna u lit-turisti li jkunu maghna f'dan l-istagun.


F’nofs is-Sajf Malti niccelebraw il-festi tradizzjonali ta’ l-Imnarja u dik ta’ Santa Marija li hi wisq ghaziza ghalina l-Mostin.


Triq il-Harifa


Il-Harifa hija t-tielet stagun tas-sena. Din tibda fil-21 ta' Settembru. Matulha hafna mis-sigar johorfu. L-arja tibda tiffriska, l-ajru jissahhab u taghmel xi maltempata u tibda x-xita u ghalhekk il-kampanja Maltija terga’ tibda tiehu r-ruh wara l-jiem shan tas-Sajf. Dan hu zmien sabih ghal xi harga fil-kampanja. Huwa wkoll zmien qtugh ir-rummier u (p.95) zmien ta' meta naraw fostna l-pitirrossi.


Il-festi marbutin l-aktar ma' dan  l-istagun huma dik tal-Qaddism kollha u l-ohra ta' l-Ghid ta' l-Imwiet li ghaliha hafna jzuru l-oqbra ta' l-gheziez mejtin taghhom fic-cimiterji.


Triq ix-Xitwa


Ix-Xitwa hi r-raba' u l-ahhar stagun tas-sena u tibda fil-21 ta' Dicembru. Hija l-istagun tal-bard u  l-ksith MilJ-a)ru msahhab u mqalleb traxxax ta' sikwit ix-xita. Is-sigar ikunu hafna minnhom bla weraq, imma s-sigar tal-laring, ghall-kenn tal-gonna taghna, ikunu mtaqqlin b'din il-frotta bnina.


Fil-bidu ta' dan l-istagun jasal il-Milied li jimla ‘l kulhadd bil-ferh u jaghti taghlima li ssahhan il-qlub; ghalhekk it-tizjin fid-djar u fit-toroq, ghalhekk ir-rigali. F'dan l-istagun ikollna wkoll il-bidu ta' Sena Gdida.


Kapitli ohra mill-ktieb