The Mosta Archives Banner

IL-MOSTA, IL-MOSTIN U R-ROTUNDA TAGHHOM MATUL IZ-ZMINIJIET

George Cassar, Joseph G.M. Borg

Pubblikazzjoni tal-Kunsill Lokali Mosta f'gheluq l-400 sena parrocca, fl-2008.


Dan il-ktieb interessantissimu msejjes fuq il-ktieb ta' E.B. Vella imma jidhol f'aktar dettalji jinxtara mill-Kunsill Lokali. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


Kap. 7 - Mons. Dusina, it-twaqqif tal-parrocca, u l-bini tal-knisja parrokkjali (1575 -1619)


Iz-zjara ta’ Monsinjur Dusina


(p.63) L-Isqof ta’ Malta, Martin Royas (1572-78), u l-Granmastru Jean I’Evesque de la Cassiere (1572-81), kellhom xi jghidu bejniethom meta l-granmastru hass li kellu jaghmel taxxa fuq id-dhul ta’ l-isqof bhal ma kien qed jigri fl-Ewropa. L-Isqof Royas, li qabel kien vicl-kancillier ta’ l-Ordni, ma qabilx ma’ din il-proposta. Royas kien ukoll ghamel zmien qasir bhala inkizitur (1573-4) u hass li kellu s-setgha li jistharreg il-membri ta’ l-Ordni. Mill-banda l-ohra, il-granmastru hass li Royas ma kellux ragun u ghalhekk appella Ruma biex tinstab soluzzjoni. Fuq din it-talba, il-Papa Gregorio XIII, fit-3 ta’ Lulju 1574, hatar lill-Monsinjur Pietro Dusina bhala delegat appostoliku u inkizitur u baghtu Malta. Fl-1 ta’ Dicembru 1574 hu gie mahtur ukoll vizitatur appostoliku b’istruzzjonijiet li jezamina l-Knisja fil-gzejjer ta’ Malta u Ghawdex f’vizta appostolika. Permezz ta’ din il-vizta kellhom jibdew ikunu mwettqa d-digrieti tal-Koncilju ta’ Trentu.1


Fis-sena 1575, Dusina zar il-knejjes kollha tal-gzejjer Maltin u halla bil-miktub x’sab u x’kellu jsir. Wara li fit-30 ta’ Jannar 1575 spicca z-zjara tal-matrici tan-Naxxar, dan id-delegat appostoliku beda jzur il-knejjes filjali ta’ Hal Gharghur u tal-Mosta. Dwar il-Mosta, s-segretarju tieghu l-ewwel nizzel in-numru ta’ djar li sab. Fil-Mosta kien hemm 116-il abitazzjoni. Jekk dawn jigu maqsumin f’familji ta’ madwar hames persuni kull wahda, jidher li f’dan ir-rahal kien hemm madwar 580 ruh.2


Il-knisja principali ddedikata lill-Assunta


Is-segretarju tal-vizitatur appostoliku kiteb li saret iz-zjara “tal-knisja parrokkjali tal-B.M. Assunta,” fil-Mosta. Kompla jikteb li dan ir-rahal ma kellux qliegh iehor ghajr l-offerti ewlenin li kellhom jaghtu lill-kappillan u rettur tal-parrocca tan-Naxxar li mieghu kienet maghquda, u r-rettur kien jghid li ma kellux obbligi ohra hlief li jqaddes f’jum il-festa. Il-knisja tal-Mosta li zar Dusina kienet deskritta bhala wahda wiesgha u xierqa bizzejjed u kellha artal, paviment u bibien ta’ l-injam.


Jidher li din il-knisja kienu jiehdu hsiebha sew. L-art kienet fi stat tajjeb u kienet tissakkar tajjeb.3


Fl-istess knisja barra l-artal principali, ikompli jinnota Dusina, kien hemm artali ohra zghar u r-rettur ma kellux la qliegh u lanqas pizijiet. Kien jitqaddes quddies biss fuq l-artal maggur u ebda quddiesa ma kienet issir fuq l-artali l-ohra.4


Il-vizitatur appostoliku tant hass li kienet importanti din il-knisja ta’ l-Assunta li sejhilha “parrokkjali.” Dan ma kienx korrett ghax lanqas rettur taghha proprja ma kellha. Ma kelliex dhul u ghalhekk lanqas pizijiet. Madankollu kien Dusina stess li fit-12 ta’ Marzu 1575 ta bidu ghall-Fratellanza tas-Sagrament fil-knisja principali tal-Mosta.5 Jista’ jkun li Dusina sejjah din il-knisja parrokkjali ghax x’aktarx fiha kienu jinzammu s-sagramenti6 li l-amministrazzjoni taghhom kienet dritt tal-kappillan tal-matrici tan-Naxxar.


Kappelli Zghar u ta’ ftit importanza


Barra l-knisja principali, dik iddedkatat lill-Assunzjoni tal-Madonna, il-vizitatur dar dawra l-kappelli l-ohra li kien hemm fir-rahal tal-Mosta. Dawn kienu hdax fin-numru - San Gakbu (zewg kappelli ddedikati lil dan il-qaddis), San Mikiel, (p.64) San Anard, Santa Katenna, San Pawl, San Nikola (din giet ipprofanata), Sant’ Anton Abbati, Santa Margerita, u Lunzjata.7 Ma’ dawn kien hemm ukoll kappella ohra ddedikata lil Marija Assunta.


Il-Kappella ta’ San Nikola jista’ jkun li kienet dik tal-Lwatam, u knisja ckejkna ohra li tissemma’ ta’ l-Assunzjoni, x’aktarx li kienet fejn illum hemm dik ta’ Zejfi. Mill-banda l-ohra diversi kappelli li fiz-zminijiet tal-lum huma parti mill-Mosta. Dusina jsemmihom bhala mal-parrocca estinta tal-Mellieha. Ghalhekk hu jsemmi l-ezistenza tal-Kappella ta’ Sant’ Andrija tal-Blat (f’Hal Dimekk), ta’ San Pawl Eremita f’Wied il-Ghasel, u tal-Vizitazzjoni.8


Dawn, bhal hafna mill-knejjes zghar ohra mxerdin ma’ Malta kollha, ma kinux mizmumin kif jixraq. Ghad li kollha kellhom artal, l-ebda wahda minnhom ma kellha l-art iccangata, u bicciet minnhom lanqas bibien ma kellhom. Il-Knisja ta’ San Pawl biss kellha t-tizjin li jinhtieg, dhul ta’ xi ftit flus, u rettur; mill-bqija kienu kollha mnezzghin u bla qassis min jiehu hsiebhom.


Kull kappella kienet afdata f’idejn min kellu r-raba jew bini li fuqhom kien hemm imholli xi legat biex bih tinzamm dik il-knisja partikulari u biex isiru l-ghosrien u quddiesa f’jum il-festa tal-qaddis jew qaddisa li ghalihom kienet iddedikata l-knisja jew kappella.


Fejn kien jinhtieg,id-delegat appostoliku ordnalhom jirrangaw xi nuqqasijiet fihom taht piena ta’ xi ftit skudi.


Il-Kappella ta’ San Mikiel


Din il-kappella kienet nieqsa minn kollox. Ma kellhiex bieb u kellha s-saqaf iqattar u ghalhekk kienet timtela bl-ilma fix-xita. Leone Xerri kien jassigura li ssir quddiesa f’din il-kappella darba fis-sena u Theramus Vassallo kien jara li ssir quddiesa fil-festa. Minhabba dan l-istat hazin tal-bini, Dusina hass li kellu jissospendi dawn il-funzjonjiet provizorjament.9 Fil-fatt fiha ma kien hemm ebda rabta ta’ xi obbligu li jsir il-quddies Dusina ordna li jsir bieb ta’ l-injam fi zmien xahar u jekk din l-ordni ma tigix esegwita, min kien inkarigat kien se jehel multa ta’ ghaxar skudi. Kellu jerga jibda jsir quddies fiha biss wara li dan il-bieb ikun twahhal, u l-quddies ta’ nhar San Mikiel kellu jitqaddes fil-knisja parrokkjali tan-Naxxar.10


Il-Kappella ta’ San Anton Abbati


Jidher li l-kappella ddedikata lil Sant’Anton Abbati ma kinitx wisq ahjar minn ta’ qabilha. Kienet nieqsa mill-bzonnijiet kollha, L-istess Xerri u Vassallo kienu jaraw li jsiru zewg quddisiet fil-festa. Il-paviment kellu bzonn ta’ tiswija u ghalhekk Dusina ordna li dan isir.11


Kienet kappella b’artal wiehed u kellha bieb li jissakkar sew. Imma ma kelliex rettur taghha. Ghalkemm kien isir il-quddies tal-festa dan ma kienx isir minhabba xi rabta specifika. Jidher madankollu li certu Pietru Portelli kien jiehu hsieb biex jitqaddsu anki quddisiet ohra nhar il-festa ta’ San Anton. Dusina pogga penali ta’ hames skudi jekk il-paviment ta’ din il-kappella ma jissewwiex fi zmien xahar.12


Il-Kappella ta’ San Leonardu


Rigward il-kappella ta’ San Anard, Dusina jghid li din kienet nieqsa mill-bzonnijiet. Kien hemm, madankollu, certu Paolo Borg li mid-dhul minn xi djar li kellu, u li kienu jinfdu ma’ din il-kappella, kien jara li jsir l-ghasar u quddiesa fil-festa. Dan Borg kellu l-piz li minn dan id-dhul isewwi l-kappella u jahseb ghall-bzonnijiet li kellha.13 Dawn id-djar kienu proprjeta ta’ Frangiska Borg, mart Indri Felice. Meta Frangiska cediet dawn id-djar, obbligat lill-imsemmi Paolo biex mid-dhul jiehu hsieb li jsir ghasar u quddiesa fil-gurnata tal-festa tal-qaddis li ghalih kienet iddedikata l-kappella. Paolo gie marbut ukoil li din il-kappella ma jhallihiex nieqsa minn dawk in-necessitajiet li kienet tirrikjedi u jsewwi hsarat li setghu jinqalghu minn zmien ghall-iehor. Madankollu, skond ir-rapport ta’ Dusina, din il-kappella b’artal wiehed kienet tissakkar tajjeb imma ma kellhiex rettur taghha u lanqas ma kellha qiegha pavimentata.14


Il-Kappella ta’ Santa Katerina


Meta ghadda biex jiddeskrivi l-kappella ta’ Santa Katerina, Dusina osserva li din ma kellhiex (p.65) paviment. Il-quddiesa tal-festa u l-ghasar kien fid-dmir li jiehu hsiebhom Frangisk Batholo.15 Dan il-piz waqa’ fuq Batholo ghax hu kellu bicca art biswit din il-kappella. Hu kien fl-obbligu wkoll li jsewwi l-kappella skond il-bzonn. Kollox kien rregistrat fl-Atti tal-Kurja ta’ l-lsqof ta’ Malta.16


Iz-zewg kappelli ddedikati lil San Gakbu


Fit-territorju tal-Mosta kien hemm zewg kappelli ta’ San Gakbu. Illum ebda wahda minnhom ma ghadha wieqfa.


Dusina ra l-ewwel wahda minn dawn u kkonkluda li kienet fl-istess stat tal-kappelli l-ohra, jigifieri la kellha paviment u lanqas rettur. Kellha artal wiehed u kienet nieqsa mill-bzonnijiet necessarji. Kien hemm obbligu ghall-quddiesa tal-festa u dan il-piz kien jonorah certu Gakbu Borg, li minn jeddu kien jiehu hsieb li jsir ghasar ukoll. Dan Gakbu kien gie marbut minn missieru biex jiehu hsieb il-festa tal-qaddis meta dan ta’ l-ahhar kien hallielu bicca art magenb din il-kappella.17


Dwar il-kappella l-ohra ta’ San Gakbu, il-vizitatur appostoliku nizzel li kellha artal wiehed u bieb tajjeb, imma la kellha rettur, la renti u lanqas obbligi. Kien hemm biss rabta wahda li kienet taqa’ fuq Gakbu Cumbo li kien irid jiehu hsieb li ssir quddiesa nhar il-festa billi dan kellu xi artijiet fil-vicinanzi ta’ din il-kappella.18


Il-Kappella ta’ l-Annunzjata


Kienet kappella ckejkna b’artal wiehed u tinghalaq tajjeb, imma ma kellha la rettur u lanqas renti. Kienet nieqsa minn kollox. Piz wiehed biss kien hemm, u li kien jaqa’ fuq Ganni Boagar, u dan kien jobbligah li fnhar il-festa jassikura li ssir quddiesa u ghasar Dan l-obbligu gie fuqu minhabba dar li hu kellu fil-Mosta u li maghha kien hemm marbut dan il-piz.19


Il-kappella ta’ San Pawl


Din il-kappella b’artal wiehed kellha bieb ta’ l-injam imma ma kellhiex rettur. Bhal kappelli ohrajn la kellha pizijiet u lanqas dhul u kienet nieqsa mill-bzonnijiet taghha. Ghalkemm ma kienx obbligat, certu Pawlu Cumbo kien jara li jsir ghasar u quddiesa nhar il-festa, u dan kien jaghmlu b’sens ta’ devozzjoni personali.20


Il-Kappella ta’ San Nikola


Kienet dik il-kappella fl-aghar stat li ra Dusina fil-Mosta ghax la kellha bieb, la kellha rettur, la kellha dhul u fuq kollox l-access ghal go fiha kien imbarrat bil-gebel. Naturalment ma kienx hemm rettur u lanqas quddies ma kien isir fiha. Mons. Dusina pprofana din il-kappella ghax ma kien hemm xejn li jorbotha ma’ l-ghan originali taghha.21


Il-Kappella ta’ Santa Margerita


Il-kappella ta' Santa Margerita bla kampnar.(p.65) Il-Kappella ddedikata lil Santa Margerita – ritratt irtukkjat biex juri l-forma taghha qabel zidulha l-kampnar u ziediet ohra.

Din il-kappella ma kellhiex bieb biex tissakkar u lanqas kellha rettur. Ma kellhiex pizijiet u renti. Kien hemm certu Pietru Sillato, argentier, li kellu l-obbligu li jiehu hsieb li jsiru quddiesa u ghasar nhar il-festa peress li l-kappella kienet wieqfa fuq parti mill-art li hu kellu taht idejh u li maghha kien hemm marbut dan il-piz. Konsegwenza ta’ dan l-obbligu Mons. Dusina obbliga lil Sillato biex jaghmel bieb ta’ l-injam ghall-kappella fi zmien xahar u jekk din l-ordni ma titwettaqx, hu (p.66) kien jehel penali ta’ ghaxar skudi. Sa ma jkun sodisfatt dan l-obbligu, l-quddiesa u l-ghasar tal-festa kellhom isiru fil-knisja parrokkjali,22 jigifieri dik tan-Naxxar.


Il-Kappella ta’ l-Assunta


Din kienet kappella differenti minn dik li Dusina kien sejhilha “knisja parrokkjali.” Kienet kappella b’artal wiehed u kient tinghalaq, imma kienet abbandunata. Kienet nieqsa minn kull bzonn ghax ma kellhiex renti u lanqas pizijiet. Ma kienet issir l-ebda quddiesa, la matul is-sena u lanqas nhar il-festa.23


L-Ghar tal-Vizitazzjoni


Fost il-knejjes mitlufin l-iktar wahda kurjuza hi dik tal-Vizitazzjoni ta’ Marija Santissima. Fiz-zjara li Mons. Duzzina ghamel tal-limiti tal-Mellieha fi Frar 1575, hu kiteb li knisja taht it-titlu tal-Vizitazzjoni tal-Beata Marija kienet tinsab fuq ir-rahal Mosta. Din il-knisja kienet imhaffra fil-blat, ta’ daqs zghir, u ta’ ghamla tonda. Dusina jkompli li kien jinghad li din kienet ikkonsagrata minn seba’ isqfijiet, li nzertaw kienu gew nawfragati fuq il-gzira ta’ Malta.


Din hi riferenza li ma tghinx biex tistabilixxi l-post fejn setghet kienet din il-kappella troglodita. Gan Frangisk Abela kull ma jaghmel hu li jirreferi ghal dan is-sit u jirrepeti dak li kien maghruf skond it-tradizzjoni tas-seba’ isqfijiet u jieqaf hemm.24 F’ebda mument ma jipprova jistabilixxi fejn kienet tinsab ezattament din il-kripta.


Onorato Bres jieqaf biss fil-punt li jghid li din il-kripta fil-blat, flimkien ma’ dik ta’ l-ghar-kappella ta’ San Pawl l-Ewwel Eremita, kienu zewg postijiet ta’ qima mill-aktar qodma fil-Mosta u li kienu ghadhom maghrufa sa zmien il-kittieb.25


Achille Ferres ma jmurx wisq izjed mill-awturi ta’ qablu, u filwaqt li jirrepeti t-tradizzjoni, jzid li fil-Mosta kien hemm ukoll kappella ddedikata lill-Vizitazzjoni maghruf bhala “Ta’ Wejda”.26


E.B. Vella pprova jikxef fejn setghet kienet din il-kripta. Haseb li forsi kienet qieghda fuq ix-xaqliba tan-naha tal-majjistral tal-Mosta, bejn il-Wied u t-truncieri. Dan il-hsieb kien imsahhah minn dak li sab fit-tiftix tieghu fejn iltaqa’ ma’ isem ta’ knisja fir-raba’ taht it-titlu tal-Vizitazzjoni tal-Madonna f’Hal Dmiegh, li kienet giet ipprofanata mill-awtoritajiet tal-Knisja.27


Vella jkompli jesplora l-possibiltajiet u wara li kkonsulta l-kitba ta’ G.F. Abela li ma taghtu l-ebda hjiel, ra x’kiteb l-istoriku l-Konti Ciantar. Dan ta’ l-ahhar qal li fl-1761 fuq dan l-ghar giet mibnija kappella ddedikata lill-Madonna ta’ l-Isperanza.28 Skond ir-ragunament ta’ E.B. Vella, billi Ciantar kiteb fl-1780 dan kien hafna eqreb ta’ dak iz-zmien bikri u ghalhekk kien hemm il-possibilita li kien korrett f’dak li kiteb. Din ghal Vella kienet raguni b’sahhitha biex hu wkoll isostni li l-ghar antik tal-Vizitazzjoni ma kienx post iehor ghajr l-ghar ta’ taht il-knisja ta’ l-Isperanza.


Ghal Stanley Fiorini dan ir-ragunament mhux korrett. Fiorini jhoss li dan l-ghar kien fejn illum hemm il-Kappella tal-Vizitazzjoni maghrufa bhala ‘Ta’ Wejda’. Dan l-istudjuz jghid li Damjan u Agata Bonnici, mlaqqmin Ta’ Wejda, bnew il-kappella fil-bidu tas-seklu XVII fuq dan l-ghar antik. Ikompli jzid li jista’ jkun ukoll li dik il-Kappella ta’ San Zakkarija, li sa zmien Dusina ma baqghetx tissemma,’ kienet proprju din il-kappella ta’ taht l-art. Il-kwadru li hemm fil-kappella f’Ta’ Wejda juri lil San Zakkarija ma’ martu Santa Elizabetta fl-episodju tal-Vizitazzjoni.29


Guh u pesta


Fi zmien il-Granmastru Verdala, dak li fl-1588 bena ghalih il-Palazz tal-Buskett, f’Malta waqa’ guh kbir, ghax minn Sqallija ma gewx prodotti ta’ l-ikel bizzejjed ghan-nies tal-gzejjer taghna. Mietu madwar 3,000 Malti bil-guh li minnhom forsi kien hemm nies mill-Mosta ghalkemm mhux facli li dan ikun accertat. Li hu zgur hu li tant kien kbir il-guh, bhal per ezempju fis-snin 1589 u 1591, li l-istess Kunsill ta’ l-Ordni ta’ San Gwann hareg ordnijiet specifici lix-xwieni tieghu biex jaghmlu atti ta’ piraterija u jgibu lejn Malta mriekeb tal-bahar li kienu qed igorru l-ikel. Fi krizijiet ta’ nuqqas ta’ ikel dawn ix-xwieni ma kinux iharsu lejn hbieb jew ghedewwa imma kull ma jiltaqghu mieghu kienu jgibuh lejn Malta.30


 (p.67) Ma’ dan il-guh zdied ukoll il-mard. Kien fl-ewwel xhur tas-sena 1592 li xi galeri tad-Duka tat-Toskana dahlu fil-Port il-Kbir. Kienu ghadhom kif qabdu numru ta’ xwieni mghobbijin bil-merkanzija li kienu hargu mill-port ta’ Lixandra, fl-Egittu, meta dan il-pajjiz kien milqut mill-pesta. Wara ftit, xi membri ta’ l-ekwipagg Toskan bdew jimirdu. Ghall-bidu l-marda taghhom ma ntgharfitx mit-tobba li kienet dik tal-pesta. Billi t-tobba ma qablux dwar x’marda setghet kienet, ma ttiehdux prekawzjonijiet biex il-marda ma tinxteridx. Ghalhekk sal-bidu ta’ Gunju l-pesta kienet hakmet lit Malta u ma kienx hemm dubju izjed dwar x’marda kienet. Ittiehdu l-prekawzjonijiet mill-awtoritajiet u sa l-ahhar ta’ Settembru deher li l-marda kienet donnha naqset sew fil-qilla taghha wara li kienu mietu 300 ruh. Tnehhew il-prekawzjonijiet kollha u l-pazjenti ntbaghtu d-dar. Kien zball kbir ghax ghal nofs Novembru l-marda regghet inxterdet u f’xahrejn mietu 500 ruh ohra. Minhabba l-marda Malta giet isolata mill-bqija tal-pajjizi tal-Mediterran u ghalhekk ma baqghax diehel l-ikel tant bzonnjuz ghall-poplu. In-nies issa bdew isofru l-guh u min ma mietx bil-pesta kien qed jissogra li jmut minhabba n-nuqqas ta’ ikel. Din it-tieni fazi tal-pesta damet sa madwar l-ahhar ta’ Jannar 1593.31


Lapida tal-gebel li kienet tghatti qabar fic-cimiterju mal-kappella ta' Santa Margerita.(p.67) L-unika hagra li baqa’ li kienet tghatti l-qabar li gejja mill-pesta ta’ l-1592-93 - kienet tinsab fid-cimiterju tal-pesta li kien hemm madwar il-Kappella ta’ Santa Margerita.

F’dan iz-zmien hafna Maltin xtaqu kieku jhallu l-gzira u jerhulha lejn xi pajjiz iehor, imma dan ma setghux jaghmluh. Malta giet isolata ghax kienet imniggsa. Intefghet pressjoni kbira fuq il-Kummissarji tas-Sahha biex jaghlqu l-lazzarett u jiddikjaraw li l-pesta kienet spiccat minn Malta. L-awtoritajiet ftakru fil-guh li kien laqat lil Malta s-sena ta’ qabel u minn x’hiex kienu ghaddejjin ir-residenti f’dawk il-granet u ghalhekk cedew ghal din il-pressjoni. Fil-bidu ta’ Frar kien dikjarat li Malta kienet hielsa mill-mard. Imma sal-bidu ta’ Marzu mhux talli rega’ deher il-mard, imma dan kien ukoll aghar minn qabel. Il-poplu taghtu rasu u hafna residenti ta’ l-ibliet telqu lejn il-kampanja.32


Sa Gunju ta’ l-1593 il-marda battiet sakemm spiccat imma mhux qabel qatlet madwar 3,000 ruh, inkluz 40 kavallier.33 Dan kien ifisser li f’din is-sena ta’ flagell, 11 fil-mija tas-27,000 persuna li kienu jghixu f’Malta kienu gew mahsuda mill-pesta.34 Fost il-vittmi kien hemm 27 li kienu mill-Mosta.35


Il-festa ta’ San Rokku u t-tigrijiet li jsiru fil-jum tieghu (16 ta’ Awissu) kienu gew imwaqqfin wara li spiccat din il-pesta bhala tifkira tal-helsien minnha.


Fil-Mosta hemm tifkira ta’ din il-pesta. Dan huwa c-cimiterju zghir li hemm mal-Kappella ta’ Santa Margerita, fejn barra minn dawk is-27 vittma mill-Mosta, gew midfuna ukoll 283 li kienu mietu bil-pesta u li kienu gejjin mill-matrici tan-Naxxar u minn Hal Gharghur. L-oqbra ta’ dawn il-vittmi kienu jitbierku kull sena, fix-xahar ta’ Novembru.36 Dan ic-cimiterju kien gie ddedikat lil (p.68) San Rokku, appuntu l-qaddis konness mal-marda tal-pesta.37 Cimiterji bhal dan kienu bdew jinfethu minn wara l-pesta ta’ l-1592-3. Qabel, id-dfin kien isir fil-knejjes, imma minhabba din il-marda gie deciz li jkun hemm cimiterji barra l-knejjes fejn jidfnu l-vittmi ta’ din il-pestilenza.38


Baqa’ ghatu ta’ qabar li ghandu hagra mberfla bi gwamic, bi fleur-de-lys f’kull rokna, u fin-nofs hemm arma mnaqqxa fil-gebla, bis-sena ‘1594’ mizjuda tahtha. Din il-hagra llum tinsab merfughha gol-Kappella ta’ Santa Margerita imma tinsab fi stat verament hazin ghax hi miksura u mhux mizmuma f’kundizzjoni li tigi protetta minn aktar hsara. Kien hemm ukoll fdalijiet ta’ lapida funerarja ohra, li kienet isservi wkoll ta’ ghata ghal fuq il-qabar, imma minnha ma baqa’ kwazi xejn hlief ftit bicciet zghir.


Il-Mostin ghall-ahhar nofs tas-seklu sittax


lr-rahhala Mostin kienu jghixu l-hajja ta’ kuljum bhal kull komunita ohra f’Malta u Ghawdex. Kien ikun hemm twelid, zwigijiet u mwiet ghax hekk hi r-rutina tal-hajja u l-Mostin kienu jghixu din ir-rutina li kienet titharbat biss meta tinqala’ xi sitwazzjoni mhux tas-soltu, bhall-assedju Tork ta’ l-1565, xi pesta jew xi zmien ta’ karestija.


Mir-registn tal-maghmudijiet nistghu nkunu nafu x’ismijiet kienu l-aktar popolari fost il-Mostin meta dawn kienu jigu biex isemmu t-trabi l-godda li jizdiedu fil-komunita tar-rahal. Bejn l-1546 u l-1600 l-aktar ismijiet komuni ghas-subien kienu Salvaturi jew Salvu u Mariano. Fost il-bniet, l-aktar ismijiet numeruzi kienu Caterina, Domenica u Mariana. Ohrajn popolari wkoll kienu Paola u Margerita. Mir-registru tal-maghmudijiet nafu li f’dan il-perjodu kienu tghammdu 337 u li kienu jinqasmu f’204 subien u 120 bniet bi 13 ohra li s-sess taghhom ma kienx gie mnizzel. Fost it-twelid f’dan il-perjodu kien hemm sitt trabi illegittmi fil-Mosta u fost dawn jispikka l-kaz ta’ Isabella, bint Merkisi, li kellha zewgt itfal barra miz-zwieg fi zmien sentejn - Gilorimo fl-1548 u Mariola fl-1550.39


F dan in-nofs tas-seklu sittax fil-Mosta gew iccelebrati 532 zwieg li l-parti l-kbira minnhom kienu bejn Mostin. Dan ifisser li 397 koppja zzewgu Mostin lill-Mostin u 135 kienu Mostin li zzewgu lil xi hadd minn barra r-rahal. In-nisa tal-Mosta jidher li ppreferew l-aktar irgiel min-Naxxar. Ftit ohra sabu sieheb minn Hal Gharghur. L-istess gara bl-irgiel Mostin li hafna minnhom kienu ppreferew nisa Naxxarin filwaqt li numru zghir iehor hadu b’marthom mara minn Hal Gharghur. Mostin ohra marru aktar lil hinn u zzewgu nisa minn Hal Lija, H’Attard, Haz-Zebbug, Birkirkara, Hal Mann, Hal Balzan, il-Birgu, l-lmdina u r-Rabat. Ma’ dawn iridu jizdiedu sitt tfajliet Mostin li hadu irgiel barranin fosthom tnejn Francizi, tnejn Taljani u wiehed Spanjol.40


Dwar il-kunjomi l-aktar komuni fil-Mosta fis-seklu sittax, jista’ jissemmew Agius, Aquilina, Bartholo, Bezzina, Borg, Bonnici, Brincat, Buhagiar, Busutil, Calfat, Callus, Callejja, Camilleri, Caruana, Cauchi, Chetcuti, Ciappara, Combo, Cusburella, Debono, Delia, Deguara, Dijf, Di Proxia, Ebejer, Falzon, Farrugia, Felici, Fenech, Fiteni, Frendo, Galea, Gauci, Grixti, Lagu, Lichis, Louaci, Magro, Mangion, Mamo, Micallef, Muscat, Pace, Portelli, Sammut, Scerri, Sciberras, Scicluna, Schriha, Seichel, Spiteri, Stivala, Vassallo, Vella, Zahra, Zammit, Zarb, Zizo. Xi whud mill-kunjomijiet imsemmija kont issibhom biss fil-Mosta imma mhux fl-irhula vicini tan-Naxxar u Hal Gharghur. Meta mqabbla ma’ listi ohra tas-seklu hmistax insibu li numru ta’ kunjomijiet ma kinux ghadhom jezistu fil-Mosta. Dawn kienu jinkludu Felu, Dinkille, Bindin (jista’jkun ukoll Bondin), Hakim, Camenzuli, Muzangar, Cagege, Guaractu, Burasi, Haleu, Cuzin, Zarun, Daiona, Chumi, Chakini, Mahanuc, Maltisi, Bertelli (jista’ jkun ukoll Portelli), Curmi, Piasanu, u Lukkisi.41


Ir-rahal tal-Mosta jsir parrocca


ll-Mosta kienet ilha maghquda mal-matrici tan-Naxxar. Zgur li din l-ghaqda kienet tmur lura sa qabel l-1436, ghax waqt iz-zjara li l-lsqof Senatore de Mello ghamel f’Malta f’dik is-sena, hu jindika dan il-fatt. In-Naxxar kellha taht il-gurisdizzjoni taghha kemm il-Mosta u Hal Gharghur kif ukoll numru ta’ rhejjel zghar hafna bhal Hal Pessa, Hal Dimekk, Hal Sammut, Hal Miselmiet u Hal Dghif.42


(p.69) Fl-1608 saret zjara pastorali ohra, din id-darba mill-lsqof Tumas Gargallo. Fil-ktieb taz-zjajjar tieghu inkiteb hekk:43


Firda tal-Mosta mill-Parrocca tan-Naxxar


16 ta’ Settembru 1608.


Billi l-esperjenza twila sal-lum turina li l-kappillan tan-Naxxar ma jistax jilhaq mat-tqassim tas-Sagramenti, minhabba fil-boghod, u billi l-knisja parrokkjali tan-Naxxar ghandha 1,100 parruccan, li minnhom 800 iqerru u jitqarbnu, ghalhekk waqt iz-zjara u wara li wiehed iqis 77 boghod tal-Mosta, li ghandha 180 dar b’900 ruh, u li hija boghod madwar 3 mili, u t-triq hija hazina u kollha hagar, fil-hin li naghmlu skond il-kap. 4 tas-sezzjoni 21 tal-Koncilju ta’ Trentu De Reform u l-kap. Audientia, fuq il-bini tal-knejjes, (bir-rieda tal-Qdusija Tieghu Papa Pawlu V u tas-Sede Appostolika) nifirdu u naghzlu mill-knisja parrokkjali tan-Naxxar l-imsemmi rahal tal-Mosta, sabiex ma jkunx aktar jaghmel ma’ l-imsemmija Parrocca tan-Naxxar.


Naghmlu u nqeghdu l-knisja ewlenija ta’ S. Marija Imtella’ fis-Sema, ta’ l-imsemmi rahal tal-Mosta, bhala Parrocca: bid-drittijiet, l-unuri, pizijiet, u dhul kollu li huma soltu jimxu mal-knisja parrokkjali, kull meta hija ma jkollhiex kap, imma bla ebda telf tal-kappillan li Hum jinsab in-Naxxar, fuq l-ewlenin drittijiet biss, sakemm il-Parrocca tan-Naxxar tohodhom, u mhux izjed tard: sewwa sew bhalma qsamna l-Parrocci ta’ S. Lawrenz tal-Birgu, ta’ Birkirkara, u ta’ Birmiftuh, u ghamilna fit-twaqqif ta’ knejjes ohra parrokkjali, jigifieri, ta’ H’ Attard, Hal Lija, Hal Kirkop, l-lmqabba, Hal Safi, Hal Tarxien, Bormla u tal-Gzira Senglea.


Tommaso, Isqof ta’ Malta.


Minn dan id-digriet jidher li sa kemm baqa’ haj il-kappillan tan-Naxxar id-drittijiet ewlenin ma seta’ jmisshomlu hadd, u dawn waqghu fuq il-kappillan il-gdid li gie mahtur ghall-Mosta wara l-mewt ta’ dak tal-matrici. Ghalhekk ir-rahal baqa’ maghqud man-Naxxar sal-mewt tal-kappillan, il-W.R. Dun Giljan Borg, li grat fl-14 ta’ Lulju 1610.


Fil-waqt li n-Naxxar kien ghadu minghajr kappillan, in-nies tal-Mosta hasbu li ahjar ifakkru lill-isqof li huma kienu jixtiequ li jigu mifrudin mill-matrici u hekk ma jintesiex id-digriet ta’ sentejn qabel. Ghalhekk kitbu malajr din it-talba:44


Wisq Ill.mu u Wisq Rev.mu Monsinjur,


Gorg Galea, Gakbu Xiberras, Glormu Ebejjer, Wistin Busuttil u n-nies tal-Mosta, sudditi l-iktar baxxi u qaddejja tas-sinjurija tieghek Wisq lll.ma u Wisq Rev.ma, jixtiequ juruk li billi fl-imghoddi r-rahal taghhom gie mqieghed taht il-hsieb tal-kappillan tan-Naxxar, huma kellhom hafna tahbit u tfixkil biex imorru fil-knisja parrokkjali tan-Naxxar (li hija boghod zewg mili mi r-rahal taghhom) biex he mm jiehdu s-Sagramenti u jisimghu l-uffizzji mqaddsa.


Barra minn dan, it-triq ta’ bejn iz-zewg irhula hija minnha nnifisha hazina, u fix-xitwa hija hekk mimlija ghadajjar bl-ilma li fil-granet tax-xita ma tistax tmur fl-imsemmija knisja parrokkjali. Gara wkoll li meta hafna nies kienu qeghdin fil-knisja li ghedna, biex jisimghu l-uffizzji mqaddsa f’jum ta’ festa, kellhom jibqghu fin-Naxxar zmien twil u tista’ tghid il-jum kollu, minhabba x-xita li nizlet u li ghamlet it-triq wied ta’ l-ilma. Gieli gara wkoll li xi drabi l-kappillan, minhabba 7 boghod li ghandu, ma lahaqx il-morda hajjin biex jaghtihom is-Sagrament l-lmqaddes tat-Tqarbin u jaghmlilhom il-Grizma tal-Morda.


Ghalhekk issa li l-parrocca ghadha minghajr kappillan wara l-mewt tal-mejjet Dun Giljan, l-ahhar kappillan, huma jixtiequ li, minhabba dak kollu li semmejna, fil-Mosta titwaqqaf parrocca gdida skond kif jitlob l-imqaddes Koncilju ta’ Trentu Sez 21, Kap. 4 De Reform. Ghalhekk jitolbu lis-sinjurija tieghek Wisq lll.ma u Wisq Rev.ma joghgobha li minhabba fil-boghod maghruf, kif ukoll huwa veru dak kollu li ghedna, twaqqfilhom u tibdielhom parrocca gdida fir-rahal taghhom; sabiex f’dawk li huma hwejjeg tar-ruh ikunu moqdijin ahjar milli kienu fl-imghoddi: billi jispicca t-tfixkil u t-tahbit minhabba 7 boghod li semmejna.


(p.70) Jitolbu wkoll li, lil din il-parrocca l-gdida taghtiha bicca kif jixraq mid-dhul fiss tal-matrici, kif ukoll is-salib tghir tal-fidda li ghalih kienu wkoll hargu dawn li qeghdin jitolbu, li huma foqra.


Din l-imbierka Mosta fiha 200 dar, u huma, biex issir din it-twaqqifa tal-parrocca, riedu minn jeddhom jaghmlu gabra bejniethom ta’ tant flus kemm ikun bizzejjed biex iwaqqfu dhul ghal-lampa ta’ l-lmqaddes Sagrament u htigijiet ohra tal-knisja tat-TIugh is-Sema tas-Sinjura Taghna, li kif jittamaw u jixtiequ tkun il-parrocca taghhom; u b’daqshekk dejjem ikollhom izjed jibqghu jitolbu lis-Sinjur ghall-hajja twila u hienja tas-sinjurija tieghek Wisq lll.ma u Wisq Rev.ma.


Taht din it-talba tnizzlet ir-rimarka:


Titqieghed u tigi mnizzla fl-atti ta’ l-ahhar zjara ta’ l-imsemmi rahal Mosta.


Moghti mill-Palazz taghna tal-Belt Valletta,
fis-27 ta’ Lulju 1610.


Tommaso, Isqof ta’ Malta


L-istess isqof rega mill-gdid fired l-imsemmija knisja u ghamilha parrokkjali billi, barra mid-dicmi tas-soltu tar-rahal, taha tliet bicciet raba,’ wahda fix-xaqliba tan-Naxxar, l-ohra magenb il-knisja u t-tielet imsejha tal-Carbuni.45 Mir-renta ta’ dawn it-tliet bicciet art, il-kappillan il-gdid tal-Mosta kien se jdahhal ftit izjed minn 5 skudi u kien se jircievi wkoll l-ewwel prodotti ta’ l-ghelieqi - qoton, qamh u xghir.46


Kien fl-10 ta’ Novembru 1610 li l-lsqof Gargallo hatar lil Dun Gwann Bezzina (li kien ilu ghoxrin sena vicl-parroku tal-Parrocca tan-Naxxar) biex ikun l-ewwel kappillan tal-Parrocca tal-Mosta.47


Hekk bdiet b’mod regolari l-hajja tal-parrocca fejn issa kollox kien jigi amministrat direttament mill-Kappillan Bezzina. Jidher li l-ewwel zwieg li sar fil-parrocca novella kien dak bejn Antonio Fenech u Duminka Aquilina. Il-kappillan zewwighom fid-29 ta’ Lulju 1611. L-istess Bezzina ghammed lill-ewwel wild gdid li twieled fil-Mosta parrocca fit-3 ta’ Novembru 1611. Dan kien Kola Galea. Kien imbaghad fit-3 ta’ Mejju 1612 li l-parrocca l-gdida sellmet ghall-ahhar darba lil Baskal Galea fl-ewwel funeral tal-parrocca l-gdida, u dan indifen fil-knisja parrokkjali.48


Tinbena knisja gdida


Issa li l-Mostin infirdu mill-matrici tan-Naxxar hasbu biex ikollhom knisja ahjar. Ma nistghux nghidu kemm hallew minn dik li kellhom, imma jista’ jkun li dik li kien hemm ma hattewhiex ghal kollox, jekk nikkunsidraw dak li qal Mons. Dusina meta osserva li kienet “wiesgha u xierqa bizzejjed.”


Il-faccata tal-knisja l-qadima.(p.71) Il-faccata tat-tieni knisja parrokkjali ddisinjata minn Tumas Dingll- disinn li llum jinsab fis-sagristija tar-Rotunda tal-Mosta.

Intant huma hallew f’idejn l-arkitett inginier Tumas Dingli sabiex jiehu hsieb tax-xoghol tal-knisja l-gdida. Tumas Dingli (1591-1666) jidher li kien wiehed mill-ahjar arkitetti ta’ zmienu meta jittiehed kont tax-xoghol li hu dokumentat li ghamel, jew li gie attribwit lilu, matul il-karriera tieghu.49 Fost il-progetti assocjati mieghu hemm it-tkomplija ta’ l-akkwedott li mill-Fawwara kien jispicca l-Belt Valletta, xoghol li sar mal-capo mastro Ganni Attard (1610-15). Hadem ukoll il-palazz ta’ l-lsqof fil-Belt ghall-lsqof Cagliares (1622-31), il-bieb il-qadim ta’ Putirjal - Bieb il-Belt (1630). Il-knejjes parrokkjali ta’ Dingli jinkludu dawk ta’ H’Attard (1613),50 il-faccata tal-knisja tal-Lunzjata f’Birkirkara (1617),51 tan-Naxxar (1630), ta’ Hal Gharghur (1638), ta’ Haz-Zebbug (1641), ta’ Haz-Zabbar (1641), u tal-Gudja (1656-66), li mbaghad il-bicca l-kbira minnhom komplew ziedulhom xi xoghlijiet wara.52


Tumas Dingli hazzez ukoll il-pjanta ghat-tieni knisja parrokkjali tal-Mosta li dahal ghaliha fis-sena 1610. Minn pjanta tal-knisja l-qadima, mill-qisien tal-hitan taghha ta’ wara (kif jidhru fil-kannirja tar-Rotunda) u minn dak li hallewlna dawk li kienu jiftakruha, jidher li dik il-knisja kienet ghamla ta’ salib latin bil-qisien ta’ barra jlahhqu madwar 30 metru tul, 31 metru wisa’ fil-kappelluni, u b’faccata ta’ 18-il metru wisa’ u b’gholi ta’ 19.8 metri mill-quccata tal-kampnari. Kellha bieb f’din il-faccata tal-kursija u wiehed kull naha fil-kappelluni. Kellha wkoll koppla zghira, u fil-pjazza ta’ quddiemha, kien hemm kolonna b’salib fuqha. Il-qiegha taghha kienet (p.71) hafna iktar fil-baxx minn dik tar-Rotunda, tant hu hekk li fiz-zmien li kienet qed tinbena l-gdida, mill-bibien ta’ din, kienu jinzlu ghal gol-qadima minn tliet rampi.


Mhux car meta tlesta x-xoghol tal-gebel ghax, filwaqt li hemm minn izomm li dan dam erba’ snin53 - u ghalhekk ifisser li tlestiet fl-1614 - E.B. Vella sostna li, bbazat fuq manuskritti qodma, seta’ jikkonkludi li x-xoghol taghha tlesta fl-1619.54


Rigward l-istil tal-bini, jidher li l-arkitett, Tumas Dingli, kien influenzat minn zewg forzi differenti. Minn banda kien jaf tajjeb u mexa fuq it-trattat ta’ l-arkitettura ta’ Leon Battista Alberti bl-isem ta’ De Re Aedificatoria li kien ppubblikat gewwa l-belt ta’ Firenze fl-1485 bl-ewwel traduzzjoni ghat-Taljan tohrog fl-1565. L-Ordni ta’ San Gwann akkwista kopja ta’ dan it-trattat u Dingli jidher li kien qrah sewwa dan ix-xoghol. Mill-banda l-ohra Tumas Dingli hass l-influenza u gie ispirat mill-faccati ta’ dawk il-knejjes zghar forma ta’ sala li kont issib minnhom f’Malta f’dak iz-zmien.55


Il-faccata tal-knisja l-qadima.(p.72) L-artal maggur tal-knisja l-qadima, li sar b’intal sabih fl-1682 u li llum jinsab fil-kor tar-Rotunda.

Il-faccata tal-knisja tal-Mosta kienet bbazata fuq dik tat-tempju Ruman. Il-frontun,56 uzat fl-istil Ruman inghata importanza kbira fil-parti ta’ fuq tan-nofs tal-faccata ta’ din il-knisja. Il-kolonni, tant uzati mir-Rumani wkoll gew inkluzi fid-disinn ta’ Dingli, imma nghataw il-forma ta’ pilastri. Ix-xebh tal-faccata tal-knisja tal-Mosta (bhal dawk iddedikati lil Santa Marija ta’ H’Attard u Birkirkara) hu car meta mqabbel mal-Knisja ta’ Sant’ Andrija f’Mantova, l-ltalja, kif iddisinjata minn Alberti. Xebh kbir jidher ukoll fl-inkluzjoni ta’ serje ta’ tliet nicec, wahda fuq l-ohra, fuq kull naha tal-faccata, meta l-faccata tal-knisja tal-Mosta titqabbel ma’ dawk ta’ H’Attard u ta’ Birkirkara. Madankollu, il-knisja tal-Mosta kienet wahda mill-ewwel xoghlijiet ta’ Tumas Dingli u ghalhekk l-arkitett kien zgur ghadu ma lahaqx l-aqwa tieghu. Fiha hu sab problemi arkitettonici li kien irid jara kif isolvi, problemi li minnhom kellu jitghallem.57


Dwar il-forma u taghrif iehor fuq din it-tieni knisja parrokkjali tal-Mosta, hjiel jista’ jinstilet minn dak li thalla bil-miktub fiz-zjajjar pastorali li l-isqfijiet ta’ Malta kienu jaghmlu minn zmien ghal zmien. Din il-knisja mdaqqsa kellha zewg kampnari mal-faccata u f’dak tax-xellug kien hemm arlogg li jdoqq is-sighat u l-kwarti b’zewg qniepen. Bhal ma kienet id-drawwa fdak iz-zmien, il-paviment kien jospita l-oqbra tal-mejtin midfunin fil-knisja, u dawn kienu jinzammu tajjeb. Jidher ukoll li (p.72) maz-zmien bdiet tinhass zghira jew inkella nhass li ghandha titkabbar ghal xi raguni ohra. Ghalhekk f’xi zmien tkabbret min-naha tal-kor u l-presbiterju twessa’ wkoll. Fil-kor kien hemm sedili ghas-sacerdori u l-kjerici. Fuq il-lemin tal-knisja int u diehel kont issib il-battisteru tal-maghmudija. Dan kien tlesta fl-1557 u hu xhieda li s-Sagrament tal-Maghmudija kien diga jinghata lill-Mostin anki qabel mal-Mosta twaqqfet bhala parrocca ghaliha. Fuq dan il-fonti tinsab l-arma ta’ l-lsqof Cubelles (1541-66).58 Ghall-priedki, imbaghad, kien hemm pulptu ta’ l-injam b’salib fuqu n-naha ta’ dik li kienet tissejjah ‘ta’ l-Evangelju.’ Kienet struttura ta’ pregju artistiku. Il-pulptu kien jinsab mal-pilastru principali f’tarf in-navata tan-nofs, vicin il-presbiterju.59


Din it-tieni knisja principali tal-Mosta kellha numru ta’ artali, ghaxra b’kollox. Dawn kienu:

  • L-artal tar-Ruzarju, li kienet tiehu hsiebu l-Konfratemita tar-Ruzarju.
  • L-artal ta’ San Pawl, imwaqqaf minn Dun Salv Muscat.
  • L-artal ta’ San Kosma u San Damjan, ta’ Dun Salv Fenech J.U.D.
  • L-artal ta’ San Guzepp, imwaqqaf minn Gorg Galea
  • L-artal tal-Madonna tal-Grazzji, mghammar minn Gorg Muscat.
  • L-artal ta’ Santu Rokku, mghammar minn Damjan Busuttil.
  • L-artal ta’ San Duminku u ta’ Sant’ Antnin ta’ Padova, imqieghed magenb il-hawt tal-Maghmudija.
  • L-artal tal-Lunzjata, bil-kwadru u l-pizijiet li kellu, imqeghda hawn wara li giet ipprofanata l-knisja zghira tal-Lunzjata.
  • L-artal tal-kor.
  • L-altar maggur, li sar b’intal sabih fl-1682 u li llum jinsab fil-kor tar-Rotunda.

Fuq l-artal maggur kien hemm tuzell tad-damask ahmar.


Il-kwadru ghamlu l-pittur Baskal Buhagiar, b’legat ta’ Dun Gakmu Chetcuti, mholli fl-atti tan-Nutar Gan Pawl Fenech, 1678.


Fil-knisja kien hemm imwaqqfin il-Konfratemitajiet tar-Ruzarju u tas-Sagrament, u ghall-ahhar tas-seklu sbatax kienu jitqaddsu fiha ghaxar quddisiet kuljum.


Noti u Riferenzi

  1. (p.73) J. Bezzina, L-lstorja tal-Knisja f’Malta (Malta, 2002), 114-5. Dwar il-karigi li kellu Dusina ara, A.P. Vella, La Missione di Pietro Dusina a Malta,’ Melita Historica, 5/2 (Malta, 1969), 165-184.
  2. M.A. Sant, Il-Mosta fi zmien il-hakma tal-Kavallieri ta’ San Gwann (Malta, 1996), 5.’
  3. A. Bonnici, ‘1575: Il-Mosta bi tnax-il knisja taht in-Naxxar imma bla kleru u fi bzonn kbir ta’ parrocca,’ Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard Mosta, (Programm tal-Festa 1998) (Malta. 1998), 107.
  4. E.B Vella hawn qieghed jikkwota MS. 139, pagna 25. Mhux car liema manuskritt hu dan u fejn jinstab (jew fejn kien jinstab fi zmien il-kitba originali tal-ktieb ta’ Vella madwar l-1930).
  5. A. Bonnici, ‘ll-Mosta Nisranija,’ G. Cassar (ed), Ex Annalibus Mustae (Malta, 2005), 106.
  6. Componimento Storico di S. Pubblio, Not. IV, 170.
  7. R. Friggieri, ‘The Filial and Rural Churches of the Parish of Naxxar,’ P. Catania u L.J. Scerri (ed.), Naxxar: A village and its people (Malta, 2000), 200, nota 7.
  8. S. Fiorini, ‘ll-Mosta u l-inhawi ta’ madwar fiz-Zmien tan-Nofs,’ G. Cassar (ed ), Ex Annalibus Mustae (Malta, 2005), 91.
  9. Bonnici (2005), 104.
  10. Bonnici (1998), 107.
  11. Bonnici (2005), 105.
  12. Bonnici (1998), 108.
  13. Bonnici (2005), 105
  14. Bonnici (1998), 108.
  15. Bonnici (2005), 105.
  16. Bonnici (1998), 108.
  17. Ibid.
  18. Ibid., 109.
  19. Ibid., 108.
  20. Ibid., 109.
  21. Ibid.
  22. Ibid.
  23. Ibid.
  24. G.F. Abela, Della Deschttione di Malta (Malta 1647), 373.
  25. O. Bres, Malta Antica Illustrate coi Monumenti e coll Istoria (Roma 1816), 450-1.
  26. A. Ferres. Descrizione Storica Delle Chiese di Malta e Gozo (Malta 1866), 427.
  27. Ir-referenza li jaghti E.B. Vella ghal dan hu l-Arkivju tal-Parrocca tal-Mosta imma ma jaghti xejn aktar specifiku bhal per ezempju f’liema dokument jew sors sab l-informazzjoni.
  28. G.F Abela u G. Ciantar, Malta Illustrata (Malta 1772-80), 203.
  29. Fiorini, 91-2.
  30. S. Bono, ‘Naval Exploits and Privateering,’ V. Mallia-Milanes (ed.), Hospitalier Malta 1530-1798 (Malta 1998), 389.
  31. P. Cassar, Medical History of Malta (London 1964) 165-6; C. Savona-Ventura, Knight Hospitaller Medicine in Malta (1530-1798) (Malta, 2004), 222-3.
  32. P. Cassar, 169.
  33. (p.74) Ibid.
  34. Savona-Ventura, 223.
  35. Libro antico delle Festivita, Arkivju tal-Knisja.
  36. Din il-prattika tat-tberik ta’ l-oqbra ma jidhirx li ghadha ssir bhal fiz-zmien meta kien qed jikteb E.B. Vella. Illum, dan ic-cimiterju m’ghadux jintgharaf u sar gnien ckejken gewwa r-recint li jaghlaq il-Kappella ta’ Santa Margerita.
  37. G. Cassar, Kappelli fil-Mosta: Kalendarju 2004 (Malta, 2004), April.
  38. Savona-Ventura, 60.
  39. R. Bellia, ‘lr-rahal tal-Mosta fl-ahhar hamsin sena tas-seklu sittax,’ Filarmonika Santa Marija, Programm tal-Festa 1998 (Malta, 1998), 76-7.
  40. Ibid., 77.
  41. Ibid.
  42. P. Catania, ‘The Parish of Naxxar,’ P. Catania u L.J. Scerri (ed.), Naxxar: A village and its people (Malta, 2000), 140, 141, R. Friggieri, 200.
  43. Visitatio Episcopi Gargallo, 1608, f.9, p.17 (Segreteria Vescovile).
  44. Ibid.
  45. Abela u Ciantar, 832.
  46. Bonnici (2005), 107.
  47. MS, 360, p. 542.
  48. Bonnici (2005), 108.
  49. Kritika akkademika fuq Tumas Dingli tidher f’L. Mahoney, 5000 Years of Architecture in Malta (Malta, 1996), 314.
  50. Ta’ min jghid li ghalkemm tradizzjonalment din il-knisja kienet dejjem attribwita lil Tumas Dingli, l-Arkitett Leonard Mahoney kien hass li din hi xoghol ta’ Vitor Cassar. Mhux car ta’ min hu x-xoghol u dokumentazzjoni m’hemmx. Ara Q. Hughes u C. Thake, Malta The Baroque Island (Malta, 2003), 74.
  51. Hughes u Thake, 71.
  52. Aktar taghrif fuq Tumas Dingli jidher f’R. Mifsud Bonnici, Dizzjunarju Bijo-Bibljografiku Nazzjonali (Malta, 1960), 183. Ta’ min jghid li xi taghrif moghti minn Mifsud Bonnici llum gie superat b’ricerka aktar ricenti.
  53. Ara per ezempju, D. De Lucca & H. Bonnici, ‘Urban Development in Mosta,’ L.J. Scerri (ed.), Mosta: The heart of Malta (Malta, 1996), 64; A. Guillaumier, Bliet u Rhula Maltin, ii (Malta, 1987), 516.
  54. E. B. Vella, Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta, 1930), 82, jikkwota dawn: ‘Breve Relazione dello Stato Spirituale di tutta la Diocesi di Malta’ - dokument li hu jghid li kien mizmum min-Nutar F. Catania; Libro Antico Delle Festivita fl-arkivju tal-Knisja; MS, 142, vol. v, p.199; MS, 422, p.93. Izomm l-istess hsieb, Bonnici (2005), 108.
  55. De Lucca u Bonnici, 64-5.
  56. ll-frontun hi forma arkitettonika triangulari fuq dahla ta’ bini pogguta bi skop ta’ dekorazzjoni li ntuzat l-ewwel mill-Griegi. Ir-Rumani u l-arkitetti tar-Rinaxximent adottaw forma li tixbahha. Ara, J. Aquilina, English-Maltese Dictionary, iii (Malta, 1999), 2202, ‘pediment’.
  57. De Lucca u Bonnici, 65-6.
  58. Dan il-fonti kellu jsir fuq ordni ta’ dan l-istess isqof biex jaqdi l-htigijiet tal-Mostin.
  59. Bonnici (2005), 109.

Kapitli ohra mill-ktieb

  1. Konsiderazzjonijiet tal-bidu.
  2. Iz-zmien Preistoriku (c. 5000 q.k. - c. 700 q.k.).
  3. Iz-zmien Fenicju-Kartaginiz (c. 700 q.k. — c. 218 q.k.).
  4. Minn zmien ir-Rumani sal-hakma ta’ l-Gharab (218 q.k.-1091 w.k.).
  5. Iz-zminijiet tan-Nofs (1091 - 1530).
  6. Mill-wasla ta’ l-ordni ta’ San Gwann sa l-Assedju l-Kbir (1530 -1565).
  7. - Mons. Dusina, it-twaqqif tal-Parrocca, u l-bini tal-Knisja Parrokkjali (1575 -1619).
  8. Is-seklu sbatax - hajja kwieta imma mhux minghajr inkwiet (1600 -1699).
  9. Is-Seklu Tmintax -komunita li tikber u tizviluppa (1700 -1798).
  10. Il-hakma Franciza u l-qawmien tal-Maltin (1798 -1800).
  11. Seklu shih taht hakma Ngliza (1800 - 1899).
  12. Il-bini tar-Rotunda tal-Mosta.
  13. Ir-Rotunda - xi dettalji teknici u diskussjoni.
  14. Is-seklu Ghoxrin sat-tieni gwerra dinjija.
  15. Mit-Tieni nofs tas-Seklu Ghoxrin sal-lum (1946 - 2007).