The Mosta Archives Banner

IL-MOSTA, IL-MOSTIN U R-ROTUNDA TAGHHOM MATUL IZ-ZMINIJIET

George Cassar, Joseph G.M. Borg

Pubblikazzjoni tal-Kunsill Lokali Mosta f'gheluq l-400 sena parrocca, fl-2008.


Dan il-ktieb interessantissimu msejjes fuq il-ktieb ta' E.B. Vella imma jidhol f'aktar dettalji jinxtara mill-Kunsill Lokali. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


Kap. 12 - Il-bini tar-Rotunda tal-Mosta


(p.145) Il-knisja l-qadima, dik ta’ Tumas Dingli bdiet issir zghira ghan-numru ta’ nies li kienu jmorru fiha. Ir-rahal tal-Mosta kien qed jikber u barra minn dan, il-bini taghha ma kienx ta’ sahha kbira u ga kien beda jiggarraf.


Sa mill-1815, il-Mostin flimkien mal-kappillan taghhom, li dak iz-zmien kien Dun Felic Calleja, bdew jaraw il-htiega li tinbena knisja gdida.1 Billi nqala’ l-mard tal-kolera2 u tahbit iehor dan il-hsieb ma setax jitwettaq peress li dawk il-flus li kienu ngabru ghal dan il-bini kellhom jintuzaw band’ohra.3 Imma l-hsieb li jgeddu l-knisja mhux biss ma ntesiex imma kiber u ssahhah.


Il-hsieb ta’ knisja gdida


Il-Kappillan Dun Felic Calleja.(p.145) Il-Kappillan Dun Felic Calleja – dak li haseb biex jibni l-knisja parrokkjali l-gdida tal-Mosta.

Billi l-Kappillan Dun Felic Calleja kien ghamel kors ta’ sentejn gewwa Ruma fejn kien mar jistudja t-teologija u kien qaddes l-ewwel darba fil-Pantheon go dik il-belt, qatt ma nesa dik il-knisja qadima, li laqghetu f’dak il-jum hekk ghaziz ghalih.


Ghadda ftit taz-zmien u mieghu ghadda wkoll it-tahbit li gie fuq ir-rahal. Ghalhekk il-Kappillan Calleja kien xewqan li jaghti bidu ghal knisja gdida u hekk mehtiega ghall-Mosta. Sa hawn kienu jaqblu mieghu n-nies kollha tar-rahal, imma meta beda jinstema’ fejn kellha tinbena, beda jinqala’ l-inkwiet. Xi whud qalu li kien jinhtieg tinhatt il-qadima u l-gdida titla’ fil-pjazza minflokha. Din kienet haga li ma setghetx tkun ghaliex l-ebda wahda mill-knejjes filjali ma setghet tissoddisfa l-bzonnijiet tal-parrocca. Ohrajn riedu li l-knisja l-gdida titwaqqaf band’ohra biex ma jkollhomx bzonn ihottu l-qadima.


Sadattant hafna periti kienu qedghin jiddisinjaw knisja gdida. L-arkitett inginier Giorgio Grognet de Vasse kien sama’ b’dak li kien qed jinghad fuq il-knisja l-qadima u l-problema li kienet qed tinhass dwar knisja ohra li tissostitwiha sakemm tinbena ohra fl-istess post taghha. Gieh f’rasu il-hsieb ta’ knisja tonda biex fiha tista’ tibqa’ l-qadima sa ma’ titlesta l-gdida, u hekk in-nies ma jibqghux minghajr knisja.4 Lesta d-disinji u bhal arkitetti ohra baghathom biex jarawhom. Kull wiehed mill-periti xtaq li tigi maghzula l-pjanta tieghu, tant li kollha weghdu li ma ridux jithallsu ta’ xogholhom.


Hekk kif il-Kappillan Calleja ra d-disinn ta’ Grognet mill-ewwel issahhar fuqu; qabdu f’idu u ma telqux. Dak il-Pantheon ta’ Ruma fejn, (p.146) bhalma ghedna, kien qaddes l-ewwel darba, kien tant laqtu bil-gmiel ta’ l-ghamla tieghu li m’hi haga stramba xejn li ghazel il-pjanta ta’ Grognet fuq l-ohrajn kollha.


Preparamenti preliminari


L-ewwel hsieb tal-kappillan kien li jifforma kumitat ghax-xoghol kbir li kien jitlob tempju ta’ dik is-sura. Saret il-laqgha ghaxart ijiem qabel il-festa ta’ Santa Marija fl-1832, u ntghazlu l-ufficjali u l-membri kollha, u ntbaghat rikors lill-isqof.


Eccellenza Reverendissima,


L-Gharef fl-lmqaddsa Teologija Dun Felic Calleja, Kappillan tal-Knisja Veneranda tal-Mosta, u l-Kappillan Koadjutur tieghu Dun Gammari Schembri, sudditi l-aktar fidili u servi l-aktar baxxi ta’ l-Eccellenza Tieghek Rev.ma, bl-aktar rispett jgharrfuk li biex iwettqu r-rieda ta’ l-Eccellenza Tieghek ghal bini ta’ knisja parrokkjali, nhar il-Hadd li ghadda, il-5 ta’ Awissu li ahna fih, sejhu l-ewwel laqgha tal-kleru, tal-prokuratun ta’ l-imsemmija knisja, u ta’ l-ahjar nies tar-rahal. F’din il-laqgha gew maghzulin, bi ftehim u r-rieda ta’ kulhadd, il-Ministri tal-fabbrika l-gdida, li isimhom jidher fil-lista li hawn ma’ din u minna ffirmata.


Ghaldaqstant biex il-Ministri li qeghdin nghidu jistghu, kif imiss, jaghtu ruhhom ghax-xoghol ta’ opra hekk qaddisa, kull wiehed fil-qasam tieghu, jitlob bl-umilta kollha t-tjubija ta’ l-Eccellenza Tieghek Rev.ma li inti twettaq din l-ghazla li saret, jekk inhuwa ma joghgbokx mod iehor, filwaqt li nweghduk li ahna dejjem lesti ghar-rieda aktar ghaqlija ta’ l-Eccellenza Tieghek Rev.ma u li naghmlu dak it-tibdil li xi drabi ghogobha li tikkmanda u tobbligana naghmlu.


U ta’ dan jibqghu dejjem jafuhulek.


Taht dan id-digriet imbaghad jidher dak li kiteb l-isqof.


Inwettqu l-ghazla tas-sinjuri Ministri, li isimhom jinsab fil-lista li hawn ma’ din li ahna taht iffirmajna, filwaqt li nwiddbu bl-akbar sahha lil kull wiehed minnhom li jaghmel kull ma’ jista’ biex mhux biss jinzamm, izda jitkattar minn jum ghall-iehor it-twemmin li n-nies tal-Mosta hassu minn qabel meta ghamlu l-ghazla taghhom.


Mill-Palazz Arciveskovili tal-Belt,
Fit-13 ta’ Ottubru, 1832
FRANGlSKU SAVERJU
Arcisqof, Isqof ta’ Malta


ll-grupp ta’ nies li kien ghaqqad il-kappillan biex jiehdu hsieb dan il-progett ma kienx wiehed zghir. Id-dokument ufficjali kien jelenka l-isem u l-kariga ta’ kull wiehed minn dawk maghzula.5


Lista tal-Ministri maghzulin ghall-bini l-gdid tal-Knisja Mqaddsa Parrokkjali tal-Mosta, mill-venerandu kleru u mill-prokuraturi ta’ din il-knisja fil-laqgha li saret fid-dar tal-Kappillan tar-rahal, Dun Felic Calleja, fil-5 ta’ Awissu 1835:-


Il-ga mfahhar Sur Kappillan Calleja gie maghzul minn kull wiehed bhala l-Ewwel Kap, ghaliex huwa l-ewwel wiehed li qanqal din l-opra li taghha huwa benefattur kbir.


Is-Sur Kappillan Koadjutur Dun Gammari Schembri, huwa t-tieni Kap u Direttur.


Dawn li gejjin huma s-sinjuri Deputati Presidenti tal-fabbrika.


Il-Kappillan Koadjutur Dun Gammari Schembri, Dun Marin Galea, Dun Gwann Sammut, Dun Guzepp Tonna, Dun Guzepp Camilleri, Dun Gwann Azzopardi, l-Avukat Gammpatist Mifsud, it-Tabib Saver Galea, it-Tabib Guze Perini, (Deputat Logutenent tal-Gvern) u Gammari Chetcuti.


Bhala Segretarju u dak li jara l-kontijiet tal-fabbrika gie maghzul in-Nutar Dr Frangisk Chetcuti.


L-imfietah tal-kaxxa l-gdida li ghandha tliet serraturi, wahda mhix bhall-ohra, ghandhom jinzammu wahda kull wiehed minn dawn is-sinjuri:


Il-Kappillan Calleja, Dun Gutepp Tonna, in-Nutar Frangisk Bonnici.


(p.147) Il-Kaxxieri huma dawn is-sinjuri:-


Il-Kappillan Koadjutur Schembri, Dun Marin Galea, Dun Gwann Sammut.


L-Agent tal-fabbrika u Prokuratur huwa s-Sur Avukat Mifsud.


Dawn is-sinjuri li gejjin gew maghzulin biex jiehdu hsieb il-gbir tal-flus:


Dun Guzepp Camilleri, Dun Gwann Azzopardi, Dun Mikiel Balzan, Dun Gwann Tonna, Dun Mattew Chetcuti, il-kjeriku mizzewweg Guzepp Agius, Indri Azzopardi, Ganni Azzopardi, Victor Chetcuti, Mastru Patist Mamo, Mastru Guzepp Azzopardi, Frangisk Galea ‘ta’ Mastru Kuzzu’.


Is-Suprentendent tal-fabbrika u dawk li jhallsu ta’ kull gimgha huma:


Is-Sur Gamm Chetcuti, Vitor Chetcuti, Mastru Guze Azzopardi (mastrudaxxa), Mastru Frangisk Said (haddied).


Bhala skrivan tal-haddiema, tal-karrettuni u tan-nefqa ta’ kuljum gie maghzul in-Nutar Indri Balzan.
Dawn li gejjin gew maghzulin bhala protetturi u soprastanti:


Mastru Patist Mamo, 2. Mastru Gammari Sant, 3. Guze Schembri, 4. Salvu Schembri (ahwa), 5. Mastru Pawl Scriha, 6. Mastru Cikk Gauci, 7. Mastru Gammari Tonna, 8. Mastru Nikol Mamo, 9. Mastru Gakbu Chetcuti, 10. Mastru Guzepp Balzan, 11. Mastru Karu Grixti, 12. Mastru Piet Mifsud, 13. Mastru Salv Mifsud (ahwa), 14. Pawlu Borg ‘ta’ Sejmun,’ 15. Klarju Camilleri, 16. Frangisk Camilleri (ahwa) ‘ta’ Berququ,’ 17. Frangisk Galea ‘ta’ Mastru Kuzzu,’ 18. Ganni Grima ‘ta’ Naccju.’


Dawk li jqassmu l-hrief huma:


1. Vitor Chetcuti, 2. Gamri Chetcuti ‘ta’ Patakka,’ 3. Ganni Camilleri ‘ta’ Berququ,’ 4. Pawlu Borg ‘ta’ Xmun’.


Dawk li jqassmu l-hosjien:


1. Xmun Sammut ‘ta’ l-Art,’ 2. Mikiel Vella ‘ta’ Patozz,’ 3. il-Kjeriku Salvu Galea, 4. Mastru Mikiel Borg (bil-hanut).


Il-Kappillan Felic Calleja
Kap tal-Fabbrika


Il-Kappillan Koadjutur Gammari Schembri
It-Tieni Kap


Frangisku Saverju
Arcisqof, Isqof ta’ Malta


Kienet ghadha ma gietx it-twegiba minghand l-isqof, meta l-kappillan u l-koadjutur tieghu kitbu rikors lill-Gvernatur.6


Eccellenza l-aktar Onorata,


Il-Kappillan tal-Mosta, Gharef fl-lmqaddsa Teologija, Dun Felic Calleja, u l-Kappillan Koadjutur tieghu, Dun Gammari Schembri, sudditi l-aktar fidili tal-Maesta Tieghu, qaddejja l-aktar baxxi ta’ l-Eccellenza Tieghek l-aktar onorata, bl-ikbar qima jixtiequ jghidulek lijinsabu fil-bzonn li jibnu knisja gdida parrokkjali fir-rahal tal-Mosta, kif ga kellhom l-unur li jghidulek meta kellmuk. Dan irid isir mhux biss biex jehilsu minn xi disgrazzja li tista’ tigri minhabba li l-knisja li hemm issa hija qadima u f’xi partijiet sejra tiggarraf, imma wkoll biex dawk in-nies ikollhom tempju akbar, li jkun jasa’ n-nies tar-rahal li llum huma ftit anqas minn 4,000 ruh u l-knisja ta’ llum bil-kemm tesa’ nofshom.


Biex issir il-fabbrika mahsuba, li trid tinbena fejn hemm il-qadima, jinhtieg li tittiehed bicca zghira mit-triq pubblika ta’ mal-genb, biex il-hajt tal-knisja l-gdida jingibed linja dritta kif ukoll tittiehed moghdija dejqa, wkoll pubblika, li hemm wara l-knisja l-qadima. Ghall-bini tat-tempju l-gdid ikollhom ukoll jiehdu zewgt idjar zghar, u bicctejn minn zewg ghelieqi zghar u li ma jiswewx wisq. Is-sidien ta’ dawn id-djar u ghelieqi huma lesti biex jaghtuhom, tpartit ma’ bini iehor daqshom minn tal-knisja, u hemm min ukoll aktarx jaghtihom b ‘xejn.


Billi l-bicca z-zghira li tittiehed mit-triq ma’ taghmel l-ebda hsara u hemm bzonnha (p.148) ghat-tkabbir tal-knisja l-gdida, bhalma hemm ukoll bzonn l-imsemmijin djar u bcejjec ta’ ghelieqi, jitolbu ghaldaqstant bl-umilta kollha lill-imhabba ftit hawn bhala ta’ l-Eccellenza Tieghek l-aktar onorata, li taghtihom l-imsemmija bicca art zghira pubblika u li fix-xiri tal-bcejjec privati, tahfer il-parti l-wahda u l-ohra mill-hlas tad-drittijiet li jmissu lill-Gvern meta jsir xi dhul, tpartit u xiri bhal dan.


Gammari Schembri


Kappillan Koadjutur tal-Mosta ghan-nom tieghu u ghan-nom tal-Kap tieghu, Dun Felic Calleja


Kif jindika dan ir-rikors l-ufficjali Mostin kienu diga kellmu lill-Gvernatur Sir Frederick Ponsonby fuq il-knisja l-gdida u milli jidher kien wera li jrid jghinhom. Ghalhekk huwa tahom kulma talbu, kif jidher mill-konferma ta’ dak ir-rikors, taht il-firma ta’ Fred Hankey, Segretarju Principali tal-Gvern, 9 ta’ Ottubru 1832.


L-ewwel intoppi


Wara li ghaqqdu l-kumitat u hadu l-art, bdew jahsbu biex jibdew ix-xoghol. Imma mhux kulhadd qabel ma’ dan il-progett. Kien hemm min qal li knisja bhal dik li ddisinja Grognet ma tasal qatt biex tinbena f’daqsxejn ta’ rahal! Minn sors iehor tal-perjodu7 jidher li l-ewwel wiehed li mar kontra l-knisja tonda kien l-istess Isqof Caruana. Ir-raguni ghal din l-oppozizzjoni setghet kienet li forsi ma kienx jifhem, jew inkella, ghax forsi kien jahsibha bhal hafna ohra li knisja tonda, ghalkemm kienet uzatha hafna mill-pagani, ma kinitx tajba ghall-funzjonijiet ta’ l-Insara. F’kelma wahda ma ghogbitux, u wrihom pjanta li ghamel l-arkitett tieghu u riedhom jaghzlu lilha. Din kienet pjanta ta’ knisja fuq ghamla ta’ salib Grieg fuq l-istess stil tal-maggoranza tal-knejjes Maltin.


L-arkitett tar-Rotunda Gorg Grognet.(p.148) Giorgio Grognet – l-arkitett tar-Rotunda

Jidher li l-kompetizzjoni ghad-disinn finali kienet waqghet fuq tnejn, Giorgio Grognet de Vasse (1774-1862) u Giorgio Pullicino (1779-1851). Mhux biss kienu kontemporanji ta’ xulxin imma kienu wkoll it-tnejn studjaw Ruma, originarjament ghas-sacerdozju. Pullicino kien studja l-ahhar tendenzi fl-Accademia di San Luca gewwa Ruma. Irritorna Malta fl-1800 u beda jipprova jintroduci n-Neo-Klassiku f’art twelidu imma s-success kien limitat. U lanqas kellu wisq success fl-istil li l-Maltin kienu mdorrijin bih, jigifieri dak Barokk. Hi haga ironika li ghalkemm hu ddisinja knisja ghall-Mosta fuq l-istil popolari Barokk, kien disinn fuq stil Neo-Klassiku, minn id Grognet, li rebah!8 Ghaliex l-lsqof Caruana ppreferixxa d-disinn ta’ Pullicino mhux maghruf, biss jista’ jkun li kien ukoll dovut ghal xi forma ta’ hbiberija professjonali li kienet tmur lura fiz-zmien. Ta’ min jghid li Giorgio Pullicino kienu ukoll pittur u meta rritrona Malta kien gie impjegat bhala ghalliem tad-disinn fil-Liceo li kien jaghmel ma’ l-Universita ta’ l-lstudji ta’ Malta. Beda jghallem fl-1803 fi zmien meta l-Kanonku Francesco Saverio Caruana kien rettur (1800-1822).9 Ghalkemm Pullicino kien appuntat biex jghallem id-disinn, ir-Rettur Caruana kien tah permess jghallem ukoll il-pittura taz-zejt. Biss, il-gvern kien oggezzjona ghal dan ghax ried li jintghallem id-disinn biss.10 Setghet kienet din parti mir-raguni ghaliex l-lsqof baqa’ jwebbes rasu u ma jaccettax id-disinn ta’ Grognet.


(p.149) Il-post fejn kellha tittella’ din il-knisja gdida kien ukoll sar suggett jahraq. Kien hemm grupp b’sahhtu li kien favur li tintghazel il-pjanta ta’ Grognet, u dawn tkellmu wkoll mat-Tenent Gvernatur Ponsonby, li ghenhom kemm seta’ biex jaghzlu r-Rotunda.11 Dan Ponsonby kien deskritt bhala amministratur sod, gust u li jaf jifhem. Kien ukoll marbut ma’ Malta tant li semma’ tnejn minn uliedu mweldin hawn ghal din il-gzira. Ghalhekk l-ewwel iben li twieled Malta tah l-isem ta’ Arthur Valette (ghall-post fejn twieled - Valletta) u l-ewwel bint li twieldet ukoll f’Malta nghatat l-isem ta’ Melita (kif kienet maghrufa Malta fil-qedem).12


Kien hemm imbaghad partit iehor li xtaq li l-knisja l-qadima (ta’ Dingli) ma tinhatx u l-gdida tinbena f’post iehor tar-rahal (fejn il-Kappella tal-Kuncizzjoni ta’ Andar il-Blat). Dawn tant kienu zammew iebes u kienu diterminati f’dak li riedu li aktar ‘il quddiem kienu bdew igibu l-gebel ghall-bini u jhottuh fejn kienu xtaqu li tinbena l-knisja parrokkjali l-gdida. Madankollu bil-lejl dawk ta’ kontrihom kienu jgorruhulhom kollu ghall-pjazza.


Kien hemm ohrajn li, ghal xi raguni, bdew ixerrduha li l-gebla tal-franka ma kinitx ta’ sahha bizzejjed biex tiflah it-toqol ta’ koppla bhal dik li kellha tinbena. Dawn qajmu kwistjoni serja hafna u nistghu nahsbu kif kkonfondew lil membri tal-kumitat li kien twaqqaf ghall-bini tal-knisja, u kif sar l-arkitett Grognet! Ghalhekk id-deputati tal-knisja talbu lill-gvernatur biex jara kif jista’ jghinhom f’din il-problema li nqalghet. Il-gvernatur waqqaf kummissjoni ta’ periti civili u militari sabiex jaraw jekk id-disinn ta’ Grognet kienx jista’ jsir jew le. Hawn Grognet iddecida li jikteb fit-tul biex jispjega dak li tghid l-arti u l-inginerija fuq l-opra li huwa kien iddisinja.13 B’din il-prezentazzjoni, li saret il-Belt Valletta fit-18 ta’ Jannar 1833, dan l-arkitett, indika l-wisa’ li kien se jkollha l-knisja u li din kellha tasa’ n-nies kollha tar-rahal, wera wkoll il-hxuna tal-hitan, is-sahha tal-gebla tal-franka, il-pressjoni li taghmel il-koppla, ikkompara hafna qisien ma’ dawk tal-Pantheon, u ta’ stima tan-nefqa tal-gebel li kellu jintuza.


Il-kitba ta’ Grognet, biex isahhah l-argument favur il-proposta tieghu kien jisimha Relazione Architettonica Teoretica, e Pratica scritta dall’lngengnere - Architetto Giorgio Grognet relativamente al suo disegno del nuovo Tempio da doversi costruire a Casal Musta posto nella campagna di Malta. Kiteb ukoll Relazione Dimostrativa della Possibilita ed Eseguibilita Della Rotunda secondo i Calcoli ed il Disegno del Signor Architetto ed Ingegnere GIORGIO GRONGNET, 1833 ai Signori Deputati per la fabrica della nuova Chiesa di Casal Musta. Fil-fatt din il-kummissjoni ta’ esperti fl-arkitettura harget bil-verdett li dak li kien ippropona Grognet kien fattibbli.14


L-arkitett tar-Rotunda - Giorgio Grognet de Vasse


ll-familja Grognet kienet ta’ dixxendenza Franciza. Kellha thalli Franza wara li r-Re Luigi XIV fl-1685 nehha ghal kollox l-Editt ta’ Nantes.15 Billi din kienet familja nobbli xi membri minn taghha kienu fl-Ordni ta’ San Gwann, bhal Rene Grognet de Vasse16 li kien gran prijur tal-Lingwa ta’ Franza u Fra Angelo Grognet li kien qassis konventwali.17


Gambatist Grognet u martu, Amalja Marchesi, mizzewgin fit-28 ta’ April 1771,18 kellhom hafna tfal, li l-bicca l-kbira kienu bniet u li gew mghammdin fil-knisja ta’ San Duminku, il-Belt Valletta. Wiehed minn dawn l-ulied kien Giorgio li twieled fid-19 ta’ Frar 1774 u gie mghammed fil-Parrocca ta’ San Pawl tal-Belt Valetta.


Giorgio deher li kien intelligenti u ghalhekk missieru baghtu fl-ahjar skejjel ta’ Malta u mbaghad baghtu wkoll ikompli jistudja l-ltalja. Ix-xoghol li ghamel meta kiber jixhed li kien jaf tajjeb bit-Taljan, bil-Franciz, bil-Latin, bil-Grieg u kien wkoll filologu tajjeb fl-ilsna orjentali. Ma’ l-istudju tal-matematika zied l-istudju ta’ xjenzi ohra bhall-inginerija u l-arkitettura.


Ghall-ahhar tas-seklu tmintax u l-bidu tas-seklu dsatax, l-Ewropa kollha kienet affettwata mid-dominanza ta’ Napuljun Bonaparte. Giorgio Grongnet jew Grognet (ghax kien jiffirma biz-zewg forom ta’ dak il-kunjom) serva mal-forzi Francizi taht Napuljun ghal tmintax-il sena fid-dipartimenti civili u militari ta’ l-inginieri.


Bejn l-1810 u l-1814, Grognet kien qieghed Ruma, fejn spikka minhabba l-intelligenza tieghu u kien vicin ta’ l-gharef Markiz D. Fortia d’Urban, (p.150) awtur ta’ hafna xoghlijiet sbieh. Dan il-markiz ra kemm dan il-Malti kien jifhem fl-arkeologija u seta’ jara wkoll kemm l-istudji l-ohra li kien ghamel setghu jghinuh f’dik il-linja. Ghalhekk dahhlu bhala socju fl-Akkademja Arkeologika tal-Kampidolju, li dak il-markiz stess kien waqqaf. Bhala Malti, dik l-Akkademja afdat f’idejn Grognet il-kompitu li jikteb fuq Atlantis, bicca xoghol li ntilef warajha.


L-arkitett tar-Rotunda Gorg Grognet.(p.150) Mappa mpingija minn Grognet stess biex jipprova jispjega li Malta kienet parti minn Atlantis.

Atlantis kienet gzira kbira fil-bahar Atlantiku li Platun, filosofu Grieg li ghex bejn l-427 u t-347 q.K., u kittieba ohra qodma, kienu jhobbu jsemmuha, ghad li hadd minnhom qatt ma raha. Jinghad li din Atlantis kienet qawwa navali li kienet rebhet hafna partijiet mill-Ewropa tal-Punent u l-Afrika. Ftit wara li falliet invazjoni ta’ Ateni fil-Grecja, jinghad li Atlantis gherqet taht il-mewg f’jum u lejl wiehed minhabba katastrofi naturali li grat 9,000 sena qabel Zmien Platun.19


Kien hawn min qal li l-Atlantis kienet fejn jinsabu l-gzejjer Azores, jew il-gzejjer Kanarji, fl-Ocean Atlantiku. Ohrajn xebbhuha ma’ Kreta fil-Mediterran. Issa l-bicca xoghol ta’ Grognet kienet li juri l-ewwel nett li kulma qal Platun ma kienx hrafa, u li bhalma kienu jahsbu ghorrief ohra, il-gzejjer ta’ Malta ma kinux haga ohra hlief bicca zghira minn Atlantis l-qadima. Grognet hass li kellu jgholli l-gieh ta’ Malta, l-art mahbuba ta’ twelidu, imma x-xoghol biex isir dan ma kien hafif xejn. Fittex x’qalu l-awturi kollha Griegi u Rumani, ra x’inkiteb minn ohrajn wara, studja l-ghamla tal-blat ta’ Malta, ra x-xehta ta’ l-art, il-widien u affarijiet ohra. Fittex ukoll dawk il-fdalijiet qodma preistorici li hemm imxerrdin mal-gzira, ghazel kliem u ismijiet qodma; insomma dahhal kollox u ma halla xejn barra li hass li kellu x’jaqsam ma’ dan il-progett, li issa kien tela’ sew ghal rasu.


Fl-1826 instemghet l-ahbar li giet f’idejn Giorgio Grognet gebla qadima hafna li nstabet fit-thaffir ta’ bitha fl-lmdina. Fuq tliet nahiet taghha kien hemm kitba qadima ta’ qabel id-dilluvju, filwaqt li fir-raba’ faccata kellha kitba bil-Latin li tghid li T. Sempronju kien ra din il-hagra, li kienet fdal ta’ l-Atlantis.


Ahbar bhal din caqalqet lill-arkeologi ta’ l-Ewropa kollha, u kulhadd beda jitkellem fuq din il-hagra. Fl-ahhar Grognet baghatha biex jarawha fl-Akkademja Asjatika ta’ Parigi. Beda jinqala’ hafna kliem jekk dik il-gebla kinitx tassew qadima jew inkella kinitx invenzjoni ta’ Grognet. Qalu li ghalhekk kien ta’ z-zejt u mhux biex ma jigrilha xejn meta tigi esposta ghall-arja, u kummenti bhal dawn. Mill-banda l-ohra kien (p.151) hemm ukoll min emmen b’din il-gebla ta’ l-’ghageb,’ sa ma fl-ahhar l-Akkademja Franciza qalet li kienet falza.20


Snin wara Grognet qal li dik il-gebla bil-kitba taghha atlantika-fenicja “kienet maghmula bil-hsieb ta’ min ifahhru sabiex theggeg il-hrara fl-istudju tal-qedem ta’ l-Atlantide” u kompla jghid, li b’dana kollu gibitlu tmaqdir li ma kienx jisthoqqlu.21 Din kienet ghalih daqqa ta’ harta kbira, imma ma qatax qalbu, u baqa’ sejjer bl-istudju li kien dahal ghalih.22


Il-hajt li Grognet qal li kien jezisti f'Wied il-Ghasel.(p.151) Il-hajt li Grognet qal li kien jezisti f’Wied il-Ghasel u li skond hu kien mibni min-nies ta’ Atlantis.

Ghalkemm fl-1833 Grognet bdielu t-tahbit tar-Rotunda tal-Mosta xorta wahda ma waqafx mir-ricerka fuq Atlantis. Kien jiggerra mar-rahal u jfittex fdalijiet preistorici, bhalma huma hitan megalitici, raddet ir-roti, u elementi ohra ta’ dan it-tip. Kien joqghod iqishom u jnizzilhom fuq karta bhala fdalijiet ciklopej jew Atlantici.


Mal-manuskritt zghir li kien lesta fl-184023 niltaqghu ma’ mappa li b’hila kbira ghamel biex juri kif kienet sewwa l-gzira ta’ Atlantis. Din, u hafna disinji ohra,24 kienu maghmulin biex izejnu bl-istampi l-ktieb kbir li kien bi hsiebu jippubblika.


Issa Grognet ma kienx zghir, u ghalhekk, fl-1854, jigifieri meta kellu tmenin sena, ppubblika l-ktieb tieghu li jitkellem fil-qosor fuq Atlantis.25 Dan il-ktieb ma kienx hlief il-bidu ta’ iehor ikbar u aktar fit-tul li kellu jippubblika wara, u li ma kellux zmien ilestih qabel lahqitu l-mewt. Xhieda ta’ kemm studju swietlu din il-bicca xoghol lil Grognet tista’ tittiehed mill-werrej ta’ dan l-istess manuskritt26 li tindika li barra mill-Librerija ta’ Malta, qalleb f’sittax-il librerija ohra fl-ibliet ta’ l-Italja u Franza, u qara l-opri ta’ 767 awtur, li hafna minnhom semma’ fix-xoghol tieghu filwaqt li ghat-tieni parti ta’ l-istess xoghol qara u ha minn dak li kitbu 198 awtur iehor! Barra minn hafna minjaturi sbieh, dan il-ktieb kellu jzejnuh 174 stampa taht forma ta’ mapep, pjanti u disinji.


Barra mix-xoghol fuq Atlantis, Grognet qal li kien qieghed ilesti biex jippubblika 26 ktieb iehor li kienu jittrattaw suggetti varji bhal: l-arkitettura civili u militari; dizzjunarji ta’ din l-arti; pjanti ta’ kazin u teatru; ghaqda ta’ l-ibliet ta’ Malta u ta’ Kostantinopli l-gdida; invenzjoni ta’ sienja li tahdem wehidha; storja tar-Rotunda; trattati fuq l-ilsna Atlanticl-Maltin; kotba ta’ ghajnuna lill-istudenti tal-filosofija, letteratura u storja; rumanzi; l-istorja ta’ hajtu; u ohrajn.(p.173) mid-dixxendenti ta’ Grognet fl-1912, ara http://www.maltagenealogy.com.">27 Imma l-anqas dawn ix-xoghlijiet ma lahaq ippubblika qabel miet.28


Grognet ma jissejjahx l-awtur ta’ dak biss li halla miktub. Nafu li huwa kien jitkellem fuq kanal li kien jista’ jsir fis-Suez biex jghaqqad il-Mediterran mal-Bahar l-Ahmar, u dan kien qalu xi erbghin sena qabel ma’ sar ix-xoghol tieghu. Nafu wkoll li dik l-istess habta kien jghid li l-Ingilterra tista’ tinghaqad ma’ l-Ewropa kontinentali b’mina li tista’ tinqata’ taht il-medda bahar li hemm bejn l-lngilterra u Franza. Ghal dawn il-hsibijiet xi nies kienu jzommu lil Grognet bhala bniedem rasu hafifa29 imma z-zmien wera li kien f’sensieh hafna aktar milli kienu jahsbuh dawk li kienu jmaqdruh, ghax il-kanal tas-Suez infetah fl-1869, filwaqt li l-progett tal-mina bejn l-Ingilterra u Franza tlesta fl-1994.


Grognet izzewweg tard fil-hajja meta kellu 46 sena. Kien fl-1 ta’ Mejju 1820 li zzewweg lil Concetta Busuttil fil-parrocca ta’ San Pawl tal-Belt, u kellu tifla, Cirene. Meta l-ewwel mara mietet, izzewweg ghat-tieni darba meta kellu 60 sena u ha b’martu lil Ursula della Grazia-Ubaldini.30 Dik il-habta kien ghadha kif bdiet tiela’ r-Rotunda u Grognet kien joqghod il-Mosta, imma t-tieg sar fil-parrocca ta’ San Duminku tal-Belt, fl-4 ta’ Awissu 1834. Ma kellux hlief tifel wiehed li kien jismu Aristeo.31


Ghall-ahhar tas-sena 1861 miet il-Princep Albert li kien ir-ragel tar-Regina Victoria tal-lngilterra, u ftit wara, ibnu, il-Princep ta’ Wales (li wara l-mewt ta’ ommu r-Regina Victoria sar ir-Re (p.152) Edward VII), ghamel vjagg ghall-Art Imqaddsa tal-Palestina, u f’Gunju 1862 ghadda Malta. Qabel ma wasal hawn il-Gvern habbar li bhala wirja ta’ ferh ghaz-zjara tal-princep barra milli kellu jzid hafna fil-karitajiet u jehles xi habsin, hareg “pensjoni ta’ £100 fis-sena lill-Arkitett is-Sur Gorg Grognet, biex kulhadd jista’ jara kemm il-Gvern jghozz il-hila tieghu kbira fl-arti li taghhom il-mejjet Princep, zewg ir-Regina, kien Patrun hekk habrieki u liberali”.32


Ghad li tard fil-hajja, din kienet ahbar ta’ ferh kbir ghax-xwejjah Grognet ghax, barra minn dik il-pensjoni sablha u li kellu bzonn, il-Gvern b’hekk kien wera li Grognet kien persuna stmata fuq livell nazzjonali u li x-xoghlijiet tieghu kienu jaghmlu unur lil Malta kollha — li huwa l-isbah certifikat ghar-Rotunda tal-Mosta.


Ghalkemm kienet ahbar sabiha, ma tantx gawdiha ghax Grognet beda jhoss il-mewt riesqa fuqu, u wara li sahhah ruhu bis-sagramenti mqaddsa, miet fil-5 ta’ Settembru 1862, fil-parrocca ta’ San Duminku tal-Belt.


L-ghada l-katavru tieghu gie mehud ghall-funeral u d-difna fil-Mosta, fejn kien qatta’ l-isbah snin ta’ hajtu u fejn halla l-ikbar bicca xoghol li ghamlitu famuz.33 Il-qabar tieghu qieghed fil-kappella tac-Cintura, u l-kitba li hemm taht il-monument tieghu kitibilu habibu Dun Guzepp Zammit (Brigella).


Mit-testment privat li ghamel fl-4 ta’ Gunju 186134 u li nfetah fl-20 ta’ Dicembru 1862, juri bic-car l-istat ta’ faqar li Grognet miet fih, ghaliex fih hu talab li “Alla jpatti ‘l dawk is-sinjuri twajba u hbieb tieghi li b’imhabba ta’ proxxmu ghenuni f’kull xahar ghal bosta snin biex nilhaq il-htigijiet tieghi.” Mill-istess testament johrog li s-somma li halla biex titqassam bejn martu Ursula, ibnu Aristeo u mart ibnu Carmela nèe Pace, li ghal hafna snin daret bih fi xjuhitu, kienet zghira. Tkellem fil-qosor dwar il-funeral u d-difna tieghu fil-Mosta, u ta l-parir tieghu fuq l-anterna li kellha ssir fuq ir-Rotunda (peress li kienet ghadha ma saritx). Imma zgur li l-aktar bicca li tolqot lill-qarrej ta’ dan it-testment hija meta kiteb, “Irrid li mill-imsemmi werriet universali tieghi jkunu moghtijin zewg liri sterlini lit-Tabib Dr. Luigi Calleja ghas-servizz li ghamilli, u sabiex meta jien mejjet, joghgbu jara sewwa jekk spiccatlix il-hajja ta’ gismi, biex ma jkunx li nista’ nkun midfun haj.”


Gismu ndifen u ma ccaqlaqx, imma ismu ha hajja akbar bhala bniedem ta’ dehen kbir li ghex fil-faqar ghax ried biex iservi l-Fidi tieghu bit-twaqqif ta’ tempju ta’ l-ghageb, u lill-art ta’ twelidu b’gid ta’ kitba li ma tintesa qatt.


Ghaliex intghogbot il-forma tonda tal-knisja


Fost dak li kiteb fuq il-bini tal-knisja, Grognet qal li d-deputati u n-nies tal-Mosta ghogbithom din l-ghamla tonda aktar minn kull ghamla ohra, ghal seba’ ragunijiet.35


  1. Ghax setghu jzommu l-knisja l-qadima magenb il-gdida sa ma jispicca x-xoghol, u b’hekk ikollhom fejn isiru l-funzjonijiet religjuzi, billi fir-rahal ma kienx hemm knejjes ohra kbar bizzejjed ghal dan l-iskop.
  2. Ghax hekk setghu jibnu fuq l-istess post tal-knisja l-qadima u jibqghu telghin bix-xoghol. Dan ma kienx jista’ jsir b’ghamla ohra hlief b’dik fit-tond, aktar u aktar meta ma kellhomx band’ ohra; u dak il-post ma kienx jibqa’ mohli wara li jkun lest l-bini l-gdid.
  3. Ghax fost l-ghamliet kollha geometrici, it-tond hu dak li meta ghandek l-istess qisien, jesa’ l-aktar u ghandu l-akbar wicc ta’ art; ir-Rotunda kienet se tkun tista’ tilqa’ 5,024 ruh - ammont li jghaddi b’madwar wiehed minn hamsa tal-popolazzjoni attwali tal-Mosta ta’ dak iz-zmien.
  4. Ghax hekk ma kienx se jintmess il-post tad-dfin tal-mejtin tal-pesta li bihom giet mimlija l-knisja l-qadima fil-flagell ta’ l-1813; u ghalhekk dawk il-katavri kienu se jibqghu taht il-qiegha tal-knisja l-gdida, mnejn ma jkunx hemm bzonn li jitla’ l-ebda pilastru jew kolonna.
  5. Ghax il-knisja l-qadima minn barra setghet isservi bhala parti mill-armar ghall-bini tal-koppla kbira, u hekk kien jigi ffrankat hafna njam u xoghol.
  6. Ghax billi r-Rotonda ma kienx se jkollha pilastri jew kolonni mahrugin ‘il barra, kienu se (p.153) jkunu ffrankati spejjez konsiderevoli min-nefqa fuq il-bini.
  7. Ghax, barra mill-kobor li kienet toffri din l-ghamla tonda, il-Mostin kien se jkollhom tempju li ma kienx hawn bhalu f’Malta, u fuq kollox din tkun innovazzjoni apprezzata hafna mill-Maltin, fejn qisu l-knejjes kollha kienu maghmulin wahda tixbah lill-ohra - haga li ma kienet xejn sabiha u li taghmel ghajb lil Maltin.

Grognet ma qaghadx jesponi l-hsibijiet aktar profondi li kellu meta ghazel l-ghamla tonda. Ma jridx wiehed jinsa li din il-knisja kellha taghti qima lil Marija Santissima fit-tlugh taghha fis-Sema, u Grognet fil-mohh filosofiku li kellu, hu probabbli36 li kellu l-intenzjoni li fid-disinn tieghu jesprimi wkoll it-taghlim ta’ dan il-misterju tal-Fidi Kattolika. It-tempju ried jaghmlu tond biex ikun ghamla tas-Sema fejn Marija tiddi bhala l-isbah kewkba.37


Insibu, fl-istudju ta’ l-arkitettura, li l-ghamla tonda hija wahda mill-aktar li joqoghdu tajjeb ghal qabar, bhalma naraw minn monumenti qodma bhall-qabar ta’ Atreus u hafna ohra.


Ghalhekk Grognet, bhala arkitett kapaci, hasibha tajjeb hafna li t-tempju li kellu jaghti qima lil Marija tiela’ s-sema mill-qabar taghha ma setax ikun isbah minn dak ta’ ghamla tonda.38


Barra minn dan ma jridx wiehed jinsa li dik kienet l-ghamla li l-aktar li ghogbot lill-Kappillan Calleja.


It-testment u l-mewt tal-Kappillan Calleja


Ghad li l-Kappillan Calleja, kien thabat tant ghall-bini ta’ dan it-tempju gdid, ma kellux ix-xorti li ghallanqas jara titqieghed l-ewwel gebla tieghu. Huwa kien ragel kbir u ghajjien bix-xoghol, u sahhtu bdiet sejra lura sewwa, tant li fl-20 ta’ Jannar 1833 talab biex jaghmel it-testment tieghu ghand nutar. Ghandu testament twil hafna imma hawn se tigi pprezentata biss parti minnu.


Wara li rrikmanda ruhu lil Alla, lil Marija Santissima, lill-Qaddisin u lil Angli tas-Sema, halla x’ghandu jsir minn gismu bhala katavru, f’dak li ghandu x’jaqsam mal-funeral u d-dfin, u haseb ukoll ghal quddies ghal ruhu. Imbaghad bhala wirja ta’ rispett halla rbighi (20 habba) lill-gvern ta’ Malta, irbieghi lill-isqof tad-djocesi u rbieghi iehor lill-kleru tal-knisja ghal darba. Wara, imbaghad, tkellem dwar niesu u fuq id-dar tieghu. Kompla jghid:


U billi hemm bzonn li tinbena knisja parrokkjali fil-Mosta, mhux biss ghaliex dik li hemm m’ghandhiex zmien twil, minhabba li hija mibnija hazin, imma wkoll ghaliex saret wisq zghira u ma tistax tilqa’ n-nies tar-rahal minhabba li kibru hafna fl-ghadd. Ara kemm hu hekk li fil-funzjonijiet, l-aktar dawk li jigbdu kotra ta’ nies, hafna minn dawk li jigu l-knisja jkollhom jibqghu barra, u l-bicca l-kbira jinhtigilhom jintrassu huma u jrossu lill-ohrajn, haga li ggib problemi u dejjem b’hafna hsejjes u nuqqas kbir ta’ qima gewwa l-knisja. Dan in-nuqqas ma jistax jissewwa hlief bil-bini ta’ tempju gdid u kbir bizzejjed li jesa’ u jilqa’ lin-nies kollha li issa fih ir-rahal.


Wara li tkellem fuq il-kumitati li gew maghzulin, ir-reskritti ta’ l-isqof u l-permessi tal-Gvernatur, li kollha issemmew qabel, kompla:


Ghalhekk billi opra hekk kbira u ta’ nefqa’ titlob somom kbar ta’ flus, dak li qieghed jaghmel dan it-testment (il-Kappillan Dun Felic Calleja) biex ikun ta’ bidu u ghajnuna lill-knisja kif ukoll biex iheggeg u jqajjem il-hrara u t-tjubija tal-Mostin biex jghinu rwiehhom kemm jistghu ghall-bini taghha; bl-akbar solennita ghamel u b’lehnu stess ihalli l-imqaddsa fabbrika tal-knisja parrokkjali tal-Mosta bhala werrieta tieghu universali fuq kollu kemm hu l-gid tieghu immobbli u mobbli. Jekk jista’ jkun din il-knisja ghandha tkun ta’ ghamla tonda u ghat-twaqqif taghha ga ttlehdu r-rikorsi quddiem is-superjuri ta-Knisja u tal-Gvern biex dawn jaghtu l-kunsens taghhom.


Ghall-istes haga tinsab ukoll imwaqqfa, mill-Kappillan, kaxxa bi tliet imfietah mizmuma fit-tezaor tal-knisja parrokkjali u li fiha somma ta’ 8,423 skud, 2 irbieghi u 8 habbiet, flus ta’ Malta li huma kolonnati Spanjoli u bcejjec ohra Inglizi, Maltin u Sqallin.39 Dawn il-flus kienu moghtijin minn dak li qieghed jaghmelit-testment, fl-atti (p.154) tas-7 ta’ Awissu li ghadda; u dawk li ghandhom l-imfietah kienu wkoll imwettqa minn Monsinjur Isqof, fl-imsemmija lista tal-ministri tal-knisja.


Ghalhekk igieghel l-imsemmijin esekuturi u Deputati li, mill-aktar fis wara mewtu, jiktbu f’atti ta’ nutar kollha kemm huma l-artijiet, kapitali, flus, dak li ghandu jiehu, u hwejjeg tad-deheb u tal-fidda li huwa l-werriet taghhom u jqeghdu dak kollu li jdahhlu fl-imsemmija kaxxa biex imorru ghall-bini ta’ l-imsemmija fabbrika.40


Dan it-testment juri bic-car kemm kien imporanti l-qatt minsi Kappillan Calleja ghall-bini tar-Rotunda.


Fl-20 ta’ Frar 1833, gheluq ix-xahar minn meta ghamel dan it-testment, il-Kappillan Calleja miet wara 82 sena hajja fuq din l-art, u l-ahhar sitta u tletin minnhom kienu mghoddija fil-hidma ta’ raghaj spiritwali f’dan ir-rahal. Il-mewt tieghu xehtet lil Mosta fi swied ta’ qalb kbir, u wara li sarlu funeral mill-aqwa, il-kadavru tieghu gie midfun fil-knisja l-qadima quddiem l-artal tal-Lunzjata f’qabar li kien hallielu l-lsqof Fra Vincenzo Labini, b’reskritt tat-3 ta’ Frar 1806.41


L-ghazla ta’ Dun Gammari Schembri


Il-Kappillan  Dun Gio Maria Schembri.(p.154) Il-Kappillan Dun Gio Maria Schembri – dak li tahtu sar ix-xoghol tal-bini tar-Rotunda.

Meta l-Kappillan Calleja kien beda jghejja minhabba x-xjuhija, ried li jkollu koadjutur, jigifieri bniedem li jghinu u jissostitwih fis-servizzi tieghu. Ghal dan il-post gie mahtur il-vicl-parroku tar-rahal Dun Gammari Schembri, kif diga gie indikat fir-rikorsi imsemmija fuq. Minn kitba maghmula l-Belt Valletta fil-15 ta’ Novembru 1822, quddiem in-Nutar Frangisk Cremona, hu indikat li Dun Gamm Schembri accetta li jkun koadjutur ta’ Calleja, bit-tama li wara jilhaq kappillan hu.42 Schembri dam koadjutur ta’ Calleja aktar minn ghaxar snin u barra milli kellu, tista’ tghid, il-parrocca fuq spallejh, fl-ahhar zmien kien ukoll jithabat hafna ghall-knisja l-gdida.


Wara l-mewt ta’ Calleja, l-isqof ghazel lil Schembri bhala kappillan gdid tal-Mostin, u fl-10 ta’ Marzu 1833, ha l-pussess fil-knisja l-qadima. Inzerta tajjeb ukoll issa li t-tempju li kellu jaghmel unur lill-Mostin kien imholli biex jinbeda f’idejn kappillan mill-Mosta.


Tassew li l-mejjet Calleja halla somma gmiela ta’ flus ghal dan it-tempju, imma dik ma kinitx bizzejjed hlief ghal dak li hu bidu u ghalhekk issa kien jehtieg kap jinqala’ sewwa biex jaghti bidu u jkompli progett hekk kbir u gdid ghall-Malta; u ghal dan, Dun Gamm kellu ghaqal u hegga bizzejjed.


Xoghol tal-bidu


Ma seta’ jsir xejn qabel jaqtghuha l-periti tal-kummissjoni mwaqqfa biex jistharrgu jekk il-progett ta’ Grognet kienx fattibbli. Dawn ma damux ma baghtu r-relazzjoni taghhom, li waslet qabel ha l-pussess il-kappillan il-gdid. Fid-dokument43 li hargu huma stqarrew:


Ahna, li isimna jidher hawn taht, maghzulin mis-sinjuri Deputati tal-fabbrika, tal-knisja tal-Mosta, biex nghidu jekk id-disinn tal-knisja ta’ ghamla tonda msaqqfa b’koppla, maghmul mill-arkitett inginier is-Sur Gorg Grognet, jistax jinhadem hekk kif isiru l-fabbriki f’din il-gzira.


Wara li rajna sewwa d-disinn (minghajr ma nindahlu fih) sibna li l-hitan huma wisghin (p.155) bizzejjed biex jifilhu t-tefgha u l-piz tal-koppla. Jidhrilna wkoll, li barra minn xi tibdila zghira, l-imsemmi disinn jista’ jinhadem, imbasta l-fabbrika tigi mibnija b’gebla mill-ahjar, u li l-hitan, l-aktar t-tqeghid taghhom, isiru bil-ghaqal li jinhtieg.


Giuseppe Bonavia44 - Kapumastru
Calcedonio Bonavia45 - Skrivan tax-xoghol
R. Loorkathen
Michele Cachia46
Vincenzo Sammut
Gaetano Xerri47


Fis-27 ta’ Frar 1833


Dan ma kienx bizzejjed ghaliex il-pjanta giet evalwata wkoll mill-kap ta’ l-inginieri Inglizi. J. Elpherstone Bart, fil-15 ta’ Marzu 1833, kiteb mill-ufficcju tar-Royal Engineers ta’ Malta, u qal, bhall-ohrajn, li l-hitan huma wisghin bizzejjed biex jifilhu l-koppla, imbasta jkunu maghmulin minn gebel u tajn tajjeb u jinbnew bil-ghaqal.48


Dawn l-istudji gabu fix-xejn l-argumenti ta’ dawk kollha li attakkaw id-disinn ta’ Grognet u ghalhekk, fil-21 ta’ Marzu 1833, id-direttur tax-xoghlijiet pubblici baghat il-permess biex “jinbeda x-xoghol tal-knisja fuq id-disinn ipprezentat u approval mill-Gvern.”


Dahal April u r-Rebbiegha, u fil-Mosta nbeda wkoll ix-xoghol tar-Rotunda li kellha, wara hafna snin, tipprovdi post li jixraq ghall-Vergni Marija.


Skond Castagna, ghall-habta ta’ l-1840 Grognet kellu jghinu wkoll fuq ix-xoghol tal-bini tar-Rotunda lill-arkitett Antonio Ruggier (1812-53). Dan l-istess arkitett jidher ukoll li kien il-bennej imghallem u restawratur tal-Knisja ta’ Santu Wistin tal-Belt fl-1848. Ghal kreditu tieghu ghandu wkoll madwar mitejn dar kbira privata.49 F’dak li ghandu x’jaqsam mal-Mosta, jidher li Ruggier kien ghadu zaghzagh ta’ 28 sena meta kien qed jaghti daqqa t’id lill-arkitett tar-Rotunda.


Il-ftehim ma’ l-arkitett


Ix-xoghol tal-bini kellu marbut mieghu ftehim fuq id-drittijiet ta’ l-arkitett. Sar bit-Taljan u juri l-
genwinita ta’ Giorgio Grognet. Maqlub ghall-Malti l-ftehim50 kien jghid:


ll-Mosta, 16 ta’ April 1833


Lill-Onorevoli Sinjuri Deputati tal-Mosta.


Gorg Grognet, arkitett inginier, juri bil-qima kollha li ghad li huwa qal mill-bidu nett quddiem id-dinja kollha, li jrid iqieghed hiltu kollha u jaghmel kull ma jista’ ghall-bini tal-knisja l-gdida, dan ghandu jiftiehem, li huwa qatt ma haseb li jkun irid aktar mill-hames wahda ta’ dawk id-drittijiet li l-ligijiet civili jaghtu lill-arkitett f’xoghlijiet bhal dawn. B’din il-hames wahda minn dak li haqqu huwa mhux biss ma hu sejjer jaqla’ xejn, imma sa jkollu johrog mill-but kif sejjer juri:


L-ewwelnett, imhabba dan ix-xoghol, kellu jibghat disa’ skulari li kellu taht idejh fil-Belt (Valletta). Minn dawn kien jaqla’ bicctejn (8s 4d jew 41c7) fix-xahar minn kull wiehed, li jaghmlu 18 irbieghi (2s 6d jew 12c5) kuljum. Issa llum iwieghed li joqghod b’10 irbajja (16-il sold u 8 habbiet jew madwar 6c7) kuljum, li huma biss ghal dak li huwa ghajxien. Ghalhekk ma jidhirlux li qieghed jitlob wisq lil din il-laqgha ta’ sinjuri Deputati, li jafu jirragunaw sewwa.


It-tieni, huwa, fil-Belt, sejjer ihalli hafna hwejjeg u xoghlijiet li jhallulu qliegh ta’ ghajxien kif jixraq, minghajr ma jkollu bzonn johrog mill-Belt ghal tliet snin u minghajr ma jkollu jbiddel l-arja u joqghod fil-berah, fix-xemx, ecc.


It-tielet, hu ma jista’ qatt jghid li ma jhossux onorat hafna bl-ghazla tad-disinn tieghu, u bit-twemmin fil-hila tieghu, u aktar u aktar talli giet imhollija lilu difna ta’ qima fil-knisja l-gdida. Imma billi l-bniedem ma jghix biss bil-hobz, hekk ukoll huwa car li l-glorja wehidha mhux bizzejjed biex taghti lill-bniedem kull ma jinhtieglu biex jghix, ma nghidx biex ikollu ghal hela, imma ghal dak li ma tghaddix minghajru. Ghalhekk biex ghall-anqas ikollu dak li jinhtieg, huwa ma jahsibx li jkun qieghed jitlob wisq lil din il-meqjuma Deputazzjoni li taf tahsibha tajjeb, meta jitlob 300 skud (£25) illum u ghal darba wahda, sabiex bihom ikun jista’ jkompli kelmtu f’xi hwejjeg li ma jistax ihallihom li ghandu fil-Belt, u jixtri dawk il-hwejjeg li ma jistax jghaddi minghajrhom, bhalma huma Ibiesi ecc., u hekk joqghod biss, bla tfixkil jew hsibijiet ohra, ghax-xoghol kbir tat-tempju l-gdid.


(p.156) Jitlob imbaghad, 10 irbajja (16-il sold u 8 habbiet jew madwar 6c7) kuljum zmien tliet snin, li fihom trid tinbena l-knisja. Dawn jigu mhallsin bix-xahar lura, mil-lum ‘il quddiem, bla ma jitlob dak li jisthoqqlu tax-xoghlijiet li ghall-imghoddi qaghad jaghmel minghajr ma waqaf ghat-tempju l-gdid.


Lanqas ma jahseb li jkun qieghed jitlob wisq, meta jxebbah ruhu bhala wiehed mill-haddiema, ghad li huwa kap, dak li ddisinja u mexxa kollox, u li minn mohhu u minn idejh ghandhom johorgu l-aktar intietef zghar tal-fabbrika li gejja, bhalma huma hafna disinji, profili ta’ kull xorta u mudelli fil-kobor. Dawn l-10 irbajja kuljum jitilghu 100 skud (£8-6-8 jew Lm8 33c 3) kull erba’ xhur, u fi tliet snin igibu sewwa 900 skud (£75), li dawn mat-300 skud (£25) li jitlob illum ghal darba biss, jaghmlu b’kollox 1,200 skud (£100). Din is-somma li mhix aktar minn wahda minn hamsa ta’ 6,000 skud (£500) li l-ligijiet ihallu bhala drittijiet f’haga bhal din lill-arkitett, jigifieri 2,000 skud (£166-16-8 jew Lm166 83c 8) tad-disinn u ta’ dak li ghamlu, 2,000 skud ghall-bidu tal-bini, u, 2,000 skud meta jispicca x-xoghol kollu tal-fabbrika. Dan juri kemm hu tassew ftit dak li qieghed jitlob.


Fl-ahhar nett, ghadnu l-unur jghid li, kieku kien ghani, jew ta’ lanqas mhux maghfus minn nuqqas kbir ta’ haqq min-naha ta’ missieru u ommu, jew kieku kien jinsab mhux hekk batut, kieku lanqas din il-wahda minn hamsa ma kien jitlob lil din l-aktar meqjuma Deputazzjoni, li hekk kif titlesta l-fabbrika zgur li din (id-Deputazzjoni) ma kinitx sejra tonqos u ma tatihx minn jeddha somma biex turi qalbha, u din is-somma kienet dejjem tkun ta’ lanqas il-wahda minn hamsa ta’ 6,000 skud.


Dan hu dak li l-aktar mahbub arkitett taghkom ghandu llum l-unur igib quddiemkom, filwaqt li bir-ragun kollu joqghod itella’ u jnizzel xi jkun li jhoss jekk ikollu jitlaq l-opra kbira li diga nbdiet hekk bit-tajjeb, kieku intom ma tatuh xejn (li ma jistax ikun) jew tnaqqsulu minn dak li hu bl-umilta kollha talab li ghandu bzonn; filwaqt li bir-rispett kollu u bi stima vera, ghandu l-ikbar unur li jghid, Deputati l-aktar onorevoli.


Il-qaddej fidil taghkom, l-aktar baxx, devot u mahbub.
L-Inginier Arkitett,
Gorg Grognet


Kif jigi muri aktar ‘l isfel, id-deputati laqghu t-talba ta’ Grognet li ma kienx qieghed jitlob hlief li jghix biex jista’ jahdem fuq din l-opra.


Ghalhekk wara li sar it-thaffir ghall-pedamenti waslu ghat-tqeghid ta’ l-ewwel gebla.


Titqieghed l-ewwel gebla


Din ic-cerimonja saret ghall-ahhar ta’ Mejju, xahar iddedikat lill-Madonna. Il-funzjoni giet immexxija minn Dr Dun Salv Lanzon, Vigarju Generali ta’ l-lsqof, bis-setgha ta’ dan id-digriet:


Ahna Dun Frangisk Saverju Caruana, ghal grazzja t’Alla u tas-Sede Apostolika, Arcisqof ta’ Rodi, Isqof ta’ Malta, Prelat Domestiku u Assistent fit-Tronn Pontificju tas-Sinjur taghna, ghal providenza t’Alla, Papa Gregorju XVI, lill-hekk ghaziz taghna f’Gesu Kristu l-lll.mu u Rev.mu Dun Salv Lanzon S. TH. D., Arcidjaknu taghna Katidrali u Vigarju Generali taghna, insellmulek fis-Sinjur.


Billi ghat-talba ta’ Rev.du Dun Gamm Schembri, Kappillan tal-Mosta u tan-nies ta’ dak ir-rahal, fil-pjazza ta’ l-istess Mosta tad-Djocesi taghna ghandha tinbena knisja gdida taht l-isem ta’ l-Assunzjoni ta’ l-lmqaddsa Marija Vergni, ahna billi ghandna hwejjeg ohra aktar ta’ htiega x’naghmlu u ma rridux immorru hemmhekk ahna stess, lilek nahtru u naghtu is-setgha biex skond ir-rit u skond kif jghid il-pontifikal u r-ritwal Ruman, tqieghed l-ewwel gebla bhala bidu ta’ l-istess knisja.


Irridu li inti tqieghed fl-arkivju tal-Kurja taghna din l-ittra ta’ hatra taghna u maghha dokument pubbliku tal-funzjonijiet li jsiru u tibghat lilna kopja vera.


Moghtija fil-Palazz taghna Arciveskovili tal-Belt Valletta, fid-29 ta’ Mejju 1833.


Frangisku Saverju
Isqof ta’ Malta


Nutar J.E. Metopoli
Kancillier


L-Isqof Frangisku Saverju Caruana.(p.157) L-Isqof Frangisku Saverju Caruana li tant opponna l-forma tonda tal-knisja l-gdida tal-Mosta

(p.157) Sebah l-ghada, il-Hamis, it-30 ta’ Mejju, hmistax fuq Lapsi; ziffa mil-lvant ksiet is-sema bis-shab, u nizlet ukoll xi rxiexa xita, filwaqt li l-Mostin kienu qeghdin ilestu r-rahal taghhom ghall-festa kbira li kellha ssir dakinhar. Fuq dak li sar inghatat deskrizzjoni li dehret bl-lngliz u t-Taljan fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta51 ta’ dik il-gimgha.


Nhar il-Hamis li ghadda, it-30 ta’ Mejju, fl-erbgha ta’ wara nofsinhar giet imqieghda b’wirja u cerimonja kbira l-ewwel gebla tal-knisja l-gdida parrokkjali li sejra tinbena fil-Mosta. L-ghamla tonda ta’ dan l-edificju, li mhix bhal dawk il-knejjes ewlenin tal-Gzira, u l-gmiel u l-kobor tad-disinn tieghu, ghamlu din il-festa tat-tqeghid ta’l-ewwel gebla xi haga kbira, u l-jum kien wiehed ta’ ferh ghan-nies kollha, imma l-aktar ghal dawk tal-Mosta. Ghal din il-festa mar il-Logutenent Gvernatur, bin-nies ta’ madwaru, u hafna min-nies l-aktar rispettabli tal-Gzira, kemm Inglizi u kemm ukoll Maltin; Deputazzjoni maghmula mill-Kumitat tal-bini, il-Kleru u l-aktar nies maghrufa tar-rahal laqghu lil Gvernatur taht ark trijonfali, imwaqqaf ghal dakinhar, u mbaghad, imdawwar b’kull qima u rispett. gie mehud minn hemm ghal fejn kellha titla l-Knisja. Il-Wisq Reverendu Arcidjaknu Dr Salvatore Lanzon, Vigarju Generali, kien mahtur apposta mill-Arcisqof, Isqof tad-Djocesi biex jiccelebra f’din il-funzjoni solenni; u hekk kif waqfet il-purcissjoni fuq il-post, il-Kancillier tal-Qorti ta’ l-lsqof qara l-ittra tad-delegazzjoni.


Sar it-talb tas-soltu madwar il-pedament tal-knisja l-gdida, u giet imqieghda l-gebla kif imur u bis-sollennita kollha, filwaqt li tahtha tqeghdu l-flus taz-zmien li ahna fih. Hekk kif spiccat ic-cerimonja l-Vigarju Generali tela’ fuq il-pulptu, li kien imwaqqaf apposta magenb il-gebla, u tkellem fuq il-festa ta’ dakinhar; u kliemu heggeg bl-imhabba l-kotra ta’ nies li kien hemm migbura gewwa l-Mosta ghal din il-funzjoni li tigbdek.


Il-flus ghan-nefqa tat-twaqqif ta’ din l-opra qaddisa huma l-bicca l-kbira minn fondazzjoni kbira mhollija mill-mejjet Dun Felic Calleja, li dan, fiz-zmien twil li dam Kappillan tal-Mosta, ra b’ghafsa ta’ qalbu li kien hemm bzonn ta’ knisja akbar, biex isiru dawk id-dmirijiet tar-ruh tal-merhla tieghu u ghalhekk wiehed jista’ jghid li huwa kien l-ewwel wiehed li qanqal dan ix-xoghol.


Dan l-ezempju, hekk tajjeb u hiereg mill-qalb, gab warajh somom ta’ flus min-nies l-aktar li jistghu tad-distrett; u l-gibda li n-nies ghandhom ghal din il-bicca xoghol heggithom hekk li dawk li ma jistghux jghinu bil-flus, qalu minn jeddhom li jridu jahdmu fil-btajjel u meta ma jkollhomx x’jaghmlu, sa ma titlesta l-fabbrika.


Mill-banda l-ohra l-Awtorita Ekklezjastika wkoll halliet tifkira ta’ dan il-jum importanti. Id-dokument52 bil-Latin, maqlub ghall-Malti kien jghid:


Bhala tifkira tat-30 ta’ Mejju 1833


Fl-isem t’Alla hekk ikun


L-lll.mu u Rev.mu Dun Salv Lanzon, Gharef fis-Sagra Teologija, Arcidjaknu tal-Knisja Arciveskovili u Katidrali ta’ Malta u Vigarju ta’ Dun Frangisku Saverju Caruana, Rev.mu Arcisqof ta’ Rodi u Isqof ta’ din id-Djocesi ta’ Malta, bhala wiehed maghzul ghal ta’ l-apposta mill-imfahhar Isqof, kif jidher mid-dokumentarju ma hawn mehmuz, gie fil-pjazza tal-Mosta fejn (p.158) in-nies ta’ dan ir-rahal bi hsiebhom jibnu knisja gdida taht l-isem tal-B. Marija Vergni fejn kien hemm imqieghed salib ta’ l-injam.


Wara li libes bl-amittu, alba, stola, kappa bajda u mitra, l-imsemmi Vigarju qieghed solennement, quddiem in-nies, l-ewwel gebla bhala bidu ta’ l-istess knisja skond kif jghid ir-Ritwal Ruman, wara li kien berikha bl-ilma u skongraha bil-melh. Ordna lili Kancillier hawn taht iffirmat li naghmel dokument pubbliku ta’ dak li ghedna.


Kien hemm il-Kanonku, Koadjutur tal-knisja mqaddsa tal-Katidral, Dun Guzepp Sapiano, Gan Battist Mifsud J.U.D., Saverju Galea M.D., in-Nutar Frangisk Chetcuti J.U.D. u hafna ohra mill-kleru u min-nies. Hekk hu.


Fortunat Dalli, Kancillier


It-Tenent Gvernatur Ponsonby.(p.158) It-Tenent Gvernatur Ponsonby li tant ghen biex ir-Rotunda tkun tista’ tibda tinbena

Ghaddiet il-festa, spicca l-ferh ta’ dak il-jum imma d-dizappunt li hallielhom l-isqof ma ntesiex hekk malajr. Din li l-isqof baghat il-vigarju tieghu ghall-funzjoni ta’ bidu ta’ bicca xoghol hekk kbira, ma daqqet xejn tajjeb ghaliex kienu jafu li huwa qatt ma ried li ssir ir-Rotunda ta’ Grognet, imma dik li ghamel il-perit li ghazel hu. Daqs kemm iddispjacihom fuq l-isqof daqshekk iehor ferhu bil-Gvernatur. Minn disinn ta’ ark trijonfali53 bhal dawk ta’ Ruma tal-qedem, li Grognet haseb li ghandu jitwaqqaf ffl-bidu tar-rahal jidher li fuq il-hnejja tal-bieb ta’ dan l-ark kien hemm kitba bil-Latin li tghid:


LILL-FEDERIK CAVENDISH PONSONBY PRO-GVERNATUR TA’ MALTA LI TAHT IL-PROTEZZJONI TIEGHU GIE MIBDI L-PEDAMENT TA’ DIN IL-KNISJA EWLENIJA TA’ DAN IR-RAHAL IN-NIES TAR-RAHAL (JIXTIQULU) HENA BLA TMIEM


Jinghad li dan Ponsonby ghamlilhom numru ta’ zjarat huwa u sejjer ix-xoghol, u kien tahom ukoll xi ghodod u armar li kienu jehtiegu.


Il-kuntratt ufficjali ma’ Grognet


Wara li ghaddew fuq xahar u nofs mit-tqeghid ta’ l-ewwel gebla waslu biex fl-ahhar il-ftehim li sar ma’ l-arkitett jitnizzel f’kuntratt formali. Fid-19 ta’ Lulju 1833 dehru quddiem in-Nutar Frangisk Chetcuti, minn naha l-Kappillan Dun Gammari Schembri, Dun Marin Galea, Dun Gwann Sammut u Dun Guzepp Tonna bhala ezekuturi tal-fondazzjoni tal-mejjet Kappillan Dun Felic Calleja, u min-naha l-ohra l-inginier arkitett Giorgio Grognet. Kien hemm numru ta’ punti pricipali f’dan il-kuntratt twil.


L-arkitett kellu jaghmel fil-kobor u bil-kuluri l-pjanta tal-bini kollu, kif ukoll disinn tal-faccata. Ghal dan kellu zmien sitt xhur minn dakinhar. Huwa kellu jaghmel il-mollijiet kollha tal-kapitelli, bazijiet, gwarnici, ecc., ghall-imghallmin, u ghall-iskultur. Id-disinji kellhom ikunu moghtija lid-deputati tal-fabbrika biex juruhom lil periti prattici li jghidu jekk kinux sewwa jew jekk kellhomx jigu alterati qabel ma jsir ix-xoghol fuqhom.


Kull meta jmur il-Belt, kemm biex jaqdi l-htigijiet tieghu u kif ukoll ghal htigijiet tal-fabbrika, l-arkitett kellu, sa ma’ jerga’ jigi, jhalli d-disinji lesti ghand il-kappillan biex ma jieqafx ix-xoghol taghhom. Jekk ikollu bzonn iwarrab, jew inkella f’kaz ta’ mewt, la hu, la l-werrieta, u lanqas haddiehor ma seta’ johrog barra mill-Mosta dawk id-disinji kollha li jkun ghamel.


L-arkitett ma setax ihalli l-Mosta aktar minn gimgha fix-xahar.


(p.159) Fl-ahhar nett huwa kellu joqghod ghal dak li kien mehtieg, ikun dejjem lest u ma jonqos f’xejn biex l-opra tohrog sewwa minn kollox kif jitlob l-unur tieghu u r-regoli ta’ l-arti.


Mill-banda l-ohra d-deputati weghdu li jaghtu lill-arkitett is-somma ta’ 300 skud ghal darba, u 25 skud fix-xahar zmien tliet snin biss, li b’kollox jammontaw ghal 1,200 skud, hekk kif talab hu stess fiz-zewg ittri li baghat lid-deputati, wahda fis-16 ta’ April u l-ohra fid-9 ta’ Lulju ta’ l-istess sena ta’ dan il-kuntratt.


L-arkitett, ghan-nom tieghu u ghan-nom tal-werrieta tieghu, ta’ minn jeddu lill-fabbrika, dawk id-drittijiet l-ohra li jisthoqqlu u li taghtih il-ligi, (jigifieri l-bqija tas-somma ta’ 6,000 skud li bi dritt kienu jmissu lilu).


L-arkitett kellu jghid li ha minghand il-Kappillan Schembri, kaxxier tal-progett, is-somma ta’ 375 skud, 100 skud minnhom taht l-ircevuta li ghamel fit-18 ta’ April li kien ghadda, u 275 skud moghtija lilu dak il-hin. Dawn it-300 skud li gew moghtija lilu wara dak li ghedna, huwa halla lill-fabbrika, u l-75 skud l-ohra tax-xhur li ghaddew mill-1 ta’ April sa l-ahhar ta’ Gunju ta’ dik is-sena.


Wara li jghaddu t-tliet snin li l-arkitett kien qieghed jiehu l-25 skud fix-xahar, huwa wieghed li jibqa’ jahdem b’xejn sa ma titlesta l-kostruzzjoni.


Jekk jieqaf ix-xoghol ghal xi xhur jieqaf ukoll il-hlas tax-xahar, li jerga’ jibda mal-bidu tax-xoghol u jibqa’ sejjer sa ma tintlahaq s-somma ta’ 1,200 skud.


Fl-ahharnett l-arkitett zamm id-dritt li jaghmel minn butu qabar ghalih u ghal martu u nisa ohra li jista’ jizzewweg wara. Dan il-qabar kellu jkun fir-Rotunda u fih ma jindifen hadd izjed.


Xoghol u hlas


Mill-ewwel ktieb54 fejn gew imnizzlin il-haddiema li hadmu fil-bidu tal-progett tal-knisja jidher li l-ewwel mghallem kien Guzepp Mangion minn Birkirkara. Billi mit-tieni sas-sitt ktieb tal-kontijiet huma mitlufin, mhux car meta dahal minfloku l-imghallem Anglu Gatt, taz-Zejtun, li kompla l-knisja. Nafu biss li fil-ktieb numru VII, li jibda minn Frar ta’ l-1837 Mastr’ Ang, kif kienu jsejhulu, kien imnizzel bhala l-imghallem tal-fabbrika.


Ix-xoghol tal-bini beda mill-l ta’ April. Nhar is-Sibt, 13 ta’ April 1833, gew imhallsin 29 haddiem. Fis-Sibt, 11 ta’ Mejju hadu l-paga 48 haddiem ta’ dik il-gimgha. Il-haddiema’ baqghu dejjem jizdiedu, hekk li fl-ahhar gimgha ta’ Awissu 1833 gew imhallsin 57 haddiem, barra minn 9 ohra tal-gebel. Mill-kontijiet li jidhru fl-ewwel ktieb insibu li dawk id-39 haddiem kienu mhallsin tal-jum tax-xoghol b’dawn ir-rati:


L-imghallem kellu 6 irbghajja u karlin (li jigu 10 soldi u 10 habbiet jew madwar 4c6); sitt haddiema kellhom 6 irbghajja (10 soldi jew 4c4); tliet haddiema kienu mhallsin 5 irbghajja u karlin (9 soldi u habbtejn jew madwar 3c7); sitta ohra kellhom 5 irbghajja (8 soldi u 4 habbiet jew madwar 3c3); tlieta bl-4 irbghajja u karlin (7 soldi u nofs jew 3c2); erbatax imhallsin bl-4 irbghajja (6 soldi u 8 habbiet jew madwar 2c7); haddiem iehor bit-3 irbghajja (5 soldi jew 2c5); zewg haddiema 2 irbghajja u karlin (4 soldi u habbtejn jew madwar 1c7), iehor kellu irbghajja (3 soldi u 4 habbiet jew madwar 1c3) u ta’ l-ahhar kellu 24 habba (2 soldi jew 0c8).55


Bil-flus tal-lum nistghu nghidu li l-inqas haddiem kellu 8 millezmi u l-imghallem tieghu kellu kwazi 4c6 kuljum.


Il-hlas kien ta’ kemm tahdem, u nsibu li l-istess mghallem, meta kien jaghmel hamest ijiem u tliet kwarti, ma kienx jiehu ta’ sitt ijiem. Wara li x-xoghol kien ilu sejjer xi sitt snin lill-Mastr’ Ang zieduh ghal 9 irbghajja kull jum (xelin u soldi jew 5c4). Fil-bidu ta’ Settembru 1842 regghu tawh iz-zieda ghal skud (xelin u 7 soldi jew 7c9) kuljum. Imbaghad tlettax-il sena wara f’Settembru 1855, tawh 13 irbghajja (skud u 20 habba jew madwar 8c7) kuljum u milli jidher baqa’ sejjer b’dan il-hlas sa l-ahhar. L-aktar li kien jaqla’ haddiem f’dawk is-snin kien xelin kuljum (5c). Meta l-knisja bdiet tiela’ sew u l-gebel bdew itellghuh bil-katina minn wara l-kampnar tal-punent niltaqghu mal-haddiema li kienu jigbdu l-katina li kienu mhallsin bi 3 karnijiet (2½d jew 1c0) ghal kull barkata li jtellghu.


(p.160) Sat-13 ta’ April 1833 il-hlas tal-haddiema kien jammonta ghal 74 skud u 3 irbghajja. (£6-3-9½ jew Lm6.19); u sa l-10 ta’ Awissu ta’ l-istess sena n-nefqa lahqet 3,344 skud u rbghajjen (£278-13-7 ⅓ jew Lm278.68). Il-hlas tal-barriera beda jlahhaq fuq 80 skud (£6-13-4 jew Lm6.66,7) fil-gimgha.


Imma l-akbar xoghol mill-bidu sat-tmiem tal-knisja baqa’ ma thallasx. Dan kien ix-xoghol b’xejn li kienu jahdmu ta’ kuljum kotra shiha ta’ Mostin, l-aktar fil-Hdud u l-btajjel kollha tas-sena.


ll-gebel kienu jaqtghuh min-naha ta’ Durumblat vicin tal-Kappella tal-Kuncizzjoni jew tat-Torri Cumbo, f’tarf ir-rahal. Kienet gebla ta’ kulur isfar jaghti fl-ahmar u li biha nbniet il-knisja kollha.


Il-bennej principali tar-Rotunda – Mastru Anglu Gatt


Mastru Anglu Gatt.(p.160) Mastru Anglu Gatt jippoza l-iskwerra f’idu biex juri s-sengha tieghu tal-bini

Anglu Gatt twieled iz-Zejtun, fit-12 ta’ Dicembru 1796 u kien bin Marju Gatt u Margerita Srenzo. Fil-maghmudija tawh l-isem ta’ Mikelang. Kien gej minn familja fejn hu kien wiehed minn sitt ulied. Hutu kien jisimhom Frangisku, Mikiel, Grezzju, Marija Teresa u Marjanna.56


Is-sengha ta’ bennej tghallima minghand missieru, Mastru Marju, li kien mghallem mit-tajbin ta’ dak iz-zmien. Il-familja Gatt kienu bennejja stabiliti u jmorru zgur lura sal-bidu tas-seklu tmintax meta Anglu Gatt (buznannu ta’ Anglu Gatt, bennej tar-Rotunda) kien diga qed jaghmel xoghol ta’ bini fiz-Zejtun. Warajh jigi Lazzru (in-nannu ta’ Anglu u Marju missier Anglu).


Bhala bennej tas-sengha, Gatt bil-fors li kellu isem, ghax m’ghandniex nahsbu li ghal progett bhalma kienet ir-Rotunda, iddisinjata minn wiehed mill-ahjar inginiera arkitetti ta’ dak iz-zmien, kienu sejrin iqabbdu bennej ta’ kafkaf. Jista’ jkun li Gatt kien migjub quddiem id-deputati u l-arkitett mill-kapumastru u patrijotta (Zejtuni bhalu) Mikiel Cachia,57 imsemmi minn Grognet f’relazzjoni li kiteb fit-18 ta’ Jannar 1833, u wiehed mill-periti tal-kummissjoni li ezaminaw id-disinn ta’ l-istess arkitett.


Kif intqal fuq, minhabba xi registri mitlufin tal-bini tal-knisja ma nafux il-jum sewwa meta ha x-xoghol tal-binja minn idejn l-ewwel mghallem, il-Karkariz Mastru Guzepp Mangion. Imma zgur li fil-bidu tas-sena 1837 kien diga qabad ix-xoghol f’idejh bhala l-prim bennej.


Issa Mastru Ang, li kien riesaq lejn l-eta ta’ 40 sena, gie joqghod fil-Mosta u biex nghidu hekk sar ukoll Mosti. Kien jahdem f’dan ir-rahal, kien joqghod hawn, u meta wasal biex jaghlaq id-49 sena, xehet ghajnejh fuq xebba Mostija, Marija Sant, li zzewwigha fit-2 ta’ Ottubru 1845. Mastru Ang u Marija kellhom familja numeruza imma mhux l-ulied kollha ghexu. Minn dawk li ghexu, Marju, kien l-ewwel wild u twieled fl-1846. Warajh kien hemm Margerita, Marija Tereza, Frangisku, Gio Marija, Lazzru u Karmenu.


Dwar il-hlas li Anglu Gatt kien jinghata ghax-xoghol fuq ir-Rotunda, dan gie diskuss post iehor.


Infant Mastr’ Ang kien fil-glorja tieghu meta, ragel ta’ 64 sena, wara li kien tella’ kwazi l-binja kollha wahdu, fl-1860 ra tinghalaq dik il-koppla li hallietlu isem ghal dejjem, ghal hila li kellu kif waqqafha minghajr armar. Meta tlestiet il-koppla (p.161) waqaf ukoll dak il-qliegh tax-xoghol, imma billi kienu jafu li bennej bhal dak qatt ma kien imhallas kif imiss, hargulu xi haga zghira bhala kumpens.


Wara li ghex 79 sena, ‘dan ir-ragel ta’ l-ghageb’ miet fit-12 ta’ Novembru 1875.


Sarlu funeral minghajr xejn specjali u gie midfun fil-kannirja, sa ma mbaghad hasbuha tajjeb u tellghu l-katavru tieghu fil-knisja li hu kien bena, u llum jinsab taht il-monument tieghu fil-kappella ta’ San Bastjan.


Il-gid ta’ Dun Felic Calleja


Il-Kappillan Dun Gamm Schembri u mieghu Dun Marin Galea, Dun Gwann Sammut u Dun Guzepp Tonna, ghamlu rikors lill-gvern fejn qalu li, bhala ezekutur tal-fondazzjoni tal-kappillan il-mejjet, Dun Felic Calleja, gew imqabbdin biex ibieghu r-raba’ u l-bini li halla, biex b’dak li jdahhlu minnhom ikomplu x-xoghol tal-knisja li kienet qed tinbena. U billi ma setghux ibieghu hlief ftit minn dak ir-raba’ u bini, u sabiex jehilsu mill-aktar fis minn dak li kien fadal, hasbu li jtellghuh lotterija fuq l-istima maghmula mill-Perit Vincenzo Sammut.58 Ghalhekk kitbu li jkunu jistghu jaghmlu din il-lotterija u fit-3 ta’ Lulju 1835, il-gvern tahom il-permess li talbu.


Il-premjijiet kienu tlieta. L-ewwel wiehed kien maghmul minn 3 bicciet art u tlitt idjar; dan il-premju kien stmat 2,620 skud. It-tieni premju kien maghmul minn dar u erba’ bicciet raba’. Dan kien premju li jiswa’ 2,630 skud. It-tielet premju kien maghmul minn dar u erba’ bicciet raba’. Il-biljetti ghall-ewwel premju kienu jinbieghu xelin (5c) il-wiehed. Wahda mill-kondizzjonijiet li ghamlu kienet li ma jtellghux il-lotterija qabel ma tingabar is-somma tal-premju bl-ispejjez konnessi mieghu u min jirbah ikun mitlub biex jekk joghgbu jaghti xi haga ghat-“Tempju li qieghed jinbena li lejh jidher bid-car li hija moghtija l-qalb ta’ kulhadd.


Mir-registri fl-arkivju tal-knisja jidher li ghall-ewwel lotterija kienu nbieghu 4,577 biljett ta’ xelin. L-ismijiet li hemm juru li ttiehdu hafna biljetti minn kull xorta ta’ nies minn madwar Malta kollha, imma billi mhux zgur ittiehdu nofs il-biljetti fis-sitt xhur li kellhom zmien, hu probabbli li din il-lotterija baqghet ma telghetx. Il-preparamenti ghat-tieni u t-tielet lotteriji saru wkoll ghalxejn, u ma nafux kif baqghu biex gabru l-flus ta’ dak ir-raba’ u bini.


Minn relazzjoni ta’ l-lsqof Caruana tal-25 ta’ Novembru 1834, imwettqa minn dak li qalu d-deputati tal-knisja l-gdida, jidher li l-gid li Dun Felic halla ghal dan il-progett, inkluzi it-8,000 skud tal-kaxxa, madwar 26,000 skud (£2,166-13-4 jew Lm2,166.66,7).59 Minn relazzjoni ohra ta’ kawza li saret f’Ruma hemm muri li dan il-gid kien ilahhaq 25,000 skud; filwaqt li f’rikors iehor maghmul fl-1841, id-deputati qalu li l-fondazzjoni ta’ Calleja kienet tlahhaq madwar 20,000 skud (£1,666-13-4).60


Itlob u erga’ itlob


Ma lahqux ghaddew aktar minn tmintax-il xahar mill-bidu tal-bini meta d-deputati bdew ihossu li jekk iridu jibqghu sejrin bix-xoghol kellhom bzonn jahsbu minfejn sejrin igibu l-flus. Ghalhekk, fis-6 ta’ Settembru 1834 il-Kappillan Schembri, Dun Marin Galea, Dun Gwann Sammut, Dun Guzepp Tonna, l-Avukat Ganbattist Mifsud u n-Nutar Frangisku Chetcuti ghamlu rikors quddiem il-papa fejn qalulu bl-istorja kollha tal-knisja l-qadima u l-gdida li kienet tiela’. Qalulu li l-wirt tal-Kappillan Calleja, wara li nqatghu l-ispejjez, ma kienx lahhaq aktar minn 10,000 skud Ruman, u li ghalhekk x-xoghol tat-tempju kellu bzonn ta’ ghajnuniet godda, li ma tantx kien hafif li tigbor minhabba li l-kummerc ta’ dik il-habta kien ta’ kull sena qieghed jonqos.


Qalulu li fil-knisja parrokkjali u fil-knejjes filjali tar-rahal kien hemm hafna fondazzjonijiet ta’ quddies, priedki, ghosrien, legati taz-zwieg, patrimonji u hwejjeg tajba ohra bhal dawn. Ghalhekk talbu li minn dawn il-fondazzjonijiet jittiehdu biss l-elemozini tal-quddies tal-qassisin tar-rahal u xi spejjez ohra li jinhtiegu, imbaghad il-bqija tal-flus imorru ghall-bini tal-knisja l-gdida. Talbu wkoll li jekk dak li jhallu dawn il-fondazzjonijiet ma jkunx bizzejjed biex jibqa’ sejjer ix-xoghol ikunu jistghu jipotekaw ir-raba’ u l-bini tal-knisja biex jissellfu l-flus fuqhom biex jitkompla t-tempju.


(p.162) Is-Sagra Kongregazzjoni tal-Koncilju kitbet lill-isqof ta’ Malta bid-direzzjonjiet fuq kif kellu jaqtaghha din it-talba tad-deputati tal-Mosta, u ghamlitlu wkoll xi mistoqsijiet li mbaghad gew imwiegba minn dawk responsabbli ghall-bini tal-knisja.


L-Isqof ried ikun jaf dak li gie mistoqsi minn Ruma dwar il-flus mehtiega u z-zmien li tiehu biex tinbena l-knisja. It-twegiba nghatat mill-Arkitett Grognet u l-lmghallem Guzepp Mangion. Dwar il-fondazzjonijiet u l-legati l-isqof halla f’idejn il-promotur fiskali tal-Kurja biex iwiegeb hu. Filwaqt li l-Kurja kienet ghadha qed tlesti r-rapport taghha, il-qassisin tal-Mosta ngabru Ikoll u qalu li billi kienu jafu li hemm bzonn hafna flus biex titkompla l-knisja l-gdida xtaqu jghinu huma wkoll, u b’hekk aktar ikomplu jhajru lin-nies tar-rahal biex jibqghu jaghtu mill-ahjar li setghu. Ghalhekk ftehmu u hadu ghadd ta’ decizjonijiet.


Il-kappillan wieghed liema priedki ghandu jaghmel b’xejn u li s-soltu jithallas taghhom. Naqqas ukoll minn 30 irbghajja ghal 13 irbghajja hafna ohra li kienu jithallsu b’din ir-rata. Il-flus li naqqas hallihom kollha ghall-bini tal-knisja.


Mill-banda l-ohra l-qassisin weghdu li jaghmlu b’xejn il-funzjonijiet tal-festi kollha ta’ kull klassi li jsiru matul is-sena, u mill-anniversarji tal-quddies kantat hallew biss ghalihom sitta fix-xahar. Id-dhul li kien jidhol minn dawn il-funzjonijiet u anniversarji hallewh kollu ghall-bini.


Zammew il-jedd li jekk jaqghu fil-bzonn, ikunu jistghu jiehdu l-quddiesa ta’ kuljum, kif kienet tinghata dak iz-zmien; u zammew ukoll il-jedd fuq il-quddies kantat jew anniversarji li ma kinux taht ir-responsabilta tal-kaxxa tal-knisja.


Din id-dikjarazzjoni, li baghtuha lill-isqof u lis-Santa Sede, giet maghmula fit-13 ta’ Novembru 1834 u ffirmata mill-Kappillan Dun Gamm Schembri, u mill-qassisin Dun Marin Galea, Dun Gwann Sammut, Dun Guzepp Tonna, Dun Gwann Azzopardi, Dun Mikiel Balzan, Dun Mikiel Deguara, Dun Gamm Tonna, Dun Mattew Chetcuti, Dun Indri Gauci, Dun Gwann Sammut, Dun Guzepp Mamo u Dun Glormu Chetcuti.


Il-promotur fiskali lesta wkoll ix-xoghol tieghu u wara li wera lill-isqof kif inhuma u x’inhuma l-
legati, patrimonji, u fondazzjonijiet ohra tal-parrocca, kompla jghidlu:


Meta jiena rajt il-herqa kbira li ghandhom in-nies kollha ta’ dak ir-rahal biex issir bicca xoghol hekk kbira, u wara li saqsejt sewwa u sirt naf bit-tbatijiet li ghal din il-haga qeghdin isiru, xtaqt ukoll li tigi mismugha t-talba taghhom.


Qal ukoll li l-legati kienu mwaqqfa min-nies ta’ dan ir-rahal, ghalhekk haseb li kulhadd, jigifieri sewwa min waqqaf il-legat kif ukoll min ikun sejjer jiehdu, ghandu jbaxxi rasu biex jieqfu ghal zmien dawn il-legati sabiex imorru ghall-bini tal-knisja tant mehtiega.


Issa li l-karti kienu lesti, fil-25 ta’ Novembru 1834, l-isqof kiteb lis-Sagra Kongregazzjoni fejn wara li ta l-istorja tal-bidu tal-knisja, bil-gid li halla l-mejjet Calleja, qal li l-periti li ghazel hu (jigifieri Grognet u Mangion) qalu li l-flus li ntefqu kienu madwar 22,000 skud, u li biex titkompla l-kostruzzjoni, li haseb li ma kelliex tiehu aktar minn tmien snin ohra, kienu jinhtiegu madwar 60,000 skud ohra.61


L-isqof gharraf ukoll li l-gbir minn qalb in-nies tar-rahal u nies tajba ohra ma kienx qieghed jizdied aktar minn qabel, u li l-knisja ftit iddahhal flus. Ghalhekk jekk ma jarawx kif kienu sejrin jaghmlu biex idahhlu flus izjed, ix-xoghol kien sejjer jieqaf, b’dannu kbir ghan-nies tar-rahal.


Il-frott tal-legati li d-deputati talbu li jiehdu ghall-bini kienu ta’ tliet tipi:

  1. dawk il-patrimonji mhollijin ghal dawk li jridu jsiru qassisin,
  2. legati taz-zwieg, u
  3. legati ta’ quddies, festi u funzjonijiet ohra sagri, u li fuqhom, kif diga nghad, il-qassisin kienu ngabru u flimkien mad-deputati ftehmu li huma lesti li jhallu l-frott taghhom ghall-knisja li kienet qed tinbena. Issa, wara li taqta’ dak li jinhtieg ghal ghajxien tal-kleru, dawn il-legati kienu jhallu madwar 3,000 skud fis-sena ghall-bini tal-knisja. L-isqof kompla jghid li b’daqshekk il-legati ma jispiccawx imma biss il-frott taghhom, ghal ftit snin, imur ghal haga hekk mehtiega. Ghalhekk, huwa xtaq li tkun mismugha t-talba li ghamlu. Kundizzjoni wahda kienet li fil-legati taz-zwieg ma jintmessux dawk li kienu diga nfethu biex jittiehdu u dawk li x-xbejbiet maghzula kellhom diga d-dritt ghalihom.62

(p.163) Fid-9 ta’ Marzu 1835 is-Sagra Kongregazzjoni tal-Koncilju wiegbet u tathom permess biex, ghal hmistax-il sena, ikunu jistghu jwaqqfu dawn il-legati biex jiehdu l-frott taghhom ghall-bini tal-knisja. Ma setghux madankollu jmissu dawk il-legati taz-zwieg u l-patrimonji li min kien se johodhom kien diga msejjah ghalihom; u lanqas ma setghu jintmessu sitt quddisiet kantati fix-xahar jew l-elemozina ta’ quddiesa kuljum ghal kull qassis tal-parrocca u lanqas dak id-dhul l-iehor tal-kappillan; u rabtet lid-deputati biex kull sena jaghtu rendikont ta’ kollox.


L-Isqof F.S. Caruana bid-degriet tat-13 ta’ Ottubru 1836 tahom is-setgha li jaghmlu dak li qalet is-Sagra Kongregazzjoni.


Id-deputati baqghu jahdmu minghajr waqfien biex jaraw kif sejrin igibu l-flus, ghax sabu li l-flus tal-legati u fondazzjonijiet li talbu, ghad li lahhqu xi ftit eluf ta’ skudi, xorta ma kinux igibu dik is-somma li haseb l-isqof, ghax il-kalkoli li saru kienu zbaljati u ma kienu tnaqqsu xejn mill-ispejjez li kienet tinvolvi l-amministrazzjoni ta’ dawk il-legati.


L-istruttura fl-ewwel snin u aktar sforzi biex jingabru l-flus


Bniedem li ra x-xoghol tal-knisja fis-snin tletin tas-seklu dsatax ta deskrizzjoni ta’ l-istat tal-binja f’dak il-punt. Hu qal:


Iz-zewg sagristijiet ... huma lesti u msaqqfin ... Mat-tempju kollu kemm hu telghu ghadd ta’ filati ‘l fuq mit-tondjatura tal-gwarnica; u l-portiku, jew faccata, tela’ bicca sewwa. Milli nistghu nahsbu huma batuti mill-flus biex ikomplu dan it-tempju ta’ l-ghageb; imma bil-ftit il-ftit jibqa’ sejjer sa ma jitlesta, mill-ftit tal-flus li hemm u mill-herqa tan-nies il-baxxi, li jahdmu b’xejn fil-Hdud u l-btajjel l-ohra ghall-knisja. Hija haga kurjuza li f’nofs il-knisja l-gdida li qieghda tinbena tara wieqfa l-knisja l-qadima fejn ghadhom isiru l-funzjonijiet kollha religjuzi.63


Kienu ghaddew tmien snin mill-bidu tax-xoghol u kienu tellghu l-faccata, il-kampnari, u s-sagristiji; u ma kienx fadlilhom wisq biex jaqbdu t-tanbur (fejn hemm it-twieqi). Dan kien madwar it-terz ta’ l-istruttura kollha. Ghal nofs is-sena 1841 kienu ntefqu b’kollox madwar 50,000 skud jew, kif ikkalkulaw il-periti Giorgio Grognet u Vincenzo Sammut, ftit ‘l fuq minn 60,000 skud u hasbu li jehtiegu 50,000 skud ohra biex titkompla l-knisja barra mix-xoghol b’xejn li kien isir. Imma mhux biss ma kellhomx dawk l-eluf ta’ skudi f’idejhom, izda l-kaxxa kienet zvojtat sew. Tant kien hekk li matul parti mis-sena 1841 kellhom jibaghtu l-haddiema u jzommu biss il-bennejja u erba’ lavranti. In-nies ma kinux jifilhu jaghtu bhal qabel ghax f’dawn l-ahhar snin xita kienet ghamlet ftit ferm, u l-ucuh tar-raba’ kienu kollha mitlufin. Ma nafux min, wara dan kollu, ma kienx jaqta’ qalbu meta minn banda jara kemm ix-xoghol kien ghadu lura u mill-banda l-ohra ma kien hemm l-ebda hjiel ta’ tama minn fejn kienu ser jigu l-flus.


Madankollu l-providenza ma kinitx spiccat. F’dak iz-zmien li kienu tant xotti mill-flus, inqala’ qassis minn Haz-Zebbug, Dun Manwel Barbara64 li kien ta’ kull xahar jigi minn Haz-Zebbug ghall-Mosta, johrog borza flus u jaghtiha lill-kappillan ghall-bini tal-knisja. Dan il-qassis li qatt ma ried la hajr u lanqas xejn izjed, ta b’kollox 1,640 skud ghall-bini tal-knisja.65 Sar xi gbir minn sinjuri Maltin; u xi ufficjali Inglizi ta’ l-Armata ghamlu wkoll xi recti ghall-pubbliku u minn dak li dahhlu taw flus ghall-bini ta’ din l-istruttura li kienet meqjusa li ser taghmel unur lil Malta kollha.66 Tassew li kull naqra tghin, imma bini ta’ kobor bhal dak kien jitlob gelgul ta’ flus!


Ghad li l-ghajnuna kienet ighira hafna, it-tama u l-qawwa ta’ qalb tad-deputati kienu tassew kbar u ta’ l-ghageb. Minghajr ma qatghu qalbhom, fl-1 ta’ Awissu 1841, dawn regghu kitbu Ruma, fejn talbu li:

  1. ma jkunux imgeghlin (kif kien talab l-isqof) li jergghu jqeghdu fil-kaxxa dik is-somma mehudha mill-legati taz-zwieg u patrimonji li diga kienet intefqet fil-bini;
  2. minn dakinhar ‘il quddiem tigi mizmuma l-ghazIa ta’ nies ghall-imsemmija patrimonji u doti biex dak il-frott imur ghall-bini tal-knisja sa ma titlesta;
  3. tigi moghtija s-setgha lill-amministratur tal-kaxxa tal-progett li jipoteka xi bini u raba liberi tal-knisja, biex fuqhom igib flus li hemm bzonn biex jitkompla x-xoghol;
  4. renti tal-benefizzji vojta, bhal dak imholli wara l-mewt ta’ Fra Gwann Saliba fl-1840, dak tal-kanonikat ta’ Santa Venera li kien ilu vojt mis-sena 1837, u ohrajn fid-djocesi kollha, minn dakinhar ‘il quddiem, sakemm ma jkunux ttiehdu, imorru ghall-istess (p.164) bini. “Ghallex,” komplew ighidu, “kulhadd ghandu jifimha li billi opra bhal din iggib il-gid tar-ruh lill-hajjin u lill-mejtin, hekk il-hajjin u l-mejtin ghandhom jghinu fit-twaqqif taghha.” Sahhew l-argument billi fakkru li l-qanpiena ‘is-sekonda’ u it-terza’ li saru, wahda fl-1784 u l-ohra fl-1670, kienu minn legat taz-zwieg imwaqqaf minn Kostanz Fenech, kif jidher mill-kitba ta’ fuqhom.

Wara li ghamlet is-soltu mistoqsijiet lill-isqof ta’ Malta, Ruma, fid-9 ta’ Lulju 1842, tat is-sentenza taghha. Ghal:

  1. iva, imma ma jitilfux dawk ix-xebbiet li kienu diga maghzula;
  2. iva, basta li ghal dawk li huwa patrimonji ma jintmessux dawk li diga huma maghzulin minn certi familji, jekk dawn jinstabu, skond ir-reskritt tad-9 ta’ Marzu 1835, u fuq dawk li huma doti, ma jintmessux dawk li diga talbu ghalihom, u sakemm jaghlaq il-permess ta’ qabel;
  3. imbasta r-renta tal-kappillan ma tkunx minsusa, u bil-kondizzjonijiet tas-soltu, jigifieri li jsir kollox bl-anqas interess, u wara jigu mqeghdin 100 skud, u jinbeda wara li jispicca l-permess ta’ 15-il sena moghti fl-1835, u sadattant jinghataw l-interessi;
  4. iva, izda dawk il-benefizzji biss li huma mwaqqfin fil-parrocca.

Ruma tathom ukoll ir-renti tal-kanonikat ta’ Santa Venera fuq xi ftehim li sar. L-isqof wettaq dan id-digriet fit-12 ta’ Ottubru 1842.


Sa ma ntbaghat dan ir-rikors li semmejna u giet it-twegiba, il-Kappillan Schembri ma qaghadx b’idejh fil-but. Fit-28 ta’ Ottubru 1841 telaq ghal Ruma biex jithabat hu stess u jara kif jista’ jgib il-flus biex jibqa’ sejjer ix-xoghol. It-tahbit tal-kappillan gewwa Ruma ma kienx zghir u jinghad li billi fl-ltalja nzerta kien hemm xi glied qabduh u zammewh tliet xhur prigunier.


Wara li ghaddew disa’ xhur ta’ hsibijiet u taqtigh il-qalb, il-Mostin, fil-bidu ta’ Awissu 1842, regghu laqghu bil-ferha lill-kappillan taghhom. Dan kien farraghom mhux ftit meta informahom bil-bolla li gab minghand il-Papa Girgor XVI. Din l-lttra Appostolika tal-25 ta’ Gunju 1842 kienet iggieghel lil Publiju Marija dei Konti Sant (li dak iz-zmien kien isqof koadjutur ta’ Monsinjur F.S. Caruana) li kif imut l-isqof Caruana kellu jaghti lill-progett tal-knisja tal-Mosta s-somma ta’ 3,000 skud (£250) fis-sena ghal ghaxar snin, minn dak li ddahhal il-mensa ta’ l-isqof.


F’dan l-istess zmien certu kaptan Ingliz wara li ta daqqa t’ghajn lir-rahal tal-Mosta lissen li: “M’ghandu xejn li jigbdek hlief il-knisja kolossali (li qiegbda madwar il-qadima) u li ilha tinbena ghal xi ftit snin, u li jekk wiehed jiehu l-progress tax-xoghol li bih tiela,’ jista’ jahseb li qatt ma titkompla”.67 Imma ftit kien jaf dan il-kaptan li, bhalma kien qal Sir William Butler (li niltaqghu mieghu aktar ‘il quddiem) “Opra, ghalkemm tidher li ma tistax issir, meta titwaqqaf ghall-imhabba t’ Alla, issir hafifa biex taghmilha.”


Il-kappillan u d-deputati raw kemm ghad iridu ghajnuna biex ikomplu l-fabbrika u fis-sena 1844 talbu li jkollhom is-setgha li jircievu f’daqqa u darba l-flus imhollija ghal biex isir il-quddies u jitnehha l-piz ghal dejjem u favur ta’ dawk li fuqhom jaqa’ dan il-piz. Dawk il-flejjes li jdahhlu jigu mehuda ghall-bini. Fis-7 ta’ Dicembru 1847 il-kappillan rega’ kiteb Ruma, fejn qal li ma tantx setghu jissellfu flus minhabba l-ipoteka li diga kien hemm fuq il-gid l-iehor liberu tal-parrocca, ghalhekk talab is-setgha li jkun jista’ jipoteka l-gid l-iehor liberu tal-knisja bhalma hu dak tal-kaxxa ta’ l-Erwieh, tar-Ruzarju, u kaxxi ohra li hemm imwaqqfin fl-istess knisja. Fl-ahhar, fit-8 ta’ Marzu 1850, il-kappillan u d-deputati regghu talbu biex jinghata permess ghal 15-il sena ohra fuq il-frott tal-legati tal-quddies mis-sena 1835; u fuq il-legati taz-zwieg, patrimonji u benefizzji vojti u legati kollha li hemm fil-parrocca mis-sena 1842, sabiex ir-renti taghhom imorru ghall-bini tal-knisja. Talbu wkoll li jkunu mehlusa mill-piz li jergghu jwaqqfu dawk il-kapitali tal-knisja, li bla permess kienu hadu ghall-bini tal-knisja. Dawn il-kapitali lahhqu s-somma ta’ 3,905 skud.


L-isqof kiteb Ruma, fejn qal li sa dakinhar intefqu fil-knisja mal-112,075 skud, u li skond il-fehma tal-perit qal li jilhqu jghaddu tnax-il sena biex jitlesta l-bini u li jkunu mehtiega 70,000 skud ohra; anzi perit iehor kien jahseb li l-bini ma jistax jitlesta minghajr nefqa ta’ 90,000 skud ohra. Qal ukoll li l-frott ta’ dawk il-legati, patrimonji u benefizzji kien ilahhaq mas-6,000 skud fis-sena.


Saret il-kawza f’Ruma u fil-31 ta’ Lulju 1852 is-Sagra Kongregazzjoni tal-Kardinali Interpret tal-Koncilju ta’ Trentu wiegbet li t-talba ta’ l-1844 u dik li saret fl-1847 ma setghux ikunu mhollija. Fuq l-ahhar talba li ghamlu fl-1850, (p.165) il-Kongregazzjoni halliethom jiehdu l-frott tal-legati, patrimonji u fondazzjonijiet ohra ghal hames snin biss u b’dawk il-kondizzjonijiet ta’ qabel, imma ma hafritilhomx il-kapitali tal-knisja li minn rajhom hadu ghall-bini, u ghalhekk obbligathom li wara li jghaddu hames snin, jaghmlu depozitu ta’ 100 skud kull sena.


Il-Kongregazzjoni baghtet kollox lill-isqof u dan ta s-setgha tieghu b’reskritt tas-6 ta’ Dicembru 1852.68


Madankollu, il-Mostin kienu qed jaghmlu l-parti taghhom ukoll mill-ahjar li setghu. Il-gbir ma qata’ qatt, u li kieku ma kinitx l-ghajnuna tan-nies tar-rahal l-aktar tax-xoghol b’xejn, kieku l-binja ma kienx ikun possibbli li tibqa’ miexja ‘l quddiem.


Il-bini tal-koppla


ls-snin kienu qeghdin igerbu gmielhom imma x-xoghol ma waqafx anzi fl-ahhar waslu biex jaghlqu l-koppla. Din il-koppla fiha bicca xoghol kbira ta’ inginerija imma dak li jghaggeb lil kulhadd huwa kif kellhom il-hila jtellghu saqaf bhal dak minghajr armar tahtu, kif soltu jsir f’gheluq ta’ dik ix-xorta! Il-bini taghha sar billi kienu jqeghdu filata dawra mejt, u minflok il-mollijiet li kienu juzaw fil-bicca t’isfel tal-knisja, hawn uzaw iz-zintlu.69 Imbaghad wara li tkun lesta dik il-filata jibdew l-ohra ta’ fuqha. Il-gebla zzomm u ma taqax ghal isfel minhabba li kellha l-gorgnu mill-maqghad, mill-irjus u mill-faqqani; u ghalhekk wahda tigi ngastata ma’ l-ohra, u s-sodda ta’ taht dejjem izzomm l-ohra ta’ fuqha. It-tajn kienu jaghmluh minn trab griz li kienu jgibu minn Buqana (fit-triq tar-Rabat). Dan sabu li kien jaqbad daqs il-porcellana u wisq ahjar mill-gir.


Il-gebel kien jitla’ kif kienu jtellghuh meta kien fit-tanbur, jigifieri kellhom il-parank u l-pastiega. Il-ktajjen tal-pastiega kienu jigbduhom erba’ bghula li kienu jimxu ‘l isfel wara l-knisja (matul Strada Parrochiale). Fuq, imbaghad, kellhom zewg karrijiet biex igorru fuqhom il-gebel mill-parank ghal fejn ikunu jridu jqeghduhom. Mhux ghal xejn mela li kull kittieb fuq ir-Rotunda, tarah isemmilek il-koppla u jistaghgeb huwa u jikteb li saret kollha minghajr armar.


Il-mewt tal-Kappillan Schembri


ln-nies li ghexu fi zmien il-bini tar-Rotunda kienu jghidu kif il-Kappillan Schembri kien jigri minn post ghall-iehor, kemm kien idur bin-nies nhar ta’ Hadd, kif kien jitlob il-flus u johrog ukoll minn tieghu, u kemm kien thabat f’Ruma. Din il-hidma kollha u maghha x-xoghol ta’ kappillan, kienu jghejju anki lill-bniedem ta’ l-azzar, u ghalhekk hija u tiela’ l-koppla il-mahbub raghaj spiritwali tal-Mosta beda jhossu jghejja sew.


Fit-12 ta’ Dicembru 1858 ghamel testment privat li mbaghad gie miftuh wara mewtu.70 F’dan it-testment, wara li bhas-soltu kiteb ruhu lil Alla, lill-Vergni Imqaddsa, u lill-qaddisin u angli tas-sema, kompla, “Irrid li gismi mejjet ikun mehud u midfun fl-imsemmija Knisja Parrokkjali, li b’imhabba liema bhala waqqaft u mexxejt ghal hamsa u ghoxrin sena u izjed.” Imbaghad wara li tkellem fuq xi hwejjeg tal-familja, gie biex jahseb ghall-knisja l-gdida. Bhall-kappillan ta’ qablu, Schembri wera kemm tassew kien ihobb lil dan it-tempju, ghax huwa wkoll hallieha werrieta universali fuq gidu l-iehor kollu, raba,’ bini, kapital, u kreditu. Ir-raba’ u l-bini li halla lill-knisja gew imnizzlin ghalihom ma’ l-istess testment u juri li kien hemm erbatax-il bicca proprjeta bejn djar u artijiet imxerrdin ‘l hawn u ‘l hemm.


Dawk li kienu nkarigati biex jiehdu hsieb ta’ dak li halla lill-knisja kellhom ibighu r-raba’ u l-bini bl-ahjar prezzijiet u bil-flus li jgibu minnhom ikomplu x-xoghol tal-bini u mbaghad jaghmlu l-injam, hadid, hgieg u hwejjeg ohra li jinhtieg biex jistghu jsiru s-servizzi fiha, u jtejnuha skond kif jitlob id-disinn nobbli taghha. Ta s-setgha li jitnehha l-hajt ta’ l-ghalqa li kellu wara l-knisja, u hekk titwessa’ t-triq, u l-ghalqa ssir pjazza zghira.


Disa’ xhur u nofs wara li ghamel dan it-testment, fit-28 ta’ Settembru 1859, il-mahbub kappillan Mosti miet. Dan ir-raghaj habrieki ma kienx xih, ghax kellu biss 60 sena. Imma ghex hajja twila hafna, ghax il-bniedem jghix b’dak li jaghmel u mhux bl-ghadd ta’ snin li jkollu.


Mid-dar ghall-knisja l-qadima (li sadattant kienet ghadha wieqfa fil-gdida) haduh bl-isbah u l-aqwa akkompanjament u ghadda mit-triq mimlija (p.166) b’folla ta’ nies vistuzi. Wara li spiccat il-quddiesa ghal ruhu u qabel il-Libera, kif kien poggut f’nofs il-knisja, il-Vigarju Kurat Dun Anton Mallia tela’ fuq il-pulptu, u wara li minn hemm baqa’ ccassat ghal ftit minuti fuq il-katavru tal-kappillan, fetah fommu ta’ missjunarju li kien u ghamel erba’ kelmiet fuqu li bekka lil kull wiehed u wahda li kien hemm fil-knisja.71


L-ghazla ta’ Dun Anton Mallia


ll-koppla tal-knisja kienet telghet gmielha, imma lanqas li kieku din kienet lesta, il-progett ried mexxej qawwi biex jibqa’ sejjer bix-xoghlijiet li bicca bini bhal dik thalli warajha. Ghalhekk l-isqof ghazel biex isir kappillan gdid tar-rahal lill-missjunarju Dun Anton Mallia li kien bniedem ta’ hila kbira. Dan il-qassis Karkariz kien jaf il-Mosta tajjeb billi kien vigarju kurat tar-rahal. Ghalhekk l-ghazla tieghu kienet flokha hafna. Ha l-pussess fl-24 ta’ Ottubru 1859 u bhal ta’ qablu ta ruhu u gismu ghax-xoghol kbir u twil li Calleja qanqal u ma kellux ix-xorti li jara mitmum.


Tarma knisja u zzarma ohra


Mons. Mikelang Mifsud.(p.166) Il-monument fir-Rotunda li jfakkar lill-Mons. Mikelang Mifsud – l-ewwel sacerdot li qaddes fir-Rotunda.

Ghall-bidu ta’ l-1860 il-koppla kienet waslet biex tinghalaq u la x-xemx u lanqas ix-xita ma kienu jidhlu mill-fetha tat-tanbur. Ghalhekk id-deputati u l-imghallmin ddecidew li jhottu l-knisja l-qadima minn gewwa l-gdida. Billi meta jnehhu l-qadima kellhom jibdew juzaw mill-ewwel il-knisja l-gdida, hasbu li qabel ma jibdew ihottu, ibierku r-Rotunda.


It-tberik sar mill-Kappillan Mallia nhar il-Hamis, 16 ta’ Frar 1860. Jumejn wara habat Sibt il-Karnival u l-Mostin bdew ihottu l-knisja l-qadima. Kienu tant herqana biex jaraw sewwa l-knisja l-gdida, li b’ghageb kbir ta’ kulhadd, kellhom il-hila jhottu l-knisja l-qadima kollha u johorgu sa lanqas laqxa mill-bibien tal-knisja l-gdida fi zmien tmint ijiem! L-ewwel Hadd tar-Randan, is-26 ta’ Frar, kont tista’ titfa’ riglejk mill-bieb il-kbir u tistaghgeb b’dak il-gmiel ta’ tempju kif jidher dawra mejt. L-ewwel quddiesa fl-artal tal-kor qaddisha Dr Dun Mikelang Mifsud, dak il-monsinjur Mosti li kien tant maghruf ghall-gherf tieghu.


Te Deum


Hmistax wara, it-Tielet Hadd tar-Randan, fil-11 ta’ Marzu 1860, fit-tlieta u nofs ta’ wara nofsinhar, l-lsqof Fra Gaetano Pace Forno wasal fil-Mosta, u wara li gie milqugh mill-kappillan u l-kleru, baqa’ diehel il-knisja fejn fost il-biki ta’ ferh tal-Mostin kollha beda t-Te Deum, bhala hajr ‘l Alla talli, wara hidma ta’ 27 sena, tlesta dak it-tempju hekk nobbli li l-Mostin waqqfu ghal qima Tieghu u ghall-imhabba tal-Vergni Marija.


Nistghu nahsbu x’hassew il-Mostin kollha meta b’lehen wiehed gholi fahhru u taw hajr ‘l Alla talli kien tahom il-grazzja li jwasslu sat-tmiem tempju bhal dak. Kien monument kbir li mhux facli tidhol ghalih. Kienet difficli ghal belt kbira ahseb u ara ghal daqsxejn ta’ rahal zghir u fqir. Inbeda, tela’ bit-tbatija u fl-ahhar, tlesta.


Bhala tifkira ta’ dan il-jum ta’ ferh saret skrizzjoni li tinsab fuq irhama taht it-tieqa bejn il-pilastri ta’ taht il-kampnar tal-punent li tghid:


(p.167) LIL ALLA WISQ TAJJEB U WISQ KBIR. IL-KAPPILLAN GAMMARI SCHEMBRI MOSTI FITTEX LI JINBENA DAN IT-TEMPJU L-IZJED NOBBLI LI GHALL-GHAMLA U GHALL-WISA’ IHABBATHA MAL-PANTHEON TA’ RUMA, BICCA BIL-GID KBIR IMHOLLI B’ TESTMENT MILL-KAPPILLAN F. CALLEJA, BICCA BIL-FLUS TIEGHU U BIL-FLUS MIGBURA, TAHT IL-PERIT GORG GROGNET DE VASSE L-EWWEL GEBLA MQIEGHDA FIT-30 TA’ MEJJU TAS-SENA 1833, IS-SAQAF TLESTA BLA MA HADD KIEN JISTENNA FIS-SENA 1860.


Il-konsagrazzjoni tar-Rotunda


Fis-16 ta’ Frar 1860 il-Kappillan Mallia kien bierek it-tempju l-gdid qabel ma bdew juzawh bhala knisja. Ghalhekk sa dak iz-zmien il-knisja kienet ghadha mhix ikkonsagrata, ghaliex din il-festa kbira hallewha ghal meta t-tempju jkun lest minn hafna hwejjeg li kien ghad jonqsu wara x-xoghol tal-bini tieghu.


Bil-hidma tal-Kappillan Mallia fl-1861 ingabar l-ghadam tal-mejtin li kien hemm midfunin fil-qiegha tal-knisja l-qadima, u tqieghed gewwa hofra mhaffra apposta. Irrangaw l-art li kienet fil-fond, u ccangawha bil-franka. L-Isqof Pace Forno kien ukoll gie fit-18 ta’ Ottubru 1863 biex bierek il-qanpiena l-fostanija, u fid-29 ta’ Dicembru 1864 bierek il-qanpiena l-kbira. Kienu wkoll saru hafna kwadri godda u tqeghdu xi qodma fil-knisja l-gdida u ghalhekk wara li ghaddew hdax-il sena mit-tberik taghha, hasbu biex jikkonsagrawha.


Il-Kancillier tal-Kurja Dun Manwel Corsini halla bil-miktub din it-tifkira, li bil-Malti tghid:


Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali tal-Mosta taht l-isem ta’ Tlugh is-Sema ta’ I mqaddsa bla Tebgha Marija.


L-Eccell. Mu u Rev. mu Mons. Fr. Gejtanu Pace Forno, Arcisqof ta’ Rodi u Isqof ta’ Malta, laqa’ bil-ferh kollu t-talb umli u mill-qalb tal-Kappillan, tal-Kleru u tan-nies tal-Mosta sabiex joghgbu jikkonsagra b’riti solenni l-knisja l-gdida mibnija fil-Mosta lit-TIugh fis-Sema ta’ l-lmqaddsa bla Tebgha Marija u ghalhekk ghamel digriet biex tigi kkonsagrata fil-15 ta’ Ottubru 1871, u gieghel li lejliet il-konsagrazzjoni, l-14 ta’ l-istess xahar ta’ Ottubru, ikun jum tas-sawm ghan-nies kollha ta’ l-imsemmi rahal. Fl-istess jum il-Wisq Rev.du Kappillan Dun Anton Mallia jqieghed fuq l-artal li hemm fis-sagristija tal-knisja, quddiem ix-xema’ jixghel, ir-relikwi mqaddsa tal-martri Fabrijanu u Sebastjan u ta’ Kosma u Damjan. Wara dan kollu l-Kappillan u l-Kleru bdew il-Vigilja bil-Kant solenni tal-Matutin u bil-Lawdi tal-Komun Martri, imbaghad il-Kleru, qassis wara l-iehor, kompla l-funzjonijiet tar-riti mqaddsa mal-lejl kollu quddiem l-imsemmija relikwi tal-martri.


L-ghoxrin Hadd fuq Ghid il-Hamsin, fil-15 ta’ Ottubru 1871, fis-sebgha ta’ filghodu.


L-imsemmi Eccell.mu u Rev. mu Mons. Arcisqof, Isqof Fr. Gejtanu Pace Forno filghodu telaq fil-karrozza ta’ erba’ zwiemel mill-Palazz tal-Belt ghal din il-Parrocca; u mieghu kellu l-Kanonci tal-Katidral, Dun Kalcidon Falzon S. Th. D., J. U. D., u Dun Felic Cutajar S. Th. D. u c-Cerimonjier il-Wisq Rev.du Dun Gwann Muscat. Imwassal f’din il-knisja taht l-isem tat-TIugh fis-Sema ta’ l-Imqaddsa bla Tebgha Marija, gie mlibbes fis-sagristija, fejn kien hemm ir-Relikwi tal-imsemmija Martri mqaddsa li kienu maghluqin f’kaxxa zghira ta’ l-istann u ssigillata. Il-Kleru qal is-Salmi Penitenzjali u sar dak kollu li jghid il-Pontifikal Ruman. Sar it-tberik, it-talb u processjoni mal-Knisja bir-Relikwi mqaddsa tal-martri fuq l-idejn tal-Kleru ta’ l-istess Knisja. Imbaghad wara li l-Arcisqof ghamel diskors barra mill-bieb, ikkonsagra l-knisja u l-artal il-kbir taghha fejn qieghed il-Relikwi u ddedikaha ‘l Alla u ghal qima ta’ l-lmqaddsa bla Tebgha Marija. L-anniversarju ta’ din il-Konsagrazzjoni gieghel li jsir fit-tielet Hadd ta’ Ottubru.


Hekk kif tlestiet din ic-cerimonja l-arcisqof iccelebra fil-knisja kkonsagrata s-Sagrificcju tal-Quddiesa, fejn kien hemm ir-Rev.mu Kanonku tal-Katidral Dun Glormu Checuti, ic-Ceremonjier tal-Katidral il-Wisq Rev. Dun Gwann Sammut u gemgha kbira ta’ nies mhux biss mill-Mosta imma wkoll mill-ibliet u minn bosta rhula ohra.72


(p.168) Biex dak il-jum u dik il-festa mqaddsa ma tintesa qatt, saret kitba fuq lapida li giet imqieghda taht l-orgni, fil-lemin inti u diehel mill-bieb il-kbir, u li mill-Latin ghall-Malti tghid:


GEJTANU PACE FORNO ARCISQOF TA’ RODI ISQOF TAGHNA BIT-THABBRIK TAL-KAPPILLAN ANTONJU MALLIA FIL-15 TA’ OTTUBRU TAS-SENA 1871 BIEREK U KKONSAGRA B’ CERIMONJA SOLENNI DAN IT-TEMPJU PARROKKJALI MIBNI MILL-GDID B’QIMA TA’ MARIJA BLA TEBGMA MEHUDA FIS-SEMA U QIEGHED IL-FESTA B’ TIFKIRA TA’ KULL SENA FIT-TIELET HADD TA’ OTTUBRU.


L-anterna


Jiddiskutu l-pjanta ghall-anterna fuq il-koppla.(p.168) Ritratt li jgbor fih (mix-xellug) lill-bennej Mastru Ang Gatt, l-Arcipriet tal-Mosta Dun Pawl Xuereb u z-zewg sacerdoti Dun Pietru Magri u Dun Pawl Chetcuti waqt diskussjoni dwar il-progett ta’ l-anterna.

Il-kappillan Mallia u l-Kappillan Camilleri hasbu biex ikomplu r-Rotunda bili jiehdu hsieb il-qiegha, iz-zuntier, l-iskultura, iz-zebgha, il-qniepen, l-artali, il-kwadri, u hwejjeg ohra mehtiega. Kien imbaghad fi zmien l-Arcipriet Dr Dun Pawl Xuereb, raghaj habrieki li ma kienx ilu li ha l-pussess tal-knisja meta beda jahseb jekk ikunx ahjar li minflok ma jhalli l-koppla tispicca bil-quccata bhal dik tal-Pantheon ta’ Ruma, jigifieri minghajr anterna, inehhi l-bejt li kien jaghlaq il-quccata tal-koppla u minfloku jtella’ anterna sabiha li kienet tinhass nieqsa fl-arkitettura tar-Rotunda. Grognet kien halla tliet pjanti ta’ anterni. Hemm dik li tidher fil-pjanta tieghu tal-knisja kollha li qieghda mdendla fis-sagristija, hemm ohra li kienet tinsab fil-Muzew tal-Belt, u hemm ukoll dik li fuqha giet mibnija l-anterna li hemm illum.73


L-anterna li hemm fil-pjanta tal-knisja kellha ssir ta’ l-injam, imma t-tnejn l-ohra kienu mahsubin biex jinbnew tal-gebel.


Grognet fit-testment li ghamel qabel miet, kiteb li “ghall-gid ta’ l-imsemmi tempju (tal-Mosta) irrid naghti parir tajjeb, li l-anterna l-kbira tat-tempju ghandha tkun maghmula mill-hadid u kristalli hoxnin imdahhlin gewwa fih, li jekk jibqaghli xi ftit hajja, nittama li nkun nista’ nhozz kif ghandha l-ahjar issir.” Imma l-mewt ma kinitx fil-boghod, u din l-ghazla kellha ssir hafna wara.


(p.169) Imma issa ma qaghdux fuq il-materjali li kellha issir bihom, u l-aktar wahda li ntghogbot kienet dik tal-gebel li kien hazz Grognet stess, u li kellha l-ghamla ta’ kuruna mqieghda fuq it-tempju, li jinkuruna lill-Madonna. Ghalhekk, barra mill-gmiel taghha arkitettoniku, din l-anterna kellha tifsira sabiha u flokha.


Disinn tal-anterna.(p.169) Disinn ta’ l-anterna li kienet qed tigi pprogettata ghal fuq il-koppla tar-Rotunda.

Hallew din il-pjanta tal-koppla f’idejn is-Supretendent tax-Xoghlijiet Pubblici, George Schinas, li ghamel disinn taghha aktar fil-kobor. F’rokna ta’ dan id-disinn, taht il-firma tieghu u bid-data tat-28 ta’ Marzu 1889, Schinas kiteb li dak kien id-disinn ta’ l-lnginier G. Grognet b’olterazzjoni zghira fl-gholi taghha. Kull ma ghamel Schinas kien li refa’ l-koppla 5 piedi u 8 pulzieri (1.73 metri) aktar fil-gholi, u naqqas l-gholi ta’ l-anglu li kellu jigi fuq il-balla. Dan il-ftit gholi izjed irnexxa tassew, ghax kif inhi tidher ahjar minn isfel.


Xi nies ma ridux li ssir l-anterna tal-gebel ghax bezghu li tista’ taghmel hsara lill-koppla. L-arcipriet zamm iebes u baghat ghall-periti biex jaghtu l-parir taghhom. Imma x’biza’ kien hemm meta wiehed jiftakar daqsxejn fil-hxuna tat-tanbur u tal-koppla? Il-periti qalu li ma kien hemm biza’ ta’ xejn, u ghalhekk l-arcipriet halla l-bini taghha f’idejn Mastr’ Ang Sammut, mghallem li kien hadem hafna fil-knisja u li kien ghalaq l-ahhar disa’ filati tal-koppla meta Mastr’ Ang Gatt kien marad.


Bdew jingabru l-flus, qalghu l-erba’ travi u x-xorok ta’ fuqhom li kienu jaghlqu l-wisa’ ta’ fuq u beda tiela’ l-bini ta’ l-anterna li baqa’ sejjer sa ma spicca, minghajr ebda sinjal li l-koppla hasset minn x’imkien. Fil-bini tal-knisja din kienet l-ahhar imma mhux lanqas, bicca xoghol, ghax it-twaqqif ta’ dawk il-mensuli maqluba ta’ bejn it-twieqi, kif jitilghu mitfughin il-gewwa u ma jmissux wahda ma’ l-ohra kienet bicca xoghol li ghamlet ukoll mill-anterna wahda li ma kienx hawn bhalha fil-gzejjer Maltin.


Bhala tifkira ta’ dan kollu tqieghdet lapida ta’ l-irham fuq il-bieb ta’ bejn il-pilastri tal-kampnar tal-lvant, u fuqha tnaqqxet kitba li bil-Malti tghid:


(p.170) LIL ALLA WISQ TAJJEB U WISQ KBIR. FIS-SENA TA’ KRISTU 1889 PAWLU XUEREB, MINN L-ISLA, DUTTUR FIT-TEOLOGIJA, L-EWWEL ARCIPRIET KAPPILLAN, WARA MADWAR 30 SENA MIT-TMIEM TAL-BINI TAL-KNISJA BIL-FLUS U X-XOGHOL TAL-MOSTIN, FITTEX LI JTELLA’ L-ANTERNA TA’ DIN IL-KNISJA LI MILL-BEJT TAGHNA TGHOLLI RASHA LEJN IS-SEMA U B’ HEKK MITMUMA X-XEWQA TA’ KULHADD GIE MGHOLLI SA L-OGHLA TARF, IX-XOGHOL TA’ L-GHAGEB, IL-PANTHEON TA’ MALTA.


Sforz kollettiv


Il-bustijiet ta' Grognet u Mastr'Ang fir-Rotunda. (p.171) Zewg protagonist fil-bini tar-Rotunda llum imfakkra b’monumenti fil-knisja li bnew – Giorgio Grognet (xellug) u Anglu Gatt (lemin).

Kien il-Kappillan Calleja li xehet l-ewwel hsleb ghal tempju bhal dak u li ghal bini tieghu halla gidu kollu. Kien imbaghad il-Kappillan Schembri li ghadda hajja ta’ hidma u determinazzjoni mit-tqeghid ta’ l-ewwel gebla sa sena qabel inghalqet il-koppla. Sforz diterminanti iehor sar mill-Arkitett Grognet li kien mixhut b’ruhu u gismu biex tigi mwettqa x-xewqa tieghu li titla’ dik ir-Rotunda li hazz u li huwa kien jaf li kellha tkun ghall-gieh tar-Religjon u mhux biex thaxxinlu butu.


Sforz kbir u sagrificcji kbar ghamlu l-abitanti tar-rahal tal-Mosta fi zmien meta ghal hafna l-faqar kont taqtghu b’sikkina. Min seta’ kien jaghti flus, ohrajn jaghtu xi bhejjem, tajr u hwejjeg tar-raba’ biex ibighuhom ghall-bini. Dak li kien fit-tarf tal-hajja kont tisma’ li sejjah lil nutar u ghamel testment fejn halla l-fabbrika werrieta ta’ bicca mill-gid tieghu. Dan jixhdu l-Arcidjaknu L. Lanzon li kien vigarju ta’ l-isqof, meta f’wahda mir-relazzjonijet tieghu qal li n-nies tal-Mosta ftaqru bil-flus kbar li taw ghall-knisja. Dawk li kienu mbaghad tassew foqra u bla sold kont issibhom ma’ l-ohrjan jahdmu fil-knisja, l-aktar nhar ta’ Hadd u fil-btajjel.


Ix-xoghol tal-Hdud u l-btajjel hu ta’ min isemmih fl-ewwel post fil-bini tal-knisja, ghaliex kien il-hidma mhux ta’ nofs tuzzana nies, imma ta’ kull Mosti li kien jista’ u jaf imidd idejh. James Richardson, li kiteb fuq dak li ra b’ghajnejh fl-1841 qal:


Wiehed jista‘ jara daqs mitejn jew tliet mitt ruh tajbin li jigu minn jeddhom jahdmu hemm fl-istess jum (ghal nhar ta’ Hadd); il-herqa u l-hidma taghhom hija mizmuma bit-tama zgura ta’ gid akbar li l-Madonna tixhet fuqhom u fuq il-familji taghhom; wiehed jista’ jghid li l-knisja waslet sa fejn tidher illum l-aktar minhabba dawn il-haddiema ta’ nhar ta’ Hadd.74


J. Quintana fil-ktieb li hareg fl-1843 tkellem ukoll fuq il-knisja. Hu qal, “Hija kbira l-herqa tan-nies tar-rahal biex ilestuh (it-tempju li qeghdin jibnu); huma f’jum il-festa jinghaqdu mal-haddiema ta’ kuljum u jahdmu iebes minghajr ma jithallsu’.75 Kien isir xoghol kbir, tant li kull meta niltaqghu ma’ xi rikors tad-deputati jew xi relazzjoni ta’ l-isqof lil Ruma fejn jissemma’ xi kemm kien ghad jinhtigilhom flus u zmien biex ilestu, kienu ta’ kull darba jsemmu dan ix-xoghol kbir li kien qieghed isir b’ xejn, ghax kienu jafu kemm jitbiddlu l-kalkoli sew tan-nefqa u sew taz-zmien kieku kellu jieqaf ix-xoghol ta’ b’ xejn.


Id-determinazzjoni tal-Mostin dehret aktar fis-snin l-aktar difficli. Ghamlu xi snin xotti bla xita, u l-ilma tal-bjar tar-rahal spicca ghal kollox. Ghalhekk kellhom bzonn l-ilma biex jaghmlu t-tajn imma ma kellhomx. Imma fejn hemm ir-rieda tinstab soluzzjoni, u hekk hu, ghax minghajr ma qatghu qalbhom kien hemm min kellu l-bhima u l-karrettun u wara li jispicca mill-jum tax-xoghol tieghu fir-raba,’ kien iqatta’ bicca kbira mil-lejl igorr l-ilma taht il-karrettun minn Ghajn Rihana u l-Ghajn ta’ Pieru ghall-misrah ta’ quddiem il-knisja.


U din id-determinazzjoni dehret mhux inqas fin-nisa u t-tfal li wrew li kienu jiswew daqs l-irgiel, l-aktar fil-Hdud u l-btajjel. Dawn kienu jbattlu l-karrettuni li jigu bil-hamrija u jgezzuh borg kbir. Kont tara nisa ohra bl-gheriebel kbar jgharblu l-hamrija u x-xahx, ohrajn igorru l-ilma u ohrajn jaghmlu t-tajn. Zgur li qatt ma nstema minn Zmien l-Assedju l-Kbir ta’ Malta, fejn in-nisa u t-tfal urew din il-hegga hekk kbira u ta’ min ifahharha!


Bid-dritt kollu mela toqghodilhom lill-Mostin din il-kitba li Grognet ghamel fil-friz ta’ fuq il-portiku,


(p.171) li tghid ‘Lill-Vergni Mtellgha fis-Sema dan it-Tempju l-Mostin bnew fl-1857’ -


VIRGINl, SYDERIBVS, RESTITVTAE. T.H. MVSTENSES. F.F. A.S. M.CCM. LVII.


Nefqa u Zmien


Jinghad, li wara li ghamlu l-kalkoli kollha, in-nefqa biex bnew dan it-tempju tal-Mosta ammontat ghal £21,000. Imma din mhix indikattiva tas-somma vera li gie jiswa dan il-bini. Ghax kif tista’ tghid sewwa kemm tiswa l-fabbrika jekk hadd ma zamm nota tan-nies li kienu jahdmu fil-Hdud u l-btajjel minghajr hlas? U kemm rgiel kienu mhallsa bi hlas ta’ tifel? Indikazzjoni tista’ tittiehed jekk inqabblu l-ispiza li gie jiswa l-Katidral Anglikan ta’ San Pawl gol-Belt Valletta mar-Rotunda. Il-Katridral ta’ San Pawl beda jinbena fl-1839 u kien lest fl-1844, fl-istess zmien li kienet qieghda tinbena r-Rotunda. Intefqu ghalih £18,000. U jekk dak il-katidral li dam jinbena anqas minn hames snin qam dik is-somma, mela kemm kellu jiswa’ l-bini tar-Rotunda? Ghalhekk dik is-somma li ntefqet tibqa’ tissemma’ biex turi li r-Rotunda mhix haga ohra hlief xhieda tax-xoghol li l-Mostin hadmu ghall-qima tar-Religjon taghhom.


Mit-tqeghid ta’ l-ewwel gebla fl-1833 sa ma nghalqet il-koppla fl-1860, ghaddew 27 sena li fihom damet tinbena l-knisja. Ghal tempju ta’ dik ix-xorta u ghan-nuqqas ta’ flus f’idejn id-deputati, dan kien zmien tassew qasir. Ghar-Rotunda tal-Mosta ma kienx hemm flus gejjin minn kullimkien bhal ma kien hemm ghal knejjes ohra madwar id-dinja, fejn sahansitra l-gvernijiet kienu johorgu somom kbar. Haga ohra interessanti hi li dan it-tempju tal-Mosta beda u spicca taht arkitett wiehed. Tela’ kwazi kollu taht l-istess bennej u tista’ tghid kien segwit kwazi mill-bidu sat-tmiem minn kappillan wiehed.


Testimonjanza wahda


Fost il-hafna deskrizzjonjiet tar-Rotunda matul iz-zminijiet se nisitlu wahda biss bhala gheluq ta’ dan il-kapitlu. Mehuda minn riflessjoni li Sir William Butler, bniedem militari u Kattoliku maghruf, ghamel fl-1913. The Catholic Times ta’ dik is-sena irrapurtat hekk:


Morru l-Mosta, jghidilhom Sir William, u harsu lejn din il-knisja mwaqqfa ghall-imhabba t’Alla. Harsu sewwa lejn dawn il-hitan hoxnin li bil-mod jinghalqu fl-gholi hafna. Hawn ma tarawx injam, imma haga solida. Duru dawra madwarha, qisuha u mbaghad morru fin-nofs, u jekk ghandkom il-hila nxtehtu gharkubbtejkom itolbu li tkunu tistghu tarmu l-hmerijiet taghkom biex issiru bennejja liberi bhal dawn il-bennejja, u li taghmlu xi haga fid-dinja “ghall-imhabba t’ Alla”.76


Noti u Riferenzi

  1. (p.172) ‘Abbozzo di Petizione alla S.S. Gregorio XVI,’ dokument li kien mizmum min-Nutar G. Chetcuti fiz-zmien li kiteb E.B. Vella il-ktieb originali, jigifieri fis-snin ghoxrin tas-Seklu XX.
  2. Ara Kapitlu 11.
  3. J. Fergusson, History of the Modem Styles of Architecture, i (London, 1891), 45.
  4. Ferres, Descrizione Storica delle Chiese di Malta e Gozo, (Malta, 1866), 464.
  5. Dan id-dokument jinsab fl-Atti tan-Nutar Dr F. Chetcuti, bid-data ta’ l-20.i.1833.
  6. Dan id-dokument jinsab fl-Atti tan-Nutar Dr F. Chetcuti, bid-data ta’ l-20.i.1833.
  7. Malta Penny Magazine (24.vii.1841).
  8. L. Mahoney, 5000 Years of Architecture in Malta (Malta, 1996), 212-4, 216.
  9. Ara per ezempju, Malta Blue Book (Malta, 1835), 88.
  10. Ara, R. Mifsud Bonnici, Dizzjunarju Bijo-Bibljografiku Nazzjonali (Malta, 1960), 423.
  11. Kif indikat fid-dokumenL ‘Abbozzo di Petizione alia S.S. Gregorio XVI.’
  12. A.E. Abela, Governors of Malta (Malta, 1991), 14, 16.
  13. id-dokumenti originali kienu jinsabu ghand in-Nutar G. Chetcuti (fi zmien li kiteb E.B. Vella). Ara E. Salomone, La Rotunda della Musta: Relazione architettonica del Grognet.
  14. ‘Fergusson Versus Grognet,’ Filarmonika Santa Marija Mosta, Programm tal-Festa 1997 (Malta, 1997), 29.
  15. Malta Penny Magazine, (31.vii.1841). L-Editt ta’ Nantes kien skond ir-rieda tar-Re Neriku IV, fl-1598, u li bih ta l-liberta lill-Ugonotti, kif kienu maghrufa l-Protestanti ta’ Franza.
  16. MS. 315, I, p.110.
  17. MS. 627.
  18. Ghal taghrif shih fuq il-familja ta’ Giorgio Grognet de Vasse u minn fejn kienu gejjin il-genituri tieghu kif ukoll dwar id-dixxendenti tieghu ara link.
  19. Ara aktar dettalji fuq Wikipedia: Atlantis (accessat 28.xii.2006).
  20. T. MacGill, A Handbook or Guide for Strangers Visiting Malta (Malta, 1839), 102; G. Ferricciuoli Borzesi, Guida Istorica di Malta (?), 7; T. Grenville, Excursions in the Mediterranean, Algiers and Tunis, (London, 1835), 182-4.
  21. L(ibrerija) N(azzjonali ta’) M(alta), MS 614, ‘Atlante dei disegni dell’Atlantide,’ (zewg vol.), kap. XXXVII.
  22. Fuq Malta u l-konnessjoni ma’ Altlantis ara, F. Galea, Malta fdal Atlantis (Malta, 2002).
  23. L.N.M., MS 1126, ‘Essai d’ un tableau chronologique du commencement du Monde de notre ere 1830 inclusivement pour server a I’essai sur I’Atlantide de Plato,’ p. 43.
  24. L.N.M., MS 614.
  25. G. Grognet, Compendio ossia Epilogo Anticipato di un opera estesa sulla precisa situazione della famosa sommersa Isola Atlantide da Platone da altri antichi ricordata e descritta e della quale le Isole di Malta, Gozo e Comino sono certissimi resti (Malta, 1854).
  26. L.N.M., MS 714.
  27. L.N.M., MS 1126, Compendio ossia Epilogo Anticipato di un opera estesa sulla precisa situazione della famosa sommersa Isola Atlantide. Dedica, capitol unico, 129-132. Mix-xoghlijiet kollha imsemmija jinsabu biss fil-Librerija Nazzjonali MS 615 u MS 1126, u ktieb zghir jismu Su di un idoletto atlantico, sopra una moneta di Nasso in Sicilia e sopra un capitello atlantico. E.B. Vella jsemmi lis-Sur Robert Bencini (li kien joqghod go Villa Marchesi, H’Attard) u jghid li dan kellu tifkiriet sbieh ta’ Grognet. L-imsemmi Bencini kien izzewweg lil Gemma Pellegrini Petit, wahda (p.173) mid-dixxendenti ta’ Grognet fl-1912, ara link.
  28. Ghal lista ta’ xoghlijiet li hu maghruf li kiteb Grognet ara, Mifsud Bonnici, 274-5.
  29. L’Arte, (7.i.1862), 2.
  30. Din it-tieni mara tieghu kienet minn familja nobbli b’dixxendenza mill-Konti Fenech Bonici. Ara s-sit elettroniku http://maltagenealogy.com.
  31. L-arblu tar-razza l-aktar immedjat ta’ Giorgio Grognet kien:
    Maria Amelia Marchesi (1772???-1830, bint  il-Kav. Giuseppe Isidoro Marchesi ta’ Rome), izzewwget lil Gio.Batta Grognet de Vasse (bin Giorgio and Rosalea Rosso), kellhom lil:
    Giorgio Grognet de Vasse, (1774-1862), li zzewweg:
    1) 1820 lil Concetta Borg, u kellu lil Cirene Grognet de Vasse, mietet bla tfal
    2) 1834 lil Ursula della Grazia-Ubaldini, u kellu lil Aristeo Grognet de Vasse, miet bla tfal
    Rosa Grognet de Vasse, izzewget fl-1806 lil Felice Grech-Delicata.
    Vincenza Grognet de Vasse, izzewget fl-1804 lil Dr Gio Andrea Petit-Caxaro, LL.D.
  32. Malta Government Gazette (13.vi.1862).
  33. Ara tan-nekrologija sabiha li ghamillu Dr Nikol Zammit fil-pubblikazzjoni, L’Arte (7.i.1863).
  34. Atti tn-Nutar G. Pullicino ta’ l-4 ta’ Gunju 1861.
  35. Mid-dokumenti li kienu ghand in-Nutar G. Chetcuti, Dok. ii, nru 14.
  36. Dan kienet is-suppozizzjoni ta’ E.B. Vella, hu li kien studja fil-fond il-personalita ta’ Giorgio Grognet. Vella hass li seta’ jipotizza x’kellu f’mohhu l-arkitett tar-Rotunda fid-disinn li ghazel ghall-knisja tal-Mosta.
  37. ‘Abbozzo di Petizione alia S.S. Gregorio XVI.’
  38. Skond l-opinjoni ta’ E.B. Vella.
  39. Dawn il-flus kienu kollha jintuzaw fit-transazzjonjiet ta’ kuljum f’Malta f’dan iz-zmien.’
  40. Id-dokument fl-Atti tan-Nutar Dr F. Chetcuti, bid-data ta’ l-20.i.1833.
  41. Meta mbaghad inbniet ir-Rotunda, il-kadavru tieghu gie mtella’ fil-kappella tal-Madonna tar-Ruzarju, fejn illum tidher il-lapida tieghu. Kull sena fil-20 ta’ Frar issir quddiesa kantata solenni ghal ruhu.
  42. Dan johrog minn dokument li fiz-zmien li kien qed jikteb E.B. Vella kien jinsab ghand ir-Rev. Dr Anton Farrugia, il-Mosta.
  43. Fl-Atti tan-Nutar Dr F. Chetcuti datati 19.vii. 1833.
  44. Giuseppe Bonavia kien gie appuntat mill-Gvern bhala perito agrimensore u mill-ewwel gie kkummissjonat biex jiddisinja pjanta tat-toroq ta’ Malta. Kien ukoll responsabbli li japprezza proprjeta fil-kampanja. Fl-1829, flimkien ma’ Salvatore Xerri, issottometta rapport shih fuq is-sit ta’ Bighi. Ara, M. Borg, British Colonial Architecture: Malta 1800-1900 (Malta, 2001), 138.
  45. Calcedonio Bonavia kien jigi hu Giuseppe Bonavia. Kien disinjatur tekniku mad-Dipartiment ta’ l-lnginier imma ghamilha wkoll ghal xi zmien fl-1823 ta’ Supretendent ta’ l-Artificieri Civili wara l-mewt ta’ missieru Matteo li kien jokkupa din il-pozizzjoni. Calcedonio kellu l-inkarigu li jingagga bennejja u lavranti fix-xoghol tal-kostruzzjoni. Ara, ibid.
  46. Michele Cachia kien ajjutant tal-kmadant tad-Dejma taz-Zejtun fi zmien l-Ordni. Kien ukoll il-kmamdnant taz-Zejtun fir-rewwixta kontra l-Francizi bejn l-1798 u 11800. Cachia kien responsabbli ghall-bini ta’ numru ta’ fortifikaz-zjonjiet f’dan il-perjodu. Ara, W.L. Zammit, Il-Mexxejja Maltin tal-Kungress Malti 1799-1800 (Malta. 1999), 83. Gie rikonoxxut bhala wiehed mill-patrijotti fit-taqbida tal-Maltin kontra l-Francizi u ghalhekk il-Kummissjarju Charles Cameron appuntah capo maestro fuq il-bini tal-Gvern biex hekk jirrikumpensah tal-kontribut tieghu ghall-pajjiz. Ara, Mifsud Bonnici, 80.
  47. Gaetano Xerri kien arkitett impjegat mad-Dipartiment tax-Xoghlijiet Pubblici u kien dak li ghamel supervizzjoni fuq ix-xoghol tal-bini ta’ l-lsptar ta’ Bighi li beda fl-1830. Ara. Mahoney, 327.
  48. Fl-Atti tan-Nutar Dr F. Chetcuti datati 19.vii.1833.
  49. P.P. Castagna, Lis Storia ta Malta bit Gzejjer Tahha, it-tielet parti (Malta. 1890), 199; Mifsud Bonnici, 435.
  50. Ibid.
  51. (p.174) Malta Government Gazette (5.vi.1833), 181-2.
  52. Curia Vescovile. Atti Civili, Anno 1833-34.
  53. Dan id-disinn kien ghand Dun Karm Camilleri tal-Mosta fi Zmien li kien qed jikteb E.B. Vella.
  54. Fl-Arikvju tal-Knisja Parrokkjali tal-Mosta.
  55. Ibid.
  56. Ghal dettalji fuq il-familja ta’ Anglu Gatt ara, J. Abela, ‘Il-Familja ta’ Mastru Ang Gatt fiz-Zejtun,’ Socjeta Filarmonika Santa Marija Mosta, Annwal 2003 (Malta, 2003), 31-7.
  57. Ara. E.B. Vella, Storja taz-Zejtun u Marsaxlokk (Malta, 1927), 132.
  58. Fl-Atti tan-Nutar Dr F. Chetcuti bid-data tal-21.i.1834.
  59. Dokumentazzjoni fl-Arkivju tal-Knisja tal-Mosta.
  60. Segreteria Vescovile, Vol. 1833-35. p. 174; Vol. 1841-42, p. 312 u taht id-data tal-31 ta’ Lulju 1852.
  61. Jinghad mix-xjuh li Grognet kien jaghmel kontijiet baxxi biex ma jaqtalhomx qalbhom. Dan jidher car minn dawn il-kontijiet li ghamel issa, sewwa tal-flus kemm taz-zmien, li kien kollox it-terz!
  62. Segreteria Vescovile, Vol. 1833-35, pp. 165-74.
  63. MacGill, 124.
  64. Dan il-qassis miet ta’ 80 sena fis-17 ta’ Dicembru 1842.
  65. Ferres, 466.
  66. Malta Penny Magazine, 98 (24.vii.1841).
  67. J. Barber, The Overland Guide-Book for the Overland Traveller (1845), 18.
  68. Segreteria Vescovile, Vol. 1841-42, pp. 1045-53.
  69. Dan hu ghamla ta’ bastun ta’ l-injam jew qasba li bih il-bennejja jkejlu jew ihazzu l-arkati. Ara, E. Serracino-lnglott, Il-Miklem Malti, ix (Malta.1989), 120.
  70. Fl-Atti ta’ Dr G. Pellegrini Petit, bid-data tat-13.x.1859.
  71. Dan il-kappillan difnuh fil-knisja l-qadima, u meta din giet mahtuta gabuh fir-Rotunda taht il-lapida tieghu fil-kappella tal-Kurcifiss. Kull sena fit-28 ta’ Settembru ssir quddiesa solenni ghal ruhu.
  72. Curia Vescovile, Acta Civilia, Anno 1871, p. 295.
  73. Din kienet merfugha fl-arkivju tal-knisja parrokkjali.
  74. Malta Penny Magazine.
  75. J. Quintana, Guida dell’ isola di Malta (1843), 111.
  76. The Catholic Times, (11.iv.1913), 8.

Kapitli ohra mill-ktieb

  1. Konsiderazzjonijiet tal-bidu.
  2. Iz-zmien Preistoriku (c. 5000 q.k. - c. 700 q.k.).
  3. Iz-zmien Fenicju-Kartaginiz (c. 700 q.k. — c. 218 q.k.).
  4. Minn zmien ir-Rumani sal-hakma ta’ l-Gharab (218 q.k.-1091 w.k.).
  5. Iz-zminijiet tan-Nofs (1091 - 1530).
  6. Mill-wasla ta’ l-ordni ta’ San Gwann sa l-Assedju l-Kbir (1530 -1565).
  7. Mons. Dusina, it-twaqqif tal-Parrocca, u l-bini tal-Knisja Parrokkjali (1575 -1619).
  8. Is-seklu sbatax - hajja kwieta imma mhux minghajr inkwiet (1600 -1699).
  9. Is-Seklu Tmintax -komunita li tikber u tizviluppa (1700 -1798).
  10. Il-hakma Franciza u l-qawmien tal-Maltin (1798 -1800).
  11. Seklu shih taht hakma Ngliza (1800 - 1899).
  12. - Il-bini tar-Rotunda tal-Mosta.
  13. Ir-Rotunda - xi dettalji teknici u diskussjoni.
  14. Is-seklu Ghoxrin sat-tieni gwerra dinjija.
  15. Mit-Tieni nofs tas-Seklu Ghoxrin sal-lum (1946 - 2007).