The Mosta Archives Banner

IL-MOSTA, IL-MOSTIN U R-ROTUNDA TAGHHOM MATUL IZ-ZMINIJIET

George Cassar, Joseph G.M. Borg

Pubblikazzjoni tal-Kunsill Lokali Mosta f'gheluq l-400 sena parrocca, fl-2008.


Dan il-ktieb interessantissimu msejjes fuq il-ktieb ta' E.B. Vella imma jidhol f'aktar dettalji jinxtara mill-Kunsill Lokali. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


Kap. 10 - Il-hakma Franciza u l-qawmien tal-Maltin (1798 -1800)


Uniformi ta' suldati Francizi f'Malta.(p.112) Grupp ta’ suldati Francizi bl-uniformijiet li kienu jintuzaw f’Malta fi zmien il-hakma Franciza.

(p.111) L-ahhar snin tal-hakma ta’ l-Ordni fuq Malta kienu snin difficli mhux biss ghall-Kavallieri stess, imma wkoll ghall-Maltin, sudditi taghhom. L-Ordni kien qed ibati minn nuqqas ta’ finanzi, saru laxki fil-principji li kienu jiggwidawhom ghal sekli shah, u dahal dizgwit intern bejn il-membri stess. Il-Maltin kienu qed ihossu l-konsegwenzi ta’ gvern li ma kienx baqalu x’joffri lill-poplu u li d-djufija tieghu kien qed ibatiha kulhadd, minn b’mod u min b’mod iehor. Biex aktar tgharraq is-sitwazzjoni faqqet ir-Rivoluzzjoni Franciza li, konsegwenza taghha, l-Ordni tilef il-gid li kellu fi Franza. Il-mexxejja godda rivoluzzjonarji Francizi ma kinux jirrikonoxxu n-nobilta u hekk ma hasbuha xejn biex jahtfu l-artijiiet u proprjeta ta’ l-Ordni gewwa pajjizhom.1


Kien dan ix-xenarju meta fid-9 ta’ Gunju 1798 il-flotta Franciza fi triqtha lejn l-Egittu, taht il-kmand tal-General Napuljun Bonaparte waqfet Malta u talbet li tinghata l-ilma lill-Granmastru von Hompesch. Kienet sitwazzjoni li minnha l-granmastru ma tantx kellu minfejn johrog. Kien hemm wisq kavallieri mdahhlin f’komplott mal-Francizi, u maghhom kien hemm ukoll numru ta’ Maltin influwenti.2


Gara li dawk il-ftit li baqghu leali lejn id-difiza ta’ Malta bhalma kienu l-Mostin3 sabu ruhhom ittraduti u wara ftit granet Malta kollha kienet taht idejn il-Francizi, li haduha bla tbatija ta’ xejn. Wara sitt ijiem Bonaparte telaq bl-armata tieghu ghall-Egittu u halla minfloku lill-General Vaubois. Fost l-ohrajn dawn il-gzejjer gew maqsumin fi tnax-il municipju, li fosthom in-Naxxar, Hal Gharghur u l-Mosta, fit-13 ta’ Gunju 1798, gew maghqudin f’municipju wiehed.4


Kull municipju jew canton kellu jitmexxa minn hames membri u mhallef tal-paci. Fil-fatt il-municipju li fih kien hemm il-Mosta kellu sitt ufficjali u mhux hamsa. Dawn kienu n-Nutar Indri Micallef min-Naxxar, li kien il-president; l-Avukat Gamri Borg mill-Mosta, li kien is-segretarju; u t-Tabib Frangisk Falzon u l-benestant Tumas Chetcuti, it-tnejn mill-Mosta, il-benestant Wigi Bezzina min-Naxxar u l-benestant Ganni Gafa minn Hal Gharghur, li kienu Ikoll membri.5


L-ittra ufficjali tan-nomina tat-Tabib Falzon mibghuta fl-24 ta’ Gunju 1798 kienet tghid hekk:6


ll-Kummissjoni tal-Gvern
Lic-cittadin Falzon (tabib) fil-Mosta


il-Kummissjoni tal-Gvern fis-sessjoni tal-bierah, cittadin, innominatek bhala membru tal-Municipalita li ser tibda tiltaqa’ fid-distrett (Canton) tan-Naxxar u ser ikollok bhala kollegi lil dawn ic-cittadini: Aloisio Falzon, Ganni Gafa, Tommaso mlaqqam il Chaddis, in-nutar Andrea Micallef bhala President, l-Aromatarju Giovanni Maria Borg bhala Segretarju.


Il-Kummissjoni tistedinkom kollha biex tigu flimkien ghada fil-belt ta’ Malta fil-post fejn izzomm il-laqghat taghha (quddiem it-Tezor) biex tiehdu l-gurament preskritt bil-ligi tar-Repubblika Franciza.


Il-Municipalita tieghek hija maghmula minn Casal Naxaro, Gargur u Musta.


Wara li tkun hadt il-gurament tircievi l-istruzzjonjiet fuq id-doveri tieghek.


Tislijiet u Hbiberija


President tal-Kummissjoni Bosredon Ransijat


Segretarju Generali Doublet


(p.112) Jidher li sakemm gew biex jiltaqghu kien hemm xi tibdil fil-membri. Mill-ittra lit-Tabib Falzon johrog ukoll li Tumas Chetcuti kien maghruf bhala ‘il-qaddis.’


Il-gvern gdid Franciz kien waqqaf Kummissjoni tal-Gvern li Itaqghet fit-22 ta’ Gunju 1798 biex poggiet fil-kariga l-membri tal-municipalitajiet ta’ madwar il-port.7 Ftit wara kien imiss il-membri ta’ kull wahda mit-tmien municipalitajiet l-ohra ta’ Malta8 li gew assenjati posthom fit-3 ta’ Lulju 1798, b’dawk ta’ Ghawdex9 jitpoggew fil-kariga taghhom jumejn wara.10 Dawn kellhom maghhom Imhallef tal-Paci u fil-25 ta’ Lulju gew moghtija lilhom xi ordnijiet x’kellhom jaghmlu biex izommu l-kwiet fid-distrett taghhom, u li ifittxu jarrestaw il-vagabondi u l-briganti u jmorru ghalihom sahansitra fl-gherien fejn ipoggu, bicca xoghol li l-ufficjali ta’ dan id-distrett li mieghu kienet taghmel il-Mosta malajr taw bidu ghaliha.11


Ghall-ewwel tliet xhur il-gvern Franciz hareg hafna ligijiet biex jipprova jibdel il-hajja f'Malta u l-poplu jibda jghix fuq il-mudell ta’ Franza Rivoluzzjonarja. Hafna mill-ligijiet kienu interessanti u innovattivi. Madankollu ghaddew ligijiet ohra li messew is-sentimenti religjuzi tal-Maltin meta llegislaw biex jindahlu fil-hajja tal-Knisja Kattolika f’Malta.12 Ligijiet ohra kienu se jafftettwaw hazin hafna lill-Maltin li bdew jaraw futur x’aktarx imdallam ghalihom u ghal uliedhom. Il-qaghda kienet qed issir dejjem aktar imwieghra ma’ kull jum li kien ghaddej.13


Ir-rewwixta tal-Maltin


Dan it-tgergir u l-ugigh kompla zdied bis-serq li l-Francizi ghamlu mill-knejjes li l-Maltin kienu mlew b’rikkezzi bit-tbatija ta’ xogholhom. Dan beda jqanqal l-ghadab kontra l-hakkiema taghhom ghaliex il-Maltin minn dejjem (p.113) zammew l-knisja eghzez, biex nghidu hekk, mill-istess dar taghhom. Kleru, nobbli u nies komuni, kulhadd ingidem b’xi wahda jew ohra minn dawn il-ligijiet godda u bid-drawwiet godda li fi zmien hekk qasir ta’ xahrejn riedu jdahhlu l-Francizi. Ghalhekk il-qiegha bdiet tishon sewwa, u ma kinitx tistenna hlief daqsxejn ta’ xrara biex taqbad u tinfirex. Din ix-xrara ma kinitx fil-boghod. Kien nhar il-Hadd, 2 ta’ Settembru 1798, meta grupp ta’ Francizi mibghutin mis-superjuri taghhom marru ghall-Knisja tal-Karmnu ta’ l-lmdina biex jirkantaw it-tapezzerija ma’ hwejjeg ohra rikki li kien hemm fil-knisja. In-nies dlonk telqu jigru ghal dik il-knisja u hatfu lil dak li kien qieghed imiss it-tapezzerija. Min idoqq kemm jiflah il-qniepen, min jigri ghal xi bicca ghodda biex jiggieled biha u minn kullimkien il-Maltin qamu kontra l-Francizi.


Intaghzel malajr kmandant in-Nutar Manwel Vitale, u dan baghat zewg messaggiera mal-kampanja kollha biex iqajmu lin-nies ghall-armi. Lawrenz Bugeja (li jumejn wara kien maghzul segretarju tal-Assemblea) baghat ukoll Iil certu Ganni Catania mill-Mosta, li dak il-hin kien qieghed ghandu, u qallu biex jghid lin-Nutar Zarb minn H’Attard biex iqassam l-armi li kien hemm fil-Palazz ta’ Sant’ Anton u jimblokka t-triq li mill-Belt taghti ghall-lmdina.


Il-Mosta, hekk qrib l-lmdina, kienet minn ta’ l-ewwel li wiegbet is-sejha ghall-ghajnuna, tant li fit-taqtigha li saret fl-lmdina dakinhar u l-ghada biex jehilsu mill-Francizi li kien hemm, niltaqghu ma’ nies mill-Mosta. Kollox kien jghodd ghall-glied: armi, xwabel, staneg, u kull ma wiehed seta’ jaqbad f’idejh dak il-hin.


Lanqas H’Attard m’hu boghod mill-Mosta, u kien minn hemm li kellhom jghaddu r-rinforzi Francizi li mill-Belt intbaghtu ghall-lmdina, biex jghinu Iil shabhom li nqabdu fil-belt il-qadima ta’ Malta. Hemmhekk saret taqtigha ohra, li fiha l-Mostin kellhom l-ikbar sehem. Hekk kiteb l-imsemmi Lawrenz Bugeja:


In-Nutar Zarb ta’ H’Attard, sejjah biex jiltaqghu xi ftit mill-irhula tal-qrib, l-iktar fil-Mosta u waqqaf malajr battaljun ta’ 500 bniedem, u f’dik il-lejla qassamhom fuq il-bjut ghamla ta’ trunciera u
wkoll wara l-hitan. Lil dawk li ma kellhomx armi, tahom il-gebel sabiex x’hin l-imsemmija ghajnuna tkun ghaddejja minn H’Attard ghall-lmdina, il-Maltin kienu jistghu jaghmlu glieda mal-Francizi.


Kollox kien ippjanat tajjeb. Censu Borg (Braret) kien pogga rgiel ghassa fuq il-kampnar tal-knisja ta’ Birkirkara minn fejn raw it-truppi Francizi resqin lejhom u taw is-sinjal. Il-Francizi kienu telghin mit-triq li mill-Hamrun tal-lum tiehu ghall-lmriehel. Waslu hdejn l-arkati ta’ l-akwedott ta’ Wignacourt - vicin fejn illum hemm il-Birrerija ta’ Farsons - u hemm il-Maltin attakkawhom. Sabu hemm kontingent maghmul minn truppi minn Birkirkara, il-Mosta u Hal Qormi li kienu ilhom jghassu l-post mill-lejl ta’ qabel. Attakkawhom bl-ghoxrin xkubetta maqbuda minghand it-truppi Francizi li kienu stazzjonati fil-Bajja ta’ San Gorg. Il-Maltin l-ohra kellhom juzaw dak li sabu u ghalhekk issottaw lill-ghadu b’xita ta’ gebel u oggetti ohra iebsa. Dan l-assalt harbat lill-Francizi li bejn li raw li ma kellhomx fejn jistkennu u bejn li whud minn shabhom kienu jew inqatlu jew gew feruti, irtiraw lejn il-kenn tal-bliet maghluqa tal-Furjana u l-Belt Valletta. Il-Maltin f’din il-glieda tilfu zewgt irgiel.14


Il-Francizi nghalqu wara s-swar ta’ l-ibliet iffortifikati tal-port, u fl-4 ta’ Settembru saret l-ewwel Assemblea Nazzjonali tal-Maltin, li kienet forma ta’ gvern maghmul biex jigi miftihem kif ghandha tirnexxi l-gwerra li issa huma kienu bdew kontra l-ghedewwa u biex imexxu lill-Maltin tal-kampanja. Baghtu jitolbu ghajnuna lir-Re taz-Zewg Sqallijiet, u talbu wkoll lill-flotta Ingliza biex tigi u timblokka l-port. Sadattant, madwar is-swar ta’ l-ibliet u ftit ‘il boghod minnhom gew imwaqqfin truncieri biex ma jhallux lill-Francizi johorgu ‘l barra mis-swar, u jzommuhom maghluqin hemm gew. Il-Mostin messhom ikunu mal-Karkarizi fil-kamp tal-“Gharghar" li kellu jiehu hsieb minn San Giljan sa fuq l-lmsida fejn l-gholja ta’ Ta’ Xbiex. Hawn kellhom izommu mblokkati lill-Francizi minn din in-naha tal-Belt u kellhom jilqghu l-attakki mill-Forti Tigne u mill-Forti Manwel li kienu f’idejn l-ghadu.


Iz-zona fejn waqqfu t-trunciera s-suldati fuq din in-naha tal-majjistral ta’ Marsamxet kienet (p.114) tinsab fuq dik l-gholja li minn Birkirkara tiehu ghal San Giljan u tas-Sliema. Il-batterja ewlenija hadet l-isem tal-post, “l-Gharghar,” li jahbat fuq il-Forti Manwel. Minn fuq din l-gholja ggib il-Port ta’ Marsamxett kollu tahtek, u kont tista’ tara t-truncieri l-ohra ta’ madwar is-swar.15


F’dan il-kamp kien ikun hemm aktar minn 500 ruh dejjem lesti ghal kull ma kien jista’ jigri. Il-truppi Maltin kienu taht il-kmand ta’ Censu Borg (Braret) bhala kmandant tal-kamp, Petruzzu Camenzuli li kien il-kap tal-battaljun, Guzeppi Scicluna kien il-vicl-kap tal-battaljun, filwaqt li Guzeppi Pace kien l-ajjutant flimkien ma’ xi ohrajn.16


F’din l-impostazzjoni militari l-Mostin kellhom l-istess dmirijiet tal-Karkarizi, u dan tixhdu tajjeb l-ittra17 fejn huma talbu l-istess drittijiet ta’ dawk li kienu qeghdin maghhom.


Eccellenza,


Is-suldati, surgenti, kapurali tal-kumpanija tal-Mosta, qaddejja l-iktar baxxi ta’ l-Eccellenza Tieghek, li kienu ghassa fil-fruntiera tal-Gharghar, fejn kien hemm il-kamp tal-Karkarizi jixtiequ bil-qima kollha jghidulek, li l-kaxxa ta’ l-imsemmija Birkirkara, ftit xhur ilu ghamlet b’xejn uniformi (tal-kutnina)18 lis-suldati ta’ Birkirkara, meta s-suldati tal-Mosta, kienu fil-fruntiera ma’ dawk ta’ Birkirkara, u kienu qeghdin taht l-istess tbatijiet li kellhom is-suldati Karkarizi.


Ghaldaqstant mixhutin f’riglejn l-Eccellenza Tieghek, is-suldati Mostin jitolbu li tordna lid-deputati tal-kaxxa tal-Mosta li jaghtu lis-surgenti, kapurali, u suldati li kienu fil-kamp tal-Mosta, rigal ta’ ftit flus li jkun bizzejjed biex bih jaghmlu libsa kull wiehed ghal din ix-xitwa li gejja.


Huma jittamaw li jaqilghu dak li qeghdin jitolbu, ghaliex il-kaxxa tal-Mosta ghandha flus wisq izjed minn dik ta’ Birkirkara.


Il-Mostin, flimkien mal-Karkarizi u n-Naxxarin kienu gew impostati b’tali mod li jikkontrollaw il-movimenti tal-Francizi li kienu qeghdin fil-Forti Manwel. Kien fit-12 ta’ Settembru 1798 li kumpanija ta’ suldati Francizi stazzjonati f’din il-forti ddecidew li jattakkaw stakkament ta’ rgiel armati mill-irhula ta’ Birkirkara, in-Naxxar u l-Mosta li kienu qeghdin stazzjonati hdejn kanun fuq l-gholja tal-Mensija. Dawn kienu qed jippreparaw biex jisparaw fuq il-Forti Manwel. Il-Francizi hasbu li kif jattakkaw lil din ‘il-marmalja’ (hekk kienu jqisu lir-ribelli Maltin il-hakkiema Francizi), dawn jaharbu bil-biza’. Kienu marru mqarrqa ghax il-Maltin sparaw fuq l-ghadu bl-ixkubetti u b’xi tiri tal-kanun u ftit wara gew jghinuhom Maltin ohra li kienu stazzjonati fil-kamp ta’ San Guzepp. Hekk il-Maltin setghu joholqu kontrattakk li harbat lill-Francizi, u dawn harbu lura ghall-kenn tal-hitan fortifikati tal-Forti Manwel.19


Zewg twavel li jigbru fihom il-Mostin mejtin ta' zmien il-Francizi.(p.115) Bust ta’ l-irham li jfakkar lill-Kappillan Dun Felic Calleja li jinsab Fir-Rotunda tal-Mosta

Sadattant, barra li kienet ghaddejja l-kampanja militari, f’kull rahal kien gie ffurmat kumitat jew Gvern provizorju. Ghalhekk fil-Mosta l-kumitat tat-mexxija tar-rahal kien maghmul mill-Kappillan tal-Mosta Dun Felic Calleja, Frangisk Dimech u l-qassisin Dun Marin Galea u Dun Guzepp Tonna. Dawn l-erba’ min-nies kellhom jaraw li l-battaljun tar-rahal jinzamm bl-ahjar mod u jiehdu hsieb ix-xiri ta’ l-ikel ghall-abitanti u l-battaljun tal-Mosta. Matul is-sentejn ta’ l-imblokk, il-battaljun tal-Mosta impjega 633 ruh u kienu nghataw diversi somom ta’ flus min-nies biex il-battaljun ikun jista’ jahdem kif suppost.20 Il-hlasijiet kienu jsiru fost kulhadd mill-gabillotti li issa, flok bdew ihallsu dak li kellhom jaghtu lill-kunvent ta’ l-Agostinjani, bdew jaghtu dan il-hlas ghall-manteniment tal-battaljun tar-rahal taghhom u ghal xi bzonnijiet ohra. Hekk fil-Mosta, ghall-battaljun, il-morda u ghall-furnara, kienu jithallsu 53 skud 6 grani kuljum.21


Il-kapijiet tal-Maltin, bhall-Kanonku Frangisku Saverju Caruana, in-Nutar Manwel Vitale u Censu Borg, qawwew qalbhom fit-taqbida li kienu qed imexxu kontra l-Francizi repubblikani meta waslet l-ghajnuna mill-lngilterra, u malajr ghamlu lill-Kaptan Alexander John Ball bhala president ta’ l-Assemblea Nazzjonali, li bidlilha isimha u issa saret maghrufa bhala Kungress Nazzjonali. Ball hass ukoll li kull rapprezentant partikulari kellu jkun elett mill-kapijiet tal-familji tar-rahal li kien qed jirrapprezenta biex hekk tissahhah il-poZizzjoni tieghu fil-Kungress.22


L-elezzjonijiet saru mill-11 ta’ Frar 1799 ‘l quddiem u zgur qabel it-18 tax-xahar, ghax f’dik il-gurnata saret l-ewwel laqgha tal-Kungress bir-rapprezentanti kollha ta’ l-irhula. Il-Mosta kienet (p.115) eleggiet lill-kappillan taghha Dun Felic Calleja biex jirrapprezentaha. Il-laqghat kienu jsiru fil-Palazz ta’ San Anton.23


Ghalhekk issa dan il-Kungress sar laqgha ta’ rapprezentanti u ta’ deputati ta’ l-ibliet u ta’ l-irhula li kienu maghzulin mill-kapijiet tal-familji. Dun Felic Calleja mar ghall-ewwel laqgha tat-18 ta’ Frar. Imbaghad fil-laqgha li saret fl-4 ta’ Marzu, il-Kappillan Calleja kien wiehed mit-tliet deputati li l-Kungress ghazel biex idahhlu u jaghrblu l-memorjali jew suppliki u jaghtu l-parir taghhom fuq id-digrieti.24 Iz-zewg membri l-ohra kienu l-kappillan ta’ l-lmqabba, Dun Bartilmew Caraffa, u Dun Lawrenz Saliba.25


Sadanittant il-guh fil-Mosta kien xi haga reali hafna. U ma kienx biss fil-Mosta, ghax il-Maltin kollha hassew in-nuqqas ta’ l-ikel ghall-fatt li mal-bidu ta’ l-irvell ma kienx hemm ikel mahzun biex jintuza fix-xhur difficli tal-gwerra. Barra dan ma kienx hemm munita barranija biex jinxtara ikel malajr minn Sqallija biex tissolva l-problema. Is-soluzzjoni li hasbu fiha l-gvernijiet ta’ l-irhula kienet li jipotekaw il-beni immobbli li kellhom, jigifieri djar u ghelieqi. Kien fit-30 ta’ Marzu 1799 li ttiehdet decizjoni li jigu ipotekati l-beni tal-Mosta biex jinxtraw minn Sqallija 1,500 salma ta’ qamh, 500 salma ta’ mahlut u ikel iehor ghall-bzonnijiet tal-poplu u l-battaljun tal-Mosta. Inghataw erbat ijiem cans biex isiru l-oggezzjonjiet, u wara saret l-ipoteka b’att tan-Nutar A.P. Spiteri taht id-data tat-3.iv.1799.26


Fil-laqgha tal-Kungress tal-15 ta’ April sar tqassim mill-gdid tas-suldati, u mil-lista li kitbu naraw li t-trunciera tal-Gharghar kienet wisq akbar mit-truncieri l-ohra, billi kienet gwarnigun ta’ aktar minn 500 suldat li kellhom ikunu maghzula kuljum ghas-servizz bl-armi. Minn dawn, madwar wiehed minn sitta kellha tibghathom kuljum il-Mosta u l-bqija jintbaghtu mir-rahal aktar vicin ta’ Birkirkara.27 Li kien qed jigri hu li l-irgiel assenjati ghall-posti militari taghhom kienu jistennew sakemm jinghataw ir-razzjoni ta’ kuljum tal-hobz u mbaghad jitilqu biex jahdmu fl-ghelieqi taghhom bla permess. Din il-prattika kienet qed thalli l-pozizzjonijiet fortifikati avvanzati bla gwarnigjon. Ghalhekk gie deciz mill-Kungress li mill-15 ta’ April 1799 ‘l quddiem kull kamp militari kellu jkun fornit bi gwarnigjon il-hin kollu u ghalhekk kull rahal kellu jibghat numru stabilit ta’ suldati. Fil-kamp tal-Gharghar taht il-kmand ta’ Censu Borg ‘Braret’ kellu jkun hemm 454 ragel minn Birkirkara u 84 ragel mill-Mosta. Ir-razzjoni tal-hobz issa beda jinghata biss lil dawk li jkunu ghamlu xogholhom sew u min kien jinqabad ihalli postu bla permess, anki ghal hin qasir, kien jigi kkunsidrat bhala ghadu tal-pajjiz u jitlef kull beneficcju marbut mas-servizz li jkun ghamel u kull xorta ta’ premju li seta’ jinghata fl-ahhar tal-gwerra.28


Il-battaljun kellu numru ta’ kapijiet matul is-sentejn ta’ glied. Skond dokument tas-17 ta’ Novembru 1798, jidher li Dr Ganni Pullicino, kien kap tal-battaljun tal-Mosta. Aktar tard haddiehor okkupa dan il-post.


Il-kongura li falliet


Episodju ikrah ghall-Mosta kellu x’jaqsam mal-kongura li l-Maltin ghamlu kontra l-Francizi. Kien sar ftehim bejn il-Maltin biex kollha flimkien imorru habta u sabta fuq l-ghases Francizi tal-Belt, jaqbdu l-armi u l-fortizzi taghhom, u jiehdu (p.116) l-Belt minn taht idejn l-ghadu. Il-Maltin li kienu fl-ibliet kienu miftehmin ukoll ma’ tal-kampanja, u kulhadd kien jaf x’ghandu jaghmel hekk kif jinstema’ s-sinjal ta’ l-assalt, li kellu jsir fis-sebgha ta’ filghodu tat-12 ta’ Jannar 1799.


Pulis, purfumier fl-ufficcju tas-sanita, kellu jaqbad Bieb Marsamxett, fejn kellu jkun hemm lesti hafna mill-battaljun ta’ Birkirkara u tal-Mosta. Dawn malli dalam, lejliet il-jum ta’ l-assalt, telqu fuq id-dghajjes mill-lmsida, u qajla qajla nizlu u stahbew fl-imhazen ta’ ma’ genb Xatt il-Parlatorju f’Marsamxett.29 Dawn l-irgiel kienu gew maghzula specifikament ghal din il-missjoni minn Censu Borg ‘Braret’ stess u kienu ilhom mohbija fl-imhazen mil-lejl ta’ bejn il-Hamis u l-Gimgha (10-11 ta’ Jannar), u matul il-gurnata kollha tal-Gimgha, minghajr ma jaghmlu hoss biex ma jinstemghux mill-ghassiesa Francizi li kienu ghassa mal-Bieb ta’ Marsamxett ftit metri boghod minnhom.30


Habat li dik il-lejla tal-Gimgha, Vaubois ried li ssir opra fit-teatru, ghax kienet waslitilhom ahbar tajba lill-Francizi. Marru ghas-serata l-ufficjali kollha Francizi, u fosthom kien hemm il-kmandant tal-Forti Manwel, ic-Cittadin Boudard, u mieghu ufficjal iehor, ic-Cittadin Roussel.


Wara li spiccat is-serata tat-teatru, Boudard u Roussel nizlu Marsamxett biex imorru ghal Forti Manwel. Meta tbeghdu ftit mix-xatt, dehrilhom li semghu xi tlablib fuq il-blat tal-qrib. Dan hassibhom hazin u hekk kif waslu fil-forti, M Boudard baghat lil Roussel b’seba’ suldati fuq frejgatina biex jinvestigaw fejn kien dehrilhom li kien hemm in-nies.


Il-Maltin ma kienux qed jistennew din il-vilta u hekk kif raw il-Francizi fuqhom f’dawk id-dlamijiet inhasdu. Hasbu li kienet giet xi forza kbira, bezghu, thawdu, u beda kulhadd jigri biex isalva rasu. Min inxtehet il-bahar biex jahrab bl-ghawm, u ohrajn inhbew I hawn u ‘l hinn; u filghodu nqabdu 34 minnhom.


Zewg twavel li jigbru fihom il-Mostin mejtin ta' zmien il-Francizi.(p.116) Iz-zewg twavel li jigbru fihom il-Mostin mejtin waqt l-operazzjoni militari li falliet fix-xatt tal-Belt – dawn it-twavel jinsabu fil-Monument lill-Qalbiena Mostin.

Sadattant il-Francizi mexxew l-ahbar tat-tradiment, u sa filghodu saru hafna arresti. Hekk kellha tisfratta ghal kollox il-kongura tal-Maltin! Imma sa hawn kien ghadu ma spiccax kollox, ghax, permezz ta’ xi spiji, Vaubois, il-kap kmandant militari ta’ Malta, irnexxielu jaqbad il-kapijiet u dawk kollha li kienu qed imexxu lill-Maltin tal-Belt. Gew iffucilati fil-Pjazza tal-Belt 45 wiehed, fosthom il-kap Guliermu Lorenzi u l-patrijott Dun Mikiel Xerri.


F’dan l-episodju fl-irvell tal-Maltin kontra l-Francizi l-Mostin kellhom sehem qawwi, ghax mil-listi tal-mejtin, il-Mosta kellha numru sostanzjali ta’ rgiel li hallew hajjithom ghal pajjizhom. Barra minn dawk il-hafna li hadu sehem, niltaqghu ma’ sittax-il suldat Mosti li mietu fl-assalt ta’ Marsamxett. L-ismijiet tal-mejtin kienu dawn: Guzepp Galea, Frangisk Xerri, Xmun Fenech, Guzepp Sciberras, (p.117) Guzepp  Camilleri, Indri Galea, Salvu Aquilina, Frangisk Pisani, Pawlu Galea, Ganni Said, Frangisk Chetcuti, Frangisk Fenech, Ganni Galea, Dumink Galea, Indri Bezzina u Frangisk Borg.31


Nafu ghallinqas b’suldat wiehed Mosti li salva. Dan kien Guzepp Bonavita li skond petizzjoni li ghamel lill-Kaptan Ball fit-8 ta’ Gunju 1800 jghid li hu kien ingagga fil-battaljun tal-Mosta mill-ewwel gurnata li fiha l-Maltin qamu kontra l-Francizi. Hu kompla li, meta gew ghal din l-operazzjoni ta’ l-attakk fuq il-Belt, kien hareg avviz biex jgharraf lil dawk li kienu se jivvolontarjaw li dawn kellhom jinghataw 100 skud u razzjon ta’ hobz b’xejn kuljum. Ghal dawk li jmutu dan kollu jitgawda minn xi qarib taghhom. Bonavita rrakkonta dwar il-konfuzjoni li nqalghet meta l-Francizi marru fuq l-istakkament Malti u kif kien hemm min ghereq meta ipprova jghum biex jahrab. Il-parti l-kbira gew iffucillati. Hu nqabad imma flok qatluh tefghuh f’qiegh ta’ habs u hallewh hemm ghal 16-il xahar. Kien wara li nheles li mar jitlob il-kumpens imwieghed lilu imma l-inkarigat tal-Mosta ma ridx jaghtihulu. Issa talab lil Ball, u dan mill-ewwel hariglu pensjoni ta’ 30 tari fix-xahar ghal ghomru. Bonavita dam igawdi din il-pensjoni sa mewtu fl-1835.32


L-ahhar sena ta’ glied


Ghaddiet din id-disgrazzja, u l-Mostin mal-Karkarizi baqghu jzommu tajjeb il-fruntiera twila taghhom, li fil-15 ta’ April 1799, kellha 530 suldat (Karkarizi u Mostin)33 u fit-28 ta’ Dicembru ta’ l-istess sena nsibu li kienet maghmula minn 25 surgent, 23 kapural u 290 suldat u kellha 8 kanuni (ta’ 15-il libbra kull wiehed).34 Dan it-tibdil kien isir skond il-bzonn li jkun hemm, u t-taqsimiet godda li kellhom isiru meta waslet l-ghajnuna.


Mil-lista tal-battaljuni li kien hemm fl-4 ta’ Settembru 1800 jidher li l-Mosta kellha 125 ragel ingaggati fil-battaljun taghha. Dawn kienu jikkonsistu minn 2 kapijiet tal-battaljun (li kienu Guzepp Galea u Mikiel Bertis), 13-il surgent, 10 kapurali, 2 tamburieri, u 98 suldat. Dan kien ghadd sabih hafna ghal Mosta ghaliex kellha nies fil-battaljun taghha ftit inqas minn xi rhula wisq ikbar minnha. In-nefqa biex jinzamm il-battaljun tal-Mosta kienet tilhaq ‘l fuq minn 53 skud kuljum.35


Il-postazzjoni militari li qdew dmirhom fiha l-Mostin u l-Karkarizi kienet wahda minn dawk li kellha hafna x’taghmel kontra l-Forti Manwel u l-Forti Tigne, u ta’ spiss kienu jsiru bumbardamenti qawwija bejn il-Maltin u l-Francizi ta’ dawn iz-zewg fortizzi.36


Hawn kellhom ibatu guh u nuqqasijiet ohra, u kellhom hafna feruti u forsi xi mejtin ukoll.37 U jekk il-Francizi ma kellhom qatt il-hila jkissru din il-linja fortifikata meta l-Maltin aktar ‘l quddiem kellhom l-ghajnuna ta’ l-lnglizi u l-fanterija Naplitana,38 dan nistghu nghiduh ukoll meta kienu ghadhom jitqabdu wehidhom fil-bidu ta’ l-imblokk, meta l-ghedewwa kienu ghadhom aktar fuq taghhom u lesti li jippruvaw jirritaljaw.


Il-Francizi raw li kien kollu ghal xejn li jkomplu jippruvaw izommu izjed, u fl-ahhar it-tbatija ta’ l-imblokk bdiet taghfashom sew. Ghalhekk fit-3 ta’ Settembru 1800, sentejn wara li kien ilhom imblokkati, il-General Vaubois kiteb lill-kmandant tat-truppi Inglizi, il-Maggur General Pigot fejn qallu li huwa kien lest biex icedi. Sar ftehim bejn il-kapijiet Inglizi u Francizi (lill-Maltin, Pigot, ghogbu jhallihom barra!) li gie ffirmat fil-5 ta’ l-istess xahar, meta l-Francizi bdew icedu lill-Inglizi l-fortizzi kollha li kellhom taht idejhom.


Ma nafux kemm tilfet il-Mosta mis-6,000,000 skud (£500,000) u l-mewt ta’ 20,000 Malti (l-ebda Ingliz ma miet) li swiet din il-gwerra lill-Maltin.39 Lanqas ma nistghu nghidu kemm kienu l-korruti. Ghallinqas Mosti wiehed nafu min kien ghax instab ic-certifikat mediku tieghu li jghid:40


Jiena li hawn taht imsemmi mistoqsi biex nghid is-sewwa, nixhed li Salvu Schembri mill-Mosta gie korrut, kif jista‘ jidher mill-ghaqda tal-ferita, filwaqt li mar ghal fuq il-Francizi fl-lmdina. Nixhed ukoll li, meta ma’ shabu l-ohra dahal f’Marsamxett ghall-assalt tal-Belt Valletta, gie ferut f’qiegh siequ l-leminija, u wara li kien ikkurat fieq.


Fid-9 ta’ Novembru 1800


Dr. F. Falzon


Pittura li tfakkar fil-vittmi Mostin.(p.118) Pittura li tfakkar fil-vittmi Mostin li hallew hajjithom waqt ir-rewwixta tal-Maltin kontra l-Francizi – xoghol ta’ Mark Schembri li jinsab fl-ufficju tal-Kunsill Lokali tal-Mosta.

(p.118) Jidher li prattikament kull Mosti ha sehem f’din il-gwenra. Il-Gvern Ingliz qassam xi flus bhala rigal zghir lil dawk li servew f’din it-taqbida. Dawk tal-Mosta tahomlhom il-Logutenent Gammari Chetcuti. Dan, fl-1 ta’ Jannar 1804, qassam 2,185 skud, li gew imqassam bejn 13-il surgent li hadu 30 skud kull wiehed, 11-il kapural li hadu 20 skud kull wiehed, u 105 suldati li hadu 15-il skud kull wiehed. Dawn igibu 2,185 skud bejn 129 ragel.


Gimgha wara, fit-8 ta’ Jannar, l-istess logutenent rega’ qassam 3,900 skud lil dawk li kienu fil-battaljun tal-Mosta, imma li ma kinux baqghu sa l-ahhar meta l-Francizi telqu l-Belt’.41 Din is-somma giet imqassma bejn 16-il familja tas-suldati mejtin li tawhom 15-il skud kull wahda, u 488 suldat li tawhom 7 skudi u nofs kull wiehed. B’kollox kien hemm 504 persuni li hadu 3,900 skud.


Dan juri li fis-sentejn li dam l-imblokk tal-Francizi kien hemm 633 bniedem mill-Mosta li serva ta’ suldat ghal art twelidu. Jekk jinqatghu barra x-xjuh, in-nisa, it-tfal u l-morda, minn madwar 3,000 ruh li dak iz-imien kienu jghixu fir-rahal, jidher li ma kienx fadal wisq irgiel u zghazagh li f’xi hin jew iehor, ma servewx fil-battaljun tar-rahal taghhom.


Il-gvern ta’ wkoll midalja tad-deheb bil-kitba ‘Malta Liberata’ lill-Kappillan Dun Felic Caileja bhala rapprezentant tan-nies tal-Mosta fi zmien l-imblokk tal-Francizi.42 Dun Felic inghata wkoll pensjoni.43


Noti u Riferenzi

  1. (p.119) Ghal studju dettaljat ta’ dan l-ahhar zmien ta’ l-Ordni f’Malta, ara per ezempju, A.P. Vella, Storja ta’ Malta, ii (Malta, 1979), 179-213.
  2. Ghad-dettalji dwar dawn l-intricci u dak li ghandu x’jaqsam mal-pjanijiet tal-Francizi biex jiehdu lil Malta, ara per ezempju, F. Sammut, Bonaparti f’Malta (Malta, 1997); C. Testa, The French in Malta 1798-1800 (Malta, 1997).
  3. Barone Azopardi, Giornale della Presa di Malta e Gozo dalla Repubblica Francese e della susseguente Rivoluzione della Campagna (Malta, 1836), 10.
  4. AOM 6523, vol. I, p.72
  5. W.L. Zammit, ‘ll-gvern lokali fil-Mosta (1773-1896),’ G. Cassar (ed.), Ex Annalibus Mustae (Malta, 2005), 144.
  6. P. Catania, In-Naxxar: Titwiliet fl-lstorja (Malta, 1999), 139.
  7. Il-Municipalita tal-Punent (ll-Belt Valletta u l-Furjana) u l-Municipalita tal-Lvant (Bormla, il-Birgu u l-lsla).
  8. Il-municipalitajiet kienu: il-Municipalita ta’ l-lmdina (l-lmdina, ir-Rabat u Had-Dingli); il-Municipalita ta’ Haz-Zebbug; il-Municipalita ta’ Hal Qormi jew Casal Fornaro (Hal Qormi u Hal Luqa); il-Municipalita tan-Naxxar (in-Naxxar, il-Mosta u Hal Gharghur); il-Municipalita ta’ Birkirkara (Birkirkara, Hal Lija, Hal Balzan u H’Attard); il-Municipalita tas-Siggiewi (is-Siggiewi, il-Qrendi u l-lmqabba); il-Municipalita taz-Zejtun (iz-Zejtun, Haz-Zabbar, Hal Ghaxaq u Hal Tarxien); u l-Municipalita taz-Zurrieq (iz-Zurrieq, Hal Safi, Hal Kirkop u l-Gudja).
  9. Il-Municipalita tar-Rabat (ir-Rabat, l-Gharb, is-Sannat, u x-Xewkija) u l-Municipalita tax-Xaghra (ix-Xaghra, iz-Zebbug u n-Nadur).
  10. C. Testa, The French in Malta 1798-1800 (Malta, 1997), 174.
  11. H.P. Scicluna, Actes st documents pour server a I’histoire de I’occupation francaise de Malte pendant les annees 1798-1800 (Malta, 1923), 227, 267.
  12. Ara per ezempju, Sammut, 145-6.
  13. Ghal stampa dettaljata ta’ l-ewwel tliet xhur tal-hakma Franciza, ara per ezempju, C. Testa, Maz-Zewg nahat tas-swar: Zmien il-Francizi f’Malta, i (Malta, 1979).
  14. Testa (1997), 274.
  15. Fil-Bibljoteka Nazzjonali jinsab kwadru tal-Batteria del Ghugar nel Blocco di Malta 1799.
  16. A. Mifsud, Origine della Sovranita Inglese su Malta (Malta, 1907), 266. 268.
  17. Ibid., 206.
  18. Tip ta’ drapp tat-tajjar.
  19. Testa (1997), 333.
  20. Zammit (2005), 146.
  21. M. Cauchi, L-imblokk tat-Francizi f’Malta u l-Agostinjani (Malta, 1998), 55, 57.
  22. M. Galea, Sir Alexander John Ball and Malta: the beginning of an era (Malta, 1990), 30.
  23. W.L. Zammit, Il-mexxejja Maltin tal-Kungress MaltI 1799-1800 (Malta, 1999), 3-5.
  24. Barone Azzopardi (1836), 123, 126.
  25. Zammit (1999), 51-2.
  26. Zammit (2005), 147.
  27. Barone Azopardi (1836), 136.
  28. Testa (1997), 587-8.
  29. Mifsud, 281.
  30. Testa (1997), 487.
  31. Atti tan-Nutar Salv. Zarb tat-8.i.1804. Ghal xi taghrif fuq dawn il-Mostin ara, J Borg, ‘Grajja ta’ mitejn sena ilu,’ Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard, Festa Santa Marija Mosta - 1999 (Malta, 1999), 49-51.
  32. Testa (1997), 504.
  33. Barone Azopardi, Raccolta di Varie Cose Antiche e Moderne. Utili ed Interessanti riguardanti Malta e Gozo (Malta. 1843), 198.
  34. Lib. MS. 579.
  35. (p.120) Mifsud, 278, 280. 311.
  36. Bosredon Ransijat, Assedio e Blocco di Malta (Malta, 1843), 7, 26, 35, 105, 201, 203, 207, 209, 217.
  37. Ibid., 157.
  38. W Hardman, A History of Malta during the period of the French and British Occupations 1798-1815 (Londra, 1909), 296-7.
  39. Barone Azopardi(1843), 242.
  40. Mifsud, 195.
  41. Atti tan-Nutar Salv. Zarb ta’ l-1 u t-8.i.1804
  42. Ara t-testment tieghu fl-atti tan-Nutar Dr. F. Chetcuti ta’ l-20.i.1833.
  43. Zammit (1999), 52.



Kapitli ohra mill-ktieb

  1. Konsiderazzjonijiet tal-bidu.
  2. Iz-zmien Preistoriku (c. 5000 q.k. - c. 700 q.k.).
  3. Iz-zmien Fenicju-Kartaginiz (c. 700 q.k. — c. 218 q.k.).
  4. Minn zmien ir-Rumani sal-hakma ta’ l-Gharab (218 q.k.-1091 w.k.).
  5. Iz-zminijiet tan-Nofs (1091 - 1530).
  6. Mill-wasla ta’ l-ordni ta’ San Gwann sa l-Assedju l-Kbir (1530 -1565).
  7. Mons. Dusina, it-twaqqif tal-Parrocca, u l-bini tal-Knisja Parrokkjali (1575 -1619).
  8. Is-seklu sbatax - hajja kwieta imma mhux minghajr inkwiet (1600 -1699).
  9. Is-Seklu Tmintax -komunita li tikber u tizviluppa (1700 -1798).
  10. Il-hakma Franciza u l-qawmien tal-Maltin (1798 -1800).
  11. Seklu shih taht hakma Ngliza (1800 - 1899).
  12. Il-bini tar-Rotunda tal-Mosta.
  13. Ir-Rotunda - xi dettalji teknici u diskussjoni.
  14. Is-seklu Ghoxrin sat-tieni gwerra dinjija.
  15. Mit-Tieni nofs tas-Seklu Ghoxrin sal-lum (1946 - 2007).