Il-HBIT MILL-AJRU FUQ IR-ROTUNDA TAL-MOSTA - Il-Hamis 9 t'April 1942
minn Anthony Camilleri
Dan il-ktieb interessantissimu fuq din il-grajja tat-Tieni Gwerra Dinija jinxtara mill-hwienet ewlenin u taf mill-Oratorju. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.
KAPITLU 6
GWIENAH TAL-GWERRA
AJKLI LI TARU FUQ IR-ROTUNDA MATUL IT-TIENI ASSEDJU
PARTI I
(p.114) Wara t-telfa li garrbet il-Germanja tal-Kaiser fl-1918 u l-kundizzjonijiet iebsa li t-Trattat ta’ Versailles rabathom bihom lill-Germanizi fl-1919, ftit kienu jobsru li sa seba’ snin wara l-Germanja tkun regghet qabdet it-triq biex ikollha Qawwa ta’ l-Ajru modema u qawwija aktar minn kull qawwa ohra. Dan sar b’mod sigriet u bi ksur sistematiku tat-Trattat ta’ Versailles. Sar b’diversi metodi ta’ qerq u bl-uzu ta’ stratagemmi li ghal ghajnejn il-gnus kienu jservu ta’ paci imma fil-hsieb tal-mexxejja Germanizi kienu mahsuba biex iwasslu ghall-gharfien ta’ Qawwa ta’ l-Ajru li tbezza’ meta kellu jasal il-mument li t-Trattat ta’ Versailles jigi michud u abrogat mill-Germanizi.
Fis-snin bikrin ta’ l-1920 il-Germanja kellha ftit linji ta’ l-ajru zghar. Dawn ftit kellhom kapitali u ghajnuna mill-Gvern; izda sal-1926, bl-isforzi ta’ Erhard Milch, li kien impjegat tal-linja Lloyd Ost u wara ta’ l-industrija ta’ l-ajruplani Junkers, il-Gvern iddecieda li jwaqqaf id-Deutsche Lufthansa, il-linja nazzjonali, bl-appogg tal-militar. Milch zgura li l-linja jkollha hafna piloti ttrenjati f’hafna tipi ta’ ajruplani u f’kull xorta ta’ titjir.
Biex tizdied l-importanza tat-titjir f’ghajnejn in-nies, sa mis-sena 1920, is-sena ta’ wara t-Trattat ta’ Versailles, kienet twaqqfet id-Deutscher Luftsportverband (Ghaqda Germaniza ta’ l-Isport ta’ l-Ajru). Bizzejjed nghidu li dak li min jaf kemm studja l-invazjoni ta’ Malta, il-General Kurt Student, kien inkarigat mir-Reichswehr Ministerium (Ministeru ta’ l-Armata Germaniza 1921-1935) biex jorganizza korsijiet ta’ taghlim fl-uzu tal-glajder.
Twaqqfu bosta dipartimenti biex jikkoordinaw l-ippjanar u x-xoghol sakemm fl-10 ta’ Marzu, 1935 il-Luftwaffe twieldet ufficjalment. Sa dakinhar sahhitha kienet tiflah 1888 ajruplan ta’ kull ghamla u tiftahar b’muskulatura salda ta' 20,000 ruh.
L-industrija ta’ l-ajruplani Germaniza kellha warajha ismijiet kbar ta’ kostrutturi bhal Junkers, Messerschmitt, Heinkel, Henschel u Dornier fost l-ohrajn. Sa ftit xhur qabel tmiem il-gwerra l-Germanja Nazista kellha aktar (p.115) minn elf ajruplan tal-gett lesti; biss ma kellhomx cans jiggieldu. Kienu progetti li nhadmu mal-bidu tal-gwerra, immaturaw matulha u kwazi tvaraw fl-ahhar taghha.
Kien bl-istess rieda li l-industrija ta’ l-ajru Germaniza pproduciet ajruplan tal-glied u tal-bumbardament bhall-Ju 87 u Ju 88 u l-Me 109, fost ohrajn, li raw tant xoghol, taw tant hidma u, meta l-Germanja kienet ghaddejja tkaxkar kollox quddiemha, kisbulha tant glorja.
Naghtu harsa hafifa lejn l-ajruplani li ntuzaw kontra Malta. F’dan il-process nippruvaw naslu ghal konkluzjoni dwar l-ghamliet li minnhom nizlu l-balal fuq il-knisja tal-Mosta. Insemmu l-ghamliet ta’ ajruplani li ntuzaw fl-ajru ta’ Malta biex naraw x’kienu c-cansijiet taghhom li jolqtu r-Rotunda u monumenti ohra.
PARTI II
Heinkel He 111
Il-Heinkel He 111 l-ewwel darba li dahal fis-servizz kien fl-1937 u sa ma faqqghet il-gwerra l-H u l-P kienu jiffurmaw l-ispina dorsali tal-qawwa tal-bombers Germanizi. Din is-sitwazzjoni baqghet triegi tul l-ewwel sena tal-gwerra, imbaghad il-Junkers Ju 88 beda jiehu post il-Heinkel 111.
Il-Heinkel He 111 H kellu zewg magni Jumo 211, kull wahda ta’ 1200 ziemel (horsepower). Kien jista’ jgorr taghbija ta’ 4400 libbra. Kellu kru ta' hamsa bi nhar u erbgha bil-lejl. Ma jissemmiex fil-hbit fuq Malta wara nofsinhar tad-9 ta’ April, 1942, ghalkemm bil-lejl, wara l-hdax, zewg Heinkels 111 dahlu jattakkaw.1
Focke-Wulf FW 190
Il-FW 190 kien Jagdbomber (ajruplan tal-glied u tal-bumbardament, maghruf bl-Ingllz bhala fighter-bomber). Kien jiflah taghbija ta’ bombi sa elf kilogramma. Kellu magna wahda. Ma jissemmiex fil-hbit fuq Malta ta’ wara nofsinhar tad-9 ta’ April, 1942.
Messerschmitt Bf 109
Il-Messerschmitt Bf 109 hu wiehed mill-fighters ewlenin li ntuzaw fit-Tieni Gwerra Dinjija. Gie ddisinjat minn Dipl. Ing. Willy Messerschmitt u l-inginier ewlieni tieghu Walter Rethel.
(p.116) Kien fighter b’magna wahda u kien gie ppruvat fil-gwerra civili Spanjola mil-Legion Condor. Barra milli ntuza bhala fighter, verzjonijiet tieghu setghu jintuzaw bhala Jagdbomber, Jabo fil-qosor, jigifieri, bhala fighter-bomber. Kellu wisa’ ta’ 32 pied u 4 pulzieri u nofs, tul ta’ 28 pied u zewg-terzi ta’ pulzier, gholi ta’ 8 piedi u nofs pulzier u l-area tal-gwienah kienet ta’ 176.53 pied kwadru. Skont William Green, awtorita fuq l-ajruplani li bnew u firxu t-Tielet Reich u fl-ahhar ma rnexxilhomx jiddefendu l-kisbiet kbar taghhom, fil-ktieb tieghu Warplanes of the Third Reich, l-itqal taghbija ta’ bombi li xi verzjoni li ntuzat fil-gwerra setghet iggorr kienet ta’ 550 libbra (SC 250).2 Taghrif dettaljat fil-ktieb Die Deutschen Flugzeuge 1933-1945 ta' Karlheinz Kens u Heinz J. Nowarra jindika li l-Me 109 El kien igorr bomba 250kg jew 4 x 50kg.3 William Green4 jaghti disinji tal-Me 109 F mis-Serje 1 sa 6 u juri li l-itqal bomba li seta’ jgorr kienet ta’ 550 libbra wahedha. Green jirriafferma li l-Me 109 F-4/B l-izjed li kien igorr kienet SC 250.5 Jikteb ukoll6 li l-Me 109 F-4/R6 kien kapaci jgorr jew bomba SC 250 jew 4 x SC 50 (b’kollox 200kg) jew tank ta’ rizerva ghall-petrol ta’ 66 gallun.
F’Combat Aircraft of World War II, madanakollu, Bill Gunston jirriproduci ajruplan Me 109 b’bomba ta’ 500kg.7 Izjed ukoll, taghrif mibghut lili mid-Deutsche Aerospace AG, München, mehud minn Die deutsche Luftfahrt, Willy Messerschmitt-Pionier der Luftfahrt und des Leichtbaues ta’ Hans J. Ebert, Johann B. Kaiser u Klaus Peters8 jghid car u tond li l-Me 109E-3/B seta’ jgorr taghbija totali ta’ 500kg, izda, bhala regola, fil-glied dan l-ajruplan kien itajjar fuqu bomba ta’ 250kg. L-ewwel darba li dan gara kien fil-Battalja tal-Britannja. L-ajruplan tas-Serje E li kien jiflah bomba ta’ 500kg kien uzat fl-1940.9
L-Me 109G-1 beda jitlesta fil-fabbriki u jidhol fis-servizz fir-rebbiegha ta’ l-1942. Fl-istess zmien saru esperimenti bl-Me 109G-2 biex ikun jista’ jgorr SC 500 (bomba ta’ 1100 libbra). Kien sforz biex jigi evolut Jagdbomber mit vergrosserter Reichweite (fighter-bomber li jasal aktar ’il boghod), fil-qasir Jabo-Rei. Il-problema ewlenija kienet li, meta l-ajruplan jigi biex jinqata’ mill-art, il-bomba tahbat. Dan ix-xkiel instablu tarfu fl-ufficcju ta’ Fieseler. Is-soluzzjoni kienet li tizdied rota taht iz-zaqq tal-Jabo u, meta l-ajruplan ikun lahaq certu gholi, tintelaq bil-paraxut. Ix-Skoda Werke qrib Praga fic-Cekoslovakkja mmodifikat l-Me 109G-2 li nghatalha skont id-disinn ta’ Fieseler u lestietu bin-nomenklatura FiSk 199. It-testijiet li saru bl-Me 109G-2R1 kienu success. Izda gara li ma sar ebda zvilupp iehor tal-Me 109G-2/R1 Jabo-Rei u baqa’ ma dahalx fis-servizz.
Me 109 Zwilling
(p.117) Kien gie propost li zewg frejmijiet ta’ Me 109F jitwahhdu u jiffurmaw konfigurazzjoni tewmija maghrufa bhala Zwilling. L-Amerikani ghamluha bil-P-82 Mustang. Ix-xoghol inbeda tard fl-1942. L-ufficcju ta’ Messerschmitt haseb li juza frejmijiet ta’ Me 109-G. Dan kien ikun Schnellbomber (bomber ta’ heffa kbira) li kapaci jgorr SC 500 u zewg SC 250s. Kien ser ikun Zerstörer (destroyer) mill-aqwa. Izda l-prototip qatt ma tar ghax sofra hsara waqt hbit mill-ajru wara li tlesta fl-1943 u gie abbandunat fl-1944.
Mis-serje tal-Me 109, imsejjah ukoll bhala Bf 109 (Bayerisch Flugzeugbau), hu maghruf li l-E-1/B, l-E-4/B, l-E-4/N u l-E-7/U2 kienu jifilhu taghbija ta’ bombi sa 250kg. L-istess kienu kapaci jaghmlu l-F-4/B u l-G-6/R1, G-10/R6, G-14/R1 u l-G-16.
Tirrizulta diskrepanza bejn dak li jikteb William Green f'The Warplanes of the Third Reich u dak li nkiteb minn Bill Gunston f’Combat Aircraft of World War II10 dwar l-Me 109 F-4/B. Filwaqt li Gunston igib ritratt ta’ F-4/B b’bomba ta’ 500kg, Green jikteb li l-F/4B kien igorr sa 250kg.
Rapporti li nhargu dwar il-hbit mill-ajru nhar id-9 ta’ April, 1942 juru car u tond li Me 109s attakkaw Malta wara nofsinhar. Christopher Shores, Brian Cull u Nicola Malizia jiktbu li Me 109s attakkaw Malta wara nofsinhar tad-9 ta’ April, 1942.11
Messerschmitt Bf 110
Reichsmarschall Hermann Göring kien iqis iz-Zerstörergruppen tal-Bf 110s bhala l-aqwa formazzjonijiet ta’ fighters strategici fil-Luftwaffe. Il-propagandisti Germanizi kienu qeghdin jaghtu ragun lil Oberbefehlshaber der Luftwaffe Hermann Göring li l-Bf 110 kien ajruplan li ser jaghti kontribut kbir fil-kampanja biex il-Gran Britannja ccedi wara l-Adlerangriff, izda l-Hurricanes u Spitfires kienu ghoddhom meghkuhom lill-Bf 110s. L-ajruplan baqa’ jintuza minhabba li s-successur tieghu, l-Me 210, falla u ebda successur ma hadlu postu fil-hin.
Il-Bf 110 kien ippjanat bhala ajruplan tal-glied (fighter). Maz-zmien gew introdotti serji ta’ fighter-bombers (Jagdbomber) jew Jabo fil-qosor. Il-Bf 110C-4/B kien igorr zewg SC 250s. L-I u t-II Staffeln ta’ Bf 110C-4/B Jabos bdew jattakkaw vapuri fil-Kanal Ingliz mal-ewwel.
Il-Bf 110C-7 seta’ jgorr zewg SC 500s. Il-produzzjoni tas-serji C twaqqfet f’Novembru 1941.
Il-Bf 110D-2, langstrecken Zerstörer, ukoll kien igorr zewg SC 500s.
(p.118) Tard fir-rebbiegha u kmieni fis-sajf ta’ l-1941 gew introdotti zewg serji godda ta’ Bfs, il-Bf 110E u l-Bf 110F, li kienu Jabos li jgorru 2 SC 500s u 4 SC 50s. Il-Bf 110E-1/R2 nehhewlu l-ETC 50s, li kienu rakkijiet biex maghhom jehlu l-bombi ta’ 50kg, u flokhom tqieghdu, ma’ zaqq l-ajruplan, zewg ETC 1000 biex ikunu jistghu jgorru zewg bombi ta’ 2205 libbra l-wahda, jigifieri SC1000 kull wahda. Fl-1942 il-Bf 110E-2 kien zviluppat ghall-produzzjoni tal-Jabo.
Il-Bf 110F-1 seta’ jgorr zewg bombi SC 250s jew SD250s, zewg SC 500s jew kannestru AB500 b’bombi zghar tal-hruq u ta’ tifrik. L-erba’ ETC 50 imwahhla mal-gwienah setghu jgorru kull wahda SC 50 jew SD50 jew AB24 b’24 bomba SD2.
Fi Frar 1942 MIAG u GWF komplew ifornu l-Bf 110 lil-Luftwaffe peress li l-Me 210, li suppost hadlu postu, ma rnexxiex u ma kienx hemm ajruplan iehor li seta’ jaghmel tajjeb ghall-Me 210.
F’Mejju 1942 bdew hergin il-Bf 110G-2s mill-fabbriki. Dawn setghu jintuzaw jew bhala fighters Zerstörer jew bhala Jabos billi wiehed jarmahom bir-Rüstsätze rilevanti halli jgorru l-bombi. Seta’ jgorr zewg SC 500s u erba SC 50s.
Il-Bf 110 kellu post ghal zewg avjaturi jew tlieta. Kellu zewg magni. Il-wisa’ kien ilahhaq 55 pied, 5 pulzieri u terz; it-tul 41 pied u 4 pulzieri u l-gholi kien ta’ 11-il pied, 4 pulzieri u zewg terzi. L-area tal-gwienah kienet 418.72 pied kwadru.
Ghalkemm il-Bf 110 intuza kontra Malta u nsibuh bhala ajruplan ta’ osservazzjoni waqt il-hbit imdemmi tal-21 ta’ Marzu, 1942, l-1942 kienet is-sena tal-Junkers, u terga’ aktar tal-Ju 88 inkella tal-Ju 87. Mhux imsemmi hbit mill-Bf 110 ghal nhar id-9 ta’ April, 1942.
Junkers Ju 87 Stuka
Dan l-ajruplan kien suggett li qanqal kontroversja fil-fili ta’ l-Oberbefehlshaber der Luftwaffe. L-iStuka (Sturzkampfflugzeug imqassra), ajruplan li jiddajvja x’hin jixhet il-bombi, kellu xehta ta’ ghasfur tal-priza b’dawk ir-roti mghottija qishom dwiefer lesti biex jahtfu. Dawn ir-roti kienu jibqghu mnizzlin ghax il-metall tal-protezzjoni kien goff u ma jaghmilhiex haga possibbli li d-disinjatur jipprovdi spazju fejn tittella’ kull rota taht kull gewnah. L-iStuka kien johloq effetti psikologici tal-biza’ fuq min kien qieghed jigi attakkat minnu. Min-naha l-ohra kien manuvrabbli, joffri vizibbiltil tajba lill-kru u kapaci jwassal il-bombi sa ghaxar metri (p.119) boghod mit-target. Is-successi li nkisbu bl-uzu tieghu fil-Polonja u fi Franza tawlulu z-zmien li fih il-Luftwaffe uzatu u kompliet tiehu verzjonijiet godda tieghu. L-izvantagg li kellu kien il-velocita li bdiei taghmlu vittma facli ta’ fighters avversarji.
Waqt l-attakk fuq Malta fl-4:30 p.m. nhar id-9 ta’ April, 1942 dahlu madwar tnax-il Junkers Ju 87 Stuka jattakkaw.12
Junkers Ju 88
Il-Ju 88 kien iddisinjat bhala bomber li kellu jaqdi kull tip ta’ missjoni. Kellu wkoll jaghmel dive-bombing sa angolu ta’ 70° u jkun b’sahhtu bizzejjed biex jiflah ghall-istress fuq l-istruttura tieghu.
Fil-Ju 88 il-BZIA, sistema biex il-pilota jara u jimmira waqt li jkun niezel jiddajvja halli jimbumbardja, u s-sistema ta’ tluq il-bombi flimkien mal-kontrolli tat-titjir kienu integrati b’mod tassew ta’ l-ghageb. Ghalhekk ir-rizultati miksuba kienu eccellenti ghax mill-mument li l-ajruplan jiddajvja sakemm jixhet il-bomba t-tliet sistemi kienu jahdmu b’mod awtomatiku. Kienu jinfurmaw lill-pilota ezatt x’hin jerfa’ ftit il-manhar ta’ l-ajruplan sakemm it-target kien jigi ccentrat. Meta l-ajruplan kien jasal f’gholi ta’ 250 metru, horn kien idoqq biex jindikalu dan il-fatt. Il-pilota kien jiccentra u, fl-gholi ssettjat biex jintefghu l-bombi, kien jaghfas buttuna biex is-sistemi tat-tfigh tal-bombi u ta’ distakk (pull-out ta’ l-ajruplan) mid-dajv jibdew jahdmu awtomatikament. Matul l-attakk, anzi sa mill-bidunett, kulma kellu jaghmel il-pilota kien li jzomm l-istikk hafif hafif u s-sistema kienet taghmel il-bqija tax-xoghol wahedha.
Il-Ju 88 kellu wkoll tachometric bombsight u din kienet tghinu biex jattakka kemm billi jigglajdja fil-baxx u kemm billi jixhet il-bombi minn pozizzjoni orizzontali.
Il-Ju 88A-1 kien igorr 2000kg bombi bhala regola. F’kaz li kollha kemm huma kienu ta’ 50kg il-wahda, kien igorrhom gewwa f’zewg bomb-bays. Bombi akbar minn 50kg kellhom jingarru barra.
Il-Ju 88 A-l kellu tliet machine-guns mizmuma fuq l-idejn ghad-difiza tieghu. Wahda kienet tispara ’l quddiem mill-kokpit, ohra lura u ‘l fuq minn wara l-kabina u t-tielet kienet tispara lura u ’l isfel mill-gondola ta’ taht l-ajruplan. Il-machine-guns kienu Rheinmetall-Borsig MG 15 ta’ kalibru 7.9mm u kienu jisparaw 1000 tir fil-minuta. Il-Ju A-l kellu kru ta’ erba’ avjaturi.
Matul il-gwerra l-Ju 88 serva f’hafna ghamliet ta’ missjoni u minnu nbnew aktar minn 15,000 bejn bombers, ajruplani tat-tkixxif, ajruplani (p.120) tal-glied, ajruplani tat-taqbid bil-lejl u intruders. L-Alleati kellhom stima kbira tieghu. Wara l-Battalja tal-Britannja fis-sajf ta’ l-1940, il-Ju 88 intuza ghal xogbol iebes ta’ taqbid fil-Balkani u l-Mediierran.
Il-verzjoni A-4 tal-Ju 88 x’aktarx li kienet is-serje l-aktar importanii u l-aktar famuza fl-inventarju tal-Luftwaffe.
Bhala regola l-bicca l-kbira tal-bombers Ju 88 kienu jgorru SC 250 u 500 u SD250 u 500. Setghu jgorru 28 balla SC 50 fiz-zewg kumpartimenti tal-munizzjon filwaqt li fuq in-naha l-ohra setghu jghabbu sitt SC/SD250s. Alternatliva ohra kienet zewg bombi ta’ 1000kg u xi ftit SC 50s, izda r-radius tattiku kien ta’ 400-470km, filwaqt li normalment il-Ju 88 kien jasal sa radius ta’ 1300km.
Ju 88 mghobbi b’taghbija ta' sitt bombi ta’ 250 kilogramma jew erbgha ta' 500 kilogramma seta' jattakka targets sa 1000 kilometru ‘l boghod mil-bazi tieghu peress li zewg tankijiet ta' aviation fuel setghu jitqieghdu fil-kumpartiment tal-bombi. B'taghbija ta' erba' SC 250s jew tliet SC 500s u tank ta' 600 litru, li kien imbaghad jintrema, il-Ju 88 A-4 kien jasal sa 3400km u r-radius tattiku kien ta’ 1200km.
Nofs il-lejl li ta bidu ghall-1942, is-sena tar-Rotunda, kien akkumpanjat minn attack bil-machine-guns ta’ Ju 88 fuq Ta’ Qali. Ftit wara li spicca jistrejfja gew bombers ohra jahbtu ghal Ta’ Qali. Is-siegha qalila u deciziva kienet waslet u waslet bi preludju mimli tifsir ghas-sehem li dan l-ajrudrom, l-ewlieni fis-settur tal-fighters fit-teatru ta’ l-operazzjonijiet militari ta’ l-Alleati fil-Mediterran, kellu jkollu, specjalment fir-raba’ xahar, f’April, meta dabbar aktar minn tmien mitt tunnellata bombi. Kien l-1175 attakk tal-gwerra fuq Malta li ta bidu ghall-1942.
Ghal Ta’ Qali l-Ju 88s baqghu gejjin sakemm zernaq il-jum tal-21 ta’ Marzu, 1942 u l-Ju 88 ta’ Lehrgeschwader 1 ghamlu li ghamlu fix-xelter ta’ Triq Gafa. Baqghu jigu u gew ukoll nhar id-9 ta’ April ta’ wara. Il-Germanizi kienu jzommu orarju strett ta’ l-attakki taghhom, ta’ lanqas dawk li ma kenux mehtiega li jsiru ghall-gharrieda. L-iskeda ndrat. Niftakar lil missieri jsemmi r-rejd tal-habta tal-4:45 p.m. fuq Ta’ Qali. “Kienu jigu min-naha tan-Naxxar. Mal-hin kuljum.” Peress li ommi kienet haslet stkerrhitu dan ir-rejd ta’ dan il-hin partikulari, “ghax kien ikun aktarx qawwi”, kienu jmorru Birkirkara.
Nhar id-9 ta’ April, 1942 ir-rejd wasal bhalma waslu ta’ qablu u ta’ warajh u fih hadu sehem zewg mewgiet ta’ Ju 88s u xi tnax-il Ju 87. Kien hemm ukoll fighters Me 109 F u Jabos Me 109 F minn 10 (Jabo)/JG 53.
PARTI III
X’tipi laqtu lir-Rotunda
(p.127) Is-Sinjura Barbara Marjoribanks-Egerton, mart ragel tas-servizz tar-Royal Irish Fusiliers stazzjonat fl-area tan-Naxxar, kienet izzomm djarju. Kitbet li wara nofsinhar ghall-habta tal-5:00 tad-9 ta’ April, 1942, rat Me 109 jaqa’ ’l barra mill-ponta ta’ San Gorg. Ghalkemm rat il-pilota jaqbez bil-paraxut, x’aktarx li ghereq ghax, wara li l-paraxut gheb taht l-ilma, il-pilota ma deherx izjed.13
Ir-rapporti mahrugin mid-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni rigward l-attakki mill-ajru fuq Malta ghad-9 u l-10 ta’ April, 1942 it-tnejn isemmu tliet tipi ta’ ajruplani Germanizi. Issemmew il-Junkers 87, Ju 88 u l-Messerschmitt Bf109.
Ir-rapport imxandar fi Il-Berqa14 ta’ l-10 ta’ April, 1942, ghalkemm iwassal sas-7:00 p.m. tad-9 ta’ April, ma jidhirx li jirreferi ghall-hbit li sar fuq il knisja tal-Mosta. L-ghada, 11 ta’ April, Il-Berqa semmiet li knisja kienet fost il-bini milqut. Nhar id-9 ta’ April, 1942 iggarrfet il-knisja ta’ Hal Luqa u ghalhekk wiehed irid jistaqsi ghal-liema wahda rrefera dan ir-rapport.
Dun Guzepp Micallef fi Rahal fi Gwerra15 jikkwota r-rapport li deher fi Il-Berqa ta’ l-10 ta’ April u jghid li disgha mis-sittax-il Ju 87s habtu ghal Hal Luqa u hallew herba shiha warajhom fit-toroq, fil-bini, fit-tigrif tal-knisja parrokkjali u fil-hamsa u ghoxrin ruh li mietu kawza tal-bombi. Hal Luqa nhabtet ftit wara s-1:00 p.m.
Jidher car li r-rapport imxandar fi Il-Berqa tal-11 ta’ April, 194216 jirreferi ghall-knisja tal-Mosta. Mhux biss isemmi li l-knisja nhabtet izda l-fatt gie rrapurtat ukoll bhala sotto-titlu. Inkiteb car u tond: “Illum wara nofsinhar giet ghal darb’ohra milquta knisja”. Il-fatt li ma ssemmiex il-bumbardament tal-knisja fir-rapport ta’ qabel jinftiehem malajr meta wiehed iqis li l-knisja tal-Mosta nhabtet bejn l-4:30 u l-4:40 p.m. Ir-rapport kien iwassal sas-7:00 p.m. Izda, kif inkiteb fi Il-Berqa ta’ l-10 ta’ April,17 ir-rejd kien ghadu sejjer. Imqar jekk wiehed jara l-figuri tal-mejtin f’Hal Luqa jsib li l-istatistika mhix kompluta. Ghalhekk jidher car li hu r-rapport li deher fi Il-Berqa tal-11 ta’ April, 194218 li jirreferi ghall-hbit fuq il-knisja tal-Mosta. Biss wiehed ihoss li ghandu jenfasizza li sostanzjalment m’hemmx differenza ghall-kaz in kwistjoni peress li z-zewg rapporti jsemmu tliet tipi ta’ ajruplani Germanizi: il-Ju 87, il-Ju 88 u l-Me 109 (Bf 109).
(p.130) L-istess rapporti dehru fi The Times of Malta ta’ l-10 u l-11 ta’ April, 1942. Il-Ju 87s kellhom skorta ta’ Me 109s, izda xi Me 109s kienu qeghdin igorru l-bombi wkoll.
Qabel nisimghu aktar xiehda, jehtieg inzommu flimkien mill-gdid il-fatti li graw bejn l-4:30 u l-4:40 p.m. tad-9 ta’ April. Minhabba nuqqas ta’ dokumentazzjoni cara, kien qieghed jigri li n-nies issemmi l-balal li waqghu flimkien fl-4:40 p.m., fosthom il-kbira li giet fil-knisja. Is-Sur Frank Calleja, li kien fil-kampnar tal-qanpiena l-kbira f’dawk il-mumenti storici, iccarali s-sekwenza tal-grajjiet f’intervista telefonika nhar l-10 ta Frar, 1993.
ls-Sur Calleja qalli li ghall-habta ta’ l-4:30 p.m., waqt li kien fil-kampnar tal-qanpiena l-kbira, sema’ hoss ta’ xi haga tahbat mal-kampnar u spluzjoni x’imkien iehor. Indunaw li kienet bomba zghira, U mir-rekords tal-Bomb Disposal Squad, kienet SD 50. Din spiccat fuq iz-zuntier, mhix sploduta, wara li tajret zewg antifissi tal-frontispizju.
Hu u tnejn ohra nizlu jigru ’l isfel. Kienu waslu isfel meta ndunaw li balla ohra dahlet fil-knisja mis-saqaf. Dan kien xi ghaxar minuti wara, fl-4:40p.m. Il-balla waqfet xi ghoxrin pied ’il barra mill-bieb taht il-lunetta ta Kristu mdawwar mill-Appostli, li saritilha hsara kbira. Ma’ din il-balla, li llum stabbilejna li kienet SC 500, waqghu ohrajn li gew in-naha tal-kannierja bejn it-tarag ta’ barra l-altar ta’ Santa Filomena u n-naha warranija tal-knisja.
Ghalhekk jirrizulta li f’temp ta’ madwar ghaxar minuti r-Rotunda tal-Mosta ntlaqtet darbtejn minn zewg ajruplani differenti.
Is-Sur Calleja ma rax l-ajruplan li xehet il-balla li laqtet il-kampnar u l-missila, kienet ta’ liema kalibru kienet, li splodiet fuq San Guzepp. Anzi ma kellu ebda hjiel ta’ l-ajruplan. Peress li l-bombi huma ta’ kalibru zghir hemm possibilta li fl-ewwel laqta, ta’ l-4:30 p.m., kien imdahhal Messerschmitt Bf 109. Dr Felix Sauer jghid li din il-balla nxtehtet mill-ajruplan ta’ siehbu mill-10 (Jabo)/JG 53, li wara kkraxxja fil-bahar. Mrs Marjoribanks-Egerton rat Me 109 jikkraxxja fil-bahar u rat il-pilota jaqbez bil-paraxut.
Meta Dr Felix Sauer kien intervistat minn The Sunday Times19 qal li ma jistax ikun li l-bomba li hemm fis-sagristija hi dik li twaddbet mill-ajruplan ta’ siehbu ghax hi ikbar. Kien qieghed jimplika li l-Me 109s taghhom ma kenux armati b’bombi ta’ kalibru ta’ hames mitt kilogramma. L-Me 109s taghhom ma kenux jifilhu jgorru SC 500 (1100 libbra), it-tip ta’ bomba li hemm fis-sagristija, xempju ezatt fil-qisien u toqol ta’ dik li originarjament (p.131) nifdet il-koppla. B’hekk, skont Dr Sauer stess, ghandna konferma li l-balla li dahlet fir-Rotunda ma nxtehtitx minn Me 109. Is-SC 500 inxtehtet minn ajruplan tad-ditta Junkers.
Fl-intervista li ghamilt lis-Sur Joseph Sant fl-1 ta’ Awissu, 1992 semmieli ragel, illum mejjet, certu Karmenu, li ra l-ajruplan li xehet il-balla fuq ir-Rotunda fl-4:40 p.m. Kien jaghrafhom it-tipi ta’ ajruplani Germanizi. Karmenu kien jghid li kien Junkers 88.
Is-Sur Frank Calleja wkoll isemmi zewg mewgiet ta’ Junkers li gew jahbtu fir-rejd ta’ l-4:30 p.m. Dawn il-mewgiet kienu maghmula minn Ju 88s.
Interessanti x-xhieda tas-Sur Joseph Bonnici, Mosti li llum jghix Hal Qormi. Is-Sur Bonnici kien tifel u kien fil-kampnar ta’ l-arlogg li juri s-sighat u l-minuti. F’intervista telefonika nhar l-4 ta’ Jannar, 1993 qalli li hu ra l-ajruplan iwaddabhom il-bombi. “Waddab hamsa”. Is-Sur Bonnici qalli li rahom nezlin. Minn dawk il-hamsa kien hemm wahda li minnha hargu aktar bombi meta nfethet. Nifhem li dan kienkontenitur ta’ bombi anti-personnel. Il-balla ma rahiex diehla fil-knisja ghax mnejn kienu ma tidhirx il-parti tal-koppla fejn ittaqqbet it-toqba. Huma nizlu jigru t-tarag. Is-Sur Bonnici qalli li tghaddi mnejn tghaddi dakinhar tehel ghax kullimkien kien hemm bombi mhux sploduti.
Meta staqsejtu l-ghamla ta’ ajruplan, is-Sur Bonnici wegibni li kien ajruplan bi gwienah wesghin, mill-kbar. Ghalkemm il-Ju 88 ma kienx bomber tqil, ghax il-Germanizi ma kellhomx ghajr il-Griffin, li ma kien success xejn u ma serviex fil-Mediterran fil-hajja qasira tieghu, kien jidher ikbar imqabbel ma’ Ju 87. L-iStuka kien kapaci jgorr taghbijiet tqal komparabbli ma’ dawk tal-Ju 88. Jidher li ma kienx Ju 87 peress li d-deskrizzjonijiet li tawni d-diversi xiehda kienu ta’ ajruplan b’zewg magni. Filwaqt li l-Ju 87 kellu magna wahda, il-Ju 88 kellu tnejn.
Skont NCO ta’ “D” Company tar-Royal Irish Fusiliers, l-ajruplani li attakkaw il-Mosta f'dak ir-rejd tar-Rotunda kienu Ju 88s.20
Nergghu nigu ghall-Me 109 u s-SD 50s. Fid-9 ta’ April, 1942 il-BDS zarmat hames SD 50s u SC 500. Ju 88 seta’ jgorr taghbija bhal din; izda s-Sur Frank Calleja gharaf jittracca l-avvenimenti ta’ dawk l-ghaxar minuti li fihom setghu jithassru s-sinjali konkreti tas-sagrificcji ta’ missirijietna taht il-qilla ta’ l-azzar u l-isplussiv. SD 50 nizlet f’xi l-4:30 p.m. u maghha bomba ta’ kalibru mhux maghruf. SC 500 u zewg SD 50s nizlu ghaxar minuti wara. Hemm il-possibilta li s-SC 250 li nstabet fit-28 ta’ April, 194821 nizlet mal-balal mixhuta mill-Ju 88.
(p.132) Peress li hadd mill-art ma ra ajruplan jixhet is-SD 50 fl-4:30 p.m., ghalkemm is-Sur Frank Calleja jsostni bla tlaqliq u bl-awtorita ta’ min kien fil-post tal-grajja storika u helisha zbrixx li verament dak il-hin waqghet wahda li habtet mal-kampnar u spiccat fuq iz-zuntier, u peress li dak il-hin ma kenux jidhru Ju 88s, wiehed jista’ jiehu bhala xhieda, sakemm hu possibbli dak li Dr Felix Sauer fisser lil The Sunday Times.22 F’dik l-intervista Dr Sauer kien irrappurtat li qal li ra lil siehbu, f’Me 109 iehor, jitfa’ balla.
Kienu tnejn l-ajruplani li laqtu lir-Rotunda fid-9 ta’ April, 1942. Wiehed jidher li kien Me 109 Jabo ta’ 10/JG 53 misjuq, skont ix-xhieda ta’ Sauer, minn Gefreiter Franz Scheffl, u l-iehor Ju 88. Ta’ l-ewwel laqat ir-Rotunda ghall-habla tal-4:30 p.m. u t-tieni laqatha fil-4:40 p.m.
Minn dak li halla miktub Pilot Officer McKay dan l-attakk fuq Malta kien maghmul minn mitt ajruplan, nofshom bombers u nofshom Me 109Fs. Kontriehom telghu ghaxar Hurricanes u zewg Spitfires minn Skwadri 185 u 229, forza insinifikanti li, madanakolu, flimkien mal-baraxx li tela’ mill-gzira kollha kontra l-invazuri bl-iswastika wassal biex jintlaqtu tmien Junkers 88 izda hadd hlief il-pilota Tony Boyd F BN 118 ma semma l-possibilta li waqqa’ Junkers 88. Boyd qal li laqat Junkers u ghamillu l-hsara; ma rahx niezel fl-art jew fil-bahar u kulma seta’ jghid kien li minn xhieda ta’ artilliera fuq il-kanuni dan il-Ju 88 verament inqered. Fir-rekords li baqa’ tal-Luftwaffe ma jissemma li ntilef ebda bomber nhar id-9 ta’ April, 1942.23 Bejn x’intqal minn piloti Inglizi u bejn x’fadal minn dokumenti tal-Luftwaffe jidher li m’hemmx qbil ma’ NCO ta’ l-Irish Fusiliers li kiteb fl-1943 li dakinhar xi tliet Junkers spiccaw il-bahar.
Nhar l-14 ta’ Awissu, 1993, is-Sur Joe Bezzina wassalli taghrif minghand persuna li missierha kien il-Bizbizija fl-ghalqa u ra l-hbit ta’ l-ajruplani. Missier din il-persuna ra zewg Messerschmitts jghaddu ftit qabel dahlu l-Junkers. Meta dahlu l-Junkers wiehed inqala’ minn ma’ l-ohrajn ghax intlaqat minn fighter. Kellu d-duhhan hiereg.
Dan it-taghrif fil-qosor kien konferma tas-sekwenza tal-grajjiet kif irrakkontati lili mis-Sur Frank Calleja nhar l-10 ta’ Frar, 1993. L-ewwel habtu l-Messerschmitts, li s-Sur Calleja ma rax, imma li taghhom hass l-effetti ta’ balla mwaddba minn wiehed minnhom, u wara dahlu l-Junkers, li ma rax anqas imma gharaf mill-hsejjes u mill-bomba kbira li lahqet dahlet qabel nizlu t-tarag tal-kampnar tal-qanpiena l-kbira.
Il-persuna li kellmet lis-Sur Bezzina qalet ukoll li kienu l-bombi mixhuta mill-Messerschmitt li gaghlu lin-nies jersqu lejn il-hitan tal-knisja u jwarrbu (p.133) min-nofs. Lili z-ziju ta’ din il-persuna qalli f’intervista fl-1978 li kien it-tifqigh tal-balal, li beda jinhass qrib il-knisja, u t-tperpir tal-karti mill-blast imwahhlin mat-twieqi tat-tanbur ghall-black-out li dahhlu fin-nies is-sens tal-gravita u l-qrubija tal-hbit u li wasslu lill-kotra tersaq mal-hitan jew tidhol fil-passagg tas-sagristija n-naha tal-monument tal-Kappillan Dun Gammari Schembri. Ohrajn baqghu fin-nofs quddiem Gesu Sagramentat, imma b’xorti tajba ma nizilx gebel fuqhom.
Jekk l-ajruplan dahhan ma jfissirx li bilfors kellu jikkraxxja. Anzi l-Inglizi ma kellhomx x’jghidu dwar bombers Germanizi mwaqqghin f’dan l-attakk.24 Li jista’ jfisser hu li hekk kif il-pilota nduna b’xi bcejjec ta’ l-ajruplan itiru bid-daqqiet tan-nar tal-kanunijew bid-duhhan, element li Dun Ang Camilleri ma rahx, zgur li, kif kwazi fil-kazi kollha, telaq il-bombi ha jehfief u jdabbar rasu lejn il-bazi. Favur din l-idea hemm ix-xhieda ta’ W.D. Scott u l-File tal-War Office25 li jghidu li l-fuzes ma kellhomx carg elettriku. Dan ic-carg elettriku kien jinghata mill-pilota qabel jintelqu l-bombi.
Semmejt fatti u impressjonijiet ta’ nies li raw l-incident jew kienu fil-knisja. F’xi punti jaqblu; f’ohrajn le. Dan hu fatt ta’ l-istorja, l-izjed meta wiehed ma jiktibx dak li ra hu dak il-hin. Anke meta titnizzel mill-ewwel, l-istorja tinkiteb skont kif ikun jaraha l-kittieb mir-rokna tieghu u ghandu mnejn ikun ihalli barra elementi li jidhru ahjar minn merghat usa’.
Dejjem hsibt dwar l-ghadd ta’ bombi mixhutin mill-Junkers 88. Ix-xhieda turi li kienu tlieta. Li dahlet gewwa kienet ta’ kalibru ferm ikbar mit-tnejn l-ohra li gew hdejn il-kannierja. X’gara mill-ohrajn? Possibbli dan il-Ju 88 gie b’SC 500 u 2 x SD 50 biss? Ma nahsibx. Anke biex jahbat Ta’ Qali kien jizra’ taghbija ta’ ghaxra miz-zghar biex iharbat l-istrippa li minnha kienu jitilghu u jinzlu l-fighters Inglizi. Jekk il-hsieb kien ghall-knisja tal-Mosta, xorta jibqa’ fatt li biex teqred bini massicc bhal dak kien jaqbel li twaddab ghadd gmielu ta’ bombi. L-opinjoni ta’ Dr A.R. Selby ta’ l-University ta’ Durham, li zar ir-Rotunda fis-Snin Sebghin, hi li l-ahjar mod biex teqred koppla ta’ struttura massiva bhal tal-Mosta hu li thassar proporzjon kbir tal-wicc taghha, forsi “by a cluster of bombs”.26
Il-fehma tar-Royal Military College of Science hi li, kieku s-SC 500 splodiet, kieku l-koppla ggarrfet. Il-hsieb ta’ Dr Selby fih piz mill-punt tattiku biex it-target jintlaqat zgur u mill-punt strulturali biex il-koppla, “struttura stabbli hafna u strutturalment konservattiva”,27 iccedi. Kif josserva Dr Selby, koppla kapaci tilqa’ hsara lokalizzata u tibqa’ wieqfa, imma jekk (p.134) tintmess minn bosta nhawi, allura jibda l-mekkanizmu ta’ cediment li jwassalha biex tikkrolla.
Jekk il-target kienet il-knisja tal-Mosta, kif gara li tlieta biss minn ghadd gmielu ta’ bombi, imqar sittax, skont l-arrangamenti, sabu ruhhom hemm? Tghid il-bomba li splodiet fuq id-dar tas-Sinjura Grazzja Vella fi Triq il-Kurat Calleja kienet wahda minn bosta tat-taghbija tal-Junkers? Dik li giet hdejn l-istatwa ta’ Santa Marija u ohra fi Triq il-Kungress Ewkaristiku x’imkien fejn illum hemm il-Mosta F.C. kienu ohrajn? Is-SC 250 li nstabet fil-gnien hdejn il-knisja fl-1948 kienet ohra? Kieku tlajna ghal sebgha.
Xhieda taz-zmien rappurtata diga f’dan il-ktieb tghid li l-Mosta kienet attakkata bl-ahrax dakinhar. Tghid kienu bombi ohra mill-istess ajruplan? Jew izjed ajruplani xehtu l-bombi fuq il-Mosta?
Uhud mill-bombi hadu; ohrajn le. Allura l-pilota filli kien jaf x’inhu jaghmel u jixghel il-fuzes bil-kurrent elettriku u filli tharbat u beda jitlaq kollox bl-ghama u bl-ghagla? Fl-ewwel kaz, allura jkollna naslu biex nghidu li verament ried jibbumbardja l-Mosta jew il-knisja? Dik kienet l-intenzjoni tieghu? Ma baqax jara x’irid jaghmel u ma wettaqx dak li gie ordnat jaghmel ghax nesa jkompli jiccargja l-fuzes minhabba harassment meta nduna li ntlaqat jew kien fil-gunsight ta’ fighter Ingliz u fittex li jahrab? Jekk il-bombi li hadu hdejn Santa Marija ta’ Triq it-Torri u tefgha ta’ gebla fi Triq il-Kurat Calleja kienu mixhutin minnu, kien qieghed jahdem bi skop preciz. Dawn il-postijiet, mill-punt ta’ attakk mill-ajru, huma, ghal finijiet militari, l-istess target area ristretta tal-knisja tal-Mosta.
Fi zmien it-tieni att tat-Tieni Assedju ta’ Malta, jigifieri fl-ewwel sitt xhur ta’ l-1942, fi Sqallija kien hemm Fliegerkorps taht il-kmand suprem ta’ Generalfeldmarschall Albert Kesselring. Fliegerkorps kienet maghmula minn I/KG 54 u Stab II taghha, III/KG 77 u Küstenfliegergruppen 606 u 806. Dawn kienu kollha mhaddma bil-Junkers A-4. Is-sezzjoni ta’ l-ajruplani tat-taqbid kienet maghmula minn Stab I u II, III/JG 53 u I/JG 3, kollha mghammra bil-Messerschmitt Bf 109 E-4/Trop, u Stab I, II, III/StG 3 u Ergrüngsgruppe StG1 bil-Ju 87B, li wara hadlu postu l-Ju 87 D-1.
Ghalhekk il-Junkers li bbombja r-Rotunda kien Ju 88A-4. Seta’ kien mill-ewwel Gruppe jew it-Tieni Stab (Staff) ta’ Kampfgeschwader 54 (Bombing Wing 54) u ghalhekk kellu l-kodici B3 + (il-plass qieghed ghas-salib iswed li jindika l-Luftwaffe - mhux ghall-iswastika). L-emblema kienet it-Totenkopf (Ras ta’ Mewt). Inkella kien mit-tielet grupp ta’ Kampgeschwader 71, li kellha l-kodici jibda 3Z + u ajkla sewda fuq bandiera bajda tperper (p.135) ma’ arblu bhala emblema fuq il-manhar taht il-kokpit. Il-bandiera kienet fuq sfond orangjo jghajjat. Il-motto ta’ KG 77 kien “Ich wil daz si vorvechten”. Dan il-motliv, miktub bl-alfabett Goliku u b’Germaniz Qadim, ghandu minn zmien il-Gwerer Kampanjoli,28 li fihom Martinu Luteru hadha qatta bla habel kontra l-klassi rurali. Il-motto jfisser “Irridhom jiggieldu quddiem minn pozizzjoni ta’ vantagg.”29
Fil-ktieb tieghu Die Verbände der Luftwaffe 1935-1945, Wolfgang Dierich jikteb li t-II u t-III Gruppen ta’ KG 77 bdew jattakkaw l-ajrudrom ta’ Ta’ Qali minn Comiso mill-20 ta’ Marzu, 1942.30 Ghalkemm dan ma jipprova xejn konklussiv rigward liema KG setghet laqtet ir-Rotunda bil-balla l-kbira, wiehed jista’ b’dan joqrob aktar biex jaghraf l-identita tal-Kampfgeschwader li kienet involuta fl-azzjoni.
Nhar il-Hamis, 9 ta’ Lulju, 1942 Ju 88 ta’Kampfgeschwader 77 waqa’ fi Triq Callus. Kien it-3Z+ET tad-disa’ skwadra ta’ KG77 (9/KG77). Il-pilota, Unteroffizier (Kapural) Herbert Schlitt u l-bqija tal-kru, erbgha b’kollox, mietu.31
L-ajkla taht il-manhar ta’ Ju 88 li ritratt tieghu ksibtu mill-Bibliothek für Zeitgeschichte, Stuttgart, turi ajruplan iehor ta’ KG 77. Skont it-taghrif li nghatajt dan l-ajruplan attakka Malta fid-9 ta’ April, 1942. lzda l-balla li ghandu mqabbda ma’ zaqqu hi wahda enormi, x’aktarx SC 1800 Satan.
Kien hawn ukoll Küstenfliegergruppen 606 u 806. F’kaz li l-Ju 88 A-4 kien jappartieni ghal wiehed minn dawn il-gruppi, kellu l-kodici M2 + fil-kaz ta’ l-ewwel u M7 + fil-kaz tat-tieni.
Lehrgeschwader I, li attakkat il-Mosta fil-21 ta Marzu, 1942 kellha l-kodici LI + u skema ta’ kulur ahdar fl-iswed kark u z-zaqq griza fic-celest. L-emblema kienet turi dragun ahmar.
Imqar jekk qatt jigi zgurat b’certezza shiha li l-hbit fuq il-Knisja tal-Mosta sar bi hsieb, wiehed irid jiftakar li l-iskop kien militari. F’dan il-kaz kien att li ried inizzel gharkubbtejhom lill-abitanti ta’ Malta bil-biza halli jcedu, imqar jekk b’mezzi illegittimi. Maz-zmien il-Germanizi tghallmu, bhalma tghallmu gwerriera ta’ nazzjonijiet ohra, bhall-Amerikani fil-Vjetnam, li, meta taqbez il-limiti, wiehed ihoss li m’ghandux mniex jibza izjed. lt-tattika tat-terrur tibda titlef l-iskop taghha u n-nies issir stagjonata ghall-battalja.
Fil-memorji tieghu Generalfeldmarschall Albert Kesselring jikteb fuq riflessjoni li ghamel meta sema’ b’kumplott li sar fuq il-hajja ta’ Hitler. Hu ggeneralizza l-qaghda tas-servizzi militari Germanizi u qal li l-armata (p.136) (Heer) kienet repubblikana, in-Navy (Kriegsmarine) imperjalista, u l-Luftwaffe, it-tarbija ta’ l-era Hitlerjana, Nazi-Socjalista.32 Qal izda li sa l-1944 kull fergha tal-Wehrmacht kienet leali lejn Hitler. Wiehed m’ghandux ihalli l-immaginazzjoni tigri bih u jasal biex jikkonkludi li, ladarba l-Luftwaffe kienet sigra li kibret minn zargun imlaqqam b’ideologija anti-Nisranija, b'daqshekk l-operazzjonijiet militari taghha kienu ddettati minn motivi kontra r-religjon. Bnadi ohra wkoll saru atrocitajict kontra komunitajiet religjuzi: bicca setghu gew evitati u saru ghall-ebda skop validu; ohrajn kundannabbli wkoll izda saru ghax kien hemm xi provokazzjoni li wasslet ghal atti ta’ ritaljazzjoni insensata, imqar ghax xi hadd ried ihares lill-imsejken mill-mohqrija. Altru l-hidma ta’ l-SS fl-artijiet okkupati; altru l-hidma tal-Luftwaffe kontra fortizzi militari. Bhalma rajna, ma jfissirx li f’Malta ma sarx ksur tal-ftehim onorevoli bejn il-gwerriera, bhal meta gew maxinganjati piloti Inglizi huma u nezlin bil-paraxut. Kienu kazijiet rari u certament imorru kontra d-direttivi tal-kmand militari Tedesk. Minn dan l-incident sfortunat ma naghmlux krucjati u Gihadijiet.
PARTI IV
Ir-Regia Aeronautica
F’April 1942 il-bumbardamenti mir-Regia Aeronautica fuq Ta’ Qali saru mill-550 Gruppo B.T. (Bombardamento Terrestre - Bumbardament fuq l-Art). Kienu bumbardamenti li saru minn formazzjonijiet zghar ta’ erba’, hames jew sitt ajruplani, bhala regola. Minn kopji ta’ dokumenti ddeklassifikati gentilment mibghuta lili mill-Kurunell Giovanni De Lorenzo33 jirrizulta li l-bumbardamenti tar-Regia Aeronautica saru bil-lejl u l-iskwadri ttajru minn Sqallija, mill-ajruport ta’ Castelvetrano, taht il-Comando Aeronautica Sicilia, Aprile 1942.
Id-dokument ghad-9 ta’ April, 1942 jispecifika li l-azzjoni kienet bumbardament ta’ bil-lejl. It-targets kienu l-ajruplani fl-ajrudromi “MIKABBA - PISTA GUDIA - TA’ VENEZIA (Ta’ Qali) - HAL FAR”. Telqu erba’ ajruplani fid-19.15, 19.20, 19.25 u 19.30. Dawn kienu tlieta BR20M mill-220 Squadriglia u BR20M mill-221 Squadriglia. Il-Kmandant tal-formazzjoni kien Capitano Rovatti u l-piloti l-ohrajn kienu Sotto Tenente Corallo, Sotto Tenente Bruscoli u Tenente Pecci.
(p.137) L-erba’ bombers Taljani xehtu tnejn u sebghin bomba ta’ 15-il kilogramma l-wahda u mija u ghoxrin ta’ 12-il kilogramma l-wahda fuq l-erba’ ajrudromi. Waslu fuq it-targets taghhom fil-21.05, 20.50, 21.00 u 21.35 rispettivament.
Dan jindika b’certezza assoluta li l-azzjoni tal-bombers Taljani saret bil-lejl. L-attakk fuq il-knisja sar fis-16.40, tliet sighat u hamsa u ghoxrin minuta qabel. Ir-Regia Aeronaulica ma kinitx imdahhla fil-hbit fuq il-knisja tal-Mosta nhar id-9 la’ April, 1942, skont id-dokumenti ufficjali u r-rapporti li saru lill-Kmand tal-Qawwa ta’ l-Ajru fi Sqallija dakinhar siess.
PARTI V
Ajruplani ta’ l-Assi
MESSERSCHMITT Bf 109 F-4 | |
Tip | Fighter-bomber b’magna wahda. |
---|---|
Magna | Daimler-Benz DB 601 E-l. |
Munizzjon | Kanun MG 51 ta’ 20 mm b’150 tir u zewg machine guns MG 17 ta’ 7.9 mm b’500 r.p.g. |
Bombi | 1x250kg jew 4x50kg. |
Velocita | 334 m.p.h. - 388 m.p.h. skont l-gholi. |
Qisien | Wisa’ - 32’ 5 ¾”; Tul - 29’ 0 1/3”; Gholi - 8’6"; Area tal-Gwienah - 174.376 pied kwadru. |
Kru | Wiehed. |
MESSERSCHMITT Bf 110 C-1 (p.138) | |
Tip | Fighter-bomber b’zewg magni. |
---|---|
Magni | Daimler-Benz DB 601 A-1. |
Munizzjon | Zewg kanuni MG FF ta’ 20 mm b’ 180 r.p.g., erba’ machine guns MG 17 ta’ 7.9 mm b’750 round. |
Bombi | (Bf110 C-41B u Bf 110C-7) - Taghbija ta’ bombi sa 1000 kg. |
Taghbija minn barra | 4x250 kg jew 2x500 kg. |
Velocita | 295 m.p.h. - 330 m.p.h. skont l-gholi. |
Qisien | Wisa’ - 53’3 ¾”; Tul - 39’7 ¼”; Gholi -13’6 ½”; Area tal-Gwienah - 413.334 pied kwadru. |
Kru | Tnejn jew tlieta. |
JUNKERS Ju 87 D-1 | |
Tip | Dive bomber b’magna wahda. |
---|---|
Magna | Junkers Jumo 211 J-1. |
Munizzjon | Zewg machine guns MG 17 ta’ kalibru ta’ 7.9 mm in-naha ta’ quddiem ta’ l-ajruplan u machine gun MG 81z ta’ 7.9 in-naha ta’ wara tal-kokpit. |
Bombi | 1xSC1800jew 1xPC 1400jew 1x1000SC u 2x250kg jew 1x500kg u 4x50kg jew 1x250kg u 4x50kg. |
Velocita | 198 m.p.h. - 225 m.p.h. skont ic-cirkostanzi. |
Qisien | Wisa’ - 45’3 1/3”; Tul - 37’8 ¾”; Gholi - 12’9 ¼”; Area tal-Gwienah - 343.368 pied kwadru. |
Kru | Tnejn. |
JUNKERS Ju 88 A-4 | |
Tip | Level u Dive-Bomber. |
---|---|
Magni | Zewg Junkers Jumo 211 J-1 jew J-2. |
Munizzjon | Machine gun MG 81 ta’ kalibru ta’ 7.9 mm imwahhla jew ticcaqlaq u tispara ’l quddiem; Machine gun MG 131 ta’ kalibru ta’ 7.9 mm tispara ’l quddiem, jew zewg machine guns MG 81 ta’ kalibru ta’ 7.9 mm jew zewg machine guns MG 81 ta’ kalibru ta’ 7.9 mm jisparaw lura u ’l fuq minn zaqq l-ajruplan u machine gun MG 131 ta’ kalibru ta’ 13 mm jew zewg machine guns MG81 ta’ kalibru ta’ 7.9 mm jisparaw lura taht iz-zaqq ta’ l-ajruplan. (p.139) |
Bombi | Il-varjanti tal-Ju 88. |
Taghbijiet barra jew gewwa | 10x50kg u 4x250kg gewwa jew 2x500kg (barra) jew 4x500kg (barra). |
Ukoll | 4x250kg u 1x500kg jew 28x50kg jew 4x250kg jew 2x250kg u 2x500kg u 10x50kg jew 4x250kg u 18x50kg jew 2x500kg jew 4x500kg jew 2x500kg u 2x250kg jew 2x1000kg jew 1x1000kg u 1x250kg jew 1x1000kg u 1x500kg jew 1x1400kg u 1x500kg jew 1x1800kg jew 2 mini LMA jew 2 mini LMB jew 2 BM1000. |
Velocita | 230 m.p.h. - 292 m.p.h. skont ic-cirkostanzi. |
Qisien | Wisa’ - 65’7 ½”; Tul - 47’ 2 2/3”; Gholi -15’11”; Area tal-Gwienah - 586.63 pied kwadru. |
Kru | Erbgha. |
HEINKEL He 111E-3 | |
Tip | Bomber medju b’zewg magni. |
---|---|
Magni | Zewg Junkers Jumo 211 A-1. |
Munizzjon | 3 Machine-guns MG 15 ta’ kalibru ta’ 7.9 mm. |
Bombi | Il-varjanti tal-He 111. (p.140) |
Taghbija ta’ bombi minn gewwa | 8x50kg jew 8x250kg jew 4x250kg u 1 jew 2x500kg. |
Taghbija minn barra | 2xSC1000 jew 1xSCl800jcw 1xSC2000jew 2x1000kg mini bil-paraxut jew 1x2500kg jew 1 Fieseler Fi 103 (VI flying bomb). |
Velocita | 202 m.p.h. - 261 m.p.h. skont ic-cirkostanzi. |
Qisien | Wisa’ - 74’1 ¾”; Tul - 57’5”; Gholi - 14*5 ¼”; Area tal-Gwienah - 942.917 pied kwadru. |
Kru | Erbgha. |
FOCKE-WULF 190 A-3 (p.141) | |
Tip | Fighter b’magna wahda. |
---|---|
Magna | BMW 801 D-2. |
Munizzjon | Zewg machine guns MG 17 ta’ kalibru ta’ 7.9 mm b’1000 tir, zewg kanuni MG 151 ta’ kalibru ta’ 20 mm b’200 tir, u zewg kanuni MG FF ta’ kalibru ta’ 20 mm b’55 tir. |
Bombi | Il-FW A-5/U3 Jabo-Rei kien jiflah sa 2200 libbra bombi u/jew drop tanks imwahhla maz-zaqq u l-gwienah. 1xSD1000kg jew 1xSC1000kg jew 1x500kg u 2x250kg jew 1x250kg u 4x50kg jew 8x50kg. Il-FW A-5/U8 Jabo-Rei kien igorr bomba ta’ 250kg maz-zaqq. L-A-4/U1, l-A-4/U3 u l-A-4/U8 kienu jgorru l-bombi wkoll. |
Velocita | 312 m.p.h. - 418 m.p.h. skont ic-cirkostanzi. |
Qisien | Wisa’ - 34’5 ½”; Tul - 28’ 10½ ”; Gholi -12’11½”; Area tal-Gwienah - 196.98 pied kwadru. |
Kru | Wiehed. |
DORNIER Do 17 M-1 (p.142) | |
Tip | Bomber medju b’zewg magni. |
---|---|
Magni | Zewg magni MBW- Bramo 323-A-1 Fafnir. |
Munizzjon | Tliet machine guns MG 15 ta’ kalibru ta’ 7.9 mm. |
Bombi | Sa 2200 libbra. |
Velocita | 214 m.p.h. |
Qisien | Wisa’ - 59’ 0 2/3”; Tul - 52’ 9 ¾”; Gholi - 14’11”; Area tal-Gwienah - 592.014 pied kwadru. |
Kru | Tlieta. |
FIAT BR 20 M CICOGNA (STORK) | |
Tip | Bomber. |
---|---|
Magni | Tnejn. |
Munizzjon | Erba’ machine guns Breda - SAFAT ta’ kalibru ta’ 7.7 mm. |
Bombi | Taghbija ta’ 2500kg. |
Qisien | Wisa’ - 70’9”; Tul - 55’0”; Gholi - 15’7”. |
Kru | Hamsa jew sitta. |
Kien jigi jdejjaq lin-nies u jisfrattalhom nghashom f’April 1942 bil-lejl. Sa dik is-sena kien qdiem u kien jintbaghat jibbumbardja fejn ma kienx isib oppozizzjoni soda, bhal fil-kaz ta’ Malta f’dak ix-xahar u f’dik is-sena meta l-iSpitfires kien ghadhom ma waslux biex jiehdu r-riedni tas-sema Malti f’idejhom wara li l-Germanizi kien ilhom jaghmlu li jridu sentejn shah. |
KONKLUZJONIJIET
- (p.144) F’temp ta’ ghaxar minuti bejn l-4:30 p.m. u l-4:40 p.m. il-knisja tal-Mosta ntlaqtet minn zewg ajruplani differenti.
- L-ewwel laqta x’aktarx li saret minn Messerschmitt Bf 109 ta’ 10 (Jabo)/JG 53 pilotat minn bdot wiehed. Il-bomba SD 50kg spiccat fuq iz-zuntier tar-Rotunda u tnehhiet wara.
- It-tieni laqta saret minn Junkers Ju 88 A-4 li kellu ekwipagg ta' erba avjaturi. Il-bomba l-kbira ta’ 500kg dahlet fil-knisja.
- Dawn l-ajruplani kienu parti minn Luftflotte II taht il-kmand ta l-Oberbefehlshaberder Luftwaffe, Süd, Generalfeldmarschall Albert Kesselring, u kienu stazzjonati Sqallija.
- Ir-Regia Aeronautica ma kenitx imdahhla fl-azzjoni waqt il-hbit fuq ir-Rotunda.
RIFERENZI
- Malta, The Spitfire Year, 1942, Christopher Shores, Brian Cull, Nicola Malizia.
- Pagna 537.
- Pagna 420.
- Warplanes of the Third Reich, William Green, pagna 553.
- Pagna 555.
- Ibid.
- Pagna 50.
- Pagna 120.
- Ittra tad-Deutsche Aerospace, 9 ta’ Settembru 1993 minn V. Mach u A. Ebert. Mill-ktieb Die deutsche Luftfahrt, Willy Messerschmitt-Pionier der Luftfahrt und des Leichtbaus: "Ein Teil der E-Serie wurde 1940 als Jabo ausgerüstet. Hier die ersle Maschine, Werk-Nr. 1361, CA+NK, mil einem Bombenträger ETC 500 für 250 - oder 500 -kg-Bomben in Juni 1940 in Rechlin", pagna 120.
- Pagna 50.
- Malta, The Spitfire Year, 1942, Christopher Shores, Brian Cull, Nicola Malizia.
- Ibid., u l-gurnali The Times of Malta u Il-Berqa.
- Djarju, Typescript, pagna 115.
- Pagna 2.
- Pagna 62.
- Pagna 2.
- Pagna 2.
- Pagna 2.
- 15 ta’ Mejju 1988.
- Ara pagna 48 ta’ din l-istorja.
- Ara pagna 49 ta’ din l-istorja.
- 15 ta’ Mejju 1988.
- Malta, The Spitfire Year, 1942, Christopher Shores, Brian Cull, with Nicola Malizia, pagni 175-176.
- Ara fuq.
- Public Records Office, Kew, Ingilterra.
- Ittra tat-18 ta’ Awissu 1993.
- Dr Selby, ittra tat-18 ta’ Awissu 1993.
- Peasant Wars, 1524-1525.
- Kortesija ta’ Ms Irina Renz, Bibliothek für Zeitgeschichte, Stuttgart, il-Cermanja. Ara wkoll Die Verbände der Luftwaffe 1935-1945, Wolfgang Dierich, pagna 136.
- Pagna 137.
- Malta, The Spitfire Year, 1942, Christopher Shores and Brian Cull with Nicola Malizia, pagna 402.
- The Memoirs of Field Marshal Kesselring, Greenhill Books, 1988, pagna 210.
- II Capo del Quinto Ufficio, ittra ta’ l-20 ta’ Jannar 1992, Prot. No SMA 552/NC/00378.
Kapitli ohra mill-ktieb
- Introduzzjoni
- Kap. 1: Target Area, Knisja bieb u ghatba ma mitjar
- Kap. 2: Is-siegha tar-Rotunda
- Kap. 3: Il-provi ta’ l-epoka
- Kap. 4: Gew u nehhew il-periklu
- Kap. 5: Tipi ta’ Bombi
- Kap. 6: Gwienah tal-Gwerra
- Kap. 7: Bejn intenzjoni, accident u spekulazzjoni
- Kap. 8: Perspettivi Ballistici
- APPENDICI: A - H
- APPENDICI: I u GLOSSARJU