The Mosta Archives Banner

Il-HBIT MILL-AJRU FUQ IR-ROTUNDA TAL-MOSTA - Il-Hamis 9 t'April 1942

minn Anthony Camilleri


Dan il-ktieb interessantissimu fuq din il-grajja tat-Tieni Gwerra Dinija jinxtara mill-hwienet ewlenin u taf mill-Oratorju. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


KAPITLU 4


GEW U NEHHEW IL-PERIKLU
JIXHDU WHUD MILL-ESPERTI TAL-BOMB DISPOSAL UNIT


PARTI I

Il-Knisja tal-Mosta qabel it-Tieni Gwerra DinjijaIs-Sur W.D. Scott, wiehed mill-membri ta’ l-iskwadra tal-bombi li nehhiet il-balla mill-knisja tal-Mosta. Is-Sur W. Douglas Scott hu x-xhud ewlieni tat-tnehhija tal-fjus u l-balla kif ukoll ta’ l-ghoti tal-balla lill-awtoritajiet tal-knisja tal-Mosta. Ir-ritratt juri lis-Sur Scott fuq l-isfond tal-Port il-Kbir fi zmien il-gwerrra.

(p.52) Fost l-ufficjali u s-sappers tal-Bomb Disposal Squad li gew il-Mosta biex inehhu l-fjus mill-bomba li waqghet fir-Rotunda u minn ohrajn li sabu madwarha, kelli x-xorti tajba li nikkuntattja lil tnejn minnhom. Wara bosta tahbil il-mohh u bl-ghajnuna ta’ ghadd ta’ individwi Inglizi, irnexxieli nikseb bil-miktub ix-xhieda tas-Sur W.D. (Douglas) Scott1 u tas-Sur C.E. “Inky” Reeves.2


Fl-ewwel ittra3 s-Sur W.D. Scott stqarrli li, peress li ghaddew hamsin sena u hu issa ghandu 76, il-memorja tieghu ta’ dawk iz-zminijiet mhix cara hafna. Jista’ jkun li xi taghrif ma jkunx ezatt ghall-ahhar u xi dati m’humiex precizi. Biss is-Sur Scott qalli li, kontra r-regolamenti, kien izomm djarju ta’ l-attivitajiet. Hemizli tliet fotokopji tal-manuskritt li kien kiteb fid-dawl ta’ musbieh inemnem waqt li minn taht kien jisraq xi lemha ta’ min kien madwaru biex ma jaghtix fl-ghajn ta’ l-ufficjali tas-sigurta u c-censura. Bl-ghajnuna ta’ dawn in-noti s-Sur Scott seta’ jibni mill-gdid dak li jiftakar meta hu u shabu, taht il-Logotenent Blackwell MBE, GM, gew il-Mosta nhar id-9 ta’ April, 1942 biex inehhu l-bombi li ma splodewx fi u madwar il-knisja tal-Mosta.


Is-Sur W.D. Scott, fil-Biskuttin, il-Furjana, matul il-gwerraRitratt iehor tas-Sur W.D. Scott, fil-Biskuttin, il-Furjana, matul il-gwerra.

Is-Sur Scott kitibli li hu beda x-xoghol bhala wiehed li jnehhi l-bombi fil-11 ta’ Gunju, 1940, meta saru l-ewwel attakki fuq Malta mir-Regia Aeronautics wara dhul l-Italja fil-gwerra u l-ewwel unexploded bomb (UXB) waqghet f'Tas-Sliema, u baqa’ sa Settembru 1943. Mill-madwar elf bomba li hadem fuqha ma jiftakarx wisq, izda tnejn minnhom ghadu jiftakarhom b’mod car. L-ewwel bomba kienet Taljana u waqghet fil-11 ta’ Gunju, 1940. L-ohra kienet il-bomba tal-knisja tal-Mosta. Din il-bomba l-ahhar imsemmija switilhom xoghol mhux tas-soltu. L-ghadd kbir ta’ mejta u midruba li kienet thalli kieku splodiet, il-fatt li gie lura biex hu u shabu jaghtu l-bomba lil l-Mostin, u l-festin (booze-up) li l-Mostin ghamlulhom baqghu fatturi memorabbli ghalih.


Is-Sur Scott qalli li, kontra r-regolamenti, kien izomm djarju ta’ xoghlu mal-Bomb Disposal Squad. Dan id-djarju kellu jkun ta’ ghajnuna biex jiffriska l-memorja tieghu.


(p.53) “L-UXB4 kienet priorita meta wiehed iqis kemm sejhulna bl-ghagla biex niehdu hsiebha.”
“Id-djarju tieghi jindika li konna msejhin fid-9 ta’ April, 19425 biex niehdu hsieb din il-bomba mhix sploduta. Is-sezzjoni tal-Bomb Disposal kienet maghmula mill-Kapural “Busty” Brewer BEM, il-Logotenent Kapural C.E. “Inky” Reeves u Sapper George Codling, xufier. Kien hemm ohrajn involuti izda ma niftakarhomx. Ir-rekords tieghi jistqarru li l-bomba kienet SC 500 kg, bomba tal-blast, iffittjata bi fjus AZ Nru 15 li jiehu direttament mal-habta. Dan it-tip ta’ fjus ma kienx perikoluz wisq biex tnehhih mill-bomba peress li dan it-tip rari ferm kien ikollu mieghu l-fjus Nru 50 ta’ kontra t-tnehhija (No 50 anti-withdrawal fuze). Principalment kienu ffittjati bi fjus Nru 17, fjus tal-hin.”


Is-Sur Scott ta deskrizzjoni ta’ x’gara. Skont ma saru jafu l-bomba dahlet mill-koppla qrib il-quccata tal-koppla u habtet mal-paviment tar-rham fejn ghamlet toqba zghira. Tgerbet tul l-art sakemm waqfet. Lis-Sur Scott qalulu li l-knisja kienet mimlija nies. Jekk jiftakar sew l-ghadd li semmewlhom kien ta’ tliet mitt ruh. “Il-bomba mhix sploduta bilfors li griet magenb xi nies. Haga ta’ l-ghageb li x’uhud (almenu) ma ntlaqtux. Il-bomba ghamlet xi hsara lill-ghamara tal-knisja.”

Siltiet mid-djarju ta' W.D. Scott“9/4 Rush job today, went to Mosta with Busty (Brewer), Rosy (Hilier), Inky (C.E. Reeves), found 500 KG UXB in Mosta Church. It had come through the roof, hit the floor, ran along the floor, and hit the wall. It was a 15 fuze. Padre said that there had been 300 people in the church... Busty said that Blacky (Logotenent Blackwell) told him the fuze had to be taken out on site and not to use remote control. Bloody chap had a job getting fuze cut as the rings were bent. Padre lent us a hammer and chisel and stayed about us while Busty (Brewer) released the ring. Bugs of guts that Padre... The plank broke while we were getting the UXB into the truck and went flying down the steps and knock over lamp post...” - Fotokopja mid-djarju li kien izomm is-Sur W.D. Scott

Skont Scott, kieku l-bomba hadet, kienet ittajjar il-hitan u l-koppla kienet tikkrolla peress li l-hitan kienu l-uniku sostenn taghha. Kienu jmutu hafna nies u l-bqija li kienu jehilsuha mill-blast kienu jinqatlu mill-gebel ta l-koppla, li kien jordomhom.


Il-Kapural Brewer qataghha li, ladarba l-bomba kienet ser tiehu hafna tisbit jekk titqandel ’il barra mill-knisja, tnehhilha l-fjus fil-knisja. L-ewwel m’ghamel kien li uza discharger ta’ l-elettriku b’zewg pinnijiet biex jaccerta ruhu li ma kien fadal ebda kurrent elettriku fil-fjus. Imbaghad kien ser iholl ic-crieki li jillokkjaw u wara jigbed il-fjus ’il barra. Meta Brewer messu jholl ic-crieki li jillokkjaw intebah li kienu mghawgin u ma setax idawwarhom. Ghalhekk issellef martell u skalpell minghand qassis. “Il-qassis6 qaghad maghna l-hin kollu li hdimna fuq il-bomba ... bniedem kuragguz.” Brewer immartella c-crieki u qalaghhom.


Meta wiehed inehhi c-crieki jista’ jerfa’ u johrog il-fjus. Dan soltu jsir b’kontroll mill-boghod billi l-operatur jigbed habel minn post fejn hu jkun imkennen. F’dan il-kaz, minhabba kif kienet qieghda l-bomba, ma kienx possibbli li l-fjus jitnehha bil-metodu tal-kontroll mill-boghod. Ghalhekk Brewer refa’ l-fjus b’idu. Il-periklu kien li l-bomba seta’ kelha (p.54) ZusZ40 anti-withdrawal fuze, izda dan it-tip ta’ fjus rari kien jigi ffittjat ma’ E1.A.Z. 15.


Siltiet mid-djarju ta' W.D. Scott“17/4 Blacky (Logotenent Blackwell) told me to give Rex (Rex Gravin) a hand to steam out the Mosta UXB. Seems like the Padre wants it back. Should of thought he was glad to see the look of it. After we removed the explosive, put a fuze back in it and painted it black.” - Fotokopja mid-djarju li kien izomm is-Sur W.Douglas Scott

“Imbaghad ahna gerbibna l-balla ’l barra mill-knisja u ’l isfel mat-turgien biex nghabbuha fuq it-trakk. Izda l-fallakka nqasmet u l-bomba griet u tajret arblu tad-dawl. Trid tara l-folla titferrex! Malli l-bomba tghabbiet fuq it-trakk Brewer qal li, kif kienu hemm, setghu jnehhu l-fjusijiet tas-stick of bombs li waqghu fil-qrib. Ghalhekk ahna nehhejnielhom il-fjus u hallejniehom biex jingabru wara. Din kienet prattika komuni f’dawk iz-zminijiet. Il-bomba mbaghad ittiehdet fid-dump taghna, tistenna li tittiehed Hal Far f’data ’l quddiem.”


L-istorja ma waqfitx hemm. “Xi granet wara l-ufficjal tal-Bomb Disposal taghna, il-Logotenent Blackwell MBE, GM,” jissokta Sapper W.D. Scott, “gie avvicinat mill-poplu tal-Mosta, li talbu biex jiehdu l-bomba peress li huma emmnu li kien miraklu li ma haditx. Ahna konna normalment inhallu tingema’ taghbija ta’ UXBs, imbaghad konna nehduhom Hal Far u niddampjawhom mill-gholi ta’ l-irdum ghal gol-bahar. Il-Logotenent Blackwell ta struzzjonijiet lill-istoreman taghna, Sappier Rex Garvin, u lili biex nistimjaw l-isplussiv mill-bomba. Dan isir billi wiehed jixhet gett ta’ l-istim fuq l-isplussiv u jhollu. Bicca xoghol tedjuza u trejjah. Dan il-metodu jintuza bhala regola meta jkollna bomba tal-hin u ma nkunux nistghu nnehhu l-bomba. Ghalhekk inwaqqfu l-arlogg u nistimjaw il-kontenut ’il barra.”


Siltiet mid-djarju ta' W.D. Scott“18th April and the people made a fuss of us. We went into the church. They then took us to a nearby club, what they said was the band club couldn’t see any band. Gave us a slap-up meal. Where they got the food from I don’t know, also plenty of Farsons Blues; went down wonderful, we all got well and truly drunk.” - Fotokopja mid-djarju tas-Sur W.Douglas Scott tirreferi ghat-18 ta’ April, 1942

X’gara wara? “Darba naddafna l-bomba (mill-isplussiv), zbajnieha lewn iswed u bdilna l-fjus (ghamilna fjus zarmat, ghalhekk mhux perikoluz).”


“Wara lkoll morna l-Mosta bil-bomba. Il-Logotenent Blackwell tahielna off il-gurnata. Ahna pprezentajna l-bomba lil Dun Magro, ghandi nifhem. Il-Mostin imbaghad haduna f’kazin fil-qrib. Qalu li kien kazin tal-banda. Hemmhekk ghamlulna party, tawna ikel bix-xaba’, haga rari f’dawk iz-zmimjiet. Xi hadd qaghad nieqes mill-ikel. Kien hemm hafna fliexken ta’ Farsons Blues.7 Ahna gejna mzoqqijin u ffesteggjati sewwa (boozed up). Ta’ sikwit hsibt li xtaqt nirritoma l-Mosta u niltaqa’ ma’ whud minn dawn in-nies.”


Is-Sur W.D. Scott ghalaq l-ittra billi fissirli fehemtu ghala l-bomba ma haditx. "Ir-raguni ghala l-UXB ma haditx kienet ghax il-fjus ma kienx iccargjat. Is-sistema wzata mill-Germanizi kienet li, ftit qabel ma jitilqu l-bomba, kienu jghaddu kurrent elettriku fil-fjus. F’dan il-kaz l-ajruplan x’aktarx li kellu fighter jigri warajh u, hu u jipprova jahrab, hatt (jettisoned) it-taghbija bombi.


(p.61) Dan kien ippruvat mill-bqija ta’ l-istikk ta’ bombi li nehhejnielhom il-fjus. Ebda wahda ma kienet iccargjata. Il-knisja tal-Mosia ma kienet qatt sejra tigi bbumbardjata ghal t’apposta billi l-Germanizi ma kenux jahlu l-bombi taghhom fuq targets mhux militari. Anqas ma kienet xi overshoot minn bumbardamenti ta’ l-eqreb target militari, l-ajrudrom ta’ Ta’ Qali, peress li l-akbar bombi li kienu juzaw fuq l-ajrudromi kienu ta’ 250kg.”


PARTI II


Is-Sur C.E. Reeves, membru iehor ta’ l-iskwadra tal-bombi li nehhiet il-ballaIs-Sur C.E. Reeves, membru iehor ta’ l-iskwadra tal-bombi li nehhiet il-balla. Ir-ritratt tax-xellug ittiehed fl-1938 u l-iehor fi zmien il-gwerra.

Sibt kooperazzjoni kbira minn ghadd ta’ persuni u korpi Inglizi biex inkun nista’ nikkorrispondi ma’ Sapper C.E. Reeves.


Is-Sur Reeves wegibni ghall-mistoqsijiet li ghamiltlu.8 Stqarrli li fil-bidu ta’ l-assedju l-Bomb Disposal Squads ma kellhomx numru, izda kien jidhirlu li fl-ahhar kienu Nri 127 u 128.


Kien sforz kbir ghalih li jiftakar l-ismijiet ta’ dawk li gew il-Mosta biex inehhu l-bomba. Jista’ jaghti l-kaz li l-ismijiet li gew f’mohhu mhumiex korretti. Biss ried jipprova. Semma lil-Logotenent Blackwell, “Bob” Cushen, “Scotty” Scott, “Rosy” Hillier, “Jack” McCarthy, lilu nnifsu, “George” Codling u forsi kien hemm tlieta ohra.


Kien hemm madwar tliet bombi ohra li huma nehhewlhom il-fjus f’dawk l-inhawi. “Kollha jidhirli li kienu ta’ lewn kannella griz.”


“Meta wasalna l-Mosta haduna dritt fil-knisja u sibna l-bomba ta’ 500kg magenb is-sagristija. Iccekkjajna l-fjus. Kien fjus li jiehu mal-habta. Nehhewh biex il-bomba ma tibqax perikoluza.”


Is-Sur C.E. Reeves fl-1991Is-Sur C.E. Reeves fl-1991.

“Hadna l-bomba lura maghna f’Lintorn Barracks, il-Furjana, fid-dump. Wara talbuna nnehhu l-isplussiv billi nistimjawh, nizbghu l-bomba u nehduha lura l-knisja tal-Mosta. Ta’ spiss staqsejt lili nnifsi ghadhiex hemm.”


“In-nies kien ser jaghtihom tal-qamar bil-ferh meta l-bomba tnehhiet u wara ttiehdet lura, bla periklu. Sakemm nista’ niftakar ma ttiehdu ebda ritratti dak il-hin. Qatt ma rajt jew smajt b’xi ritraiti, hlief wiehed tat-toqba fil-koppla minn ktieb li kont qieghed naqra.”


“Jiena cert li s-sezzjoni kienet preokkupata hafna bil-bomba, tant li ma kellhiex zmien tinnota kienx hemm xi kurdun madwar il-knisja. Insomma nahseb li l-pulizija hadu hsieb haga bhal dik.”


(p.62) “Smajt madanakollu li kien qieghed isir servizz fil-knisja fil-hin li waqghet il-bomba u mbaghad skiddjat sal-bieb tas-sagristija. Kien intqal li kien intervent divin dakinhar: u min ahna biex nichduh?”


Is-Sur Reeves kitibli li matul l-assedju huma ghamlu dak li kienu ttrenjati jaghmlu u, jekk dan kien b’xi mod ta’ ghajnuna, il-hajja dik hi kollha kemm hi.”


PARTI III


Fid-29 ta’ Ouubru, 1992 is-Sur W.D. Scott wegibni ghall-ittra li bghattlu fit-8 ta’ l-istess xahar.


ls-Sur Scott ftakar li sabu l-bomba ma’ hajt f’naha maghluqa n-naha ta’ wara tal-knisja. Il-bqija ta’ l-istikk ta’ bombi kienu qrib il-knisja. Is-Sur Scott jahseb li kien hemm tlieta minnhom. Kieku hadu l-knisja kienet tinqered kollha kemm hi.


Hillier u Brewer"Rosy" Hillier u Lt. "Busty" Brewer. Gentlomi li flimkien ma fost l-ohrajn is-Sappers W.D. Scott u C.E. Reeves ssograw hajjithom ghall-Mosta u l-Mostin. Ic-cittadini Mostin qatt ma jistghu jaghmlu bizzejjed biex iroddu gieh lill-qlubija taghhom fis-servizz civili u militari. Isimhom jinzel fil-ktieb li jgib l-isem tal-Mostin ta’ kull zmien bhalma darba nizel isem ic-cittadin u gentlom Malti Georges Grognet biex jibqa’ darba ghal dejjem.

“Nista’ niftakar ukoll tifel ckejken Malti ta’ madwar ghaxar snin li gabilna ftit te wara li nehhejna l-fjus tal-bomba. Il-qassis hassu rritat bih gej il-knisja dak il-hin. It-tifel qal lill-qassis li ommu qalet li s-suldati qalbiena zgur xtaqu tazza te.” Staqsieh setax joqghod bil-qieghda fuq il-bomba. “Busty” Brewer qallu li seta’. Qallu biex jistenna sakemm jghid lit-tfal l-iskola. Is-Sur Scott kitibli li din il-persuna llum ghandha madwar sittin sena u jaf ghadha tghix il-Mosta u tiftakar l-affarijiet ahjar minnu.


Fl-ittra tat-8 ta’ Ottubru, 1992 staqsejt ghadd ta’ mistoqsijiet lis-Sur Scott. Fakkarni li ghaddew hamsin sena mill-grajja u jista’ jaghti l-kaz li xi twegibiet ma kenux korretti.


L-UXB kienet ittiehed il-Bomb Disposal Store biex tistenna li tingarr Hal Far mnejn tinxtehet ghal isfel mill-irdum ghal gol-bahar. Meta l-bomba ttiehdet Lintom Barracks, il-Furjana. Is-Sur Scott kien tant gentili li pingieli pjan biex jurini fejn kien dan l-istor.


Is-Sur Scott ma setax jiftakar x’tip ta’ bomba kienet, hux SC jew SD. Skont hu, SC 500 kienet 55.7 pulzieri twila u 77.2 pulzier twila bid-denb u kellha diametru ta’ 18-il pulzier. SD 500 kienet twila 54 pulzier, 80 pulzier bid-denb u kellha diametru ta’ 17.5 pulzieri. Is-SC 500 kultant kellha zewg fuze pockets. II quddiem nidhol f’aktar dettalji.


Skecc ta' Lintorn Barracks il-Furjana minn W.D. ScottPjan ta’ fejn kien l-istor ta’ l-iskwadra tat-tnehhija tal-bombi. Mix-xhieda tas-Sur Scott jidher li l-bomba ttiehdet il-Furjana u minn hemm lejn Hal Far, fejn inxtehtet il-bahar. Il-Mosta gabu wahda bhalha. Dan l-iskecc ghamilhuli s-Sur W.D. Scott minn jeddu.

Peress li s-Sur Joseph Sant kien qalli li, jekk jiftakar sew, kien hemm wiehed bil-baffi, x’aktarx tan-Navy, mal-BDS, staqsejt lis-Sur Scott hu (p.63) x’jiftakar. “Qatt kemm kien ili fil-BD mill-11 ta’ Gunju, 1940 sa Settembru 1943 ma kien hemm nies tan-Navy impjegati mas-sezzjoni taghna tal-BD. L-ufficjal taghna, il-Logotenent Blackwell kien, nahseb, fin-Navy qabel ghadda mar-Royal Engineers u kellu ghadd ta’ hbieb tan-Navy fil-gzira. Jista’ jkun li gie jzurna ma’ wiehed minn hbiebu. Jista’ jkun li x-xhud tieghek ra habib tal-Logotenent Blackwell.”


Staqsejtu kienx jaf lil xi Kaptan Ralph Scott, inkella setax kien li kienu qeghdin jirreferu ghalih stess meta jsemmu l-Kaptan R. Scott. Wegibni li qat ma kien hemm Kaptan bl-isem ta’ Ralph Scott iservi mat-24th Fortress Coy li taghha s-sezzjoni kienet parti. Seta’ kien hemm Kaptan Scot ma’ l-Engineer Works Services, li kienet fergha ghaliha tar-Royal Engineers u li huma qat ma kellhom kuntatt mieghu. Seta’ kien jahdem il-Horn Works. Jekk kien hekk, possibbilment kien fis-servizz tar-Royal Engineers. ‘‘Kien min kien nizgurak li ma kienx jithalla jkollu x’jaqsam ma’ xoghol ta’ Bomb Disposal.”


Ghal osservazzjoni li ghamiltlu li jinghad li l-Kaptan Ralph Scott gie l-Mosta, is-Sur W.D. Scott wegibni li ma setax jifhem ghala dan il-kaptan ried izur l-UXB fil-Mosta ghax ma kienx jithalla jkun fil-post waqt li huma kienu jimmaniggaw il-bomba (biex izarmawha). Ittra ta’ l-Assistenta Librara tar-RE Corps Library, Chatham, Mrs M. Magnusson, tas-17 ta’ Dicembru, 1992 gharrfitni li ma setghetx issib rekords tal-Kaptan Ralph Scott.


Is-Sur Scott ma jiftakarx min naqqax il-kliem fuq il-bomba. Seta’ kien xoghol l-istoreman, Sapper Rex Garvin (wara Sergeant Glider Pilot). “Jien kont nifforma parti minn 128 Bomb Disposal Section, izda ahna dejjem qisna ruhna bicca minn 24th Fortress Coy. Ta’ spiss bdilna postna fu-24th Company meta konna nkunu ferhanin bil-bombi.”9


Dettal tat-targiet taz-zuntier li gratilhom hsara huma u jnizzlu l-bomba biex jehduha Lintorn barracksDettal li juri fejn inqasmu t-targiet meta l-bomba tnizzlet halli tittiehed Lintorn Barracks.

Mistoqsi kontx korrett nosservalu li Sgt Joe Parker GM, CpI “Busty” Brewer BEM, Lt Blackwell MBE, GM, Sapper “Jock” Macdonald, Sapper “Monty” Banks u Sapper “Bing” Miller kienu membri tal-Bomb Disposal Section, is-Sur Scott wiegeb fl-affermattiv. Izda minn dak li seta’ jiftakar l-unici membri tas-sezzjoni li hadu sehem fit-tnehhija tal-UXB mill-knisja ta l-Mosta kienu Cpl “Busty” Brewer, Sapper “Inky” Reeves u hu nnifsu. Sapper George Codling kien ix-xufier. Interessanti li fid-djarju s-Sur Scott kiteb isem “Rosy”, jigifieri Sapper Hillier. Qal li kien maghhom, izda fl-ittra lili ma semmihulix. Seta’ kien hemm ohrajn, tenna Scott, izda ddubita minn dan ghax bhala regola kienu jahdmu fi gruppi ta’ tlieta. Huh, Ivor, ma kellu x’jaqsam xejn ma’ xoghol ta’ Bomb Disposal. Is-Sur Scott jahseb li “Busty” Brewer nehha l-fjus tal-bomba.


(p.64) Staqsejtu fuq lewn l-isplussiv meta stimjawh mill-bomba. Qalli li jahseb li l-isplussiv ta’ bomba Germaniza kien abjad mahmug, izda ma kienx cert minn dan. Il-priming explosive (Pickering pellets) kienu lewn isfar.


Safejn seta’ jiftakar qieghdu l-istess fjus li nehhew mill-UXB. Qalli li n-naha ta’ fuq il-fjus ghandu jkun bhad-disinn li pingieli. Kellhom policy li jpoggu l-istess fjus. Dan kien isir biex l-istaff tal-BD izomm rekord tal-fjusijict kollha ta’ l-UXBs li kienu hadu hsieb izarmaw. Hu jhossu kwazi cert li hu l-istess fjus.


Is-Sur Scott qalli li ma setax ikun cert meta hadu lura l-bomba l-Mosta. Hu seta’ jirreferi ghad-djarju u, fejn jidhlu dati, ma kienx dejjem ezatt. Il-hajja kienet imqanqla f’dawk iz-zminijiet. Seta’ jiftakar li zgur kien il-qassis10 li talab il-bomba, peress li kien l-ufficjal tal-Bomb Disposal stess li qalilhom hekk. Mid-djarju tas-Sur Scott jidher li l-bomba ngabet il-knisja fit-18 ta’ April, 1942.


Is-Sur Scott qalli li kien cert li ebda Skocciz bl-isem ta’ E.J. Wood ma kien iservi fis-Sezzjoni tal-Bomb Disposal taghhom fiz-zmien li hu kien fiha. Wood kiteb li kien mal-grupp f’ittra lil The Times.11 Kont semmejthielu jien lis-Sur Scott


Dwar il-bumbardament tal-knisja tal-Mosta, is-Sur Scott ma setax jichad ir-rakkont tax-xhud okulari tieghi peress li ma kienx hemm meta gara. Izda x-xhieda kollha tindika li l-bombi nxtehtu (jettisoned) biex l-ajruplan jehfief. Minkejja l-propaganda kollha matul il-gwerra dwar li l-Germanizi bbumbardjaw il-knejjes, l-isptarijiet u proprjeta civili, hu fatt li f’Malta l-Germanizi principalment attakkaw bastimenti, tarznari u targets militari. Il-qerda shiha tal-bliet madwar it-tarzna saret minn near misses. L-istess haga tinghad ghall-hsara lill-Belt Valletta u l-Furjana. Din saret minn bombi li marru harir zmerc mill-bastimenti u t-tarzna. Ghaliex l-inhawi ta’ Tas-Sliema helsuha? “Ma nistax naqbel li l-bumbardament tal-knisja tal-Mosta kien att ghal t’apposta.”


Piloti fuq bejn fejn il-knisjaPlt Off. Ed Streets u Plt Off. 'Junior' Steele fuq bejt fil-pjazza tal-knisja tal-Mosta, lebsin l-uniform jixorbu birra ta' Farsons u wiski. Dawn iz-zewg Amerikani ta' Skwadra 126 RAF wara mietu fit-taqbida ghad-difiza ta' Malta.

Hawnhekk ta’ min jghid li, meta sar l-ewwel bumbardament-tapit fil-21 ta’ Marzu, 1942, l-ekwipaggi ta’ Lehrgeschwader I kellhom struzzjonijiet biex jibbumbardjaw il-Mosta ghax kien hemm piloti, avjaturi u haddiema tat-tarzna. Avjaturi u piloti kien hawn alloggjati tefgha ta’ gebla boghod mill-knisja. Kont nismaghhom isemmu dan il-fatt fi tfulili tliet snin wara l-gwerra. Dan gie kkonfermat fost ohrajn minn ittri mibghutin lili mis-Sur James Somerville, wiehed mill-kru ta’ l-art ta’ Skwadra 249 f’Ta’ Qali. Wing Commander Laddie Lucas isemmihom l-avjaturi tal-manutensjoni ta’ (p.65) l-ajruplani (ground crew) ta’ Skwadra 249 alloggjati l-Mosta fil-ktieb Malta, The Thorn in Rommel’s Side. Insemmu wkoll li, waqt il-hbit fuq il-knisja nhar id-9 ta’ April, bomba giet fuq id-dar tas-Sinjura Grazzja Vella ta’ 44, Triq il-Kurat Calleja u waqqghetha.12 Din id-dar tahbat in-naha ta’ wara fejn kien alloggjat James Somerville.


Biex nergghu nigu ghas-Sur E.J. Wood. Fl-ittra lil The Times ta’ Malta13 E.J. Wood, resident f’Fife, l-Iskozja, kiteb li hu kien mal-grupp li nehha l-fjus mill-bomba tal-knisja tal-Mosta. Ktibt lil Major C.F. Cooper MBE tar-Royal Engineers Association biex nistaqsih setax jghidli kif nikkuntattja lis-Sur Wood. Major Cooper wegibni b’ittra ddatata 16 ta’ Otlubru, 1992 u qalli li s-Sur E.J. Wood qatt ma kien membru ta’ l-assocjazzjoni. Biex jghinni ghadda l-ittra tieghi lis-Sur L.A. Jeacocke tar-RE Association, Bomb Disposal. Is-Sur Jeacocke ma setax isib lis-Sur E.J. Wood u ghadda l-ittra tieghi lill-Maggur (Rtd) Arthur S. Hogben ta’ l-Explosive Ordnance Disposal Technical Information Centre.


B’ittra ta’ l-4 ta’ Novembru, 1992 il-Maggur Hogben gharrafni li anqas hu ma seta’ jsib fl-arkivji tieghu lil xi hadd b’dak l-isem li kellu x’jaqsam mat-tnehhija tal-bomba mill-knisja tal-Mosta. Il-Maggur Hogben osserva li dan ma jfissirx li ma setax kien hemm xi hadd b’dak l-isem li kellu x’jaqsam.


PARTI IV


Ritratt maghdud erronjament li juri l-bomba li nifdet il-kopplaDan ir-ritratt kien maghdud li juri l-bomba li dahlet mill-koppla tal-knisja tal-Mosta u l-iskwadra li nehhietha. Il-prezenza ta’ Lieutenant Ellis Edward Arthur Chetwynd Talbot GC, MBE, l-ewwel wiehed bil-wieqfa mix-xellug, teskludi din il-possibbilta ghal kollox. Lt Talbot miet fid-9 ta’ Ottubru 1941 fi kraxx ta’ bomber fi Sqallija, ezattament sitt xhur, gurnata b’gurnata, qabel waqghet il-balla fuq ir-Rotunda tal-Mosta. Fir-ritratt bil-wieqfa: Lieutenant E.E. Talbot GC, MBE, Lance Sergeant R. Parker GM, Lance Corporal Hillier, Sappers Miller, McCarthy, Leonard, C.E. Reeves, u Corporal Brewer. Bilqieghda: Sergeant Piggott, Sappers Turner u Lockyer. Flok Lt Talbot lahaq Lt T.W.T. Blackwell MBE, RE. Kien Lt Blackwell li, hekk kif ha l-kmand, waqqaf formalment zewg sezzjonijiet ta’ Bomb Disposal, Numri 127 u 128, bhala entitajiet separati minn 24 Fortress Companay RE. Biss, kif kitibli s-Sur W.D. Scott, is-sappers kienu jqisu ruhhom bhala parti minn 24 Fortress Company. Fir-ritratt C.E. Reeves u “Busty" Brewer, is-seba’ u t-tmienja mix-xellug, kienu parti mill-iskwadra li nehhiet il-bomba, skont is-Sur W.D. Scott. Hemm cans li Hillier (it-tielet mix-xellug, bilwieqfa) kien maghhom. Jissemma bhala “Rosy” fid-djarju ta’ Scott; ghalkemm Scott ma semmihulix fl-ittra.

Fis-sajf ta’ l-1991 dahluli certi suspetti dwar l-awtenticita tar-ritratt li kien maghdud li hu tal-Bomb Disposal Squad mal-bomba li dahlet fil-knisja ta l-Mosta mill-koppla. Barra minn hekk hi procedura normali li wiehed jiccekkja sewwa dokumenti li ma jkunux awtentikati ufficjalment u li wiehed isibhom jigru fl-idejn ghax tqassmu bhala tifkira tal-gwerra kollha kemm hi jew tax-xoghol globali ta’ sezzjoni partikulari izjed milli ta’ fatt singulari.


Ghal tul ta’ kwazi hamsin sena r-ritratt li jidher f’pagna 59 kien meqjus bhala ritratt li juri l-bomba li dahlet fil-knisja u l-ufficjali u sappers li nehhewha.


Dubji serji, apparti l-fatt li dejjem kont nistaqsi mnejn gie r-ritratt biex ikun stabbilit minghajr dell ta’ incertezza, gewni f’mohhi nhar Santa Marija 1991 meta rajt ktejjeb tal-festa f’gieh San Guzepp meqjum u ffesteggjat f’Haz-Zebbug. Il-ktejjeb gabhuli kuginuwi Twanny Gatt u hu pubblikazzjom tal-Kazin San Guzepp u Banda De Rohan (A.D. 1860). Kuginuwi ftit li xejn basar x’kien qieghed jaghtini f’din il-materja.


(p.66) Fl-artiklu, li mhux indikat min kitbu, hemm imnizzel li x’aktarx li l-ehrex attakk fuq Haz-Zebbug sar mill-Germanizi fil-lejl bejn id-29 u t-30 ta’ April, 1941. Intefghu kwantita ta’ bombi u mini bil-paraxut. Mina minnhom waqghet f’wesgha zghira fil-genb tal-lemin tal-knisja Tad-Dawl, dedikata lill-Assunta, imma ma splodietx. Ma kienx possibbli li tizzarma u kien deciz li l-mina tkun sploduta fil-post. Il-Gimgha, 2 ta’ Mejju, 1941, ghall-habta tat-3.00 p.m., in-nies ta’ l-inhawi gew ordnati johorgu minn djarhom u nghatat twissija biex f Haz-Zebbug kollu jinfethu t-twieqi u l-bibien. Bl-ispluzjoni l-bini ta’ l-inhawi u l-knisja, partikolarment il-kampnar, garrbu hsarat kbar.14 F’pagna 47 hemm riproduzzjoni tar-ritratt li konna nahsbuh tal-Mosta.


Bqajt nahseb u nfittex. Fl-ahhar ircevejt ittra, iddatata 15 ta’ Mejju, 1992, minghand is-Sur Philip Dutton, Registrar tar-Royal Engineers Museum, Chatham, li fiha informani li kellu taghrif dwar l-incident. Ghall-ewwel darba sirt naf x’kien jisimhom l-ufficjali u s-sappers li jidhru fir-ritratt prezunt. Dawn kienu: Il-Logotenent E.E. Talbot GC, Lance Sergeant R. Parker GM, Lance Corporal Hillier, Sappers Miller, McCarthy, Leonard, Reeves u Corporal Brewer. Bil-qieghda fir-ritratt jidhru Sergeant Piggott u Sappers Turner u Lockyer.


Lt E.E. Talbot G.C., M.B.E., Bomb Disposal OfficerLt E.E. Talbot G.C., M.B.E., Bomb Disposal Officer, 24th Fortress Company, Royal Engineers sad-9 ta’ Ottubru, 1941, meta tilef hajtu fl-ispajzu ta’ l-ajru ta’ Sqallija. Fuq il-lemin il-lapida tieghu fic-cimiterju ta' Catania fejn jinsab midfun.

Minn taghrif iehor li s-Sur Dutton baghatli f’ittra tad-29 ta’ Mejju, 199215 sirt naf li f’Ottubru 1941 il-Logotenent E.E. Talbot kien mistieden biex imur fuq bomber Wellington li kien sejjer jattakka l-ghadu. B’xorti hazina nqatel f’dan is-sortie operazzjonali. Postu hadu l-Logotenent T.W.T. Blackwell MBE, RE.16 Ghalhekk jidher car li r-ritratt ma setax ittiehed wara Ottubru 1941 ghax Talbot kien mejjet. Jista’ jkun li, kif hemm miktub fil-ktejjeb-tifkira tal-festi ta’ San Guzepp, Haz-Zebbug, 1991, dak ir-ritratt juri l-mina li wara giet sploduta hdejn il-knisja Tad-Dawl fit-2 ta’ Mejju, 1941.


Is-Sur Ganni Galea minn Haz-Zebbug, fiz-zmien ghalliem fid-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni, qalli nhar l-10 ta’ Gunju, 1992, f’diskursata fuq iz-zuntier tal-knisja arcipretali ta’ San Filippu t’Aggira, li r-ritratt lanqas m’hu tal-mina li waqghet hdejn il-knisja tal-Madonna tad-Dawl. Dik inqasmet fi tnejn. Ma kienx hemm cans jiehdu ritratt anqas.


Meta staqsejt taghrif dwar ir-ritratt lir-Royal Engineers Corps Library, Chatham, l-Assisienta Librara Ms. Magnusson wegbitni li ma kellha ebda taghrif x’taghtini hlief dak li baghtitli fl-ittra tat-2 ta’ Lulju, 1992. Ma’ l-ittra kien hemm fotokopja tar-ritratt u caption li jaqra hekk: “No 120 Bomb Disposal Section R.E. With unexploded bomb at Mosta Church, Malta, 9th April, 1942."


Dokument mill-Commonweaalth War Graves Commission li juri d-data tal-mewt tal-Logotenent E.E. Talbot, Nru 100411, Royal EngineersDokument mill-Commonweaalth War Graves Commission li juri d-data tal-mewt tal-Logotenent E.E. Talbot, Nru 100411, Royal Engineers, nhar id-9 ta’ Ottubru, 1941. Il-Logotenent Talbot jinsab midfun fic-cimiterju tal-gwerra fi Sqallija, l-Italja fi Plot 1, Row H, Collectiv Grave 19. Dan id-dokument inharigli mill-Commonwealth War Graves Commission.

(p.67) Kont staqsejt kienx hemm isem il-fotografu u meta r-ritratt inghata li l-librerija. Il-caption issemmi No 120 BDS. Ma kien hawn ebda BDS b’dak in-numru. Lanqas l-ismijiet tal-grupp ma setghet taghti Ms. Magnusson fl-ittra bi twegibna li baghutli fl-14 ta’ Settembru, 1992. Il-prezenza ta’ Lt. E.E. Talbot hi x-xhieda ewlenija u x’aktarx unika li teskludi kull possibbilta li dak ir-ritratt ittiehed wara Ottubru 1941.


Dun Ang Camilleri assigurani li r-ritratt kien inghata fi zmien li l-bomba ghaddiet f’idejn il-knisja, jigifieri “xi darba bejn l-1942 u l-1946-47”. Kopja nghatat lilu minn wahda minn zijietu.


Jista’ jkun li r-ritrat tqassam bhala tifkira tax-xoghol tar-Royal Engineers f’Malta, xoghol perikoluz. Izda zgur li mhux tal-bomba tal-Mosta u tan-nies li nehhewha, hlief tlieta: Brewer, Reeves u Hillier.


Mit-taghrif li baghat is-Sur Dutton mix-xoghol tal-Maggur Hogben, Designed to Kill, li jien wara qrajtu fl-original, kollu, wiehed jista’ jifhem li l-bomba li hemm fis-sagristija hi dik originali. Is-sappers li nehhew il-bomba wiegbu, meta gew mistoqsija, “Kienet wahda minn hafna. Kienet ta’ 500 kg (1100 lb) bi fjus semplici li jiehu mad-daqqa. Il-fjus tnehha mill-bomba fejn kienet mal-hajt tas-sagristija u din ittiehdet fid-dump tal-bombi. Il-Mostin talbuhielna lura, ghalhekk nehhejna l-isplussiv, tajnieha daqsxejn zebgha u raddejnieha lill-knisja.”17 Is-Sinjuri W.D. Scott u C.E. Reeves ikkonfermawli personalment bil-miktub dak li kienu kkwotati li qalu fil-ktieb ta’ Major Hogben u dan minghajr ma staqsejthom.


Ic-cimiterju militari ta’ CataniaDehra generali tac-cimiterju militari ta’ Catania, fejn jinsab midfun Lt E.E. Talbot.

Fil-fazi intensiva tat-tiftix tieghi fix-xitwa u r-rebbiegha 1991-1992 qrajt, bhalma ktibt, il-ktieb tal-Maggur Arthur S. Hogben Designed to Kill. Kapitlu 5 jittratta fuq Malta u l-episodju tal-knisja tal-Mosta hu msemmi bid-dettalji. Hemm ukoll riproduzzjoni tat-toqba fil-koppla u tar-ritratt tal-Bomb Disposal Squad li ahna s’issa assocjajna mal-bomba taghna. Qabbadni t-triq ghal dan il-ktieb is-Sur Andrew Simpson tar-Royal Air Force Museum, Hendon.


Jiena u naqra fuq 24th Fortress Company RE intbaht li l-Logotenent E.E. Talbot miet f’Ottubru 1941. Ikkonkludejt li allura, la darba Talbot jidher fir-ritratt, dan ma setax kien tal-Bomb Disposal Squad u l-bomba tar-Rotunda. Il-Maggur Hogben ma qalx li dan ir-ritratt mhux tal-Mosta, izda anqas afferma li hu. Naturalment hu ppubblikah ghax kien ritratt imghoddi lilu mir-Royal Engineers Corps Library, Brompton Barracks, Chatham, Kent biex hu jkun jista’ juri whud mill-ufficjali u sappers tar-Royal Engineers li kien hawn Malta fil-gwerra.


(p.68) Il-Maggur Hogben kiteb li l-Logotenent Talbot miet meta mar jittajjar bhala passiggier mal-kru ta’ bomber Wellington u l-ajruplan iggarraf.18 Biex inkompli nzomm it-taghrif li kelli dwar il-Logotenent Talbot ktibt lill-Com-monweallh War Graves Commission u f’ittra tas-6 ta’ Ottubru, 1992, gejt infurmat li Lieutenant Ellis Edward Arthur Chetwynd Talbot, 100411 GC, MBE, li kien iservi mar-Royal Engineers f’Malta, miet fid-9 ta’ Ottubru, 1941 fl-eta ta’ 21 sena. Hu jinsab midfun fi Plot 1, Row H, Collective Grave 19, f’Catania War Cemetery, Sqallija, l-Italja. Kien bin Arthur Henry u Eveline Mary Talbot li kienu joqghodu Newport, Shropshire. Ic-cimiterju tal-gwerra ta’ Catania jinsab fil-pjanura kostali tal-Contrada Bicocca fil-Lbic ta’ Catania.


Jirrizulta car mill-ittra msemmija li baghatli s-Sur G. Campbell-Dykes li Lt E.E. Talbot ittehidlu dak ir-ritratt qabel id-9 ta’ Ottubru, 1941 u ghalhekk il-bomba mhix dik li waqghet fuq il-knisja tal-Mosta.


F’tentattiv iehor biex naccerta fejn u kif miet Lt E.E. Talbot ktibt lill-Air Historical Branch, Ministeru tad-Difiza, Londra. Wegibni Flying Officer N.E. Hunter19 u tani dan it-taghrif: “Nhar id-9 ta’ Ottubru, 1941 erba’ ajruplani Blenheim minn Skwadra 107 ibbazata f’RAF Luqa ntbaghtu jahbtu bastimenti ’l barra mill-kosta ta’ l-Italja t’Isfel. Tnejn mill-ajruplani gew lura bi hsara fil-magni u tnejn kienu rrapurtati neqsin. Saret tfittxija ghaz-zewg ajruplani izda ma halliet ebda frott. Rapport Taljan wara xandar li zewg ajruplani kienu ntlemhu jahbtu ma’ xulxin fuq il-kosta. Hadd ma helisha miz-zewg ajruplani.”


Flying Officer Hunter kien gentili wkoll billi tani l-ismijiet tal-kru taz-zewg ajruplani. Lt Talbot kien mal-kru tal-Blenheim ZL7638 pilotat minn Wing Commander F.A. Harte DFC b’Pilot Officer, C.O. Bloodworth bhala Osservatur, u Flying Officer T. Wewege-Smith bhala Wireless Operator. Talbot kien passiggier.


Il-membri tal-kru tal-Blenheim E7644 li mieghu habtu Talbot u l-kru li ospitah kienu Flying Officer N.W. Walders, Pilota, is-Surgent S. Jones, Osservatur, u s-Surgent W.K. Hunting, Wireless Operator.


Il-kitba tal-Maggur Hogben hi sostanzjalment l-istess ghax hu qal li Talbot intilef f’titjira offensiva li fiha hu kien semplici passiggier. L-unika differenza bejn il-verzjoni tieghu u dik li tani Flying Officer Hunter ta’ l-Air Historical Branch hi li l-ajruplan fil-fatt kien Blenheim, mhux Wellington. Ta’ min jghid li minn taghrif li baghatli ma’ l-istess ittra fuq Skwadra 107 RAF Flying Officer Hunter, l-iskwadra kienet ibbazata f’Luqa (A) bejn l-20 ta’ Awissu, 1941 u t-12 ta Jannar, 1942 u kienet mghammra bi Blenheim IVs matul dan (p.76) il-perjodu. L-iskwadra giet Malta mill-Ingilterra biex tattakka l-Italja, Sqallija, l-Afrika ta’ Fuq u bastimenti ta’ l-ghadu. Fid-9 ta’ Jannar, 1942 l-istakkament kien irtirat mill-operazzjonijiet u xolt fit-12 ta’ Jannar. F’dan ix-xahar l-ajruplani nbidlu u flokhom dahlu l-Bostons u operaw mill-Ingilterra.


PARTI V


Dokument li juri l-bombi li tnehhew fid-9 ta' April 1942Dan id-dokument hu mportanti, imqar jekk il-post li minnu tnehhew il-bombi mhux indikat b’ismu. Hu maghruf li fid-9 ta’ April, 1942 gew il-bombi fil u madwar il-knisja. Xhieda li raw b’ghajnejhom u li kellhom il-kariga ta’ responsabbilta, bhas-Supretendent ta’ l-ARP, is-Sur Anthony Woods semmew bombi zghar fuq iz-zuntier kif ukoll il-kbira li dahlet gewwa. Ir-rapport maghmul mill-Bomb Disposal Officer, il-Logotenent TWT Blackwell, jghid li s-SC 500kg dahlet fond ta’ erba’ piedi, qies li jindika l-hxuna tal-koppla minn mnejn ghaddiet il-bomba. Din tnehhiet l-ewwel (priority). Ir-rapport jindika x’tip u x’toqol ta’ bomba kienet: SC 500kg (1100 libbra). Kienet ta’ nazzjonalita Germaniza. Maghha tnehhew 5 SDs 50kg, Germanizi wkoll. Ghalkemm ir-Rotunda mhix imsemmija b’isimha, impossibli timmagina li l-Bomb Disposal Squad nehhiet bombi minn x’imkien iehor fil-Mosta nhar id-9 ta’ April, 1942 u dik tar-Rotunda u l-ohrajn ta’ madwarha halliethom. Dan ikun fatt imgiddeb mix-xhieda Mostin u Inglizi li raw il-bombi jew hadmu biex tnehhew. Ir-rapport jikkonferma dak li qalli s-Sur W.D. Scott, jigifieri li l-bomba ma kienx fiha carg elettriku, bhal dawk b’Serial Nos 2023, 2047, 2049, 2052, 2056, 2057, 2070, 2071, 2072 u 2074. Infatti ma gietx “discharged” mill-kurrent elettriku ghax ma kellhiex izda “defuzed.”

L-istorja hi bhal ghadd ta’ crieki jduru ma’ punt centrali wiehed f’distanzi differenti izda mizmumin flimkien mil-ligi komuni tal-gravita. Noti differenti izda flimkien jiffurmaw melodija jew sinfonija. F’ittra tat-22 ta Novembru, 1992, is-Sur W.D. Scott fakkarni, meta ra ritratt tal-grupp ta’ ufficjali u sappers li s’issa kienu meqjusa li nehhew il-bomba, li hu kien offra li jmur ma’ Lt Talbot fuq l-ajruplan, izda thalla l-art fl-ahhar minuta ghax l-ajruplan kien ser ikun mghobbi zzejjed, “thank goodness”. Ma kienx jidhol fl-istorja tal-Mosta u ma kienx ikollna xhud li ghadu haj biex jitfa dawl fuq x’gara nhar id-9 ta’ April, 1942.


Terga’, minn fost dawk li jidhru ftit damu jservu wisq ghax it-tnehhija tal-bombi hu xoghol li mhux kulhadd jissaportih fit-tul.


Fid-djarju li kien izomm is-Sur W.D. Scott hemm imnizzla l-ismijiet ta’ erba’ sappers li gew il-Mosta biex inehhu l-bomba. Dawn huma tal-Kapural “Busty” Brewer, il-Logotenent Kapural, wara Kaptan, “Rosy” Hillier, C.E. “Inky” Reeves u Scott innifsu. Maghhom kien hemm l-ufficjal taghhom, il-Logotenent Blackwell. It-trakk li gabhom u hadhom insaq minn Sapper George Codling.


Ir-ritratt iservi ta’ lanqas biex naraw min kienu tlieta minn dawk li hadmu biex zbarazzaw il-knisja minn mostru terribbli: Hillier, it-tielet mix-xellug, Reeves, is-seba’ mix-xellug, u Brewer, it-tmien wiehed, kollha bil-wieqfa Scott u Blackwell ma jidhrux f’dan ir-ritratt.


PARTI VI


Minhabba li maz-zmien beda jinghad li l-bomba li hemm fis-sagristija mhix dik li fil-fatt waqghet fuq il-knisja u spiccat gewwa, thassibt fuq il-konkluzjoni li d-djarju tas-Sur W.D. Scott kien qieghed iwassalni ghaliha. Id-djarju kien qieghed jipprova jipponta sebghu u jaghti x’jifhem lil dak li jkun li l-bomba fis-sagristija kienet dik originali. Fil-fazi li kont wasalt kont ser nikteb li, “skont W.D. Scott”, dik kienet il-bomba mixhuta mill-Junkers 88. Sadanittant kont ser nibqa’ nfittex.


(p.77) B’ittra li waslet f’waqtha fil-21 la’ Frar, 1993 bi twegiba ghal tieghi tas-7 ta’ l-istess xahar, li fiha bghattlu lura r-ritratri originali li silifni mill-album tal-familja, is-Sur W.D. Scott qalli li kien ilu jrid jiktibli ghal xi zmien minhabba xi haga li kellha x’taqsam mal-bomba tal-knisja tal-Mosta.


“Ftit zmien ilu kont vaganza (l-Ingilterra) u Itqajt ma’ persuna li marret vaganza Malta u li zaret il-knisja tal-Mosta... u ra l-UXB fil-knisja. Qalli li kienu infurmati li dik ma kenitx il-bomba attwali li nxtehtet fuq il-knisja. Staqsejtu min qallu hekk u wegibni li kien ufficjal tal-knisja... Qal is-sewwa.” “Dak li gara kien li meta (s-sacerdot) talab il-bomba lill-Bomb Disposal Officer (Lt Blackwell), ma stajniex nilqghu t-talba tieghu peress li l-bomba kienet ga nxtehtet fic-cimiterju ta’ l-UXBs mill-irdum ghall-bahar f’Hal Far.”


Dokument li juri l-bombi li tnehhew fid-9 ta' April 1942Mill-ktieb UXB Malta ta' S.A.M. Hudson pagna 8: "In September 2005 I visited Malta in the company of former RE Bomb Disposal officer Lieutenant George D. Carroll. Like many visitors to the Island, we went to the Rotunda at Mosta to see an exhibition commemorating the events of 9 April 1942, when a Luftwaffe bomb penetrated the great dome of the church during Mass, but did not explode. George Carroll looked up at a photograph on display and said ‘That’s Edward Talbot!’ Seeing our interest, the gift seller held out a postcard of the same picture, which he said showed the men who removed the unexploded bomb from the Church in 1942. George turned to me, ‘That’s impossible,’ he said, ‘Edward was dead.’ "
Lt. George Daniel Carroll, l-ewwel wiehed mix-xellug fir-ritratt flimkien ma kollegi u xi bombi mhux sploduti li ddefjuzjaw, hu mahsub li hadem fuq bombi mhux sploduti wisq aktar minn kwalunkwe ufficjal iehor tar-Royal Engineers bomb disposal section fi zmien it-Tieni Gwerra Dinjija, u tista' tghid ltaqa' ma kollox fil-gwerra fil-perjodu li hadem fih bejn il-21 t'April 1941 u t-13 ta' Gunju 1942. Inkredibilment, kien l-uniku ufficjal tal-bomb disposal mill-Armata, Navy u Air Force li kien attiv fl-assedju fuq Malta li ma kienx moghti gieh ghalkemm ma tantx jidher li qatt habbel rasu fuq hekk. Miet fit-23 ta' Mejju 2012.

“Ghalhekk gibna UXB ta’ l-istess tip, nehhejna l-isplussiv bl-istim, zbajnieha u tajnieha lill-knisja. Il-Bomb Disposal Ofiicer taghna ordnalna kollha kemm ahna biex ma nghidu xejn b’dan lil hadd; biex ma nghidux li din ma kinitx l-UXB il-vera. Ma nafx mnejn l-ufficjal tal-knisja gab l-informazzjoni tieghu, sakemm Lt Blackwell ma qalx (lis-sacerdot).”


“Qatt m’ghedtlek l-istorja kollha ghax kont bl-impressjoni li n-nies kollha li kellhom x’jaqsmu ma’ l-UXB kienu mietu kollha u li jien biss kont l-uniku wiehed li kont naf l-istorja vera. Ma ridtx niddizappunta lill-poplu tal-Mosta.” Lis-Sur W.D. Scott ma tajtu ebda hjiel dwar is-suspetti tieghi. Dak li kiteb kitbu minn jeddu u ccaqlaq ghax sar jaf li xi ufficjal tal-knisja tal-Mosta kien qal lil habib tieghu li dik ma kenitx il-bomba originali. Ix-xhieda tas-Sur W.D. Scott dwar jekk il-bomba fis-sagristija hix il-vera jew tip taghha hi l-unika xhieda li waslitli. Minn din ix-xhieda jirrizulta li l-bomba li nifdet il-koppla kienet ezatt bhal dik li ghandna fis-sagristija.


Fl-ittra tal-25 ta’ Marzu, 1993 hemm il-konferma esplicita wkoll dwar it-toqol tal-bomba: “L-UXB tal-Mosta, bhalma taf, kienet ta’ 500kg.”


PARTI VII


  1. Skont is-Sur W.D. Scott il-bomba li hemm fis-sagristija hi l-istess tip u ghamla ta' dik li ghaddiet mill-koppla. Dik originali tinsab fil-bahar qrib Hal Far fejn kienu jinxtehtu l-bombi mhux sploduti.
  2. Hi bomba ta' 500 kg.
  3. Inghatat lill-knisja tal-Mosta fit-18 ta' April 1942 stess mill-awtoritajiet Inglizi.
  4. Ritratt maghdud ghal nofs seklu shih bhala wiehed li juri l-bomba u l-BDS li nehhietha mhux awtentiku.

RIFERENZI

  1. L-ewwel ittra, 30 ta’ Settembru 1992.
  2. L-ewwel ittra, 2 ta’ Ottubru 1992.
  3. 30 ta’ Settembru 1992.
  4. Bomba mhux sploduta.
  5. Fl-ittra kitibli 10 ta’ April izda l-manuskritt juri 9 ta’ April. Ovvjament dan hu zball mehud waqt l-ittajpjar.
  6. Ghalkemm fid-djarju s-Sur Scott isemmih b’kunjomu, is-sacerdot imsemmi qal li ma kienx hu. Is-Sur Scott qalli li gieli kiteb id-djarju wara u ghalhekk seta’ hallat isem ma’ iehor.
  7. Birra.
  8. Ittra ta’ Reeves tal-21 ta’ Ottubru 1992.
  9. Jigifieri, nixtiequ nzarmaw il-bombi.
  10. L-identita tal-qassis mhix maghrufa.
  11. 18 ta’ Novembru 1981, pagna 16.
  12. Intervista mas-Sinjura Grazzja Vella, 17 ta’ Gunju 1992.
  13. 18 ta’ Novembru 1981, pagna 16.
  14. Programm tal-Festa ta’ San Guzepp f’Haz Zebbug, mis-Sibt 20 sal-Hadd 28 ta ’ Lulju 1991, Rivista Annwali, pagni 46-47.
  15. Mehud mill-ktieb Designed to Kill, li nista’ nikkwota bil-permess ta’ l-awtur Major Arthur S. Hogben.
  16. Designed to Kill, Major Arthur S. Hogben, mill-kapitlu Malta, The Battle for Survival, pagna 96.
  17. Designed to Kill, pagni 97-98.
  18. Designed to Kill, pagna 96.
  19. Ittra ta’ l-20 ta’ Ottubru 1992.



Kapitli ohra mill-ktieb