The Mosta Archives Banner

Il-HBIT MILL-AJRU FUQ IR-ROTUNDA TAL-MOSTA - Il-Hamis 9 t'April 1942

minn Anthony Camilleri


Dan il-ktieb interessantissimu fuq din il-grajja tat-Tieni Gwerra Dinija jinxtara mill-hwienet ewlenin u taf mill-Oratorju. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


KAPITLU 5


TIPI TA’ BOMBI
L-GHAMLA U N-NAZZJONALITA TAL-BOMBI MlZRUGHA FUQ IR-ROTUNDA


PARTI I


(p.78) Sittax-il elf tunnellata ta’ bombi mixhuta fuq Malta fit-Tieni Gwerra Dinjija jipprezentaw figura impressjonanti tal-kalvarju li minnu ghaddew il-gzejjer taghna. Bejn djar, palazzi, knejjes u bini pubbliku mwaqqghin kont tghodd erbghin elf. Mietu elf, erba’ mija u tmienja u sittin pajzana u tlett elef, seba’ mija u ghoxrin ohra ndarbu. Li ma kienx il-blat samm ferm u ferm izjed kienu jdabbruha. Wiehed jistenna li minn dawk l-eluf ta’ tunnellati ta’ bombi kien hemm tipi diversi bi skopijiet varji. Mid-deskrizzjonijiet ta’ xiehda li hallew bl-iswed fuq l-abjad dokumentazzjoni fuq il-hbit mill-ajru fuq il-knisja tal-Mosta jidher li ntuzaw bombi ta’ kalibru differenti. Hi x-xhieda u huma l-provi ta’ l-epoka li fl-ahhar mill-ahhar huma l-ghassiesa dejjiema ta’ x’gara nhar il-Hamis, 9 ta’ April, 1942.


Mill-istqarrijiet riprodotti fl-istampa Maltija ta’ zmien il-gwerra u ta’ l-ewwel snin wara l-gwerra, ikkonkludejna li twaddbu SC 500 u SD 50, ghal wahda tnejn u aktar, li laqtu r-Rotunda. Issa jmiss li naraw dawn il-bombi minn taht il-lenti tat-teknologija biex nifhmu ahjar x’kien l-iskop ukoll tal-Luftwaffe.


Il-bombi li ntuzaw kontra Malta mill-Germanizi kienu principalment dawk ta’ splussiv qawwi. Fl-ordinanza tal-Luftwaffe, b'Aburfmunition (throw-away bombs) kienu jifhmu bombi mixhutin mill-ajruplani. Kienu bombi ta’ splussiv qawwi, bombi anti-personnel, bombi li jqabbdu hruq, bombi li kienu jqabbdu hruq u fl-istess hin kellhom kariga ta’ splussiv fihom u bombi tal-gass.


Il-bini Malli twaqqaf bl-uzu tal-gebla Maltija u ghalhekk hawn Malta l-Luftwaffe u r-Regia Aeronautica ma tantx kellhom skop ghall-bombi tal-hruq. Min-naha l-ohra l-Luftwaffe uzat bombi incendjarji kontra l-Ingilterra, kif ghamlu l-Amerka u l-Ingilterra kontra l-Gappun u l-Germanja minhabba li hemmhekk l-injam kien parti integrali mill-bini. Kulhadd jaf li b’xorti tajba l-gass ma twaddabx fl-ahhar gwerra miz-zewg nahat.


PARTI II


Bombi High Explosive GermaniziTipi HE ta' bombi germanizi tat-tieni gwerra dinija. L-SC 500 (l-ewwel tnejn minn taht) hi t-tip li nifdet il-koppla waqt li twaddbu xi 5 SD50s (it-tielet wahda minn fuq) li laqtu l-kampnar tal-punent u z-zuntier fost l-ohrajn.

(p.79) Il-bombi bi splussiv qawwi hafna (High Explosive Bombs - HE ) li l-Germanizi xehtu fuq Malta kienu principalment ta’ zewg ghamliet: is-Sprengbombe-Cylindrisch (SC) u s-Sprenbombe-Dickwandig-Cylindrish (SD). Is-SC kienet bomba ghall-uzu generali b’kejs rqiq (thin-cased General Purpose Bomb). Is-SD kellha aktar hxuna fil-kejs (thick-cased Armour-Piercing Fragmentation Bomb) u kienet tippenetra gmielha armaturi u tfarrak bicciet tal-gwerra b’kejs ohxon.


Kienet tezisti wkoll il-Panzerbombe-Cylindrisch (PC), bomba li tippenetra armaturi ghal kollox (Armour-Piercing Bomb) izda din il-bomba kienet mahsuba biex tintuza kontra karrijiei armati u targets fornuti b’ilqugh ta’ l-azzar biex ma jitfarrkux bil-blast jew bi splinters. Il-PC ma kinitx mahsuba biex tintuza kontra soft targets, bhalma huma bini u fabbriki ta’ l-industrija hafifa.


L-isem tal-bomba jew id-dezinjazzjoni militari kif kienu jissejhu minn pilota, Waffenmeister,1 tekniku u kulmin kellu x’jaqsam kien juri kemm tizen. Hekk SC 50 kienet is-Sprengbombe-Cylindrish ta’ 50 kilogramma. Imbaghad kien hemm ismijiet propji moghtija lil bombi ta’ kalibru kbir. Is-SC 1000 kienet maghrufa wkoll bhala Hermann, laqam moghti lilha f’gieh ir-Reichsmarschall tal-Luftwaffe Hermann Goring. Is-SC 2500 laqqmuha Max.


SEZZJONI A


Sprengbombe-Cylindrisch (SC)


Bombi ohra GermaniziBombi germanizi ohrajn: l-SC 1800 (l-ewwel tnejn fuq) kienet imlaqqma 'Satan', l-SD 1400 (m'hix murija) mlaqqma 'Fritz', l-SD 1000 (m'hix murija) mlaqqma 'Esau' u l-SC 1000 (it-tielet wahda fuq) mlaqqma Hermann ghal Reichsmarschall Hermann Göring. L-SC 500 tidher ir-raba' minn fuq u l-SD 50 ir-raba' minn isfel.

Il-bombi tal-familja SC, maghrufin ukoll bhala Minenbomben, kellhom 55% ta’ splussiv biex jikkagunaw blast qawwi. Kienu jintuzaw l-izjed biex jeqirdu bini ta’ kull ghamla. Bhala regola s-SC kienu maghmulin minn tliet bicciet azzar b’manhar2 iwweldjat ma’ qafas3 tubulari b’hajt irqiq4 u denb ta’ pjanci rqaq ta’ l-azzar jew ta’ alloy imwahhal mal-bombi b’viti5 jew imsiemer irbattuti.6 Kienu jingarru fil-fuselage, vertikalment jew orizzontalment, jew tahtu jew taht il-gwienah. Fil-manhar tal-bomba gieli kien jitqieghed Kopfring, cirku ta’ l-azzar, biex ma jhallihiex tidhol wisq fl-art qabel tisplodi u b’hekk l-effett tal-blast ikun eqlel. Il-Kopfring kien jitqieghed dejjem f’SCslOOO, 1200, 1800 u 2000 u skont il-htiega f’SC 50s, SC 250s u SC 500s.


Kien hemm imbaghad mezz kif il-bombi jwerwru s-suldati u l-pajzana huma u nezlin. Dan kien maghruf bhala ta' Geriko (Geräte Jerico) (p.80) u kien jitwahhal ma’ SC 50 u SC 250 fil-parti tad-denb tal-bomba. Il-mezz kien jikkonsisti f’kartoncin iswed tul ta’ xi 35cm u b’diametru ta’ 3.3 cm f’ghamla ta’ pajpijiet ta’ orgni. Kif il-bomba tkun niezla r-rih kien jonfoh fihom u jgaghlhom iwerzqu. Mezz bhalu kien maghmul mill-ghantijiet tal-bajunetti.7 Kienu jaqtghulhom naha minnhom biex ir-rih jaghmel l-effett tieghu.


Bombi zghar li jqabbdu n-nirien, incendjarji,8 kienu jitwahhlu ma l-gwienah tar-rota ta’ l-iskrun9 ta’ bombi ta’ 50 kilogramma.


Meta kien hemm bzonn jinqerdu targets attakkati minn livell baxx, biex il-bombi ma jigrilhomx bhal meta tixhet cpajpella jew gebla catta ma’ wicc l-ilma, hobza u sardina, kienu jwahhlulhom Stachelspitze, qasba, mal-manhar. Din kienet issir Stachelbombe (Spike Bomb) jew Stabo fil-qosor. Issa seta’ jkollha fjus li jiehu malli l-bomba tahbat ma’ l-art inkella wiehed li jittardja l-ispluzjoni.10


SC 250 b'KopfringSC 250 b'Kopfring

Sprengbombe-Cylindrisch 50


Is-SC 50 kienet l-izghar bomba konvenzjonali, meta ma nghoddux bombi anti-personnel u incendjarji, li l-Germanizi kienu jippossedu. Mit-toqol kollu taghha 55% kien splussiv. Hekk is-SC 50 kellha 27.5 kg ta’ splussiv u 22.5 kg ta’ azzar. L-istess nistghu nghidu ghal din il-familja jew klassi ta’ bombi: is-Sprengbombe-Cylindrisch.


Kien hemm tmien verzjonijiet ta’ dan it-tip. Kollha kellhom pocket fuze wiehed li jiehu mal-habta. Id-denb kien tal-pjanci ta’ l-azzar. Il-bomba u d denb kienu mizbugha lewn ahdar-griz bi strippa fuq id-denb. Infatti l-bombi SC kollha kienu mizbughin hekk bhala regola.


Sprengbombe-Cylindrisch 250


Kien hemm tmien verzjonijiet: 1, 2, 3, J, I, 12, B u K. Fuze pockets kellhom wiehed jew tnejn. Lewnhom kien ahdar-griz. Il-verzjoni Stabo kienet mizbugha field-grey. Is-SC 250 kienet mimlija b’287 kg amatol TNT, TNT u xema’11 jew trab ta’ l-aluminju u wood meal u naftalena12 u nitrat ta’ l-ammonium.


Sprengbombe-Cylindrisch 500


Kien hemm ghadd ta’ verzjonijiet ta’ SC 500s bi fuze jew tnejn. Dawni l-bombi kellhom denb maghmul skont zewg ghamliet: jew ta’ l-azzar13 jew forma ta’ tanbur.14 Lewnhom kien ahdar-griz jew buff. Grad IIIK, L2 u J kienu mimlija b’220 kg ta’ amatol, TNT jew trialen.


Varjazzjonijiet tal-bomba SC 250SC 250 b'Gërate Jericho, xellug jew erba' bombi tal-hruq, lemin

(p.81) Peress li s-SC 1000, SC 1200, SC 2000 u SC 2500 ma twaddbux kontra r-Rotunda, mhux il-kaz li wiehed jiddeskrivihom, ghalkemm bazikament kienu l-istess. Id-differenza kienet li kienu itqal, kellhom aktar splussiv u l-hsara li kienu jaghmlu kienet aktar qerrieda.


SEZZJONI B


Sprengbombe-Dickwandig (SD)


Is-SD kienu mahsubin biex jintuzaw kontra n-nies u biex jinfdu materjal tal-gwerra protett b’armatura tal-hadid jew ta’ l-azzar.15 Kellhom casing medju ta’ l-azzar16 u r -ratio ta’ toqol ta’ splussiv kien ta’ 35% tat-toqol tal-bomba b’kollox. Minhabba li setghu jinfdu fil-qalba ta’ l-oggett attakkat, is-SDs kienu wzati kontra vapuri u fortifikazzjonijiet. Il-bombi kienu jinhadmu bicca shiha mill-ewwel. Kienu maghrufin bhala Splitterbombe u tabilhaqq kien jixirqilhom li jissejhu hekk ghax kienu jinqasmu f’hafna aktar bicciet mat-tifqigha ta’ l-isplussiv milli kienu jaghmlu s-SCs. Biex jingharfu kienu jizbghulhom faxxa hamra fuq il-gwienah tar-roti ta’ l-iskrun fuq denbhom kif ukoll, ghalkemm mhux dejjem, il-cone ta’ denbhom.


Sprengbombe-Dickwandig-Cylindrisch 50


Kien hemm tliet verzjonijiet: D50, D50D u D50A. Is-SD 50 kellha fuze pocket wiehed u denb ta’ pjanci ta' l-azzar. Il-bomba u d-denb kienu mizbughin ahdar-griz. Kienet mimlija b’16.4 kg ta’ TNT.


Sprengbombe-Dickwandig-Cylindrisch 70


Verzjonijiet differenti tal-bomba SC 500SC 500kg (xellug). Kien hemm diversi verzjonijiet ta' din il-bomba. Uhud kellhom fuze wiehed; ohrajn tnejn. Kellhom denb ta' l-azzar jew denb forma ta' tanbur. SD 50kg (lemin). Il-bombi SD kienu ntenzjonati kontra l-individwu (anti-personnel) jew biex jinfdu ingenji u makkinarju armat bl-azzar. Bhal dan it-tip ingabru 5 minn madwar ir-Rotunda nhar id-9 ta' April 1942.

Kienet iddisinjata biex tiehu post is-SC 50 u s-SD 50. Il-hajt ta' barra kien ohxon bhal tas-SD 50 u l-bomba kienet mimlija bi splussiv bhal tas-SC 50: 24 kg ta’ TNT jew amatol jew trialen.


Sprengbombe-Dickwandig-Cylindrisch 250


F’din il-kategorija ta’ piz kien hemm erba’ verzjonijiet: D 250, D 250 JB. D 250 L u 250 DL. Kienu jvarjaw fl-ghamla u fit-tip ta’ denb ta’ pjanci ta' l-azzar jew tanbur ta’ alloy. Kienet mizbugha ahdar-griz u mimlija b’79 kg ta’ TNT.


Sprengbombe-Dickwandig-Cylindrisch 500


Is-SD 500 kienet prodotta fi tliet verzjonijiet: SD 500, SD 500A u SD 500 E. Kienu jvarjaw kemm fl-ghamla. fid-disinn u fil-qisien. Kellhom (p.82) denb f’forma ta’ tanbur maghmul minn alloy u x’uhud kienu jitwahhlulhom Kopfringe. Lewnhom kien ahdar-griz u kienu mimlijin b’200 kg ta’ amatol jew TNT u xema.17


Certament li mill-qisien ta’ dik li hi t-tip tal-bomba li waqghet fuq ir-Rotunda u li tinsab fis-sagristija, m’hemmx possibbilta li twaddbet SD 1700.


SEZZJONI C


Panzerbombe-Cylindrisch (PC)


Tipi differenti ta' denb tal-bombiId-disin tad-denb tal-bombi: ghandhek l-ewwel, it-tieni u t-tielet ta' SC 50, SD 50 u SC 250 rispettivament, waqt li li l-hames u s-sitt wahda huma ta' SC 500, b'din tal-ahhar f'zewg verzjonijiet, jew maghmula minn pjanci ta' l-azzar jew inkella b'cone li jispicca f'ghamla ta' tanbur.

Dawn kienu bombi li jinfdu materjal tal-gwerra bl-armatura.18 Kienu jiznu 500 kg, 1000 kg jew 1400 kg u jintuzaw principalment kontra l-vapuri u l-fortifikazzjonijiet. Fil-manhar19 l-azzar kien ohxon hafna u kien ikkastjat iebes.20 Il-hitan tal-bomba kienu hoxnin b’azzar ikkastjat. Il-hxuna kienet tonqos lejn il-bazi tal-bomba. Mill-piz kollu 20% kien splussiv. Il-bombi PC kienu mizbughin celesti21 u jingharfu mill-faxxa blu oskura fuq il-gwienah tar-roti ta’ l-iskrun ta’ denbhom.


Panzerbombe-Cylindrisch 500


Il-PC 500 kellha fuze pocket wiehed. Il-PC D500E u d-D500L kienu mimlijin b’75 kg ta’ TNT, TNT/wax jew amatol.


SEZZJONI D


L-isplitterbombe SD 2 anti-personnelIs-SplitterBombe SD 2 anti-personnel, maghrufa bhala Butterfly Bomb.

Splitterbombe (Fragmentation Bomb) SD 2


Meta tinfetah is-SD2 kellha ghamla ta’ farfett. Kienet tizen 2 kg u kienet tinxtehet go kontenitur li kien jesa’ 23 jew aktar. Il-kontenituri kienu jingarru fuq racks taht l-ajruplan. Kienu jinfethu berah f’certu gholi mill-art bi spluzjoni ta’ airburst fuze u s-SD 2s kienu jinxterdu u jinfethu f’forma ta’ farfett, lesti biex jisplodu mal-habta jew jibqghu shah biex jiehdu malli jintmessu u jiehu l-anti-handling fuze. Kienu bombi anti-personnel.


Il-bomba farfett kienet mimlija b’7.5 uqija ta’ TNT ikkastjat. Kienet twila 3½ pulzieri u kellha diametru ta’ 3¼ pulzieri. Lewnha kien ahdar-griz jew isfar bi strixxa hamra.


Il-kannestru AB24 tal-bomba farfett kellu assortiment bhala regola. Dan kien ikun maghmul hekk: 10SD2s bil-fuze (41)A, 4 SD2s bil-fuze (70)A, 4 SD2s bil-fuze (70)B u 5 SD2s bil-fuze (67). Il-fuzes jindikaw li whud mill-bombi kienu jiehdu mal-habta, ohrajn kienu jdumu bejn nofs siegha u ghoxrin siegha, ohrajn kellhom fuze kontra t-tqandil u ohrajn fuze li jdum (p.83) ma jtajjar il-bomba tletin minuta. L-Inglizi kienu jsejhu l-kannestru bhala Molotov Bread jew Egg Basket.


Bombi anti-personnelIl-bombi anti-personnel kienu jitwaddbu f’kannestru, Behalter, li normalment kien ikun fih tahlita ta’ tipi. Dan il-kannestru hu maghruf teknikament bhala AB23. Fin-nofs bombi anti-personnel SD 1 u lemin SD 10.

Bombi Anti-Personnel SD1, SD10


Dawn il-bombi kienu jixbhu mortar bombs zghar u kellhom ghamla ta’ langasa. Kienu twal 6.7 pulzieri u kellhom diametru massimu ta’ zewg pulzieri. Kienu jinxtehtu minn kannestri.


Is-SC10s u s-SD10As Tipi I u II kellhom l-ghamla cilindrika bhal tal-bombi ta’ l-ajruplani (SCs, SDs, PCs) u kienu jinxtehiu f’kannestri.


SEZZJONI E


Brandbomben (Bombi Incendjarji)


Insemmu l-Flammenbombe (Flame Bomb), il-Phosphorbrandbombe (Phosphorus Incendiary Bomb) u s-Sprengbrandbombe (Explosive-Incendiary Bomb).


Il-Flamm C250 u l-Flamm C500 kellhom il-qisien ta’ bombi ta’ splussiv qawwi (SCs, SDs, PCs) izda kienu mimlijin b’xorta ohra ta’ munizzjon biex iqabbad u jxerred il-hruq.


Il-bomba kif kienet esebita fis-sagristija sal-1992Il-bomba li hemm fis-sagristija tidher b’mod car li taghmel mal-familja SC u SD ta’ bombi Germanizi. Din ghandha fuze pocket wiehed u d-daqs taghha jixhed li hi ta’ 5 mitt kilogramma jew elf u mitt libbra. Tidher kif kienet esebita l-bomba, f'pozizzjoni vertikali minghajr denbijiet, sal-1992. Fuq naha jidher ritratt tal-koppla bit-toqba mhaffra mill-bomba. Fin-nofs hemm deskrizzjoni bil-Malti ta' x'gara u fil-genb verzjonijiet iqsar b'diversi ilsna.

Il-Phosphorbrandbombe Brand C50A, C50B u C25A kellhom l-ghamla tas-SCs, SDs u l-PCs. L-iskop kien biex iqabbdu nirien.


Is-Sprengbrand C50 kellha l-ghamla u d-daqs ta’ bomba ta’ splussiv qawwi. Kienet tisplodi u fl-istess hin tqabbad u b’hekk tolqot zewg ghasafar b’gebla wahda: tohloq blast u tferrex in-ninen.


SEZZJONI F


Ir-RAF u l-USAAF kienu juzaw bombi li kienu jitwahhlulhom dnubhom qabel ma l-bombi jitghabbew fuq l-ajruplan. Fil-kaz tal-Luftwaffe d-denb kien bicca shiha mill-bomba kif kienet tohrog mill-fabbrika u kien jikkonsisti minn erba’ gwienah imwahhlin fuq cone. Kien ikun maghmul minn pjanci ta’ l-azzar jew alloy tal-magnesium marbut jew iccingjat mal-bomba b’viti jew imsiemer irbattuti. Bombi li jiznu aktar minn 250 kg kellhom puntali riffieda jew cirku rqiq tal-metall jew tanbur fit-tarfnett.


Id-denb kien ikun mizbugh bhall-bqija tal-bomba; izda kien ukoll ikollu faxxa wiesgha minn xi 1.64 cm sa 2.74 cm mac-centru u d-dawra ta’ kull kwadrant tal-cone tad-denb biex jindika l-klassi ta’ bomba li tkun. Il-lewn isfar kien jintuza ghas-SC (Sprengbombe-Cylindrisch), l-ahmar ghas-SD (Sprengbombe-Dickwandig), u l-blu skur ghall-PC (Panzerbombe-Cylindrisch).


SEZZJONI G


Is-Sistema tal-Fuze Elettriku


Skecc tal-fuze tal-bomba tal-knisja tal-MostaSkecc tal-fuze tal-bomba tal-knisja tal-Mosta kif stenna li ghandu jkun is-Sur W.D. Scott, li gentilment pingihuli minn jeddu minghajr ma stennejt jew tlabtu. Jien ma tajtu ebda taghrif dwar il-fuze li hemm fil-bomba. L-ittri El.A.Z. ifissru Elektrische Aufshlag Zünder (Electric Impact Fuze), fuze li jiehu mal-habta b’kurrent elettriku.

(p.89) Il-bombi ta’ splussiv qawwi (High Explosive), bhall-familji SC u SD tal-Luftwaffe, kienu mghammra bi fuze li jahdem b’kurrent elettriku. Dan kien l-Electrische Aufschlag Zünder (Electrical Impact Fuze). Kienet sistema li kont issibha biss fil-Luftwaffe. Qawwiet ohra ta’ l-ajru kienu juzaw fuzes mekkanici jew kimici, inkella pistols fil-manhar u/jew fid-denb. Il-Germanizi kien ilhom jizviluppaw fuzes elettrici sa mill-1926. Ix-xoghol sar l-aktar mid-ditta Rheinmetall-Borsig. Il-fuze irnexxa u l-bombi gew ippruvati b’success fil-Gwerra Civili Spanjola. Fl-1932 l-ufficcju Britanniku tal-Patenti approva d-drittijiet tad-ditta fuq dan it-tip ta’ fuze.


Dawn il-fuzes kienu jahdmu b’sistema ta’ cirkuwitu, li kien fil-kondenser li jistorja carg elettriku22 kkomunikat ma’ kondenser jew aktar li jqabbad ix-xrar23 permezz ta’ rezistenza gholja.


Il-Luftwaffe kienet tuza bombi li kellhom sistema ta’ spluzjoni wahda jew tnejn.24 Kull mezz shih kien jitqieghed f’but tal-metall25 fil-genb tal-bomba.


ll-fuze kien jinzamm fil-but b’cirku li jillokkjah. Dan kien jikkonsisti fi fuze elettriku, iniator (gaine), detonatur ta’ picric acid pellets u ta’ booster charge ta’ pellets ta’ TNT. Kwazi l-bombi kollha Germanizi kellhom awziljari biex jizgura li l-ispluzjoni ssir, imqar meta l-isplussiv biex jiccargja l-bombi kien ta’ grad baxx. L-isplussivi ewlenin li kienu jintuzaw kienu TNT, TNT-wax, amatol, ammonal cyclotol, hexamite u torpex.


Fuze El.A.Z. bin-numru 15 f’cirku ta’ fabrikazzjoni GermanizaFuze El.A.Z. bin-numru 15 f’cirku ta’ fabrikazzjoni Germaniza.

Dawn il-fuzes elettrici kienu jahdmu jew mal-habta tal-bomba jew bil-hin. Kellhom ghamla cilindrika u bl-eccezzjoni ta’ xi tipi kienu juzaw kejs ta’ l-aluminju. Il-parti gewwenija ta’ fuze li jahdem mal-habta kienet tikkonsisti f’zewg sezzjonijiet. Il-bicca ta’ fuq, l-iswicc blokk, kien maghmul minn polystyrene ffurmat,26 li kien inhadem biex fih setghu jitqieghdu diversi tipi ta’ plunger contacts, l-iswiccijiet vibranti27 u f’xi kazi l-pont li jdewwem il-mixeghla ta’ l-isplussivi.28


Is-sezzjoni t’isfel kien fiha l-kondensuri li jistorjaw u jqabbdu, ir-rezistenzi u igniters instantanei u ta’ dewmien qasir. Dawn il-bicciet kienu jinzammu f’posthom b’sustanza ta’ bitumen calkin sewda. Il-kondensuri kienu maghmula minn pannelli tal-metall separati minn xulxin b’karti tax-xema’ u mgerba fuq cilindru wiehed tal-kartoncin. Ir-rezistenzi tal-karbon kienu normalment imqieghda go dan ic-cilindru. Il-blokk li jqabbad29 kien jiffitija f’qiegh il-fuze u kien fih il-pellets ta’ porvli iswed li jaghmel il-flaxx, l-ghatu bi tliet (p.90) toqbiet li kienu jwasslu mill-pellet sal-pontijiet li jqabbdu n-nar30 u x-short delay train.


Meta l-bomba kienet titqabbad fuq ir-rakk31 ta’ l-ajruplan, batterija ta’ 150 volt fl-ajrupLani kienet tigi mqabbda bi driegh teleskopiku ma’ zewg spring-loaded plungers f’ras kull fuze. Il-pinnijiet bic-carg imissu mal-plungers u jaghfsuhom u hekk kienu jghaddu l-kurrent elettriku mal-kondensuri li jistorjaw.32 Il-bomba tintelaq mill-ajruplan mill-ewwel u hekk kif kienet maqtugha mir-rakk batterija awtomatikament kienet ticcargja reservoir condenser fil-fuze. Kif il-bomba tkun niezla, ic-carg condenser kienet tillikja go firing condenser u hekk tarma l-fuze. Meta l-bomba kienet tolqot it-target, il-habta kienet tikkaguna t-trembler biex jahdem u jqabbad b’kurrent elettriku l-flash pellet. Din kienet tipproduci flash qawwi bizzejjed btex tqabbad l-iniator (gaine), li min-naha tieghu kien iqabbad l-isplussiv sensittiv tac-carg tal-booster u dan iqabbad il-mili ewlieni tal-bomba.


L-Electrische Aufschlag Zünder33 kien uzat fil-bombi SC 50s sa SC 2500s u fis-SD50s sa SD1700s. Ghalhekk nistghu nghidu b’certezza – u dan gie konfermat lili mis-Sur W.D. Scott wara li wasalt ghal din il-konkluzjoni li l-bomba li nifdet il-koppla tal-knisja tal-Mosia u l-ohrajn, izghar kellhom fuze elettriku ta' dan it-tip, meta mqassar jidher bhala El.A.Z. Dan hu konfermat mill-fuze li hemm fir-replika. Fl-ittra tad-29 ta’ Ottubru, 1992 is-Sur W.D. Scott qalli minn jeddu, u pingieli skecc, li l-fuze kien El.A.Z. 15 bin-numru fic-cirku.


Bombzünder (Bomb Fuze)


Il-fuze fil-bomba li hemm fis-sagristija. L-ittri jinqraw El A Z 50 u hemm in-numru 15  f’cirku.Il-fuze fil-bomba li hemm fis-sagristija. L-ittri jinqraw El A Z 50 u hemm in-numru 15 f’cirku (ritratt tal-lemin, dak tax-xellug hu ezempju simili). Fin-nofs tal-fuze jidhru zewg plungers. Dawn huma d-dettalji bazici li ghamilli s-Sur W.D. Scott fl-iskecc tieghu. Id-dettalji l-ohra kienu jvarjaw. Is-Sur Scott kien kitibli u qalli li d-drawwa tal-REs kienet li jitpogga l-fuze originali fil-bomba. Kiteb ukoll li l-fuze tal-bomba originali kien wiehed semplici El A Z 50 bin-numru 15 f’cirku. Dan jaqbel mal-fuze li ghandha l-bomba, esebit ta’ l-istess ghamla bhal dik li twaddbet fuq ir-Rotunda. Il-bomba kif esebita llum sfortunatament nehhewla dan il-Fuze u minflok hemm semplici ghatu.

Il-Luftwaffe kienet tuza fuzes kemm mekkanici kif ukoll elettrici. It-tipi mekkanici kienu jintuzaw, b’xi eccezzjonjiet, f’bombi anti-personnel ta’ 2kg sa 10kg, flares mixhutin bil-paraxut u booby traps, fis-SC 2500 Max, mini bil-paraxut, l-HS Glider Bomb, l-FX radio-controlled bomb u l-V1 sa l-V2 rokits.


It-tipi elettronici zvilupppati u mmanifatturati minn Rheinmetall-Borsig kienu jintuzaw f’kull tip ta' bombi ta’ splussiv qawwi,34 bombi ta’ l-ghoti tan-nar u photoflash, f’kontenituri ta' missili u bil-paraxut.


Fuq kull fuze Germaniz kienu jkunu stampati l-ittri abbrevjati biex jindikaw x’tip ta’ fuze hu. Kien ikun hemm ukoll in-numru tal-fuze f’cirku. Dan kien juri l-metodu kif jinhadem. Hekk El.A.Z. (15) kien Electrical Impact Fuze u El.A.Z. (9) kien Electrical Airbust Short Time Fuze.


Bombi tal-Hin


(p.91) Mix-xhieda ta' l-epoka jirrizulta li hafna nies bezghu li l-bomba li kien hemm f’nofshom fil-knisja kienet wahda tal-hin. Dan kien biza’ fondut u sostnut matul id-decenni li gew wara. Ghalhekk tajjeb naraw fil-qosor il-fuzes li kienu jittardjaw l-ispluzjoni ta' bombi.


Long Delay (17) Series, Elettriku-Mekkaniku


Dehra sezzjonali ta’ Fuze (15)Dehra sezzjonali ta’ Fuze (15): Fuq ghandhekk ic-Charging plungers, imbaghad it-Trembler Switches li huma Swiccijiet li joperaw mal-habta, u tahthom il-Kondensuri (Capacitors) u r- Rezistenzi u l-Igniter/ Firing bridge. L-electronics ikunu mghaddsa fil-Mili bil-qatran (muri bl-iswed). Taht ghandhekk il-Gaine li jkun fih il-PETN (‘nitropenta’) li hi l-primary explosive charge. Dan il-fuze seta’ jintuza biex jisplodi bomba mad-daqqa jew wara ftit tad-dewmien. Jekk balla kienet tinxtehet minn gholi ta’ inqas minn 60 pied il-fuze ma kienx jahdem mad-daqqa ghax il-kondensuri ma kienx ikollhom hin bizzejjed biex jiccargjaw. Izda, peress li l-kondensuri kienu jibqghu jzidu r-rezistenza, kull vibrazzjoni kienet tkompli taghlaq l-iswiccijiet u tisplodi l-bomba.

Id-dewmien bl-arlogg35 kien jibda mal-habta tal-balla b’komponent elettriku li jqabbad tubu zghir ta' thermite. Dan kien idewweb pellet ta’ xema’ u jiftah plunger b’molla36 biex joghla u jhaddem il-mekkanizmu ta' l-arlogg biex itektek skont il-pre-set, skont kemm ikunu ttardjawh sighat Dan it-tip ta' fuze normalment kien iffitjat f’SC 250s u SC 500s bli kellhom zewg fuze pockets u mieghu kien jintuza l-fuze Electrische Zünder (50) (El.Z.50) kontra t-tqandil ghal min min jipprova jcaqlaq il-bomba. Gieli kien jintuza wkoll il-fuze Zus (40) biex il-balla tisplodi jekk xi hadd jipprova jnehhilha l-fuzes l-ohra.


Airburst jew Proximity Fuzes


(p.94) Dawn kienu jintuzaw biex jisplodu l-bomba f’certu gholi ‘l fuq mit-target. Kienu jintuzaw ukoll f’bombi ta’ splussiv qawwi. L-Electrical Airburst El.ZtZ (59)B kien uzat fis-SC 250 u l-Electrical Airburst (pyrotechnic delay) El.ZtZ (79) u (79A) fost l-ohrajn fis-SC 250 u S-SC 500.


L-uniku dokument li ghandna fuq it-tip ta’ fuze, hu dak ta W.D. Scott fuq il-fuze ta' barra. Is-Sur W.D. Scott kitibli li kien fuze semplici Numru 15 li jiehu mad-daqqa. Safejn nista’ nghid jidher li ma kienx hemm anqas delay fuzes.


L-airburst fuze seta’ ntuza meta twaddbu l-bombi anti-personnel jekk kienu go kannestru (Behalter) u mhux twaddbu minn kontenitur li nfetah ma kmand mis-swiccbord tal-kokpit mghoddi lill-kontenitur imqabbad ma’ rakk taht il-gewnah ta’ l-ajruplan jew il-fuselage.


Electrische Zünder (50)


Fuse ta’ bomba GermanizaFuse ta’ bomba Germaniza li juri l-gaine maqlugh minn mac-cirku tal-pellet ta’ acidu picric acid u l-bqija tal-pellets. Lemin fuze tipiku ta’ bomba Germaniza bil-gaine imwahhal f’postu. Dan id-disinn baziku ta’ fuze ta’ l-elettriku Germaniz kien uzat fil-bombi ta’ kategorija mis-SC 50 sas-SC 2500 u mis-SD50 sas-SD1700.

Dan il-fuze kien iddisinjat bhala booby-trap u mezz kontra min imiss il-bomba. Kien jahdem jekk xi hadd imiss il-bomba wara li tkun waqghet u ma haditx. Biss biex El.Z. (50) jahdem, qabel ma tinxtehet il-bomba, carg elettriku mill-ajruplan kien jigi mghoddi mic-charging plungers ghal goc-charging condenser. Hi u niezla l-bomba c-carg kien jillikja bil-mod minn high resister ghal gol-firing condenser. Jekk wara li l-bomba kienet waqfet fl-art xi hadd imur imissha, it-trembler switch kien jaghlaq ic-cirkuwitu. Dan kien iqabbad il-primer, imbaghad il-booster u l-bomba tisplodi. Kien jintuza f’SC 250s u SC 500s flimkien ma’ fuzes tad-dewmien (long delay) (17), (17A) jew (17)B. Jekk pilota jinsa jaghti c-carg elettriku dan il-fuze ma kienx jahdem.


Wiehed jista’ jasal biex jghid li, aktar kemm kellha fuzes il-balla, u maghha l-ohrajn li laqtu l-knisja u l-ohra li nstabet fl-1948 fi gnien wara l-knisja, aktar kien hemm cans li l-balla tisplodi.


Is-Sur W.D. Scott kitibli fit-30 ta’ Settembru, 1992 li “ir-raguni ghala l-bomba ma splodietx kienet li l-fuze ma kienx iccargjat b’kurrent elettriku. L-istess il-bombi tal-kumplament ta’ l-istikk ma kenux iccargjati.”


Fdal


Wiehed mill-mezzi biex jigu identifikati bombi mhux sploduti kien l-ezami tad-denb tal-bomba Dan kien jinqala’ meta l-bomba tahbat ma’ l-art u jtir ftit ’il boghod. Mil-lewn tad-denb u l-kompozizzjoni tieghu wiehed seta jghid x’tip u x’kalibru kienet. Hi hasra li m’ghandna ebda fdal tad-denb (p.95) tal-bomba li nifdet il-knisja ghax minnu konna naslu biex nikkonfermaw it-tip taghha, jekk hux SC, SD jew PC. F’sitwazzjoni ta’ gwerra wiehed ma jsibhiex facli li jigbor xhieda bhal din u anqas ma kienet xi haga hafifa. Kollox kien ikun ikkontrollat min-nies bl-uniformi. Is-segretezza kienet parti mill-ordni tal-gurnata ghal bosta ragunijiet, fosthom biex il-poplu ma jallarmax ruhu. Min ikun inkarigat, imbaghad, kien irid jizgombra l-post mill-periklu u jehles qabel jasal hbit iehor mill-ajru. Id-denb tal-bomba kien ikun relikwa ohra tal-gwerra u tal-grajja tad-9 ta’ April barra milli tkun xhieda ohra f’katina li turi x’toqol ta’ bomba nizel fuq il-knisja biex jinfidha u jtemmha flimkien ma’ bombi ohra ta’ splussiv qawwi. B’xorti tajba giet xhieda ohra dwar it-tip u toqol ta’ balla.


PARTI III


Bombi SC 50 u SC 500 f’ajrudrom jistennew li jitghabbew fuq l-ajruplani tal-bumbardamentBombi SC 50 u SC 500 f’ajrudrom jistennew li jitghabbew fuq l-ajruplani tal-bumbardament.

Is-Sur Jim Somerville gabar xi taghrif fuq id-daqs tal-bomba. F’intervista li ghamel f’Mejju, 1982 lis-Sur Marcel Vella f’Marsascala, sar jaf li s-Sur Vella kien Sapper mas-sezzjoni tal-Maltin tar-Royal Engineers. In-numru tas-servizz kien 635. Fl-1941 gie trasferit ghal Bomb Disposal Squad Nru 127. Is-Sur Vella qal li kien ra bomba Hermann (SC1000) li dahlet fir-Rotunda fid-9 ta’ April, 1942 jew f’Lintom Barracks, il-Furjana, jew f’Villa Fleuri, Marcarini Road, Birkirkara.


F’ittra li Major Reginald Parker G.M. (Retired) kiteb lis-Sur Somerville fit-23 ta’ Novembru, 1982, il-Maggur qal li hu kien mat-24th Fortress Company, Royal Engineers. Fil-hin li waqghet l-UXB tar-Rotunda, Parker kien qieghed jahdem fuq UXB band’ohra. L-uniku kuntatt li kellu ma l-bomba mhix sploduta tar-Rotunda kienet li jigborha u jehodha l-barrakki taghhom il-Furjana wara li jigbruha minn wara l-knisja.


Parker deherlu li kien Lieutenant Talbot li nehha l-fjus u Ii dan miet f’incident ta’ l-ajru. Qal ukoll li kienet bomba ta’ 50kg, b’diametru ta’ tmienja jew disa’ pulzieri u kienet xi zewg piedi u tliet pulzieri twila minghajr id-denb. Parker deherlu li l-bomba li hemm fis-sagnstija hija Taljana u haseb li bomba ta’ 2000kg kienet twaqqa’ l-koppla anke jekk ma tehux.


Parker jidher li ma mexxilux jaghmel rikostruzzjoiu tal-grajja. Ibda biex ma kienx hawn. It-tieni Talbot kien mejjet. Semma bomba ta’ hamsin kilogramma filwaqt li l-inginiera li nehhewha u dawk li jiftakru l-grajja, (p.96) Maltin, jghidu li kienet ta' hames mitt kilogramma. Qal li kienet Taljana meta hu maghruf fic-cert li l-bomba hi Germamza u wasal biex ikkonkluda li l-koppla kienet taqa' b’bomba ta’ 2000 kg, imqar kieku ma haditx. Anke ghal dan il-piz il-koppla kienet tiflah, basta l-bomba ma tesplodix. W.D. Scott jiftakar li Sapper George Codling kien ix-xufier.


Interessanti wkoll li Parker qal li gabar il-bomba minn wara l-knisja li marki li halliet il-bomba meta tnizzlet mit-tarag taz-zuntier – qasmet zewg targiet u halliet il-forma tal-manhar taghha – ghadhom jidhru sa llun ghalkemm imsewwija. Qabel mas-Sur Marcel Vella li ttiehdet Linton Barracks, il-Furjana. James Somerville qal Ii hu jiftakar li t-trakk bil-bomba li ghabba gibed lejn San Pawl il-Bahar!


Kwistjoni x’aktarx problematika hi x-xhieda tal-Gvernatur Sir Willie Dobbie. Dobbie ra l-bomba b’ghajnejh fil-knisja tal-Mosta. Wara qalulu li kienet tizen 4000 libbra.37 Li Dobbie ha interess kbir fil-grajja nifhmuh peress li hu kien bniedem religjuz hafna. Ghalih post ta’ qima kien post fejn wiehed jingabar biex jizzi hajr lil Alla, jitolbu u jaghtih qima, sew jekk il-post kien tal-Kattolici, sew jekk tal-Protestanti u sew jekk kien ta’ xi denominazzjoni ohra. Minkejja li Dobbie kellu responsabbiltajiet kbar bhala Gvernator u Kap Kmandant tal-forzi ta’ l-art, tal-bahar u ta’ l-ajru, u mqar jekk it-tfigh ta’ balal kbar u zghar hawn Malta kienet xi haga ta’ rutina, lil Dobbie s-sens religjuz kien jiddettalu li jaghti mportanza kbira li f’waqt bhal dak ikun fost il-popolazzjoni milquta. 817224 L.A.C. William Moode ta’ Skwadra 249 Ta’ Qali kiteb lis-Sur Somerville fis-16 ta’ Jannar, 1987 qallu li kellu idea li l-Gvernatur gie l-Mosta "to commiserate with the villagers on the damage to their church."38 Moodie ma ftakarx meta l-Gvernatur gie. Jien kont sibt u ktibt fi Il-Mosta li Dobbie ra l-attakk mill-Palazz ta’ San Anton, il-bomba niezla u hu fiss telaq kollox u gie l-Mosta.39 Meta s-Sur Sommerville b’ittra tas-6 ta’ Awissu, 1992 baghatli koppja ta’ The Mystery of the Mosta Bomb, sibt li ghall-habta ta’ l-1987 kien osserva li ladarba Dobbie mar il-Mosta u ra l-bomba, bilfors li kien wiehed min-nies tat-trakk li waslu l-pjazza u waqfu ghax kienu ga ddestinati ghal hemm. Somerville kiteb ukoll li l-ahjar mod biex jehilsu l-knisja mill-periklu kien “two/six’’, li hu slang tar-RAF li jfisser tigbed, timbotta jew terfa’ oggett tqil.40


Xiehda ohra, madankollu, jindikaw li l-bomba giet zarmata fil-post u hi din ix-xhieda li taqbel mal-fatti kif jafuhom dawk li kienu hemm u ghadhom hajjin fostna l-Mostin. Kienet il-Bomb Disposal Squad li nehhet (p.97) il-balla, mhux xi membru ta’ xi fergha tas-Servizzi Inglizi li nzerta hawn!


Is-Sur Somervilie jahseb li l-bomba kienet kbira, ta lanqas 500 kg. Nhar l-1 ta’ Awissu, 1992 is-Sur Joseph Sant li, fi zmien il-grajja kien tifel ta’ tnax-il sena, qalli li ma' xi tifel iehor zgicca lis-Surgent Azzopardi u dahal il-knisja.


Qalli li l-bomba kienet ta’ kulur blu Germaniz, mizbugha malajr malajr. In-nies tal-Bomb Disposal Squad l-ewwel nehhew il-fjus, imbaghad bdew jixhtu l-istim bl-ilma jahraq biex ihollu l-isplussiv. L-ilma beda hiereg fuq iz-zuntier u ha lewn hadrani.


Jidhirlu li l-bomba li waqghet kienet iqsar u ehxen lejn denbha. Lejn il-manhar kienet idjaq. Is-Sur Sant, li fiz-zmien kien fil-Forza tal-Pulizija ta’ Malta u ghamel kors dwar l-isplussivi u l-bombi fl-iskola tas-Civil Defence, f’Targa Gap, qalli li kienet General Purpose (SC). Peres li s-Sur Sant specifikali t-tip bhala SC u kien qalli li kienet idjaq lejn il-manhar ghaddieli d-dubju jekk alIura kemm SD. Biex taghqad dan is-suspett sahhahuli meta zied li, jekk il-memorja ma tqarraqx bih, kien hemm wiehed bil-baffi tar-Royal Navy. “Imqar ikun hemm suspett li tkun semi-armour piercing (jigiften SD) kontra n-Navy, jibaghtu ghal xi hadd tan-Navy.” Issa ghalkemm il-knisja bhala target hi soft, l-ghamla u l-hitan massicci taghha setghu hajru lil min studja r-ritratti tat-tkixxif biex jiddeciedi x’ghazla ta’ bombi ser jixhtilha. Is-Sur Sant semmieli li, meta jara t-targiet taz-zuntier, it-turgien ewlenija tan-nofs, jiftakar fl-ghamla tal-bomba, pjuttost dejqa lejn il-manhar bhalma kienet SD. Is-SC kienet usa’ lejn il-manhar. Dawn iz-zewg targiet, imsewwija sewwa wara li xxellfu fit-tarf mill-bomba hi u titnizzel it-tarag taz-zunuer, huma xhieda tal-bomba.


Meta tkellimt mas-Sur Manwel Gatt wiehed milli helsuha mit-tragedja tax-Xelter 71 ta’ Triq Gafa nhar il-21 ta’ Marzu. 1942, qalli li hu rahom igerbu l-balla fuq iz-zuntier. “Kienet itwal u irqaq," stqarrli meta kont nitkellem mieghu l-pjazza nhar l-Erbgha, 12 ta’ Awissu, 1992. Ix-xhieda tas-Sur Gatt ma taqbilx ma' tas-Sur Sant dwar it-tul tal-bomba komparata mal-kejs ta’ dik li hemm fis-sagristija, izda taqbel f’haga ferm aktar bazika meta wiehed jasal biex jifli l-kategorija ta' bomba li kienet tinkorpora fiha l-bomba li raw titgerbeb fit-tarag ewlieni taz-zuntier. Kienet idjaq. Din tista' tindika li kienet SD.


Kemm is-Sur Sant kif ukoll is-Sur Gatt jaqblu li kienet tizen 500kg.


(p.98) Xhieda interessanti tista’ tittiehed minn dak li qal is-Superjur Generali tal-MUSEUM, is-Sur Victor Delicata, nhar il-Hamis, 19 ta’ Mejju, 1988 waqt ir-rapprezentazzjoni dwar grajjiet Marija fl-istorja ta’ Malta. Ir-rapprezentazzjoni saret fl-okkazjoni tas-Sena Marjana fl-awditorju tal-MUSEUM, il-Blata l-Bajda mill-Fergha Zghazagh tal-MUSEUM.41 Is-Sur Victor Delicata kien rifugjat Senglean il-Mosta u dakinhar tad-9 ta April 1942 kien fir-Rotunda. Kien wiehed minn ta’ l-ewwel li gera lejn il-bomba ghax hasibha mara xiha bl-ghonnella, mejta. Dan it-taghrif ghaddihuli s-Sur Joseph Fenech, membru tas-Socjeta tad-Duttrina Nisranija minn Birkirkara meta cempiltlu nhar l-1 ta’ Marzu, 1992 minhabba artiklu fuq l-istess suggett tal-balla f’gheluq il-hamsin sena ghar-rivista Museumina Xehda Ghasel.


Jekk il-bomba kienet qisha mara xiha, bl-ghonnella, zgur li kienet ta’ certu daqs, ta’ lanqas madwar hames piedi. L-unika persuna li indikat b’certezza t-tip u toqol ta’ balla hi s-Sur W.D. Scott, li qalli li kienet SC 500kg. Is-Sur Scott kien wiehed minn tal-Bomb Disposal Squad li hadu hsieb il-kaz. Ghalkemm dik li hemm fis-sagristija mhix il-bomba l-vera, hi ezatt bhalha, skont is-Sur Scott.


Is-Sur W.D. Scott qalli wkoll x’jahseb fuq il-bomba li tidher fir-ritratt li kien mahsub li hu tal-bomba tal-knisja tal-Mosta u li jidher f’pagna 59 (dak li fih jidher Talbot). Wara li qara r-raba’ kapitlu, b’ittra datata 25 ta’ Marzu, 1993, is-Sur Scott qalli li l-UXB li tidher f’dak ir-ritratt kienet jew SC 1000kg (Hermann) jew SC 1800kg (Satan). Scott jghid li ma tantx inxtehtu minn dawn fuq Malta “Bhalma taf l-UXB tal-Mosta kienet ta’ 500kg.”


PARTI IV


Bomba SC 500 u fl-isfond  jidher Ju 87 Stuka L-istrixxi sofor, li fir-ritratt jidhru bojod, fuq denb il-bomba jindikaw li hi SC 500. Fl-isfond jidher Ju 87 Stuka.

Il-qies tal-bomba li hemm fis-sagristija tar-Rotunda jiffittja mal-qisien tal-bombi SC 500s (1100 lbs). Ir-replika ghandha d-denb nieqes; ghalhekk bhala bomba shiha s-SC 500 hi itwal.


Mill-hames bombi l-ohra li habtu mal-knisja u ma splodewx, dik li habtet mal-kampnar tal-qanpiena l-kbira, tajret xi antifissi u spiccat mhix sploduta fuq iz-zuntier kienet SD 50 (110 lbs), ukoll ta’ splussiv qawwi. Jirrizulta li din twaddbet xi ghaxar minuti qabel waslet it-tieni mewga ta’ Junkers 88 li minnhom twaddbet il-balla li dahlet fil-knisja.


(p.99) Mad-daqqa l-bomba l-kbira tarilha d-denb, kif kien jigrilha bhala regola kull Sprengbombe-Cylindrisch li ma tehux. Ebda parti ma hu maghruf li nzammet. [Nota mill-Errata Corrige u Addenda: Dan il-paragrafu ghandu jitnehha. Mix-xhieda tas-Sur Joseph Sant, li ra b’ghajnejh il-bomba fil-knisja, id-denb tghawweg u baqa’ mwahhal mal-bomba (xhieda ta’ l-1 ta’ Awissu 1992 et alia)].


Ma ntuzawx Brandbomben,42 Flammenbomben,43 Sprengbrandbomben44 jew Phosphorbrandbomben.45 Hadd qatt ma semma hruq fil-knisja, fuqha jew madwarha minn dawk li ghexu l-grajja u dawk li marru jaraw x’gara wara l-hbit mill-ajru dakinhar tad-9 ta’ April, 1942.


Hemm xhieda qawwija li twaddbu Splitterbomben46 SD 2 jew bombi antipersonnel SD 1, SC 10 u SD 10. Fil-Mosta ghandna tifkira qarsa ta’ l-iSplitterbomben peress li wahda qatlet tlett itfal fl-inhawi fejn illum hemm il-Kunvent tas-Sorijiet Agostinjani. Ohra ghamiet minn ghajn wahda lil Dun Karm Sciberras, fundatur tal-bini ta’ l-Oratorju Qalb ta’ Gesu. Din il-possibbilta tidher mill-hsara zghira li saret fuq il-gwarnicun ta’ San Guzepp, SC 50, SD 50 jew PC 50, l-izghar fl-inventarju ta’ l-ordinji Germanizi ta’ bombi ta’ splussiv qawwi kienet taghmel hsara kbira. Il-bombi anti-personnel u l-iSplitterbomben kienu jitwaddbu f’Behalter (kontenitur) li jesplodi f’certu gholi predeterminat jew minn Behalter li jibqa’ mwahhal ma' l-ajruplan u jitlaqhom malli l-pilota jaghfas il-buttuna.


ombi Germanizi fi SqallijaBombi Germanizi fi Sqallija lesti biex jintuzaw kontra Malta. Fuq bomba minnhom jidher il-piz taghha ta’ 500kg. L-ghamla taghhom hi preciza bhal dik li hemm fis-sagristija tar-Rotunda. Dan ir-ritratt ittiehed lejlet Santa Marija, 14 t’Awissu, 1942.

Hemm indikazzjonijiet qawwija li twaddbu SD 50s u SC 50s mix-xhieda tas-Supretendent ta’ l-ARP (Air-Raid Precautions) ta’ zmien l-avveniment, is-Sur Anthony Woods. Kien baqa’ jghix il-Mosta wara l-gwerra. Meta kellimtu nhar it-Tnejn, 17 ta’ Lulju, 1978 taht il-portiku tar-Rotunda, xehed li kienu waqghu hafna bombi madwar il-knisja. Semma li biss biss fuq iz-zuntier kien hemm bejn erbgha u sitta zghar, qishom blalen. Il-File WO169/7383, iffirmat minn Lt T.W.T. Blackwell, juri li nhar id-9 ta’ April, 1942 fil-Mosta l-R.E.s hadmu fuq sitt bombi: SC 500kg u hames SDs 50kg ta’ nazzjonalita Germaniza. Ghalkemm ma jispecifikawx li dawn tnehhew mir-Rotunda, ir-rapport, immexxi minn Lt Col. G.R. McMeekan, Kmandant tal-Fortress R.E., Malta, jidher li ghalihom jirreferi. Sahansitra jindika li s-SC 500 ghaddiet minn hxuna ta’ erba’ piedi.


Is-Sur W.D. Scott kiteb li l-bomba fil-knisja kellhom jaghtuha priorita. Fir-rapport tal-File msemmi mizmum fil-Public Records Office, Kew, hemm li l-bomba kienet “Defuzed and removed 9/4 (9th April). Priority.” Tidher li hi xhieda sostanzjali, anzi konklussiva. Fl-istess pagna hemm li tnehhew tliet SD 50kg l-ghada, 10 ta’ April, izda fuq dawn wiehed ma jistax ikun zgur fejn u meta twaddbu.


Bomba setghet ma tehux jew ghax kellha fuze jew fuzes hziena, jew (p.100) minhabba xoghol difettuz gewwa, jew minhabba traskuragni tal-Waffenmeister,47 u xi drabi, fejn jidhlu bombi tal-hin, aljenazzjoni jew traskuragni tal-pilota, inkella cirkostanzi straordinarji kagunati minn harba ta’ emergenza minn ajruplan avversarju li jkun jattakka l-bomber jew Jabo.


Stachelspitzebombe48 ma kinitx mill-forma ta’ dik li jinghad li hi r-replika. Lanqas ghandna dokumentazzjoni dwar il-kompozizzjoni ta’ l-isplussiv tal-bomba. B’danakollu l-isplussiv kien qawwi (High Explosive) skont it-tip ta’ bomba li hi.


Peress li l-knisja kienet soft target u taghmel mal-kategorija ta’ targets kulturali, ekonomici u industrijali, il-possibbilta li tintuza Panzerbombe-Cylindrisch kontrieha kienet remota. Dan hu msahhah mill-fatt li l-attakk jidher li kien ippjanat; il-bomba ma nxtehtitx b’kumbinazzjoni; u ghalhelkk l-ghazla tat-tip li kellha tintuza kontra monument bla uzu militari kienet ovvja; jew SC jew SD.


Minn dak li ntqal sa mill-bidunett, ghalkemm fid-dehra barranija ma kienx hemm differenza bejn Sprengbombe u Brandbombe, jidher car li l-bomba li taqqbet triqtha mill-koppla ghal isfel ma kenitx bomba tal-hruq, imma wahda ta’ splussiv qawwi. Jerga’ s-sens komun jghidlek li biex twaqqa’ u tirrovina tempju tal-hagar l-ahjar mezz kien li tixhetlu bombi ta' splussiv qawwi li jcarrtu l-hitan massicci u jrieghdu l-pedamenti. Bomba tal-hruq Flamm C 500 certament li kienet taghmel hsara bla kejl, imma mhux daqs Sprengbombe-Cylindrlsch 500 wisq probabbli. Terga’, il-bomba SC 250 li nstabet fl-1948 fi gnien hdejn il-knisja kienet xhieda ohra, fi kliem l-esperti militari tal-munizzjon u l-ordinji tal-gwerra, li l-knisja tal-Mosta zaruha u sellmulha b’ “salvo” ta’ bombi ta’ "splussiv qawwi.”49


Il-post fejn kien il-fuze fil-bomba li hemm ghall-wiri fis-sagristija, ir-replika ta’ dik li nifdet il-koppla, qieghed fil-parti cilindrika tal-bomba. Dan jindika li hi bomba Germaniza. lr-rapport tal-File WO 169/7383 tar-R.E. isemmi car u tond li l-bomba kienet Germaniza.


Il-fuze tas-SCs, hlief dak tas-SC 2500 Max, kien tat-tip Electrische Aufschlag Zünder (Electrical Imapact Fuze). Ghalhekk il-fuze tal-bomba li nxtehtet fuq ir-Rotunda u nifditha kellha fuze elettriku. Forsi kien difett fis-sistema elettrika tal-fuzes li sfratta l-attakk fuq ir-Rotunda? ll-bombi l-ohra anti-personnel li waqghu fuq u madwar ir-Rotunda, fosthom fuq iz-zuntier, kellhom fuzes mekkanici, hlief ghas-SD 50s, li minnhom kien hemm hamsa. X’uhud mill-anti-personnel hadu, bhal dik fuq il-gwarnicun ta’ San Guzepp; ohrajn ma hadux.


(p.101) Hafna fost il-kongregazzjoni bezghu li l-balla kellha fuze tal-hin u li kienet ser tisplodi minn waqt ghal iehor. Hawnhekk wiehed irid jifhem li fil-bombi SC 250s u SC 500s b’zewg fuze pockets kienu juzaw l-Electrische Zünder (50) kontra t-tqandil tal-bomba f’kaz li t-tnejn ta’ barra ma jehdux. Inkella flok El.Z. (50) gieli uzaw il-fuze Zus (40) biex il-balla tisplodi, f’kaz li xi hadd imur inehhilha l-fuzes l-ohra. Skont ix-xhieda taz-zmien il-balla tnehhielha l-fuze u tgerbet it-tarag taz-zuntier, tant kemm hu hekk. Dan jista’ juri li ma kienx hemm fuzes tat-tip El.Z. (50) u Zus (40) ghal kontra t-tqandil jew tnehhija tal-fuze. Inkella wiehed jerga’ jahseb li anke dan il-fuze ma hadimx? Il-fuzes kollha kienu difettuzi? Possibbilta li ma kienx hemm fuzes El.Z. (50) u Zus (40) hu l-fatt li l-bomba-replika fis-sagristija fiha fuze wiehed estern biss. Dawk il-fuzes ta’ kontra t-tqandil kienu normalment uzati f’bombi SC 250s u SC 500s li kellhom zewg fuze pockets. Izda f’xi cirkostanzi anke SC 250s u SC 500s b'fuze pocket wiehed kienu ffittjati b’El.Z. (50) jew Zus (40).


Il-kelma ahharija f’din il-kwistjoni hi tas-Sur W.D. Scott. Hu kitibli li l-bomba kellha fuze semplici El.AZ. (15) u ebda fuzes ohra. Milli jidher, peress li kienu qeghdin jinxtehtu hafna bombi li jiehdu wara l-hin, in-nies hasbet li fil-knisja kien hemm ohra bhalhom. Izda, skont Scott, dan ma kienx il-kaz.


Irid jinghad ukoll li l-bombi SCs, SDs u PCs ma kenux jiehdu fuze ta' dewmien bl-arlogg (clockwork delay), sistema purament mekkanika. Dan kien jintuza fil-bomba SD 2 anti-personnel. Fil-kaz tal-bombi ta’ splussiv qawwi li bihom inhabtet il-knisja tal-Mosta, il-fuzes ta’ barra kienu elettrici u dawk ta’ gewwa ghal kontra t-tqandil, kieku kien fihom, kienu elettrici-mekkanici.


L-ghamliet ta’ bombi Inglizi tat-Tieni Gwerra DinjijaL-ghamliet ta’ bombi Inglizi tat-Tieni Gwerra Dinjija. GP = General Purposes (SC Germaniza), MC – Medium Calibre, HC = High Calibre, inc = incendiary (tal-hruq), frag = fragmentation (tfarrak il-bomba bicciet zghar hafna), AS = kontra s-sottomarini (anti-submarine), DC = Depth Charge.

Fl-ewwel erba’ xhur ta’ l-1942 zdied l-ghadd ta’ bombi Germanizi li ma hadux meta waqghu. Il-hbit mill-ajru kien ghamel minn Malta infern shih u l-bombi li nxtehtu kienu ghalhekk kotru fuq li kotru. Minn sitta fil-gimgha telghu ghal madwar mija u erbghin. Fil-bicca l-kbira taghhom kienu ta’ kalibru ta’ 50kg jew 250kg; izda nstabu wkoll bombi Satan ta' 1800kg u bombi ta’ kalibru iehor, fosthom ta’ 500kg. Wiehed jista’ jimmagina kemm kien impenjat il-Waffenmeister hu u jarma l-bombers ghas-sortie li tmiss. B’daqshekk ma nistghux noqoghdu biss fuq l-idea li x-xoghol kien isir bl-ghagla, ta’ kafkaf jew b’nuqqas ta’ hsieb u attenzjoni. Il-poplu Germaniz hu poplu metodiku u l-Luftwaffe, f’kull front u f’kull waqt tal-gwerra, minkejja li minn xi daqqiet kienet issikkata, zammet gholi t-tradizzjonijiet militari li ghalihom il-ferghat kollha tas-Servizzi armati Germanizi kienu maghrufa.


(p.102) Mix-xhieda ta’ korrispondent mhux maghruf li kiteb fil-Journal tar-Royal Irish Fusiliers, jirrizulta li bomba li habtet mal-knisja bbawnsjat u splodiet fit-triq. Skont l-istess sors kieku l-balla hadet fuq il-knisja kienet taghmlilha hafna hsara. Anke SC 50 (jew SD 50 jew PC 50) kienet taghmel hsara konsiderevoli fuq it-tanbur u n-nies kieku ma kenitx tghid li saret hsara zghira. Kienet iccarrat u wisq probabbli kienet taghmel hsara strutturali, kemm lit-tanbur kif ukoll lill-koppla.


Jidher li l-hsara fuq it-tanbur fuq San Guzepp saret minn anti-personnel zghira. Skont ma qalli s-Sur Frank Calleja f’intervista fuq it-telefon nhar l-10 ta’ Frar 1993, il-bomba zghira tal-kampnar waqghet xi ghaxar minuti qabel il-bomba l-kbira. L-ispluzjoni fuq it-tanbur grat f’xi l-4:30 p.m. mal-waqgha ta’ din il-bomba. Wiehed ikompli jsahhah il-fehma li kienet bomba anti-personnel li splodiet fuq San Guzepp mill-fatt li dawn kienu jitwahhlu mal-gwienah tar-rota ta’ l-iskrun ta’ bombi SC jew SD ta’ 50kg.


Mix-xhieda tas-Sur Frank Calleja johrog ukoll li f’temp ta’ ghaxar minuti l-knisja tal-Mosta ntlaqtet darbtejn minn ajruplani differenti.


PARTI V


Bomba Ingliza ta’ splussiv qawwi tal-kategorija General PurposeBomba Ingliza ta’ splussiv qawwi tal-kategorija General Purpose, li taqbel mal-klassi Sprengebombe-Cylindrisch Germaniza. L-ghamla tad-disinn hi differenti mill-ekwivalenti Germaniza.

Bombi Inglizi


(p.103) Jidher li n-nuqqas ta’ taghrif dokumentat u taghlim dwar x’gara ezatt fid-9 ta’ April, 1942 ta lok ghal hafna spekulazzjonijiet u teoriji matul il-hamsin sena li ghaddew. Gieli smajt min jghid li l-bomba li nxtehtet fuq ir-Rotunda kienet bomba Ingliza! Ma kontx naghtu kas wisq ghax bhala regola s-sorsi li kienu jindikawli dawk li jghiduli hekk kienu ghejun li mhux ta’ min jixrob minnhom. Izda, meta nhar il-15 u s-16 ta' April, 1992 smajt gwida tat-turisti tirrepeti dan l-izball, indunajt safejn wasal l-ghajdut. X’hin kien il-waqt ersaqt fuq il-gwida u ghedtilha li dik ma kenitx bomba Ingliza u lanqas ma kienet bomba Ingliza li waqghet f’idejn il-Germanizi fl-Egittu, kif smajtha tghidilhom. Kont smajt darba li kienet waqghet f’idejn il-Germanizi fi Sqallija!


Bil-gentilezza kollha u bl-edukazzjoni staqsietni fejn kont naf. Wegibt li koni naf mill-ghamla tal-bomba u mill-fjus.


Fis-16 ta’ April tkellimna kemxejn fit-tul u talbitni naghtiha d-deskrizzjoni u t-tip ta’ ajruplan li xehitha. Innutat SC 500 u Junkers 88. Gbidtilha (p.111) l-attenzjoni li l-bomba twaddbet, flimkien ma’ ohrajn, x’aktarx bl-intenzjoni li teqred il-knisja. F’dak il-punt ma stajtx naghtiha aktar dettalji, ghalkemm weghidtha li xi darba tkun taf x’irrizulta mir-ricerki li ghamilt matul is-snin.


omba Ingliza ta’ 500 libbra ta’ kapacita medja (MCBomba Ingliza ta’ 500 libbra ta’ kapacita medja (MC). Filwaqt li l-bombi Germanizi kellhom il-Fuzes fil-genb taghhom, dawk Inglizi kienu fil-ponot ta’ quddiem u wara.

L-istess diskors li l-bomba kienet Ingliza ntqal lit-turisti Germanizi nhar it-22 ta’ April, 1992 u min jaf kemm-il darba.


Ix-xoghol ta’ thejjija biex jinkiteb xi taghrif baziku fuq il-bombi Inglizi tat-Tieni Gwerra Dinjija kien sar. U mnalla. Il-grajja tad-9 ta’ April, 1942 ghandha tinkiteb kif grat u mhux kif misthajjel. Guvni Germaniz ta’ madwar ghoxrin sena laqatni meta smajtu jistaqsi lejlet Santa Marija 1991 lil wiehed habib, qisu kien cert li l-Germanizi ma setghux jahbtu ghal knisja, kenux l-Inglizi li waddbu l-bomba.


B’dawn ir-riflessjoniiet, li tnizzlu wara li kien ingabar it-taghrif fuq bombi mixhuta mill-ajru mir-Royal Air Force, jigifieri bombi Inglizi, nghaddi issa biex naghti harsa hafifa, teknika u grafika biex tohrog id-differenza bejn bombi Germanizi u bombi Inglizi.


Hemm zewg kategoriji ewlenin ta’ bombi: bombi li jqabbdu n-nirien50 u bombi ta’ splussiv qawwi.51 Il-Germanizi kellhom bombi li jaqghu taht dawn iz-zewg kategoriji, bhalma rajna.


Ghall-bumbardament b’bombi ta’ splussiv qawwi l-Inglizi kellhom tliet tipi: il-General Purpose (GP), il-Medium Capacity (MC) u l-High Capacity (HC).


Il-GPs kienu mahsubin biex jintuzaw ghal bosta tipi ta’ bumbardament. Instab li ma kenux effettivi wisq. Biex taghqad mit-total tal-piz taghhom il-GPs kellhom biss l-aktar 30% ta’ splussiv.


Il-Knisja tal-Mosta qabel it-Tieni Gwerra DinjijaBomba Ingliza ta’ 500 libbra ta’ kapacita medja (MC). Filwaqt li l-bombi Germanizi kellhom il-Fuzes fil-genb taghhom, dawk Inglizi kienu fil-ponot ta’ quddiem u wara.

Ghall-kuntrarju l-MCs kienu 50% splussiv u 50% metall, filwaqt li l-HCs kellhom aktar minn 70% ta’ splussiv. Il-qoxra ta’ HC kienet irqaq minhabba li kellha inqas metall. Ghalhekk kienu jikkagunaw blast qawwi. Izda riedu fjusijiet li jiehdu mill-ewwel, inkella wiehed kien jissogra li jew il-qoxra tinqasam u l-balal ma jehdux, inkella jisplodu u jikkagunaw blast limitat.


L-Inglizi zviluppaw ukoll bombi anti-personnel, bombi kontra s-sottomarini (AS=Anti-submarine), bombi armour-piercing (AP), l-ekwivalenti tal-PC Germaniza, u  s-semi-armour piercing (SAP), is-SD Germaniza. Ohrajn kienu specjali ghal kollox, bhall-MC 12000 lb Tallboy u MC 22000 lb Grand Slam, bombi tat-“terremot”, u l-HC 8000 lb ‘Dam Busters’ ta’ Barnes Wallis, li b’56 minnhom ir-RAF farrket id-digi ta’ Möhne, Eder, Sorpe u x’aktarx Ennepe nhar is-17 ta’ Mejju, 1943.52


(p.112) L-Inglizi kellhom bombi tal-hruq, bhalma l-Germanizi kellhom Brandbomben. Kienu ta’ diversi pizijiet, foslhom 25, 45, 50, 400 u 500 libbra fost ohrajn biex ma nsemmux dik ta’ 2700 libbra. Bihom u b’ohrajn Amerikani, ir-RAF, l-USAAF, ir-RNAF u r-RAAF harqu bliet bhal Lübeck u Rostock f’Marzu u April 1942.53 L-Inglizi kellhom bomba tal-hruq ta’ 4 libbri, zviluppata qabel il-gwerra, li baqghet tintuza b’success sa l-ahhar. Fl-attakk fuq Hamburg f’Lulju 1943 u fuq Dresden fi Frar 1945, bejn il-bombi ta’ splussiv qawwi u bejn il-bombi tal-hruq inholqot tempesta ta’ nar li hegget fit-tul u qatlet hafna nies. Fil-lejl bejn it-13 u l-14 ta’ Frar, 1945, inxtehtu 1478 tunnellata ta’ HEs54 u 1182 ta’ bombi ta’ hruq, fosthom 650,000 bomba ta’ erba’ libbri l-wahda. Kien attakk li ssakkeggja lil Dresden.55


Bomba Ingliza ta’ 1000 libbra Mk 1 (MC)Bomba Ingliza ta’ 1000 libbra Mk 1 (MC) b’taghrif fuq kif inhi armata.

Biex wiehed jikkonkludi jekk il-bomba hix Germaniza jew Ingliza, apparti dak li nkiteb fl-epoka u ntqal dejjem li hi Germaniza, wiehed l-ahjar li jhares lejn id-disinn. Kemm l-Inglizi kif ukoll il-Germanizi riedu jeqirdu bini pubbliku, stallazzjoniiet militari u materjal tal-gwerra, bhal tankijiet armati, u nies tas-servizz. Ghal dawn l-iskopijiet ivvintaw ghazla shiha ta’ armi qerrieda bhal bombi bi splussiv qawwi, bombi tal-hruq u bombi anti-personnel. Mill-iskop li ghalih bomba li ma haditx tkun intefghet ma tasalx biex tghid liema pajjiz ipproducieha. Kieku kellna l-isplussiv li tnehha mill-bomba konna forsi naslu biex niddistingwu bejn is-Cyclonite (RDX/TNT), Torpex, Amatex u Minol ta’ l-Inglizi56 u t-trialen tal-Germanizi. It-tnejn kienu juzaw l-amatol u t-TNT. M’ghandniex xi nghidu kien hemm varjeta shiha ta’ splussivi ohra. Anqas hawn ma nistghu naqbdu tarf, kieku rridu, ghax ma fadalx tracci tal-mili tal-bomba.


Forsi wkoll kieku baqa’ xi fdal tad-denb tal-bomba wiehed kien jasal biex iqabbel l-ghamla. Fuq hekk l-istorja m’ghandha xejn x’tghidilna.


Biss jekk wiehed iqabbel l-ghamla ta’ SC 500 jew SD 500 ma’ MC 1000 jasal biex jikkonkludi li l-bomba li hemm fis-sagristija kienet mahduma fil-Germanja, anzi hi SC 500.


Bomba Ingliza ta’ splussiv qawwi SAP (Semi-Armour Piercing)Bomba Ingliza ta’ splussiv qawwi SAP (Semi-Armour Piercing) li taqbel mal-klassi ta’ Sprengbombe-Cylindrisch Dickwandig Germaniza.

Incidentalment il-knisja tal-Mosta gieli tqieset bhala knisja militari. Fil-pajsagg Malti l-hagar massicc taghha jaqbel mal-fortifikazzjonijiet tal-Belt Valletta. SC wahda kienet bizzejjed biex tharbat u teqred ir-Rotunda, ahseb u ara hi u hames bombi izghar li laqtuha, kollha ta’ splussiv qawwi.


Ta’ min jghid li kien hemm diversi tipi ta’ SC 500s b’qisien varji, bi fjus wiehed jew b’zewg fjusijiet. Min-naha l-ohra kien hemm tliet tipi ta’ SD 500s: SD500, SD 500A u SD 500E.


(p.113) Is-SC 500s kienu jkollhom denb jew ghamla ta’ tanbur inkella kien ikun maghmul minn sheet metal ta’ l-azzar. Is-SD 500 kellha fjus wiehed. It-tul ta’ SD 500 bid-denb kien ta’ 228.6cm.


Bomba ta’ splussiv qawwi AP (Armour-Piercing)Bomba ta’ splussiv qawwi AP (Armour-Piercing) li kienet ghall-Inglizi dak li l-Pazerbombe-Cylindrisch kienet ghall-Germanizi. Il-bomba fir-ritratt tizen 2000 libbra.

Il-vantagg ta’ l-istorja dokumentata fi zmienha jghinna hafna u jserrhilna mohhna. Il-File WO 169/7383 fil-Public Records Office, Kew, jirreferi ghal SC 500, li nghatat priority, u s-Sur W.D. Scott jafferma li l-bomba li nehhew mill-knisja tal-Mosta kienet SC 500.


PARTI VI


Fuze: Xhieda elokwenti u inkontestabbli hi l-fjus li hemm fil-bomba. Fil-fjus insibu dawn l-ittri u numri: El. A.Z. C 50, 15 f’cirku, BC, 1940 u 27C.


L-ittri El.A.Z. u n-numru 15 f’cirku jfissru Electrische Aufschlag Zünder, 15, fjus ta’ l-elettriku li jisplodi l-bomba malli tahbat. In-numru u l-ittra warajh, 27C huma l-batch number tal-produzzjoni partikulari meta sar il-fjus, wiehed fost ohrajn li hargu mill-istess linja ta’ produzzjoni.


L-ittri BC 1940 huma l-kodici tal-manifattura tal-fabbrika u s-sena tal-manifattura. BC hu l-kodici ta’ Kupfer und Messingwerke K.G. Becker, Langenborg, Rheinland, kif gharrafni l-Maggur (Retd) Arthur S. Hogben QGM b’ittra tal-24 ta’ Settembru, 1992.


Skont skecc b’taghrif li baghatli l-Maggur Hogben57, il-fjus kien jiehu minn 0.9 sa 13-il sekonda biex jarma ruhu. Skecc iehor58 juri li l-fjus kien 14-il centimetru twil bil-gaine. Kieku l-bomba nxtehtet minn gholi ta’ 1000 pied il-fjus kien ikun ilu attivat tmien sekondi.


Filwaqt li bombi Inglizi u Amerikani kellhom fjus fil-manhar jew fid-denb, dawk Germanizi kellhom fjus transversali.59


PARTI VII


Konkluzjonijiet

  1. Il-bomba li dahlet mill-koppla kienet SC 500kg. Kif indikat fil-File War Office 169/7383 ippenetrat hxuna ta’ erba’ piedi fil-koppla.
  2. Waqghu hames bombi SD 50kg.
  3. Twaddbu xi bombi anti-personnel.
  4. Skont is-Sur W.D. Scott u l-File War Office 169/7383 il-bombi SC 500 u l-bombi SD 50s li tnehhew mir-Rotunda u madwarha nhar id-9 ta’ April, 1942, ma kenux iccargjati b’kurrent elettriku fil-fuze qabel inxtehtu u ghalhekk ma setghux jisplodu.

RIFERENZI

  1. Armourer - armatur; dak li jarma l-bomba bil-fuse biex titghabba fuq l-ajruplan.
  2. nose
  3. body
  4. thin-walled
  5. screws
  6. rivets
  7. bayonet scabbards
  8. incendiary bombs
  9. tail vanes
  10. delay fuze
  11. wax
  12. naphtaline
  13. steel tail unit
  14. drum
  15. semi-armour piercing
  16. medium cased bombs
  17. TNT/wax
  18. armour-piercing bombs
  19. nose
  20. hardened cast steel
  21. sky blue
  22. electrically charged reservoir condenser
  23. firing condenser/s
  24. one or two exploder systems
  25. metal pocket
  26. moulded
  27. trembler switches
  28. long delay igniter bridge
  29. igniter block
  30. igniter bridges
  31. rack
  32. storage condensers
  33. electrical impact fuze
  34. HE bombs
  35. clockwork long delay
  36. spring-loaded plunger
  37. A Very Important Help, Lieutenant General Sir William Dobbie, Published Marshall, Morgan and Scott, London and Edinburgh.
  38. The Mystery of the Mosta Bomb, James Somerville, kapitlu5, pagna 11.
  39. Il-Mosta, Numru 131, Settembru-Ottubru 1988, pagna 16.
  40. The Mystery of the Mosta Bomb, kapitlu 5, pagna 13.
  41. Ghad-data ara L-Orizzont tat-13 ta’ Mejju 1988, pagna 9.
  42. Incendiary Bombs, Bombi tal-Hruq
  43. Flame Bomb
  44. Explosive-Incendiary Bombs
  45. Phosphorus Incendiary Bombs
  46. Fragmentation Bombs
  47. Armourer
  48. Spike-Bomb
  49. The Times of Malta, 29 ta’ April 1948, pagna 7.
  50. Incendiary Bombs
  51. High Explosive Bombs
  52. Bombs Gone, Major Arthur S. Hogben, pagna 164.
  53. Bombs Gone, pagna 68.
  54. Splussiv qawwi.
  55. Bombs Gone, Major Arthur S. Hogben, pagni 63, 64, 68 u 70.
  56. Bombs Gone, Major Arthur S. Hogben, pagna 74.
  57. Ittra ta’ Major A.S. Hogben QGM mibghuta lili fl-24 ta’ Settembru 1992.
  58. Ittra li l-Maggur (Retd) Arthur S. Hogben QGM kien baghatli fl-24 ta’ Settembru 1992.
  59. Designed to Kill, Major S. Hogben, pagna 56.



Kapitli ohra mill-ktieb