The Mosta Archives Banner

Il-HBIT MILL-AJRU FUQ IR-ROTUNDA TAL-MOSTA - Il-Hamis 9 t'April 1942

minn Anthony Camilleri


Dan il-ktieb interessantissimu fuq din il-grajja tat-Tieni Gwerra Dinija jinxtara mill-hwienet ewlenin u taf mill-Oratorju. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


KAPITLU 2


IS-SIEGHA TAR-ROTUNDA


It-toqba fil-koppla kawzata mill-SC 500 GermanizaIt-toqba kawzata mill-SC 500 Germaniza li berrhet l-awditorju vast tal-knisja ghax-xemx u x-xita kif darba kienet imberrha fi zmien meta l-bennejja tar-Rotunda kienu ghadhom ihabirku biex jaraw il-kapolavur Grognetan lest u denju ta’ l-ghola unuri.

(p.26) Id-9 ta’ April, 1942 kien l-ikreh jum ghal bosta postijiet. Mal-herba u mwiet kagunati mill-bumbardamenti intensi fuq inhawi mibnija u laqtiet diretti fuq bokok ta’ xeltrijiet, jizdiedu l-knejjes parrokkjali ta’ erba’ lokalitajiet. Fil-hbit mill-ajru mhabbar mis-sirena fit-12.45 p.m. iggarrfu l-knejjes ta’ Hal Luqa u l-Imqabba filwaqt li ta’ Hal Kirkop saritilha hsara bi spluzjoni ta’ bomba.


Kien fl-4:40 p.m. li, waqt hbit iehor, inhabtet il-knisja tal-Mosta. Mhux ta’ b’xejn li l-ghada l-Kap Kmandant tal-Luftwaffe fin-Nofsinhar qal li fil-fehma tieghu l-attakki fuq Malta bejn l-1 u d-9 ta’ April kienu xejnu lil Malta bhala bazi navali. Il-herba kienet kbira, imma fis-santwarju ta’ l-Ewkaristija, fejn in-nies kienet migbura ghall-adorazzjoni ta’ kull nhar ta’ Hamis, inkitbet pagna ferm differenti minn dik li sewdet l-annali ta’ bliet u rhula ohra. Sa llum turisti minn tant pajjizi diversi jammiraw il-helsien tal-knisja mill-qerda fl-aghar xahar tal-gwerra ghal Malta, April 1942, tant kuntrastanti ma’ April iehor, isbah u ehla, meta r-Rotunda rat titghanna fiha l-ghanja ta’ l-Ewkaristija fl-1913 ghax laqghet fiha s-sessjonijiet ta’ talb u studju fuq l-Ewkaristija u l-adorazzjoni ta’ l-Ostja Divina.


Meta l-1978 intervistajt lil Dun Salv Sammut ghall-kapitlu tieghi Il-Mosta fl-Aghar Siegha tal-Gwerra,1 qalli li hu kien prezenti fil-knisja meta l-bomba nifdet il-koppla. Dun Salv osserva li dakinhar in-nies bdew jisimghu l-bombi jaqghu madwar il-knisja u kulhadd hass li kien attakk ehrex minn tas-soltu. Fi zmien il-gwerra kienu wahhlu karti mal-hgieg tat-twieqi tal-knisja. X’uhud minn dawn il-karti bdew jinqalghu u jperpru. In-nies kienet imxerrda mal-knisja kollha ghalkemm bosta kienu qrib il-hitan massicci. Wahda mara qabdet is-siggu u griet lejn is-sagrisrija. Hafna mill-ohrajn li kienu fin-nofs ghamlu l-istess istintivament. Dak il-hin instema’ hoss jibblobbja, bhall-hoss ta’ qatra meraq taqa’ fl-art fil-hemda, “mhux hoss qawwi”, kif stqarr darba fl-1975 is-Sur Kelinu Galea, li kien ukoll fil-knisja, abbati fuq il-presbiterju f’dak il-hin storiku. Dun Salv Sammut hareg mill-konfessjonarju fil-kappellun ta’ l-Agunija. In-nies ta’ madwaru talbuh l-assoluzzjoni filwaqt li stennew spluzjoni u t-tmiem.


Il-hsara fil-kampnar tal-qanpiena  l-kbira u l-frontispizjuIl-hsara fil-kampnar tal-qanpiena l-kbira u l-frontispizju minn quddiem il-knisja. Dan ir-ritratt ittiehed waqt li bahrin tal-Flotta Merkantili Ingliza kienu jduru postijiet ta’ interess storiku nhar l-10 ta’ Gunju, 1943. Ittiehed minn Lt J. Deakin, fotografu ufficjali ta’ l-Armata Ingliza. Quddiem il-bibien jidhru l-blast walls, li kienu nbnew ferm qabel waqghu l-balal.

Missier Dun Salv, Ganni, kien fil-kappellun tac-Cintura u ntlaqat minn (p.30)  laqxa minghajr ma korra. Il-bomba habtet ma’ wicc Kristu li hemm fil-lunetta ta’ Kristu mdawwar mill-Appostli. Habtet mal-gwarnica mimduda fl-istess lunetta, waqghet quddiem missieru u bdiet titgerbeb bil-mod il-mod lejn il-pulptu. Strahet quddiem it-tnax-il stazzjon tal-Via Sagra. [Nota mill-Errata Corrige u Addenda: Skont ma qalli s-Sur Frank Calleja fl-intervista ta’ l-10 ta’ Frar1993, il-balla mxiet xi ghoxrin pied (madwar seba metri) mil-lunetta ta’ Kristu mad-Dixxipli. Ma waslitx sat-tnax-il stazzjon tal-Via Sagra.] Skont kif ghadhom ighidu l-bomba kellha taghtina bid-daqqa li hadet.


Zewg suldati qalu lin-nies biex jimteddu wicchom ma’ l-art ghax hasbuha bomba tal-hin. Fil-konfuzjoni hafna hargu ’l barra u sabu bomba ohra fuq iz-zuntier. Min ipprova johrog mill-bieb li hemm fis-sagristija fejn illum hemm ir-Redentur sab bomba ohra quddiemu. Niftakar li Dun Salv Sammut semma li fil-knisja kien hemm mat-tliet mitt ruh.


Ix-xhieda ta’ Dun Salv Sammut hi xhieda ta’ bniedem li kien gewwa r-Rotunda. Ghalkemm ma rax b’ghajnejh x’kien qieghed jigri barra, izda zgur li sema’ l-hsejjes tal-magni tad-dive-bombers u hass, flimkien man-nies, li dakinhar kien qieghed isir hbit qawwi. Mhux talli kien hbit qawwi talli kien qieghed isir fl-inhawi vicin ghall-ahhar tar-Rotunda. Dun Salv kien baqa’ impressjonat kif, malli l-mara qabdet is-siggu biex twarrab minn nofs il-knisja, l-ohrajn ghamlu bhalha dak il-waqt stess u kien ghadhom iwarrbu zbrixx x’hin il-bomba waqghet gewwa u maghha gibdet bosta knaten ghal fuq il-qiegha tar-rham. X’uhud kienu ghadhom fil-parti nofsanija tal-knisja izda helsuha mill-knaten li waqghu.


Dehra ohra tal-hsara fil-frontispizjuDehra ohra tal-hsara fil-frontispizju. Dan ir-ritratt juri suldati Jugoslavi fuq trakk ghaddejjin minn quddiem il-knisja tal-Mosta. Kien id-9 ta’ Mejju, 1944.

L-impressjoni li ha tal-hbit Dun Salv Sammut, jigifieri, li kien qieghed isir qrib hafna tar-Rotunda, hi kkonfermata mill-kitba tas-Sur Frank Calleja.2 Is-Sur Calleja kiteb li l-attakk beda b’mewga ta’ Junkers 88 bombers. Peress li sabu baraxx ta’ Akk Akk kontriehom telqu l-balal. Imbaghad giet mewga ohra ta’ Ju88s. Kien minn din il-mewga li l-knisja tal-Mosta ntlaqtet fl-4:40 p.m.


Niftakar lis-Sinjura Marija Vella, imwielda Calleja, oht is-Sur Frank, tghidli li hi rat l-ajruplani gejjin min-naha tan-Naxxar. Kienu grupp, qishom tlieta tlieta jew erbgha erbgha. Wiehed minnhom ratu jigbed ghal fuq il-knisja. Hi pront griet fix-xelter. Kienet qaltli li huha ra bomba ghaddejja thokk ma’ wiccu, dik li laqtet il-kampnar tal-qanpiena l-kbira u spiccat fuq iz-zuntier. Huha kien fil-kampnar u kellu xorti.


[Zieda mill-Errata Corrige u Addenda: Waqt intervista li ghamilt fl-10 ta’ Frar 1993 lis-Sur Frank Calleja, li kien fil-kampnar tal-qanpiena l-kbira meta waqghet il-balla li giet fuq iz-zuntier, sirt naf li fi spazju ta’ madwar ghaxar minuti l-knisja tal-Mosta ntlaqtet minn balal mixhuta minn ajruplani differenti. Is-Sur Calleja qalli li ghall-habta ta’ l-4:30 ta’ wara nofsinhar ra balla zghira tahbat mal-kampnar tal-qanpiena l-kbira. Waqghet minghajr ma hassewha niezla u minghajr ma raw ajruplan. Fis nizlu jigru l’isfel. Dak il-hin splodew ukoll bombi fil-villa Gollcher. “Ahna nzilna isfel (mill-kampnar),” kompla s-Sur Calleja, “imbaghad gie attakk iehor.” F’dan l-attakk, it-tieni mewga, fl-4:40 ta’ wara nofsinhar, dahlet il-bomba mill-koppla u tnejn, li jidhru li kienu ntrabtu b’katina, gew fil-pedamenti tal-knisja n-naha tal-artal ta’ Santa Filomena, bejn it-tarag ta’ barra u n-naha ta’ wara tal-kennierja. Is-Sur Calleja sar jaf bl-ordinju li sploda fuq it-tanbur wara. Dak ma rahx niezel. Is-Sur Calleja qalli: “Ghalhekk kien hemm gap (interval). L-ewwel giet bomba (tal-kampnar) u mbaghad ohra (tal-koppla).” Hu konfermat li din il-balla li habtet mal-kampnar tal-qanpiena l-kbira u spiccat fuq iz-zuntier kienet SD 50. Il-prova ta’ l-ahhar tigi mix-xhieda tal-File tal-War Office Numru 169/7383.]


Toqba maghmula mill-bomba mghottijaIndikazzjoni ta’ fejn kienet it-toqba maghmula mill-bomba. Hawnhekk tidher imghottija.

Kienet is-Sinjura Vella stess li semmietli persuna li kienet rat l-ajruplan jigbed ghal fuq ir-Rotunda u jitlaq il-bombi ghal fuqha wara li ha l-mira.


Dun Angelo Camilleri kellu tnax-il sena meta gara l-avveniment. Meta staqsejtu mnejn kien gej l-ajruplan3 wegibni li kien gej mid-direzzjoni tan-Naxxar. Baqa’ jitbaxxa f’angolu ta’ xi 30°-40° ghal fuq ir-Rotunda, skont kif (p.35) rah minn fuq il-bejt tax-xelter li kellhom fi Triq Cassar fejn kien u ghadu joqghod. Hu u diehel ifittex il-kenn tax xelter ta’ daru ghajjat, “Ghal fuq il-knisja, ma!” Dak iz-zmien kien hemm xi bini ghadu ma telax u l-koppla kienet tidher minn fejn kien Angelo Camilleri. Kien ajruplan “ikrak,” “ibezzghek,” qalli snin wara Dun Ang.


Minn dak li kienet irrakkuntatli s-Sinjura Marija Vella jidher li, qabel ma griet tfittex il-kenn tax-xelter, rat madwar tnax-il ajruplan gej jahbat ghal Ta’ Qali u l-inhawi. Fit-taqsim tal-Luftwaffe ta’ zmien it-Tieni Gwerra Dinjija, tnax-il ajruplan dive-bomber kienu jiffurmaw Staffel (skwadra). It-tieni mewga tidher li kienet maghmula minn daqstant iehor ajruplani skont ir-rapport ta’ Il-Berqa.4


Toqba maghmula mill-bomba mghottija u armar fl-anternaDettal tat-toqba mghottija. Jidher armar fl-anterna.

Xhud iehor li kien fil-knisja meta waqghet il-bomba hu Dun Salv Magro. Dun Salv qalli, waqt intervista fl-1978,5 li l-bicca l-kbira tan-nies kienu migburin mal-hitan u fil-kurituri. Dun Pawl Buhagiar, seminarista iehor, kien ghadu kif dahal mill-bieb tan-nofs u wasal fil-kappellun ta’ San Guzepp x’hin il-bomba xkanat gewwa u gibdet il-knaten taht fejn dahlet u qrib fejn kien hu.


Dun Salv induna li l-bomba tajret il-lampier tan-nofs. In-nies grew ghax-xelter tal-pjazza. Meta giet l-iskwadra tat-tnehhija tal-bombi, huma u jnizzlu l-balla fuq it-tarag taz-zuntier, saritlu xi hsara.


Fl-istess sena li intervistajt lil Dun Salv Sammut u lil Dun Salv Magro kellimt ukoll lis-Supretendent ta’ l-Air Raid Precation (ARP) tal-Mosta fi zmien il-grajja, is-Sur Anthony Woods. ls-Sur Woods qalli li fuq iz-zuntier kien hemm xi erba’ bombi zghar qishom blalen tal-futball. Fl-1988 is-Sur Joseph Sant qalli li kienu xi sebgha l-bombi mhux sploduti madwar il-knisja. Niftakar tajjeb x’qalet Mostija waqt program fuq ir-Rediffusion fl-1967. Kienet marret tixtri ghal ommha. Qabadha hbit mill-ajru hi u gejja lura lejn Triq Grognet u dahlet tistkenn fix-xelter tal-pjazza. Meta ghadda griet lejn id-dar. Ommha kienet tixgher u tibki fit-triq ghax hasbet li c-ckejkna kienet dabbritha. Dik il-mara qalet li dakinhar waqghu hafna bombi fuq il-Mosta u kien hemm ghadd gmielu li ma splodewx. Kienet laqtitni r-rimarka taghha: “Kulhadd beda jghid: ‘Il-Madonna maghna, il-Madonna kienet maghna llum’ ”.


Il-madwar 300 pied kubu ta’ gebel li waqa' fuq il-pavimentFuq il-paviment taht it-toqba waqa’ madwar 300 pied kubu ta’ gebel. Dan ir-ritratt mhux iddatat u jidher li ttiehed zmien sewwa wara l-gwerra.

Kienet instabet bomba ta’ 50kg fil-gnien tas-Sur Carmelo Dimech sagristan, qrib il-knisja. Din il-bomba ddefjuzata u zjovtata mill-isplussiv qawwi ta’ go fiha llum tinsab fil-pussess ta’ Dun Pawl Buhagiar, li kien xtraha minghand haddiehor.


(p.36) Xhieda interessanti u prezzjuza hi dik tas-Sur Victor Delicata, illum Superjur Generali tal-MUSEUM. Kien rifugjat mill-Isla u kien fil-knisja x’hin dahlet il-bomba. Hu gera ghal fuqha ghax hasibha mara xiha bl-ghonnella sewda, mejta. Meta nduna x’mostru kellu quddiemu pprova jghid l-Att ta’ l-Indiema. Kull darba li jibdieh ma jispiccahx bil-biza’.


Ix-xhieda tas-Sur Victor Delicata, li nstemghet pubblikament waqt attivita Marjana Museumina fid-Dar Centrali l-Blata l-Bajda fis-Sena Marjana fil-prezenza ta’ mijiet ta’ zghazagh, ghandha valur kbir. Meta s-Sur Delicata qabbel il-bomba ma’ mara xiha mixhuta fl-art, ta indikazzjoni tat-tul tal-bomba. Wiehed ma jistax jikkonkludi kenitx bomba ta’ 250 jew 500 kilogramma minn daqshekk, ghax il-qisien ta’ dawn il-bombi kultant kien iqarrab wiehed lil iehor. Biss wiehed jista’ jikkonkludi facilment li ma kenitx bomba ta’ 50kg, teorija li giet avanzata, fost hafna teoriji zbaljati u mhux iccekkjati ma’ min kien gol-knisja dakinhar, minhabba l-fatt li l-koppla ma waqghetx. Xi hadd haseb li bomba ta’ 250 jew 500 kg, imqar jekk ma tisplodix, kienet twaqqa’ l-koppla xorta wahda. Kif jaf kulhadd il-koppla tal-knisja tal-Mosta hi bicca xoghol mill-iprem ta’ l-inginerija. Jekk wiehed jifli kif il-hagar tal-koppla jingasta wiehed ma’ l-iehor jifhem ghala l-koppla ma waqghetx. Mhux ta’ b’xejn li l-imghallmin tal-bini minn Malta kollha kienu jigu jaraw it-toqba maghmula mill-bomba halli japprezzaw is-sengha u d-dinamizmu organiku fl-ezekuzzjoni tad-disinn ta’ Grognet. B’danakollu xorta ttajru ghal isfel xi tliet mitt pied kubu gebel u wara l-gwerra kellhom jitnehhew mas-seba’ mitt kubu iehor ghax kienu mhassrin u mcaqalqin. Din il-hsara kollha ma saritx minn balla ta’ 50kg izda minn balla ikbar. Barra minn hekk, il-kitba taz-zmien, flimkien ma’ dak li jintqal min-nies li raw il-balla originali, jindikaw li kienet tizen 500kg (1100 libbra). Il-balla li hemm fis-sagristija qieghed jigi affermat li hi replika ta’ dik li waqghet. Jekk hu hekk, kienet balla ta’ 500kg (1100lb) li nifdet il-koppla nhar id-9 ta’ April, 1942.


Hsara fil-kampnar tal-Punent u l-frontispizjuHsara li saret minn bomba li ma splodietx, ta’ kalibru inferjuri ghal dik li dahlet gewwa, li habtet mal-kampnar tal-qanpiena l-kbira u l-frontispizju u spiccat fuq iz-zuntier. Hu konfermat li din il-balla kienet SD 50. Il-prova ta’ l-ahhar tigi mix-xhieda tal-File tal-War Office Numru 169/7383.

L-istoriku Hal Luqi Dun Guzepp Micallef, ghalliem tieghi tal-Matematika l-Liceo fis-Sena Skolastika 1958/59 u wara kollega fl-istess skola, qalli f’diskursata fuq it-telefon nhar is-26 ta’ Jannar, 1981 li l-bomba Germaniza li hemm fis-sagristija kienet tizen elf libbra. Qalli wkoll li, meta tkellem ma’ wiehed Ingliz ta’ l-affari tieghu, l-Ingliz stqarr li kien jahseb li l-knisja ta l-Mosta giet ibbumbardjata ghal t’apposta. Dun Guzepp ikkawtelani li l-Ingliz fisser fehemtu u fehma tibqa’ fehma. Biss Dun Guzepp qalli li dak li ra Dun Angelo Camilleri meta kien tifel ta’ tnax-il sena jidher li hu “ezatt”, jigifieri li “verament il-bumbardament sar apposta”.6


(p.37) Minn tahdita li Sir William Dobbie ghamel lil Malta fl-19447 nafu li l-eks-Gvernatur ta’ Malta u eks-Kap Kmandant tal-Fortizza li fi zmienu rceviet il-George Cross, kien qieghed jara l-attakk mit-turretta tal-Palazz ta’ San Anton. Ra l-bomba tolqot il-knisja u dritt gie l-Mosta, jistenna li jara herba shiha. Hassu jistrieh meta ra l-bomba mhix sploduta u l-knisja mehlusa mit-tigrif. Ta’ Nisrani Protestant prattikanti, membru tal-Plymouth Brethren, hu rringrazzja lil Alla talli heles lit-tempju mill-qerda.


Dun Salv Magro qal li l-Arcisqof Dom Mauro Caruana gie l-Mosta l-ghada. Mons. Arcisqof kien wera s-solidarjeta tieghu mal-kleru u l-poplu ta l-Mosta u ttama li kollox jigi ghan-normal.


Il-grajja tal-4:40 p.m. bis-saghtejn bil-quddiem tad-9 ta’ April, 1942 wildet tradizzjoni ta’ radd il-hajr li baqghet issir nistghu nghidu sena wara l-ohra. Fost tant grajjiet suwed taht sema mudlam lehhet berqa li xeghlet il-qlub tal-poplu Malti u tal-gwarnicun militari u sa llum ghadha titnizzel fi grajjiet artna bhala avveniment glorjuz tat-Tieni Gwerra Dinjija, gebla miljari fl-annali ta’ dak il-konflitt imdemmi.


RIFERENZI

  1. Storja tal-Mosta ta’ E.B. Vella u Ohrajn, pagni 406-443.
  2. The Sunday Times, 22 ta’ Mejju 1988, pagna 17.
  3. Tlabtu konferma nhar is-26 ta’ April 1992 u tahieli.
  4. 11 ta’ April 1942, pagna 2.
  5. It-Tlieta, 18 ta’ Lulju 1978.
  6. Min-noti tieghi tad-diskursata.
  7. Il-Berqa, 17 ta’ April 1944, pagna 2.



Kapitli ohra mill-ktieb