Il-Mosta taht il-mant setghan tal-Madonna
minn Joseph Borg
Il-Mosta: Lulju – Awissu 1988
(p.3) Fl-okkazjoni ta' tmiem is-Sena Marjana Specjali li kien nieda l-Papa Gwanni Pawlu II nhar is-7 ta' Gunju, 1987, festa ta' Ghid il-Hamsin, u li sejra taghlaq nhar il-festa ta' Santa Marija ta' din is-sena, nahseb li jkun f'loku jekk inghidu xi haga fil-qosor dwar l-imhabba u d-devozzjoni tal-Mostin tul dawn l-ahhar erba' sekli li ghaddew lejn il-Vergni Marija u partikolarment lejn it-Tlugh Glorjuz Taghha fis-Sema.
Bhal hafna minn hutna l-Maltin, missirijietna poggew it-tama taghhom fil-Madonna u Hi min-naha Taghha jidher li ghenithom f'kull bzonn. F'din il-protezzjoni celesti ta' l-Omm Qaddisa t'Alla fuq in-nies ta' dan ir-rahal-belt ghaziz taghna naraha li kienet tfakkarna wisq tajjeb l-istatwa originali ta' l-Assunta ta' Salvatore Dimech, b'dak il-mant kbir u miftuh li kellha u b'dawk iz-zewg angli hergin tahtu!
Knejjes tal-Madonna
L-ewwel u l-eqdem xhieda tad-devozzjoni Marjana tal-Mostin ta' l-antik huma l-knejjes li missirijietna bnew madwar u gewwa l-Mosta. Minn dawn il-knejjes zghar jew kappelli nsibu dawk ta' Santa Marija taz-Zejfi, tal-Kuncizzjoni Immakulata ta' Ghandar il-Blat, tal-Vizitazzjoni tal-Madonna jew Ta' Wejda, li originarjament kienet iddedikata lill-Assunzjoni, tal-Lunzjata f'Wied is-Sir, mibnija qabel l-1575, ipprofonata fl-1659 u llum m'ghadhiex tezisti.
Id-Delegat Appostoliku Monsinjur Pietro Dusina, li zar il-Mosta fl-1575, isemmi l-Ghar tal-Vizitazzjoni li kienet knisja tonda mhaffra fil-blat u li fi zmienu kien jinghad li kienet ikkonsagrata minn seba' isqfijiet li nzertaw kienu nawfragati hawn Malta.
L-istorici Maltin Gio Francesco Abela u Ciantar huma tal-fehma li dak il-ghar ghaziz u qadim huwa l-istess wiehed li skond il-leggenda fittxet li tinheba fih dik it-tfajla Mostija li grew warajha t-Torok u li hemmhekk giet mehlusa mill-Madonna b'miraklu. Fl-1760 inbniet fuq dan il-post il-knisja tal-Madonna ta' l-Isperanza, centru iehor ghaziz ta' devozzjoni Marjana.
L-ewwel Knisja Parrokjali
Izda skond kif kiteb wisq tajjeb il-W. Rev. Edgar Salomone (wara Monsinjur) fil-ktejjeb tieghu Memories and Charms of Musta, li barra minn dawn il-knejjes zghar Marjani u ohrajn tal-Qaddisin, kien hemm knisja ohra gewwa l-Mosta, knisja mdaqqsa, iddedikata sa mill-qedem lit-Tlugh tal-Madonna fis-Sema, li kienet ic-centru tal-hajja Nisranija ghall-Mostin ta' dawk iz-zminijiet. Minn din il-knisja qadima tkellem Monsinjur Dusina fl-1575 u halla miktub li kienet “wiesgha u xierqa bizzejjed”. Sejhilha wkoll “bhala knisja parrokjali” mhux ghax dak iz-zmien kienet diga saret parrocca ghaliha, izda aktarx ghax go fiha kienu diga qeghdin jigu amministrati s-sagramenti. Tant hu veru li din il-knisja kellha fonti tal-Maghmudija li kien sar b'ordni ta' l-Isqof Cubelles fl-1557.
Fl-1608, wara zjara pastorali, l-Isqof Tumas Gargallo, mitlub mill-Mostin fired il-Mosta mill-parrocca tan-Naxxar u waqqaf din il-knisja li qeghdin insemmu ta' l-Assunzjoni bhala l-ewwel knisja parrokjali tal-Mosta bil-qassis Mosti Dun Gwann Bezzina bhala Kappillan.
Dun Gwann kien ha l-pussess tal-parrocca l-gdida fl-1610. Missirijietna flimkien ma l-ewwel kappillan taghhom dritt bdew jibnu u jirrangaw ahjar dik l-istess knisja qadima li ma setghetx ma kenitx mill-isbah billi ghal dan il-ghan kienu qabbdu lill-arkitett maghruf Tumas Dingli.
Din it-tieni knisja parrokjali qadima taghna kienet tlestiet fl-1614, kellha ghaxar artali u kienet imzejna b'opri sbieh, fosthom il-kwadru titulari ta' l-Assunta, xoghol mill-isbah tal-pittur Pasquale Buhagiar, kwadru li l-antiki taghna dejjem ghozzew u apprezzaw u li ahna inkurunajnieh bl-awtorita tas-Santa Sede.
Ir-Rotunda
Minflok din il-knisja parrokjali l-qadima ta' Dingli ghandna llumm gewwa l-Mosta l-famuza knisja Rotunda ta' l-imsemmi Gorg Grognet de Vasse, li hi l-ikbar xhieda tul iz-zmien tad-devozzjoni u l-imhabba tal-Mostin lejn l-Assunta. Is-sebgha u ghoxrin sena li damet biex inbniet din il-knisja monumentali jiffurmaw pagna tassew glorjuza miktuba b'ittri tad-deheb fl-istorja ta' din il-parrocca Marjana.
Tixirqilhom tassew lil dawk missirijietna t'ilu li waqqfu r-Rotunda dik l-iskrizzjoni Latina li Grognet ried li titnaqqax fil-friz li jghaddi ‘l fuq mill-kolonni tal-portiku u li tghid Lill-Vergni Mtellgha fis-Sema l-Mostin bnew dan it-Tempju fl-1857. Skrizzjoni li lilna l-Mostin tal-lum tant taghmlilna gieh ghax turina li l-Mosta, l-Assunta u r-Rotunda huma kelmiet li qatt ma jistghu jinfirdu minn xulxin.
L-imhabba u d-devozzjoni ta' missirijietna lejn l-Assunta ma waqfitx mal-bini tar-Rotunda izda kompliet tidher tul il-mixja tas-snin kull meta l-Mostin taw flushom minn qalbhom biex izejnu kif jixraq dan (p.7) is-santwarju monumentali tal-Vergni Marija Assunta.
Marija Tharisna
Jidher li l-Madonna riedet tpattilna ta' dik l-imhabba li wrewha missirijietna u l-aktar meta bnewlha r-Rotunda. Dan deher car matul l-ahhar Gwerra Dinjija meta nhar id-9 ta' April, 1942 il-knisja taghna helset mit-tigrif u dawk it-tliet mitt ruh li dak il-hin kienu jinsabu fiha helsu minn mewt zgura.
Il-bicca l-kbira minna jemmnu li kienet il-Protetrici Celesti taghna, Marija Assunta, li harset kemm lill-knisja u kemm lin-nies. L-istess ighidu l-bicca l-kbira tal-mijiet ta' turisti li jzuru l-knisja quddiem dan il-fatt ta' l-ghageb li zgur li mhux xi leggenda ta' l-imghoddi.
Altari u festi
Barra mill-knejjes Marjani li semmejna nsibu wkoll li fl-istess knisja parrokjali li kellna fl-imghoddi kif ghad ghandna sallum altari ohra tal-Madonna taht diversi titli Marjani. Kellna, kif ghad ghandna sallum, l-altari tal-Madonna tar-Ruzarju u tac-Cintura. Fil-knisja l-qadima kien hemm ukoll l-altar tal-Madonna tal-Grazzja, li meta fl-1687 twaqqfet l-Opra tal-Buona Morte, gie mibdul f'dak ta' Gesu Msallab Agonizzant.
Wara li fl-1659 il-knisja ckejkna tal-Lunzjata kienet giet ipprofonata, il-kwadru taghha gie mehud fil-parrocca fejn twaqqaf ukoll altar. Fil-knisja ta' San Pawl Eremita ta' Wied il-Ghasel hemm ukoll altar iehor f'gieh il-Madonna tal-Grazzja li ghaliha kien hemm certu devozzjoni.
Ta' min ifakkar ukoll li l-Mosta kienet sa mill-antik u ghadha sallum taghmel festi f'gieh il-Madonna taht diversi titli b'celebrazzjonijiet interni kif ukoll esterni. L-istatwa tal-Madonna tar-Ruzarju x'aktarx li kienet saret hekk kif kienet twaqqfet fil-parrocca l-Konfraternita tal-Madonna tar-Ruzarju, jigifieri fl-1612. Din l-istatwa kienet tintuza fil-purcissjonijiet ta' Santa Marija, tar-Ruzarju, tac-Cintura, tal-Ward u fi zmienna f'dik ta' Marija Regina.
F'Settembru kienet tohrog ukoll purcissjoni bl-istatwa ta' l-Addolorata li d-devozzjoni lejha kienet diga tezisti fil-knisja parrokjali l-qadima. Illum il-purcissjoni ta' l-Addolorata ssir fil-gimgha ta' qabel il-Gimgha l-Kbira u l-ghadd kbir ta' nies li jiehdu sehem f'din il-purcissjoni huwa xhieda ohra ta' l-imhabba li niesna ghandhom lejn il-Madonna.
Fuq kollox il-Mosta ticcelebra b'solennita mill-ikbar il-festa titulari tat-Tlugh fis-Sema tal-Madonna, li ghaliha l-poplu fidil lejn id-devozzjoni ta' missirijietu, jikkonkorri b'entuzjazmu flimkien ma hafna u hafna nies ohrajn li jigu bi hgarhom minn Malta kollha.
Izjed Xhieda
Xhieda ohra tad-devozzjoni tal-Mostin lejn il-Madonna huwa l-ghadd sabih ta' statwi tal-gebel li naraw f'nicec jew fuq mensoli jew inkella f'medaljuni fit-toroq ta' rahalna. Minn dawn niltaqghu ma tnax ta' Marija Assunta, ghaxra tal-Madonna tal-Karmnu, hamsa tal-Kuncizzjoni, erbgha tad-Duluri, wahda tal-Lunzjata, tnejn ta' l-Isperanza, ohra tal-Madonna ta' Lourdes u ohra tal-Bon Kunsill (ara Mappa tal-kappell, nicec u statwi li nsibu fil-Mosta).
Illum hafna u hafna djar iwahhlu xi xbieha tal-Madonna u hawn numru sabih ta' djar li jgibu fuqhom xi isem Marjan. Barra minn dan ma rridux inhallu barra l-uzanza sabiha u qadima li hafna, l-aktar minn fost in-nisa, jgibu xi isem Marjan.
Kuruna lill-Assunta
L-imhabba u d-devozzjoni tal-Mostin lejn l-Assunta dehret tilma u theggeg mill-gdid fil-jum memorabbli ta' l-10 ta' Awissu, 1975. Dakinhar l-Arcisqof Gonzi f'isem u bl-awtorita tal-Papa Pawlu VI pogga l-kuruna tad-deheb fuq ir-ras helwa tax-xbieha devota ta' l-Assunta meqjuma gewwa l-Mosta ghal izjed minn tliet sekli.
Kienu ghaddew sewwa sew erba' mitt sena minn meta Mons. Pietru Dusina zar il-Mosta u ta l-ewwel hjiel tad-devozzjoni tal-Mostin lejn l-Assunta. Kienu ghaddew ukoll hamsa u ghoxrin sena mill-proklamazzjoni tad-Domma ta' l-Assunzjoni mill-Papa Piju XII. Dakinhar kienet inkitbet b'ittri tad-deheb pagna ohra glorjuza fl-istorja tal-parrocca Marjana taghna. Bl-inkurunazzjoni ta' Santa Marija rgajna tennejna quddiem kulhadd li rridu li l-Madonna tkun is-Sultana u l-Omm taghna.
Jalla nibqghu nistkennu taht il-mant setghan tal-Madonna u wiehed jittama li l-Vergni Marija Mtellgha s-Sema, kif kienet fl-imghoddi, tibqa' issa u ghalli gej l-ghaxqa u l-hlewwa tal-Mostin.
Referenzi
- Musta – Its Memories and Charms, Rev. Edgar W. Salomone.
- Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha, E.B.Vella.
- Tifkira tal-Festi ta' l-Inkurunazzjoni ta' l-Assunta.
- Marian Devotions in the Islands of St.Paul (1600-1800), Rev. Mgr. V. Borg.