Kif zviluppat il-Mosta
minn Dun Gwann Sammut
Il-Mosta: Frar – Marzu 1977
(p.4) L-ewwel nies li ghazlu li joqghodu fejn illum hemm il-Mosta aktarx ghamlu dan minhabba l-kobor u l-kwalita tar-raba' li minnu setghu jghixu. Forsi kienu jaghmlu uzu wkoll mill-gherien li hemm fil-wied tal-Mosta. Imma ta' dan ma tantx hemm provi certi.
Fi zmien ir-Rumani aktarx li s-sitwazzjoni kienet ahjar. Mill-iskavi li saru f'San Pawl Milqghi, jidher li s-Salina kienet port ewlieni tar-Rumani u l-katakombi f'ta' Bistra juru li minn hemm kienet tghaddi t-triq principali mill-Imdina ghas-Salina. Ma tridx ghalhekk hafna fantasija biex tifhem li r-raba' fuq iz-zewg nahat ta' din it-triq kien ikkoltivat u li kienu joqghodu anke nies.
Fit-taqlib li gie wara r-Rumani hafna nies irtiraw lejn l-Imdina ghax hemm biss setghu ihossuhom salvi mill-inkursjonijiet tal-kursari. In-nies li kienu joqghodu l-Mosta kienu esposti hafna ghal dan il-periklu billi l-Mosta hi qrib is-Salina, fejn l-ghedewwa setghu facilment idahhlu x-xwieni taghhom, jaghmlu s-serqa u jergghu jaharbu mnejn gew. Mill-leggendi tal-Madonna ta' l-Isperanza u dik ta' l-Gharusa tal-Mosta wiehed jista' jifhem sewwa f'liema periklu kienu jghixu dawk li ghazlu li joqghodu fil-Mosta.
Fi zmien il-Kavallieri hafna mill-Maltin marru joqghodu madwar il-port il-Kbir, ghax hemm setghu jsibu xoghol u anke protezzjoni kontra t-Torok. Il-popolazzjoni madwar il-port bdiet tikber hafna u saret bicca ksur ir-ras ghall-Granmastri. Ghalhekk bdew ihajruhom imorru lura lejn il-kampanja billi jaghtuhom art b'xejn bbiex jahdmuha. B'hekk, setghu inaqqsu l-popolazzjoni madwar il-port u anke inaqqsu l-importazzjoni tal-qamh minn Sqallija.
Il-Mosta bbenefikat hafna minn din il-policy tal-Kavallieri. Huma taw anke raba' b'xejn lil dawk li riedu jibnu dar fil-Mosta. Ghalhekk gara li l-Mosta kibret u fi ftit zmien ghaddiet lin-Naxxar, li minnu kienet infirdet u fl-1608 saret parrocca ghaliha. Wara l-Kavallieri bnew mithna tar-rih (li kienet monopolju taghhom). Dan juri l-progress li sar f'dak il-perjodu.
Il-bini li gej minn zmien il-Kavallieri hu bini sod, b'bibien zghar, twieqi ftit u hitan hoxnin. Gewwa ma kontx issib post biss ghan-nies imma anke ghall-bhejjem, ghall-ghalf u bir. Min kien jghix f'dawn id-djar kien ikun qisu qed go fortizza ckejkna u b'hekk seta' jorqod b'mohhu mistrieh.
It-triqat li gejjin minn dak iz-zmien bhal Triq il-Mithna l-qadima u Triq it-Torri huma dojoq u mghawga. Dawn kienu hekk apposta biex f'kaz ta' invazjoni ftit nies setghu izommu anke numru kbir ta' Torok. Il-Kappelli li nbnew fil-Mosta u madwarha juru fost affarijiet ohra li kien hawn nies sinjuri mhux hazin u li l-istil predominanti kien dak barokk.
Mal-migja ta' l-Inglizi ma jidhirx li sar tibdil fundamentali. Fl-1833 bdiet tinbena l-Knisja l-Gdida u kif tghid l-istorja sibna hafna ghajnuna mill-Gvernatur Ponsonby. Izda dan ma ghamlux biss ghax kien ihobbna imma ghax hekk kien jaqbel lill-politika Ingliza. Ftit wara l-Ingilterra kellha bzonn ta' hafna qoton ghall-industrija tat-tessuti taghha u hafna Mostin marru tajjeb billi bdew ikabbru l-qoton fl-ghelieqi taghhom. Ohrajn qalghu sold gmielu billi kienu jdoqquh u jaghzluh fi Sqaq Witet li ssemma hekk ghan-numru kbir ta' nies li kienu jahdmu fuq il-qoton hekk. Jinghad li l-qanpiena l-kbira ingabret minn dawn in-nies.
Minhabba ragunijiet militari l-Inglizi fethu z-zewg triqat principali tal-Mosta, Eucharistic Congress u Constitution biex jintlahqu ahjar il-kamp militari ta' Ghajn Tuffieha u l-Fortizza, ghalkemm din qabel kienet tintlahaq permezz tal-pont tal-hadid. Dawn it-toroq gabu hafna hajja fil-Mosta u ma baqghetx aktar rahal imwarrab u maqtugh. L-airfield f'Ta' Qali hadet hafna mill-ahjar art li kien hawn il-Mosta, imma barra l-gwerra ma jidhirx li din kellha influssi kbar fuq il-hajja ordinarja tal-Mostin.
Ghall-kuntrarju l-iskola primarja, l-asfaltar tat-toroq u l-introduzzjoni tad-drenagg, l-ilma u l-elettriku gabu tibdil kbir fil-hajja ta' kuljum tal-Mostin.
F'dan il-perjodu hafna Mostin ma baqghux jahdmu fir-raba' imma bdew jahdmu fis-snajja jew mal-Gvern. L-edukazzjoni u anke l-emigrazzjoni ghenu hafna biex joghla l-livell tal-hajja. Dan wiehed jista' jarah mill-bini tad-djar sbieh li hemm per ezempju f'Eucharistic Congress. Billi l-bicca kbira ta' dawn id-djar inbnew biex joqghodu fihom il-propjetarji stess, saret hafna attenzjoni biex dawn ikunu ta' valur estetiku gholi, kemm minn barra u kemm minn gewwa. Ghall-kuntrarju xi whud mill-flats li hemm f'Constitution saru biex jinkrew lill-Inglizi u ghalhekk huma bini funzjonarju biss bla ebda gost estetiku.
F'dawn l-ahhar hmistax-il sena saru zviluppi kbar fil-Mosta minhabba n-numru kbir ta' djar kbar, sbieh u moderni, li nbnew fit-triqat il-godda tal-Mosta. Jidher li bhal fl-imghoddi hafna mill-Mostin jippreferu li jkollhom dar taghhom u li din id-dar isebbhuha kemm jistghu. Jiena nahseb li dan ir-ragunament ghandu hafna vantaggi kemm ghall-individwu u kemm ghas-socjeta. Zvilupp iehor f'direzzjoni tajba huma l-fabbriki li nbnew fil-periferija tal-Mosta. Dan sar skond il-principji tat-‘town planning' modern biex il-haddiema ma jkollhomx wisq ghax-xoghol u fl-istess hin il-hsejjes tal-Fabbrika ma jdejjqux lill-abitanti.
L-ahhar zvilupp importanti huwa n-numru ta' flats li l-Gvern qed jibni f'Ta' Mlit. Zgur li opra bhal din kien hemm bzonnha ghax fil-Mosta l-bini baqa' gholi u ma rohos xejn anke wara li ghadda l-“boom” tal-bini. Ghalhekk kien pass tajjeb u ser jghin lill-hafna familji u koppji Mostin. Jista' pero wiehed jargumenta jekk il-post fejn telghu dawn il-flats kienx l-aktar wiehed adattat, billi hemm kienet l-aktar art fertili fil-Mosta – hamrija hamra u gebla friska. Dawn il-flats ser igibu stil iehor ta' hajja. Qabel kullhadd kien jghix go dar ghalih u t-triq ta' quddiem id-dar kienet twasslu lejn il-pjazza u lejn il-Knisja li kienu c-centru tal-hajja pubblika. Issa jrid ighix go flats fost hafna flats ohra. Wiehed irid jara kif ser tizviluppa l-hajja kommunitarja hemm biex naraw jekk irnexxilniex nevitaw dawk id-dizastri li saru f'pajjizi ohra f'din ix-xorta ta' bini.