Zmien il-Gwerra fil-Mosta – ic-Centru ta' l-ARP
minn George Cassar
Il-Mosta: Harga Nru. 4 (2007) Format Gdid
(p.62) Bhal f’postijiet ohra, l-Air Raid Precautions kellhom ukoll Centru fil-Mosta. Dan kien fl-iskola primarja tal-gvern fi Triq Grognet. Din l-iskola1 kienet tintuza bhala post ta’ dekontaminazzjoni u l-ewwel ghajnuna, fost funzjonijiet ohra.2 Il-bini ta’ l-iskola kellu jittiehed fil-bidu tal-gwerra u gie imqassam f’sezzjonijiet biex jaqdi bzonnijieet medici u klinici li setghu jinqalghu matul l-attakki u l-konsegwenzi taghhom.
Pjanta fl-Arkivju Nazzjonali ta’ Malta turi dan b’mod car.3 Ma dan ic-Centru thaffer ukoll xelter ghall-uzu mill-istess staff ta’ l-ARP. Ix-xoghol nbeda fis-16 ta’ Awissu 1940 u kien lest sal-15 ta’ Dicembru ta’ l-istess sena. Ix-xoghol ta’ thaffir sar mill-iskwadra ‘D’, wahda mill-iskwadri ta’ l-ewwel ghajnuna u dekontaminazzjoni. Dan ix-xelter thaffer fil-bitha vicin il-logga ta’ l-iskola. Il-haddiema involuti kienu nies li kellhom is-sengha ta’ minaturi u kienu hadmu mal-militar qabel ingaggaw ma l-ARP. Hadmu waqt il-hin liberu taghhom u wzaw l-ghodda personali taghhom, b’hekk l-ispejjez kienu minimi u kien ikkalkolat li ghalkemm intefqu biss £7, ix-xoghol li sar, kien fil-fatt jiswa £120. Is-Supretendent Galea li kien l-ufficjal fil-kmand ta’ l-ARP tal-Mosta talab lill-awtoritajiet biex juru xi forma ta’ apprezzament lejn dawn in-nies. Issuggerixxa li jinghataw tlitt ijiem vaganza bi hlas. Jidher li din il-proposta giet accettata mill-awtorita.4
Dan ix-xelter, li d-dahla tieghu kellha forma ta’ kuritur imhaffer fl-art b’saqaf ohxon forma ta’ arkata fuqu,5 ma kienx progett ghal xejn. Ghax il-Mosta hadet sehemha mill-bombi ta’ l-ghadu u (p.64) l-anqas l-iskola, li issa kienet qed isservi bhala Centru ta’ l-Arp, ma helsitha. Kien nhar it-12 ta’ Gunju 1942 fit-3:20p.m. li c-Centru ta’ l-ARP intlaqat b’bomba High Explosive (HE). Sewa x-xelter ghax, ftit qabel, is-supretendent tac-Centru kien ta’ ordni lill-istaff biex jinzlu fih. Ftit hin wara bomba laqtet l-iskola u farrket parti minnha. Ma l-incident is-supretendent sejjah lill-PDR Nru 59 E. Sammut, li kien qieghed fuq il-bejt jaqdi dmiru ta’ spotter, biex jara jekk dan kienx intlaqat. Sammut irrisponda lura u b’hekk wera li ma kellu xejn. Wara, l-ARP dahlu fil-bini ta’ l-iskola u sabu zewgt irgiel ta’ l-iskwadra tad-demolizzjoni mirduma. Dawn inhargu u nghataw l-ewwel ghajnuna mill-ufficjal mediku. Wiehed miz-zewg midruba miet aktar tard fl-isptar.6
F’dan l-istess attakk ic-Centru ha n-nar u ghalhekk l-istaff ta’ l-ARP organizzaw katina ta’ bramel u tfew in-nar f’qasir zmien. Minhabba t-tigrif il-klinika kienet inaccessibli, izda wara li tnaddaf il-passagg ghaliha, regghet bdiet tiffunzjona. F’dan l-istess incident inqerdu wkoll l-ambulanza u karozza tac-Centru.7
L-iskola tal-Mosta baqghet tintuza bhala Centru ta’ l-ARP sat-30 ta’ Settembru 1943. Minn dik id-data l-iskola regghet bdiet taqdi l-funzjonijiet edukattivi li kienet inbniet ghalihom. Inzammu biss temporanjament zewg kmamar biex jitpogga xi ekwipaggament fihom. Sadattant, in-nies ta’ l-ARP gew provduti b’post alternattiv f’dar privata.8
Ftit wara li l-ARP taw lura l-iskola lis-surmast Sammut, dan irrapporta lid-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni xi tkissir li kien sab. Hu osserva li kien hemm seba’ toilet seats nieqsa, w.c. minnhom kien miksur, u kwazi l-fittings kollha ta’ l-elettriku, bhal swiccijiet u apparat iehor, kienu nieqsa.9
(p.65) Normalment dan l-ilment spicca fid-Dipartiment ta’ l-ARP fl-Istitut ta’ Fra Diegu fil-Hamrun. Dan id-Dipartiment ccara l-pozizzjoni tieghu. Dwar is-sedili tad-w.c. qal li dawn is-seba’ kienu se jithallsu. Dwar id-w.c. miksur, dan gralu hekk ghax bomba splodiet 20 jarda ‘l boghod minnu. Ix-xoghol ta’ tiswija kellu jsir mid-Dipartiment tax-Xoghlijiet Pubblici (PWD). Dwar il-fittings ta’ l-elettriku, skond id-Dipartiment ta’ l-ARP, dawn kienu ttajru meta l-post infetah bil-qawwa tal-bumbardament li sofra. U fuq kollox, zied l-ufficjal ta’ l-ARP, l-iskola kienet intuzat ukoll mill-militar u min-nies tad-Demolition and Clearnace.10 Suldati mir-Royal Artillery kienu juzaw l-iskola biex jistriehu u jorqdu meta ma kienux duty. Stakkament zghir minn dan ir-regiment kienu jaghtu servizz fil-Mosta fejn, fost xoghol iehor, kienu jiehdu hsieb pozizzjoni tal-machine-gun li kienet tinsab fuq art vicin fejn illum hemm Vjal Indipendenza u li fi zmien il-gwerra ma kenitx mibnija. Dwar tad-Demolition and Clearance, dawn kienu jokkupaw ukoll dar fi Triq il-Kungress Ewkaristiku. Meta dahlu fiha l-ewwel darba sabu nassa kbira li min kien hemm qabel ghamilha ghal kontra s-serq. Kienet nassa tonda maqsuma fi tnejn u bis-snien li meta tintrifes tinghalaq fuq dak li jkun u jinqabad hemm fiha.11
L-iskola primarja giet mehlusa ghal kollox mill-uzu tal-gwerra fit-8 ta’ Jannar 1944, meta l-ahhar zewg kmamar gew zvojtati wkoll.12 Hekk l-iskola issa kienet kollha ta’ l-ghalliema u l-istudenti taghhom.
Kien propizju li dawn iz-zewg kmamar gew moghtija lura ghax in-nuqqas taghhom kien qed johloq inkonvenjent kbir lit-tfal u ugieh ta’ ras ikbar lis-surmast. Dan jidher car minn rapport li kiteb E.B.Vella wara zjara lill-iskola tas-subien tal-Mosta fl-14 ta’ Dicembru 1943. Emanuel Benjamin Vella, li dak iz-zmien kien spettur ta’ l-iskejjel, dar ma l-iskola u ghen lill-ghalliema f’xi diffikultajiet li kellhom. Ghamel ukoll tahdita lill-istudenti kollha dwar l-Ingliz mitkellem, l-indafa u l-imgieba tajba. Vella mbaghad ghadda biex jispecifika d-diffikulta kbira li kienu qed jesperjenzaw l-istudenti. Sostna li s-surmast kien jonqsu zewg kmamar li kienu ghadhom okkupati skond l-esigenzi tal-gwerra. Madanakollu, minhabba f’hekk, zewg klassijiet ta’ studenti kienu joqghodu jew fil-bitha jew ipparkjati fil-kurituri. Din is-sitwazzjoni kienet issir hafna aktar difficli meta jkun il-maltemp. E.B.Vella zied jghid li wahda mill-ommijiet ilmentat mas-surmast li ma riditx li binha, li kien ibati mill-mard tal-kliewi, jinghata taghlim fil-bitha ta’ l-iskola. Is-soluzzjoni, jghid Vella, kienet wahda, dik li l-kmamar uzati bhala mhazen jinghataw lura mill-Ufficju ta’ l-ARP.13 Appuntu hekk gara f’Jannar 1944, forsi wkoll bis-sahha ta’ dan ir-rapport.
Ta’ min jghid li l-ARP tal-Mosta meta hallew l-iskola, fethu c-Centru taghhom f’131 Eucharistic Congress Road, post li qabel kien mahzen ta’ l-ARP.14
Riferenzi
- Dwar l-iskola fis-snin tal-gwerra, ara, G. Cassar, Grajja ta’ Skola: L-iskola primarja tal-Mosta fis-sekli dsatax u ghoxrin (Malta, 1999), pp. 90-101.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ARP Bundel 15, n. 13, ARP 86/40, 24.vi.1940, App. iii, p. vii ARP, Centres for Decontamination, First Aid, etc.
- NAM, ARP B41/4, Sketch Plan of the Mosta D/C and F.A. – Government School Centre.
- NAM, ARP B41/4, 15.xii.1940.
- Intervista mas-Sur Charles J. Vella, 26.iii.2005.
- NAM, ARP Bundle 13, n. 5, ARP 49/40, Report on Work of the ARP Dept., 1st June – 30th September 1942, 7.x.1942, ARP Bundle 41, ARP n. 2, pk 14, 14.vii.1942.
- NAM, ARP Bundle 41, ARP n. 2, pk 14, 15.vii.1942.
- NAM, ARP Bundle 13, n. 5, ARP 49/40, ARP Dept. Quarterly Report 1st July 1943 – 30th September 1943, pp.3-4.
- NAM, ARP Bundle 41, n. 4, Mosta Boys’ School – A/D of Education, 4.x.1943.
- NAM, ARP Bundle 41, n. 4, ARP 42/39, 15.x.1943.
- Intervista mas-Sur Charles J.Vella, 26.iii.2005.
- NAM, ARP Bundle 41, n. 4, A/ARP Officer – A/Director of Education, 11.i.1944.
- NAM, ARP Bundle 41, n. 4, E.B.Vella – A/DE, Visit to Mosta Boys’ School, 14.xii.1943.
- NAM, ARP Bundle 41, n. 4, A/ARPO – ALG (Mr. Nunn), 12.x.1943.