Ix-xelter Nru. 71 fi Triq Gafa, 21 ta' Marzu, 1942
Il-Mosta: Lulju – Awissu 1986
(p.5) Niehdu gost ninfurmaw lill-qarrejja li, wara l-lista mhix kompleta, li tajna fil-faxxiklu ta' L-Istorja tal-Mosta ta' E.B. Vella u Ohrajn fil-harga Nru.118 kienu bosta l-kummenti li smajna. Tnejn mill-kummenti li rridu nsemmu huma dwar lapida kommemorattiva tal-vittmi Mostin tal-gwerra, b'mod specjali fi Triq Gafa, ghal dawk li mietu fit-tragedja wahxija tal-21 ta' Marzu, 1942, fix-xelter Nru. 71, u l-ghadd tal-bombi li laqtu x-xelter.
Dwar l-ewwel kumment irridu nghidu li Il-Mosta ghamlet appelli fl-imghoddi biex il-vittmi ta' din it-tragedja jkunu mfakkra anki permezz ta' lapida bl-ismijiet mal-hajt tal-post tad-dizgrazzja. Il-pubblikazzjoni tal-lista li tajna fil-faxxiklu msemmi kellha dan l-iskop ukoll u almenu dak li s'issa ma sarx permezz ta' lapida sar ta' lanqas bil-kitba f'L-Istorja tal-Mosta ta' E.B.Vella u Ohrajn. Nisperaw li dan jibqa' jistimola l-Mostin sakemm naslu ghall-punt li x-xewqa taghna tkun maqtugha.
Dwar l-ghadd tal-balal nixtiequ nesponu dan li gej. Meta konna zghar, fis-snin hamsin, kien hemm fost dawk li kienu joqghodu fl-inhawi ta' Triq Gafa li kienu jsemmu bomba wahda u kien hemm dawk li jsemmu tnejn, izda ahna jidhrilna li l-kotra kbira kienu jsemmu tnejn.
Fost dawk li kellmuna dan l-ahhar kien hemm min qalilna li jiftakar bomba wahda. Ohrajn qalulna li balal ohra gew fil-qrib u wahda laqtet post li b'xi mod, ma nafux kif, kien jinfed max-xelter. Forsi ghalhekk jissemmew zewg balal?
Dawk li jsemmu bomba wahda jistghu jsemmu r-rapport tal-Pulizija ghal dak li gara fil-21 ta' Marzu, 1942 fejn ghandha x'taqsam il-Mosta:
"Several bombs fell and exploded in different streets in Mosta and 35 houses were demolished. A bomb exploded on a shelter in Gafa Street and a large rock fell from the ceiling by blast. 27 dead (10 unidentified), 68 injured."
Din is-silta giet kwotata fil-ktieb When Malta stood alone (1940-43) ta' l-istoriku, il-mibki Dun Guzepp Micallef ta' Hal Luqa, f'pagna 135. Naturalment l-ghadd tal-mejtin ta' din it-tragedja beda tiela aktar ma bdew ighaddu l-hin u l-granet.
Izda fil-Malta: Blitzed but not Beaten tas-Sur Philip Vella tal-War Museum Association, is-Sinjura Giovanna Vella, li kienet tuza dan ix-xelter regolarment, f'intervista qalet li l-bombi splodew flimkien u s-Sur Philip Vella, l-awtur, jipponta fejn waqghu dawn iz-zewg balal, wahda fid-dhul u l-ohra fil-hrug ta' Emergenza. Is-Sinjura Giovanna Vella, li ahna tant konna nafuha, tilfet lil zewgha Bartolomeo u z-zewg subien, wiehed fi hdanha, f'dik it-tragedja. Kompliet tghid li wara siegha nies tar-RAF u l-ARP u voluntiera rnexxielhom jifthu fetha fix-xelter u johorgu lill-vittmi u dawk li baqghu hajjin (op. cit., pp. 92-94).
Dwar li x'uhud ighidu li kienu tlieta l-balal inghidu li din qieghda fl-ewwel parti taz-zieda dwar it-Tieni Gwerra, il-parti miktuba mis-Sur Arthur Sammut u li giet kwotata mill-gazzetta meta kitbet it-tieni parti taz-zieda dwar il-gwerra. Dawn issa ilhom is-snin ippublikati u ma nifhmux ghax hadd ma tkellem dwar din il-bicca qabel.
Niehdu gost meta xi hadd ikellimna jew jiktbilna, anke kunfidenzjalment, basta iffirmat, dwar tifkiriet u taghrif mill jiftakar jew li jismaghhom irrakkuntati ghax b'hekk naslu eqreb lejn rikostruzzjoni tal-fatti kemm hu possibli.
Nota ta' l-Editur: Kif sar f'diversi parrocci mafkar ckejken go triq – ma jistax isir go din?
Ara wkoll: Imfakkra l-vittmi tal-Gwerra li kienu fix-Xelter Nru 71.