The Mosta Archives Banner

Wirja fotografika dwar l-Inkurunazzjoni


Il-Mosta: Settembru - Dicembru 2000


Sena 2000: Inawgurazzjoni tal-wirja dwar l-Inkurunazzjoni fil-MostaL-Arcipriet Dun Joe Carabott flimkien mas-Sindku s-Sur Joe Demartino qeghdin jaraw ir-ritratti wara l-inawgurazzjoni tal-wirja. Ritratt Victor B. Caruana.

(p.7) Hamsa u ghoxrin sena ilu, Victor B. Caruana kien wiehed mill-fotografi ufficjali fic-celebrazzjonijiet specjali li kienu saru. Huwa gibed madwar 700 ritratt f'sittax-il gurnata ta’ celebrazzjonijiet interni kif ukoll tal-festi esterni.


Il-Kunsill Lokali tal-Mosta, fuq l-inizjattiva tas-Sindku s-Sur Joe De Martino u l-kunsillier is-Sur Lawrence Bonnici, ghazel 120 minn dawn ir-ritratti. Dawn gew imkabbra u esebiti fis-Sala tal-Komunita tal-Kunsill Lokali. Din il-wirja fotografika saret bil-ghajnuna tas-Sur Joseph Borg.


Ghalkemm dawn il-120 ritratt originarjament kienu bil-kulur, issa gew imkabbra black & white, u l-effett hareg ferm isbah. Din il-wirja damet miftuha tnax-il gurnata u zaruha numru sabih ta’ nies. Waqt din il-wiija ntwera wkoll filmat ta’ l-istess festi li kienu saru 25 sena ilu. Dan huwa filmat storiku u sabih u kien ingibed mill-mibki s-Sur Peppi Agius.


Intwera wkoll messagg / dokumentarju fuq video minn Mons. Bartolomeo Bezzina, l-Arcipriet ta’ dak iz-zmien. Dan il-video ingibed mis-Sur Charles, iben Peppi Agius