The Mosta Archives Banner

Il-Vista Pastorali tal-Isqof De Bussan fil-Parrocca tal-Mosta

Tradott minn Stanley Mangion


Dan il-ktieb interessantissimu ppublikat mix-Xirka tal-Isem Imqaddes t'Alla fl-2009 jinxtara mill-hwienet ewlenin. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


Informazzjoni fuq l-awtur mill-pagna ta' wara


L-awtur Stanley MangionL-awtur Stanley Mangion, bin Frangisku Mangion li tieghu nsibu wkoll diversi kitbiet fuq il-Mosta.

Stanley Mangion twieled fis-27 ta’ Lulju 1951 minn Frangisku u Marija nee Bezzina, genituri li hadmu sfiq fil-hidma tal-volontarjat u li minghandhom xorob l-imhabba lejn il-hidma volontarja. Ha l-edukazzjoni tieghu fl-iskola primarja tal-Mosta, fil-Kullegg San Albertu, fis-St. Joseph Technical School u kompla l-istudji post sekondarji fl-istudium Dumnikan San Tumas D’Aqwinu, ir-Rabat u l-MCAST. Hadem ghal tletin sena fil-manigment tal-Belle View, il-Mellieha u bhalissa jahdem bhala amministratur fil-Kullegg Missjunarju ta’ San Pawl, ir-Rabat.


Sa minn zghozitu hadem fil-qasam tal-volontarjat. Kien lettur fil-quddies, membru fl-Azzjoni Kattolika u fix-Xirka tal-Isem Imqaddes t’Alla, fejn okkupa l-kariga ta’ President Lokali. Fil-prezent jokkupa l-kariga ta’ President Nazzjonali tal-istess ghaqda.


Kien membru tal-Kunsill Civiku tal-Mosta meta dawn kienu xterdu ma’ Malta kollha. Kien elett kunsillier fit-tieni, it-tielet u r-raba’ legislatura tal-Kunsilli Lokali tal-Mosta fejn mexxa l-qasam tal-Publikazzjonijiet, tat-Turizmu u Kultura. Kien strumentali biex il-Katakombi ta’ Bistra jigu rrangati u maghduda bhala wirt Nazzjonali.


Stanley hu artikolist prolifiku fuq suggetti religjuzi u socjali. Ta lil Mosta zewg monumenti mill-isbah iddedikati lill-Missjunarji Maltin, f’Targa Gap u liz-Zaghzagh fi Triq il-Htajriet fil-Mosta. Bhala apprezzament ghall-hidma tieghu, l-Ordni Ekkwestru tas-Santu Sepulkru hatru bhala Kavallier.
Stanley diga ppublika tliet kotba li kollha gew milqgugha tajjeb: Mill-Kitba tieghi Ghalik, Fil-Kitba l-Hena, u Fuq it-Tron ta’ Pietru. Din ir-raba’ pubblikazzjoni hi traduzzjoni mill-Latin taz-Zjara Pastorali tal-Isqof de Bussan li ghamel fil-Mosta.


Dahla


L-isqof Fra Alpheran De BussanL-isqof Fra Alpheran De Bussan.

(p.v) F’Jannar tal-2009, l-Arcisqof Monsinjur Pawlu Cremona O.P. beda progett ambizzjuz li se jtawwal tliet snin. Dan il-progett jikkonsisti f’sensiela ta’ zjajjar pastorali f’kull parrocca f’Malta li matulhom l-Arcisqof ikun jista’ jiltaqa' b’mod personalizzat mas-sacerdoti, ir-religjuzi, il-lajci impenjati u l-poplu ta’ kull komunita nisranija. F’kull zjara pastorali, l-Arcisqof qieghed iqatta’ gimgha ta’ sebat ijiem biex b’hekk ikollu hin bizzejjed li jiltaqa’ ma’ kull min ikun jixtieq ikellmu, filwaqt li jissokta jhabbar bil-ferh l-ahbar it-tajba lin-nies kollha ta’ rieda tajba.


Mistoqsijiet li jehtiegu twegiba


Din l-esperjenza li qeghdin nghixu fil-prezent twahhad flimkien lis-socjeta tal-informatika ta’ zminijietna mas-socjeta Maltija ta’ nofs is-seklu tmintax, meta f’dik il-habta wkoll kienet qieghda tkun organizzata zjara pastorali mill-Isqof ta’ Malta, Monsinjur Paolo Alpheran De Bussan. Huwa ddokumentat li wahda mill-vizti tieghu hadet lilu u lid-delegazzjoni tieghu fil-parrocca tal-Mosta, u kienet mifruxa fuq jumejn, jigifieri bejn il-31 ta’ Mejju u l-1 ta’ Gunju 1744. Kienu tassew jumejn intensivi ta’ skruntinju, intervisti, ezamijiet, zjajjar fir-rahal u l-kampanja ta’ madwaru, flimkien ma’ amministrazzjoni tas-sagramenti. Din li ghandna f’idejna f’din l-monografija hija t-traduzzjoni awtentika tad-dokument ufficjali tal-vizta ta’ De Bussan fil-Mosta migjub fi lsienna mil-Latin. Imma ghalfejn inqisuh importanti dokument ta’ din ix-xorta? U fuq kollox x’nifhmu meta nlissnu ‘zjara pastorali’ u x’relevanza ghandha ghall-htigijiet tal-Knisja llum? X’inhuma l-funzjonijiet tal-isqof matul vizta ta’ dan it-tip? Xi kwalita ta’ taghrif nistghu nisiltu dwar l-imgiba tas-sacerdoti u tar-rahlin fil-konfront tar-religjon kattolika? X’kienu l-kundizzjonijiet politici, socjali u ekonomici tal-Mostin u tal-Maltin f’nofs is-seklu tmintax? X’dawl jinxtehet fuq l-ilsien Malti qadim mitkellem u miktub? F’din id-dahla ghat-traduzzjoni ta’ dan id-dokument, li stedinni nikteb il-habib tieghi Stanley Mangion, se nkun qieghed nipprova nwiegeb ghal dawn il-mistoqsijiet nebbiexa.


Ezercizzju ta’ awditjar


Ikun tajjeb jekk nibdew l-ewwel bid-definizzjoni. Il-kelma ‘vizta’ tfisser li wiehed izur xi post, xi mkien partikolari. Il-kelma ‘pastorali’ gejja minn kelma ‘pastor’ li tfisser ‘raghaj’. Ghalhekk kull vizta pastorali mnedija mill-isqof ta’ kull djocesi hija meqjusa bhala parti importanti mill-missjoni tal-Knisja fost l-poplu t’Alla. Ghalkemm hemm parallelizmi fl-iskop, izda hemm differenza (p.vi) fix-xehta u l-prioritajiet ta' zjara pastorali kif nifhmuhom illum, minn dak li kellha f'mohhha l-Knisja mijiet ta’snin ilu. Fi kliem l-Arcisqof prezenti, Mons. Pawlu Cremona, kull zjara pastorali hija opportunita biex ir-raghaj it-tajjeb jiltaqa' mal-merhla tieghu, u li “c-centru ta’ din il-vizta huwa kull wiehed u wahda li naghmlu parrocca: mill-kappillan, ghas-sacerdoti u r-religjuzi, ghall-insara kollha. Jiena se naghti dan il-hin tieghi, biex bl-ghajnuna tal-Mulej inwettaqkom fil-hajja tal-Fidi”.1


Fl-imghoddi il-vizti pastorali kienu aktar donnhom ezercizzji massici ta’awditjar fejn is-sacerdoti, il-kuraturi tal-kappelli u l-bqija tal-hidma parrokkjali kienu jkunu skrutinjati bl-akbar reqqa biex ikun zgurat li kollox qieghed isir skont l-precetti u t-tradizzjonijiet ekklezjastici. L-isqof, jew id-delegat tieghu, kien ikellem u jezamina lis-sacerdoti, lis-seminaristi u lill-kjerici, filwaqt li setghet tinzamm il-quddiesa lil dawk li jinstabu li ma kellhomx l-gharfien mehtieg. Kien idur dawramejt mal-knisja parrokkjali biex ikun zgur li kull haga, mit-tabernaklu fuq l-artal sal-qanpiena fil-kampnar, kienet tinzamm f'kundizzjoni tajba kif jixraq. Imbaghad kien izur il-knejjes iz-zghar li jinsabu mferrxin kemm fir-rahal u wkoll fil-kampanja madwar il-parrocca. Meta kien isib li dawn il-knejjes ma kinux mizmuma bl-ghozza kif mistenni, ma kienx jahsibha darbtejn biex jipprofanahom u b'hekk jaghlaq il-bibien taghhom. Kollox kien jaqa’ that l-ghajnejn gharriexa tal-isqof li ma kien jaghmel l-ebda kompromess, imqar mal-icken dettall mhux f’postu.


L-ewwel vizta ta’ Dusina


Il-Koncilju ta' Trentu (1545-1563) kien obbliga li l-isqfijiet kellhom jaghmlu zjara pastorali fid-djocesi taghhom darba fis-sena, jew almenu mhux anqas minn darba kull sentejn. Hafna drabi lanqas dan ma kien possibbli (bhal fil-kaz ta' pajjizna li sa dak iz-zmien lanqas biss kellu isqof residenti hawn), izda li hu zgur hu li zjarat bhal dawn bdew isiru b’mod aktar regolari. Id-dokumentazzjoni ta dawn iz-zjarat, kif ukoll ir-registri parrokkjali, ghalhekk huma sors primarju ta’ informazzjoni ghar-ricerkatur li jkun irid jistharreg is-socjeta fiz-zmien ta’ meta tkun saret iz-zjara. Minnhom nafu min twieled u fejn, min izzewweg u lil min u min miet, u biex l-ewwel zjara msemmija kienet dik li saret minn Monsinjur Pietro Dusina li ntbaghat mil-Vatikan wara xi tilwim li kien qam bejn l-Isqol ta’ Malta u l-Gran Mastru. Tnax-il sena wara t-tmiem tal-Koncilju ta’ Trentu Mons. Dusina gie Malta fl-1575 meta zar il-knejjes u l-kappelli kollha li kien, hawn Malta, li kienu jlahhqu aktar minn erba’ mija.2 Fl-atti tieghu nsibu rapporti (p.vii) dettaljati minn xiex kienu jikkonsistu u x’kien fihom l-knejjes, u fejn hass ta rakkomandazzjomjiet biex isir tibdil u titjib. Din iz-zjara tibqa’ importanti hafna storikament, ghax l-atti taghha jaghtu stampa cara tal-istat tal-Knisja Maltija ghaxar snin wara l-Assedju l-Kbir.


De Bussan fil-Mosta


Minbarra li sservi bhala ezercizzju ta’ awditjar, il-vizta pastorali kienet tinkorpora wkoll attivita pastorali bhal per ezempju l-amministrazzjoni tas-sagrament tal-Grizma lit-tfal bniet u subien, kif ukoll l-ghoti tat-tonsura klerikali. Hekk gara meta l-Isqof De Bussan zar il-parrocca tal-Mosta fl-1744 fejn kien milqugh mill-kappillan, il-kleru, il-kjerici, dawk kollha responsabbli minn xi fratellanza jew kappella ckejkna, flimkien mal-poplu Mosti li attenda bi hgaru ghall-wasla tal-Isqof fil-misrah ewlieni.3 Il-Mosta kien ilha mija u sitta u tletin sena parrocca u l-popolazzjoni taghha fl-1745 kienet tlahhaq l-1,700 ruh4. Hafna mill-Mostin ta’ dak iz-zmien kienu jaqilghu l-ghajxien taghhom mix-xoghol tar-raba’, filwaqt li xi ohrajn kienu jaqdu dmirhom full time fil-militar jew inkella fuq ix-xwieni tal-Ordni. Kien hemm min kien imdahhal fin-negozju, ohrajn stabbilew rufihom bhala professjonisti u ma ninsewx ukoll lil dawk il-ftit li kienu jsiefru minhabba ragunijiet ta’ xoghol jew familja.5 Bhall-bqija tal-poplu, il-Mostin kienu jaqilghuha u jikluha. Ma kinux nies tal-flus, imma mill-ftit li kien ikollhom kienu jikkontribwixxu bil-qalb fil-gbir li kien isir fil-parrocca. B’hekk il-knisja parrokkjali kompliet tistaghna fir-rikkezzi taghha, li whud minnhom kienu eventwalment trasferiti fir-Rotunda, galadarba dik ta’ Tumas Dingli kienet imhottija fis-seklu dsatax.


Il-Kappillan Sammut


Il-Kappillan tal-Mosta li laqa’ lill-Isqof De Bussan nhar il-31 ta’ Mejju 1744 kien il-Mosti Dun Gwann Anglu Sammut li dam iservi f’din il-kariga ghal sittax-il sena (1742-1758). Huwa kien afdat hafna mill-Isqof De Bussan, tant li kien l-istess isqof li ghazlu bhala kappillan. Fl-istess dokument taz-zjara pastorali nsibu kliem ta’ tifhir ghal dan il-kappillan habrieki li f’dik il-habta kellu l-assistenza ta’ disa’ qassisin, tliet kjerici (seminaristi) u erba’ kjerici mizzewga. Fil-bidu tal-parrokat tieghu saret l-ewwel statwa processjonali - dik tal-Madonna tar-Ruzarju li nhadmet minn Pietro Paolo Zahra fl-1742. Illum, il-fdalijiet tal-Kappillan Sammut jinsabu f'nofs il-kappella tal-Kurcifiss taht (p.viii) irhama sabiba li tibqa' tfakkar hidmietu b'risq il-parrocca tal-Mosta f’nofs is-seklu tmintax.6


Dettalji u kurzitajiet


Il-kappillan Mosti  Anglu SammutIl-kappillan Mosti Dun Gwann Anglu Sammut.

Matul il-jumejn intensivi li l-lsqof De Bussan qatta’ fil-Mosta, flimkien mad-delegazzjoni tieghu, irnexxielu jibni stampa cara ta’ kif kienet qieghda tipprogressa l-parrocca tal-Mosta. Il-knisja parrokkjali tidher li kienet fi stat verament eccellenti filwaqt li l-fratellanzi kienu mimlija b'nies imfawra bil-hegga u d-dedikazzjoni. Il-qaghda tas-sacerdoti fil-Mosta kienet dicenti, ghalkemm irid ikun irrimarkat li wiehed minnhom inzammitlu l-quddiesa peress li ma kienx jaf irodd is-salib sewwa, filwaqt li tnejn ohra kellhom jistennew l-ezami supplimentari biex jghaddu. Kien hemm sacerdot iehor li ma deherx quddiem il-kummissjoni tal-isqof minhabba li l-qaghda ta’ sahhtu ma kinitx tippermettilu. Hafna Mostin, u anke ohrajn ’il barra mill-Mosta, kienu jhallu ghadd ta' propjeta lill-Knisja biex permezz ta’ dawn il-beni setghu jkunu kkummissjonati diversi opri ta' hniena bhal quddies b’suffragju ghall-erwieh, dota lit-tfajliet foqra li jkunu se jizzewgu u mixeghla ta’ lampieri fil-jiem ta’ festi partikulari. Meta jaqra d-dokument, wiehed jiskanta f’liema dettalji ckejkna kien jidhol fihom l-isqof meta jzur il-parrocci. Per ezempju fil-Mosta, De Bussan ordna li tkun intonata mill-gdid il-qanpiena mgengla li kien hemm fil-kampnar ta Sant Anton Abbati, li jitkahhal il-hajt tac-cimiterju li jdawwar il-kappella ta Santa Margerita u li tinbidel il-bicca drapp tal-armarju, fejn kien jitqieghed iz-zejt tas-sagramenti, peress li kienet imtebbgha. Kienu innotati wkoll diversi (p.ix) dettalji ohrajn bhal bieba nieqsa ta' wiehed mill-konfessjonarji li kien hemm fil-knisja parrokali, l-gharghar tal-ilma li kicnet issofri minnu l-knisja ckejkna tal-Kuncizzjoni li ghadna ngawduha sal-lum, u t-talba tal-Kappillan Mosti biex jerga jinbena mill-gdid il-hajt li kien idawwar il-gardina tad-dar parrokkjali.7 Mela llum wiehed jaqra dawn l-osservazzjonijiet donnu jhoss li l-minutieri tal-arlogg waqfu u mohhu jiehdu lura fis-snin biex ikompli jaqta’ izjed kurzitajiet dwar kif kien l-ambjent li kienu jghixu fih missirijietna u ommijietna ta’ tant sekli ilu.


Taht il-hakma tat-tmien ponot


Dan il-perjodu storiku kien pjuttost kwiet ghall-hakma tal-Kavallieri tal-Ordni ta' San Gwann f’Malta. It-theddida tat-Torok kienet qieghda tmajna, ghalkemm il-gvern tal-Ordni xorta baqa’ jinvesti rizorsi kbar fil-bini ta’ swar u batteriji godda, forsi wkoll biex il-qghad fost dawk li jifilhu jahdmu ma jghollix rasu zzejjed. Tliet snin qabel ma l-Isqof De Bussan zar il-Mosta, Fra Emmanuel Pinto de Fonseca kien inhatar bhala Granmastru, fejn dam ghal xejn anqas minn 32 sena fit-tmun tal-Ordni. Matul il-hakma twila tieghu, dan il-Granmastru Portugiz qanqal bosta xoghlijiet madwar il-pajjiz kollu u kompla kattar l-ekonomija lokali, partikularment dik tal-produzzjoni tal-qoton. Fi zmienu sehhet ir-rewwixta tal-ilsiera li izda giet imrazzna bi krudelta kbira. Minkejja li fi zmienu l-ekonomija staghniet, imma l-hajja ta' lussu bla razan li kien jghix il-Granmastru u xi whud minn shabu l-Kavallieri waslet biex fi tmiem ir-renju tieghu Malta kellha thabbat wiccha mal-karistija. Dak kien zmien meta l-irjieh tar-Rivoluzzjoni Franciza bdew jersqu lejn xtutna. Bizzejjed nghidu li lejn tmiem is-seklu tmintax l-Ordni kien midjun bla kontroll u ma kienx hemm flus biex jinxtara l-qamh minn barra kif kien soltu jsir biex ikun hemm ikel ghal kulhadd.8


Poter teokratiku


Fi zmien il-Kavallieri, nistghu nghidu, li Malta kienet teokrazija, jigifieri tmexxija ta’ gvern maghmul minn qassisin u religjuzi.9 Dan peress li t-tliet centri ta’ poter li kienu jikkmandaw, jikkontrollaw u jiggudikaw kollox u lil kulhadd fil-gzejjer Maltin kienu dawk tal-Ordni Kavalleresk, tal-Isqof u tal-Inkwizitur: it-tlieta kienu jifformaw parti mill-Knisja Universali Kattolika u ghalhekk ma (p.x) kienx hemm separazzjoni bejn gvern u knisja. L-obbligi b’risq l-istat kienu jsibu gheruqhom fl-osservanza tal-ligi t'Alla. Ghal diversi sekli, Malta kienet kollha kemm hi knisja,10 fejn sas-snin sittin, ma kienx hemm differenza bejn Knisja u Gvern f'termini kemm ta' poter u kemm ta’ ligi. Id-diskors tal-prietkti tradizzjonali fih elementi politici u xi drabi jixbah lid-diskors ta’ laqgha ta' partit. [Mill-banda l-ohra], id-diskors tal-politika tradizzjonali fih elementi religjuzi, u sahansitra biblici, u tipici tal-liturgija Kattolika.11 Dan huwa l-isfond storiku li riffed lir-religjon mas-sinsla tal-identita nazzjonali tal-Maltin. Iz-zjajjar pastorali numeruzi tal-isqfijiet Maltin matul il-perjodu kavallereslk ta' Malta jindikaw b'liema ghozza niesna kienu jhaddnu t-twemmin taghhom, ghalkemm jirrizultaw bosta indikazzjonijiet li mhux kulhadd kien jimxi mal-merhla tal-Mulej. Il-processi tal-Inkwizituri jikxfu diversi forom ta’ dnubiet u htijiet li taghhom, min kien ikun misjub hati, ried ihallas prezz gholi.


L-ismijiet tal-ghelieqi u x-xaqlibiet


Minbarra taghrif ta’ natura politika, socjali u ekonomika, element iehor mill-aktar importanti li johrog minn dan id-dokument huwa l-ismijiet ta’ ghelieqi, xaqlibiet u mkejjen ohrajn li jissemmew bhala parti minn kuntratti li kienu jsiru ghand in-nutara biex permezz tal-beni taghhom ikunu jistghu jithallsu servizzi religjuzi skont ix-xewqa ta’ min ikun halla t-testment tieghu ghal dan il-ghan. Il-kuntratti u l-bqija tad-dokumenti ufficjali, bhal dawn tal-vizti pastorali, kienu jkunu miktubin bil-Latin jew bit-Taljan, izda meta n-nutar, is-sacerdot jew is-segretarju jigi biex jikteb ismijiet partikulari, kien ikollu jikteb l-isem bil-Malti skont il-hoss li jkun qieghed jisma’. F’dik il-habta l-Malti kien ghadu lingwa mithaddta, imma mhux miktuba, ghalkemm jezistu xi eccezzjonijiei bhal Kantaliena ta’ Pietru Caxaru u xi poeziji popolari ta’ tifhir lil Granmastru. B’danakollu l-interess fl-ilsien tal-poplu Malti kien diga beda jitheggeg f’nofs is-seklu tmintax, u aktar u aktar lejn tmiemu, meta tfaccaw fix-xena studjuzi u hassieba li habbew u hadmu b’risq alfabett u grammatika standard ghall-Malti bhal ma huma Gan Frangisk Anton de Soldanis u Mikiel Anton Vassalli. Fl-istorja lingwistika ta’ lsien art twelidna, l-ismijiet ta’ rhula, ghelieqi u xaqlibiet ghandhom importanza krucjali ghax minnhom nistghu niehdu idea ta’ kif kien jitlehhen il-Malti fis-sekli li ghaddew meta kien ghadu nieqes minn alfabet distintiv. Daqqa t’ghajn lejn dan il-kliem turina li huwa tista’ tghid kollu jidher li hu ta’ nisel Gharbi... [Nistghu nikkonkludu] li dawn il-kelmiet kollha kellhom tifsira ezatta li l-kittieb ta’ dak iz-zmien [hafna drabi barrani] ma kienx (p.xi) jaf ifissirha bil-Latin jew bl-Isqalli jew bit-Taljan Toskan.12 Huwa permezz ta’ dawn l-ismijiet bhal (Uuied il hasel, Hain rihana, Buseudien, Ginien, Sciahra, Hocba) li nistghu nikkonkludu ghalfejn illum ghadna niktbu l-ittri ‘gh’ u ‘h’ avolja wisq drabi ma nlehhnuhomx. Galadarba l-gh hija rraprezentata bl-ittra h, hija prova cara li l-kittieb li kien qieghed jikteb dak li kien qieghed jisma’, sema’ fi kliem bhal Hain (Ghajn), Hasel (Ghasel), Sciahira (Xaghra) hoss partikolari li ghazel li jirraprezentah fil-verzjoni miktuba tal-kelma. Dak li sibna fid-dokument ta’ De Bussan huwa wkoll rifless fil-bqija tad-dokumenti antiki, inkluz ukoll fil-poezija ta’ Caxaro tas-seklu hmistax.


L-utilita tat-traduzzjoni


Meta wiehed ikun qieghed jaghmel ricerka, partikularment dik ta’ natura storika, bilfors li se jkollu jhabbat wiccu ma’ turruni ta’ dokumenti antiki li, kif rajna aktar qabel, huma kwazi dejjem miktuba bil-Latin jew bit-Taljan, jekk mhux ukoll bl-Isqalli jew b’tahlita Latinizzata u Taljanizzata. Gwaj ghal dak ir-ricerkatur li jinzerta ma jkunx jaf b’dawn il-lingwi, ghax jibqa’ sajjem mir-rikkezza ta’ kontenut li jaf ikun fihom dawn id-dokumenti li jistghu jiehdu diversi forom bhal, nghidu ahna, kuntratti tan-nutara, minuti ta’ laqghat, statuti tal-fratellanzi, rapporti ta’ amministrazzjoni, avvizi tal-bandi, registri ta’ finanzjarji, xi poezija f’gieh xi hadd illustri jew id-digrieti tat-twaqqif tal-parrocci. Mhux l-ewwel darba u tnejn li xi whud mir-ricerkaturi juzaw numru ta’ sorsi sekondarji peress li ma jkunux jistghu jifhmu d-dokument originali li jitqies bhala s-sors primarju. Dan jista’ jwassal li l-informazzjoni moghtija mhux dejjem tista’ tkun ta’ min jorbot fuqha, ghax ahna lkoll nafu li aktar ma titbieghed mill-forma originali, aktar tkun il-probabbilta li dak li jkun isemmi jew jinterpreta hwejjeg li mhux bilfors huma riflessi fix-xoghol originali. Ix-xoghol tat-traduttur itaffi u jhaffef id-diffikultajiet tar-ricerkatur li issa jkun jista’ jaqra l-imsemmija dokumenti fi lsienu.


Ix-xoghol ta’ Stanley Mangion


Ghaldaqstant, il-progett li imbarka fuqu Stanley Mangion li jittraduci ghall-Malti d-dokumenti ufficjali kollha marbuta maz-zjajjar pastorali li l-isqfijiet ta’ Malta ghamlu fil-parrocca tal-Mosta matul iz-zminijiet, haqqu kull tifhir u apprezzament. Ninsab konvint li din is-sensiela ta’ traduzzjonijiet se tkun imfittxija hafna minn dawk kollha li jhobbu l-istorja u l-identita antika mhux biss ta’ rahalhom, imma wkoll ta’ pajjizhom. Dawn it-traduzzjonijiet fidili (p.xii) ghall-original se jiswew mitqlu deheb lil dawk l-istudenti u ricerkaturi li jhobbu jfittxu u jinvestigaw biex jifhmu u jfehmu ahjar hajjet missirijietna fl-imghoddi. Galadarba din l-ewwel traduzzjoni tal-vizta pastorali ta’ De Bussan tinsab f’idejna, inharsu lkoll ’il quddiem b’sens ta’ stennija biex aktar dokumenti simili jkunu mwassla lilna fi lsienna.


Konkluzjoni


Kif rajna, hemm aktar minn faccata wahda tad-dokumenti li jirrakkontaw il-grajjjiet, is-sejbiet u d-decizjonijiet tal-vizti pastorali. Wiehed jista’ jevalwahom bhala kitbiet storici li jaghtu stampa hajja tal-qaghda tad-djocesi u l-parrocci ta’ sekli ilu. Studjuzi ohrajn jistghu juzawhom bhala ghajn ta’ gharfien antropologiku, filwaqt li ghal-lingwisti dawn it-tip ta’ dokumenti antiki jixhtu dawl fuq kliem Malti qadim. Il-qarrej komuni li m’ghandu ebda pretensjonijiet ta’ ricerka jara fihom ghadd ta’ kurzitajiet; hu u jisthajjel lill-isqof liebes l-ilbies pontifikali hiereg taht baldakkin mill-bieb ewlieni tal-knisja parrokkjali b’pompa kbira, waqt li r-rahlin gwejdin iharsulu minn taht il-ghajn mimlija ansjeta u hajta biza …


Biex intemm id-dahla ghal dan ix-xoghol li Stanley Mangion dahal ghalih b’hafna hegga u dedikazzjoni, se nerga’ nqabbad dan l-ahhar tarf mal-ewwel tarf li bdejt bih: is-sensiela ta’ vizti pastorali li qeghdin isiru minn Mons. Arcisqof Pawlu Cremona li bejn l-2009 u l-2011 se jdawruh mal-parrocci kollha fid-djocesi ta’ Malta. Skont l-Ufficcju Stampa tal-Kurja, l-iskopijiet tal-Viztj Pastorali fil-parrocci huma tnejn. ‘L-ewwel biex l-Arcisqof ikun prezenti fost l-operaturi pastorali u l-poplu tal-parrocca, jismaghhom, isahhahhom fil-fidi, jaghtihom il-kuragg u energija gdida. It-tieni skop hu biex issir evalwazzjoni tal-hidma pastorali tal-parrocca, tinghata harsa lejn il-futur tal-parrocca u biex tissahhah il-hidma pastorali integrata fid-dawl tas-Sinodu Djocesan.’13


Meta nqabblu dawn iz-zewg skopijiet magguri ma’ dawk l-ghemejjel li wettaq De Bussan fl-1744, f’malajr nintebhu li huma mnissla mill-istess gherq. L-iskof ta’ zjara pastorali kien u ghadu msejjes fuq il-vizti li kien jaghmel San Pawl Appostlu tal-Gnus, meta bi spirtu mheggeg ghad-dawl tas-salvazzjoni, kien izur u jikteb l-ittri lill-ewwel komunitajiet insara, u bl-akbar zelu jheggighom:


(p.xiii) Huti, ifirhu, habirku ghall-perfezzjoni,
isimghu milli wiehed jghidilkom, kunu ta’ fehma wahda,
zommu s-sliem, u Alla tal-imhabba u s-sliem ikun maghkom.
Sellmu lil xulxin b’bewsa qaddisa. Il-qaddisin kollha jsellmulkom.
Il-grazzja ta' Sidna Gesu Kristu,
l-imhabba ta’ Alla u l-ghaqda fl-Ispirtu s-Santu
jkunu maghkom ilkoll.’14


Fis-sisien taghhom, il-vizti pastorali tal-isqfijiet baqghu mfanndin fl-istess ghelieqi tal-Mulej fejn ‘il-hsad huwa kbir, imma l-haddiema huma ftit.’ Id-differenza bejn dak li ghamel De Bussan u dak li qieghed jipprova jaghmel Cremona aktar minn 260 sena wara tinsab fl-enfazi u l-istil addottati mill-istess protagonisti. De Bussan u l-bqija tal-isqfijiet tal-imghoddi kienu aktar interessati fl-istrutturi milli fin-nies. Kienu aktar jixhtu attenzjoni fuq il-bini u z-zamma tal-knejjes, flimkien mal-oggetti sagri ta’ go fihom li riedu jkunu f’qaghda tajba u xierqa, u li l-beni tal-artijiet kienu qeghdin ikunu wzati ghal opri ta’ devozzjoni skont kif imhollija fl-atti notarili. Mill-banda l-ohra, il-Knisja fi zmien Cremona, fi zmienna, tinsab aktar iffukata fuq il-htigijiet tal-familji, l-adoloxxenti, iz-zghazagh u dawk l-izjed vulnerabbli. Ghalkemm l-aspett ta’ ubbidjenza lejn l-awtorita ekklezjastika xorta ghadu evidenti, imma l-aktar karatteristika li tispikka hija x-xewqa tal-Knisja ta’ zmienna li, f’socjeta plurista, thares ’il barra u mhux ’il gewwa. ‘Il-htiega tal-inkulturazzjoni tal-fidi hija fattur importanti biex ir-religjon Kattolika tibqa’ relevanti ghall-aspirazzjonijiet u l-kuntesti li jikkaraterizzaw il-bniedem ta’ zmienna.’15 Permezz tal-vizti tal-isqfijiet, li ghadhom isiru anke fit-tielet millennju tal-Kristjanizmu, ir-Raghaj it-tajjeb xorta ghadu johrog fl-imsierah u t-toroq fgati bil-karozzi biex jindokra lin-nghag tal-merhla, u jfittex b’imhabba lil dawk mitlufa, aljenati bi frughat id-dinja.


Mario Thomas Vassallo
Membru tal-Istaff Akkademiku, Dipartiment tal-Public Policy, Fakulta tal-Ekonomija, il-Manigment u l-Accountancy Universita ta’ Malta.

 

Riferenzi

  1. laikos.org/Vista_Pastorali.htm - accessata 26 ta’ Gunju 2009
  2. kappellimaltin.com /glossarju.html#ZjajjarPastorali - accessata 27 ta’ Gunju 2009
  3. Mid-dokument ufficjali taz-zjara pastorali fil-parrocca tal-Mosta, 1744
  4. Cassar, George, u Borg, Joseph G.M.,(2007), Il-Mosta, il-Mostin u r-Rotunda Taghhom Matul iz-Zminijiet, Pubblikazzjoni tal-Kunsill Lokali Mosta, Kap. 9 - Is-seklu tmintax - komunita li tikber u tizviluppa (1700 -1798), pg 97
  5. Ibid.
  6. Borg, Joseph G.M., "Il-Kappillani u l-Arciprieti li kellha l-Parrocca tal-Mosta”, ippubblikat f’Il-Mosta, Grajjietha u Niesha (2008), Deguara, Frans (ed), Pubblikazzjoni tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard, pg. 22.
  7. Mid-dokument ufficjali taz-zjara pastorali fil-parrocca tal-Mosta, 1744.
  8. Ghal izjed taghrif ara: Grima, Joseph F. (2001), Zmien il-Kavallieri f'Malta 1530-1798, Pubblikazzjoniet Indipendenza, Malta
  9. Scruton, Roger (2007), The Palgrave Macmillan Dictionary of Political Thought, (it-tielet edizzjoni), Palgrave Macmillan Publication, il-Gran Britannja.
  10. Friggieri. Oliver (2008), Fjuri Li Ma Jinxfux, Klabb Kotba Maltin, pg. iv.
  11. Ibid., pg. LII/LIII.
  12. Wettinger, Godfrey (2006), Kliem Malti Qadim, Pubblikazzjoni tal-Istitut tal-Lingwistika u d-Dipartiment tal-Malti fl-Universita ta’ Malta, pg. 122.
  13. Jitnieda l-Pjan Pastorali 2009-2011, Stqarrija ghall-Istampa, Ref 120/2008, Kurja tal-Arcisqof, 27 ta' Settembru 2018, pg. 2.
  14. It-Tieni Ittra lill-Korintin, Kapitlu 13, Versi 11-13.
  15. Vassallo, Mario T. (2009), “Bhal Pilatu fil-Kredu”, f’Hide and Seek, Farrugia, Mark (ed), Moviment Kattoliku Studenti Universitarji, Malta, pg. 140.

Nota tat-Traduttur


(p.xiv) Bhala wiehed li nhobb naqra fuq l-istorja ltqajt hafna drabi ma kwotazzjonijiet tal-Vizta Pastorali ta‘ Monsinjur Isqof Paolo Alpheran Do Bussan. Dan nissel fija x-xewqa li minn bcejjec ta‘ kwotazzjonijiet immur mill-ewwel f'ras il-ghajn - id-dokument originali. Nghid id-dritt, meta bdejt naqrah bdejt induq is-sbuhija originali tieghu u sincerament issahhart. Minn hemm bdiet tberren f’mohhi din it-traduzzjom f'ilsienna biex il-poplu jduq ukoll il-benna tal-kitba originali. Aktar ma bdejt napprofondixxi, aktar bdejt napprezza dan id-dokument storiku tassew sabih u ta‘ valur kbir li juri bic-car kif kien il-mod ta’ kif kienu jghixu missirijietna tant snin ‘il boghod.


Meta taqra dan id-dokument, f’malajr tintebah bl-imbabba li ta' qabilna kellhom lejn dak li kien sagru, u wkoll l-izvilupp fl-istil ta' hajja li bdew jghixu l-Maltin. Qrajt ukoll l-original tal-Vizta Pastorali ta' Monsinjur Pietru Dusina li wkoll kien miktub bil-Latin. Mid-deskrizzjoni li tana Monsinjur Dusina u mid-deskrizzjoni li tana Monsinjur De Bussan tara u thoss zvilupp ghall-ahjar fil-hajja ekonomika ta' missirijietna. Tiskanta meta tintebah li meta tjieb il-but, mill-ewwel tjiebet id-dar t'Alla. Dan ghax missirijietna kull meta f’buthom kellhom sold raw kif ghamlu biex ftit minnu jinvestuh kif tassew xieraq fid-dar t’Alla, u b'hekk il knejjes ikunu isbah u aktar xierqa.


Nixtieq li ftit ftit naqleb ghall-Malti l-Vizti Pastorali li saru mill-isqfijiet taghna biex il-poplu jkollu dokumenti tassew utli u important f'idejh. Qieghed nippubblika dawn it-traduzzjonijiet fil-forma ta’ ktejjeb biex il-poplu jkun jista jixtrihom ftit ftit, b'mod li l-ispiza jkun jiflah ghaliha. Grazzi lix-Xirka tal-Isem Imqaddes t’Alla li qieghda tippubblika dawn ix-xoghlijiet tieghi.


Li tittraduci dokument antik mhix xi haga hafifa u dan ghal hafna ragunijiet. L-ewwel haga, jew ahjar l-ewwel problema, hija li l-musmar il-gdid jaqla’ lill-qadim. Hafna kliem matul il-mixja tas-snin imut mewta naturali, u mkien ma ssib it-tifsira tieghu. Din id-diffikulta sibtha hafna drabi. Fittixt fuq siti elettronici li jispecjalizzaw f'dan il-qasam. Tiskanta kif xi kelmiet tibqa’ ma ssibx it-tifsira taghhom. Ghalhekk, xi drabi, ikollha tabdem it-tifsira arbitrarja tat-traduttur li minnha nnfisha hemm il-perikli taghha.


F'din il-bicca xoghol, min kien jirregistra l-vizta pastorali kien itiobb iqassar il-kliem. Anki hawn, il-kelma mqassra ma tkunx daqshekk hafifa biex taghrafha. Hu tassew xkiel kbir. X'aktarx li l-kliem imqassar kien kliem konumi ghal dak (p.xv) iz-zmien u jingharaf malajr. Il-mixja taz-zmien ghamlitu iebes wisq ghalina li gejna fid-dinja aktar minn 360 sena wara. Tigi f’qaghdiet li jkollok taghmel haqq int innifsek. Biss, ghalkemm dan il-tahbil il-mohh hu iebes, mill-banda l-ohra jaghmel ix-xoghol tat-traduzzjoni aktar interessanti u sabib. Nittama li l-hiliet tieghi kienu pozittivi. L-apprezzament taghkom jaghmilli kuragg ghal quddiem.


Dan ix-xoghol umli tieghi nixtieq li niddedikah lil Patri Angeliku Vella O.P.. Habib sincier mhux biss tieghi imma ta’ familti kollha, ibda mill-genituri tieghi u kompli bil-familja li rabbejt jien u anki tat-tfal tieghi. Hdimna hafna flimkien fl-appostolat li twettaq ix-Xirka tal-Isem Imqaddes t’Alla. Patri Angeliku Vella kien wiehed mill-pilastri tax-Xirka. Meta ghal xi zmien l-ghaqda kienet ghejjiet, b’imhabba tassew kbira rega’ aggornaha u ferrixha biex tissokta taghmel il-gid fost il-poplu Malti kollu. Inhossni zgur li l-Mulej ma jinsa qatt il-hidma t-tajba li ssir. Imma hija haga pozittiva li anki ahna l-bnedmin ingeddu u nfakkruha lill-generazzjonijiet taghna biex il-hidma t-tajba ma tmut qatt. Hawn tant nies li habbew u kienu generuzi biex jghaddu valuri tajbin. Patri Angeliku zgur li jixraqlu post prominenti.


Minn qalbi nrodd hajr lill-habib tieghi Mario Thomas Vassallo, Mosti bhali, ghall-qari tal-provi u l-ideat li tani f’din il-pubblikazzjoni, b’mod partikulari ghad-dahla ricerkata li ghogbu jikteb.


Nittama li tiehdu gost taqraw dan id-dokument ta’ Monsinjur Isqof Alpheran De Bussan, bhalma jien hadt gost nittraducih ghal ilsienna.


Stanley Mangion


Zjara fil-parrocca tar-rahal tal-Musta (Mosta) iddedikata lit-Tlugh fis-Sema tal-Beata Vergni Marija u l-madwar taghha


Illum jum il-31 ta’ Mejju 1744, jum il-Ghid tas-Santissima Trinita


(p.1) Il-Wisq Reverendu Fra Paolo Alpheran De Bussan, Isqof ta’ Malta, wara li temm iz-zjara pastorali tieghu fir-rahal tan-Nascari, ghall-habta tal-hamsa ta’ wara nofsinhar, flimkien mal-esperti u konvizitaturi, il-Wisq Reverendi Dun Adriano Gourgion J.V.J, Vigarju Generali, u Dun Alberto Portughes J.V.J., Kanonku tal-Katidral, imsieheb minn familjari qrib tieghu, halla Terra Nascari (Naxxar) u ghadda ghal dan ir-rahal tal-Musta. Imwassal sa tarf ir-rahal tan-Nascari mill-kleru, kien milqugh mill-Kappillan tal-Musta, ir-Reverendu Dun Gwann Angelo Sammut, flimkien mal-kleru kollu. Minn hawn wassluh sad-dar parrokkjali, jigifieri d-dar imhejjija biex joqghod fiha tul iz-zjara tieghu. Mill-ewwel, b’dedikazzjoni kbira, ta bidu biex iwettaq id-dmirijiet taz-zjara tieghu. Ghalhekk, illum stess u mill-ewwel, liebes b’ilbies pontifikali bil-Kappa Magna, nizel processjonalment taht il-baldakkin lejn il-knisja parrokkjali. Fil-purcissjoni hadu sehem il-fratelli tal-fratellanzi, il-kleru tal-parrocca u l-poplu Mosti b’ghadd kbir migbur ghal din l-okkazjoni fil-knisja parrokkjali. Kienu mwettqa c-cerimonji kollha mitluba mill-Pontifikal Ruman. L-Isqof resaq lejn l-artal maggur u qal it-talb gharkupptejh fuq il-genokkjatur. L-imsemmi Reverendu Kappillan mexxa t-talb mitlub mill-imsemmi Pontifikal Ruman. Wara li ta l-barka solenni, il-Wisq Rev. Vizitatur mexa ghal fuq it-tron taht baldakkin fuq in-naha tal-qari tal-evangelju, u qaghad bilqieghda. Beda r-rit tal-ubbidjenza bil-bews tal-idejn. Beda r-Rev. Kappillan, u warajh tela l-kleru tal-parrocca. Wara, l-lsqof liebes il-paramenti sagri, bil-baklu u l-mitra, mexxa l-quddiesa. Wara l-qari tal-evangelju, il-Wisq Rev. Kappillan tar-rahal ta’ Casalis Attard(H'Attard), Dun Arkangelu Debono, niseg prietka mqanqla lill-poplu. Dun Arkangelu Debono, flimkien mal-Wisq Rev. Dun Gregorju Barbara, wettaq missjoni qaddisa f'din l-istess parrocca ghal tmint ijiem shah qabel bdiet din il-vizta. It-tema maghzula tal-prietka li sammret lil kulhadd kienet: ‘Jien ghazilt lilkom biex twettqu hafna frott’. Wara l-prietka gew moqrija minni, bhala (p.2) kancillier, is-soltu preskrizzjonijiet mitluba. Wara, il-Wisq Rev. sahhah lill-fidili bil-hobz qaddis. Wara li spiccat il-quddiesa, libes kappa sewda u mitra semplici, u sar it-talb b'suffragju ghall-erwieh mejtin skont kif inhu mitlub mill-Pontifikal. Wara, rega’ biddel il-kulur liturgiku.


Zar is-Santissimu Sagrament tal-Ewkaristija u fela bir-reqqa l-post fejn l-Ewkaristija tinzamm ghall-qima, u sab li s-Sagrament jinzamm b’qima kbira f’zewg pissidi qaddisa. Il-wiehed il-kbir tal-fidda; il-maqbad tieghu tad-deheb. Xoghol gdid mahdum b'sengha kbira. It-tazza tieghu, minn gewwa tad-deheb, kienet mghottija bi drapp tal-harir abjad, imma mtebbgha b’hafna kuluri. Il-pissidi z-zghir jintuza biex jittiehed il-vjatku, hu wkoll tal-fidda bil-maqbad mahsul bid-deheb. mghotti kif mitlub bi drapp ta' kulur ahmar. Il-Wisq Rev, amar li t-tazza ta' gewwa tal-pissidi z-zghir tinhasel bid-deheb, u d-drapp taghha fuq il-pissidi jsir tal-harir ta’ kulur abjad.


Zar it-tabernaklu fejn jinzammu l-pissidi bis-Santissimu Sagrament. It-tabernaklu kien maghmul gdid mill-injam, u l-qadim kien twarrab, ghax bl-uzu ma jaqta' xejn kien spicca u therra. Miksi bid-deheb minn gewwa u miksi wkoll bi drapp tal-harir ta' kulur ahmar. Ghandu zewg korporali. Wiehed mifrux u fiss. L-iehor huwa mehtieg biex jintuza waqt it-tqassim tat-tqarbin. Il-bieba li tissakkar b'serratura tal-hadid b'cavetta tal-fidda li din tinzamm taht il-harsien tal-kappillan. Quddiem il-bieba, hemm purtiera tal-harir ta’ kulur abjad.


Zar il-fonti tal-Maghmudija li jinsab fuq in-naha tal-lemin tal-knisja. Il-fonti tal-irham, maqsum f’zewg bicciet, kien mibni fis-sena 1557. Fuq il-bieba tieghu, fuq barra, hemm imnaqqxa l-istemma tal-Wisq Rev. Isqof Dominku Cubelles. Fuq naha, hemm l-ilma tassew nadif tazza hierga minnu riha tfuh. Fuq in-naha l-ohra, il-hawt tal-hasil tat-trabi. Il-hawt ghandu bieba tal-injam. Purtiera li minn fuq tinzel l’isfel ghal fuq il-hawt miksi bl-injam minn barra zzejnu tassew. Fuq gewwa, bhal donnu msaqqaf bi drapp tal-harir kulur abjad, hemm ukoll ix-xbieha ta’ San Gwann jghammed lil Kristu. Hemm kuccarun tal-fidda, bieqja tal-melh u dak kollu mehtieg ghall-amministrazzjoni tas-Sagrament Qaddis tal-Maghmudija.


Zar l-armarju fil-hajt li jinsab fuq naha hdejn il-fonti li hu mghotti kollu kemm hu b'qoxra tal-injam.


Ra wkoll iz-zejt qaddis tal-Grizma u tal-katekumenali li jintuza fil-Maghmudija qaddisa mahzun fi fliexken imqieghda go bieqja tal-fidda, b'ittri mnaqqxa fiha li jaghzel lil dan iz-zejt. Sab dan iz-zejt imqieghed fl-armarju fil-hajt fejn (p.3) l-imsemmi fonti tal-Maghmudija li fih jahznu wkoll, go bieqja tal-fidda, iz-zejt biex jidilku bih lill-katekumini.


ll-Wisq Rev. amar li dan l-armarju jsir aktar attraenti billi ssirlu purtiera ta’ kulur abjad u titwahhal tabella bil-kliem Olea Sacro (Zjut Qaddis) u jinkesa bi drapp kulur abjad.


Ra wkoll iz-Zejt tad-Dilka tal-morda mqieghed fi fliexken go bieqja tal-fidda, li hi forma ta’ pissidi, mghottija bi drapp kulur vjola. Jigbed l-ghajn ghax jinsab go tieqa zghira fil-hajt fuq in-naha tal-lemin tal-artal maggur. Il-bieba tieghu tissakkar b’firroll u b’muftieh tal-hadid. Imdendel fuqha hemm il-kelmiet Oleum Infirmorum (Zejt tal-Morda) u quddiem il-bieba tiddendel purtiera ta’ kulur vjola.


Ghadda ghall-artal maggur li jinsab bejn il-presbiterju u l-kor. Titla’ ghalih permezz ta’ targa tal-gebel. Il-mejda tieghu, li hi wkoll tal-gebel, ghandha skultura mirquma hafna u hi ideali biex fuqha jkun iccelebrat is-sagrificcju tal-quddiesa. Jolqtok hafna u jigbed il-ghajn. Imzejjen tassew u ma jonqsu xejn mill-htigijiet kollha. Fuq il-mejda ghandu zewg indani tal-injam, mirquma u mahduma b’sengha kbira kif ukoll imdiehba. F’nofs dawn l-indani tal-injam hemm it-tabernaklu. Dan l-artal, li diga ddiskrivejt, ghandu fuqu mdendel mis-saqaf, tuzell bid-damask kulur ahmar. Quddiem dan l-istess artal hemm imdendla diversi lampieri tal-fidda. Il-kappillan ta’ qabel, Dun Lawrenz Abela, hallas ghal tnejn minnhom minn dawk tal-gnub. Wiehed minnhom ghandu frieghi fi fihom hemm l-imnara. Wahda minnhom tinzamm dejjem mixghula b'rispett lejn l-Imqaddes Sagrament.


Il-parrocca tfakkar l-Ghid tat-Tlugh fis-Sema tal-Beata Vergni Marija nhar il-15 t’Awwissu, bl-ewwel u t-tieni ghasar, u quddiesa kantata solenni li fihom il-poplu jiehu sehem bi hgaru.


In-nefqa tal-imnara tal-lampier mixghula quddiem is-Sagrament tiehu hsiebha il-Veneranda Fratellanza tas-Santissmu Sagrament li ghandha bhala prokuratur lil Dun Ignatio Galea u xi haddiehor. Il-Wisq Reverendu u l-Illustrissimu jwettaq dawn il-hatriet kif ukoll ir-responsabilitajiet taghhom.


Ma’ dan l-artal, l-Vizitatur Appostoliku tad-Djocesi, Monsinjur Pietru Duzzina, waqqaf il-fratellanza tas-Santissimu Sagrament ghall-irgiel nhar jum it-12 ta’ Marzu 1575, u kienet maghquda mal-Arcikonfratemita tas-Santissimu Sagrament fil-Knisja tal-Beata Vergni Sopra Minerva nhar il-11 ta’ Frar 1609.


(p.4) L-imsiehba ta' din il-fratellanza jilbsu l-kunfratija. Jiehdu sehem ukoll fil-purcissjoni tas-Sagrament kull tielet Hadd tax-xahar, u f’jiem ohrajn, skont kif mitlub. Jiccelebraw ukoll il-festa tal-Gisem ta’ Kristu (Korpus), u gheluq it-tmint ijiem taghha (l-ottava) bl-ewwel ghasar u quddiesa kantata solenni kid ukoll b’purcissjonijiet li jduru mar-rahal. Il-fratellanza tfakkar zewg anniversarji tal-mejtin taghha, wiehed fix-xahar ta’ Mejju u l-iehor fix-xahar t'Ottubru.


Il-prokuraturi ta’ din il-fratellanza huwa Guzeppi Fenech u Gwanni Duminku Pullicino.


Ir-registru tal-quddies hu mizmum tajjeb f’registru ta' 146 pagna.


Zar l-artal titulari tal-knisja li qieghed fuq gewwa u fl-istess naha tal-knisja. Titla' fuqu permezz ta' zewg targiet li huma wkoll tal-gebel. Fih hemm mejda tal-artal tal-gebel u ma jonqsu xejn. Fih hemm il-htigijiet mitluba. Ghandu zewg indani tal-gebel u fin-nofs taghhom hemm minquxa, jew ahjar ingastata, nicca, jew ahjar it-tabernaklu li ghandu bordura tal-metall li taghlqu sew u jinghalaq b'cavetta tal-hadid. Il-pittura ta’ fuqu turi l-misteru tat-Tlugh fis-Sema tal-Beata Vergni Marija. Hi mqieghda bejn sitt kolonni tal-gebel, kollha skultura. Id-disinn shih tieghu, li hu barokk fil-milja tieghu, kien indurat dan l-ahhar. Ghandu dehra li ssahhrek. Fuq nett, hemm pittura ohra li turi lill-Missier Etem. Taht din il-pittura kbira tispikka tassew, imdahhla fil-hajt, nicca ovali mdawra bi gwarnic tal-gebel u skultura fil-gebla, indurata li ghandha bordura tal-hadid indurat u tinghalaq b’firroll u cavetta tal-metall. Imdendel quddiem l-artal hemm lampier tal-fidda li hu rigal moghti minn Gratia u Lucretia Debono Abela li jinxteghel f’jiem maghzula.


Zar l-artal iddedikat lill-Appostlu San Pawl li qieghed ’il gewwa fil-hajt taht il-hnejja li tinsab fid-dahla l-leminija tal-knisja fuq in-naha tal-artal maggur. Il-mejda tieghu hi mzejna bi skultura mirquma. Mghammar b’kollox u ma jonqsu xejn minn dak kollu li hu mehtieg biex tkun iccelebrata l-quddiesa fuqu. Ghandu zewg indani tal-injam indurati bid-deheb. Fin-nofs hemm tabernaklu. Hu mzejjen bi tnax-il gandlier tal-injam. Sitta minnhom huma mahsula bid-deheb u s-sitta l-ohra mahsula bil-fidda. Imqeghdin sett fuq iehor. L-ikona qieghda bejn kolonni tal-gebel kollha skultura sabiha tassew. Turi l-migja tal-Appostlu San Pawl f’din il-gzira. Imdendel quddiem dan l-artal hemm lampier tar-ram isfar b'imnara li tinxteghel kull nhar ta' Sibt u Hadd u fil-festi kmandati.


Il-festa tigi ccelebrata nhar il-25 ta’ Jannar, solennita tal-konverzjoni ta’ San Pawl. Jitkanta l-ewwel ghasar u ssir quddiesa kantata. In-nefqa hi responsabilta (p.5) ta' dan l-artal li hu moghni b'gid u propjeta. Il-prokuratur hu Gamri Maria Camilleri, li wara li wera r-rendikont tal-amministrazzjoni, kien approvat. Fuq l-ahhar indana ta dan l-artal hemm l-ikona tal-Beata Vergni Mbierka li b’dinjita xejn inqas, imqanqla minn devozzjoni tassew kbira, jiccelebraw il-festa taghha. Din l-ikona ghandha l-prokuratur taghha, Battista Attard, li lilu wkoll regghu fdawlu f’idejh il-qadi ta’ din l-amministrazzjoni.


Zar l-artal iddedikat lis-Santissimu Ruzarju li qieghed fuq in-naha tal-id il-leminja tal-Knisja. Altar tal-gebel li ghandu skultura sabiha hafna. Ma jonqsu xejn, u waqt li ghandu l-htigijiet kollha mitluba, hu tassew tajjeb biex fuqu jkun iccelebrat is-sagrificcju tal-quddiesa. lmzejjen b’sett gandlieri fuq l-indana z-zghira kif ukoll fuq l-indana ta’ fuq. L-ikona fuq dan l-artal ghandha gwarnic kbir tal-injam kollu skultura u indurat bid-deheb. Qieghed bejn erba’ kolonni tal-gebel mimlija skultura u indurati wkoll. In-naha ta’ fuq ta’ din l-ikona turi x-xbieha tal-Beata Vergni Marija tar-Ruzarju zzomm lill-Bambin Gesu fi hdanha. In-naha t’isfel hemm San Duminku Konfessur, u Santa Katarina ta’ Siena. Ma’ dawn hemm hmistax-il xbieha zghira li juru l-hmistax-il misteru tar-ruzarju mqaddes. Quddiem din ix-xbieha hemm imdendel lampier tal-fidda b’imnara li tinxteghel kull jum filghodu, tinxteghel ukoll kull nhar ta’ Sibt fil-hin li titkanta l-kompieta f’dan il-lok qaddis (taf trid tigi: u tintqal il-litanija). Tinxteghel ukoll kull nhar ta’ Hadd kif ukoll f’kull festa kmandata. In-nefqa ta’ din il-mixeghla hi responsabilita tal-fratellanza.


F’dan l-artal, fit-12 ta’ Frar 1612, giet imwaqqfa l-fratellanza ghall-irgiel tal-Imqaddes Ruzarju li hi affiljata mal-Arcikonfratemita tar-Ruzarju Mqaddes fil-knisja tal-Beata Vergni Marija Sopra Minerva. Din il-fratellanza tmexxi dan l-artal u tara li ma jkun jonsqu xejn. Ticcelebra l-festa tar-Ruzarju nhar l-ewwel Hadd t’Ottubru bil-kant tal-ewwel ghasar, quddiesa kantata solenni bis-sehem shih tal-poplu kollu kif ukoll purcissjoni. Tul in-novena tat-Twelid ta’ Sidna Gesu Kristu jsiru disa’ quddisiet kantati, u l-ghada tal-festi tal-Purifikazzjoni, l-Annunzjata, l-Assunzjoni, it-Twelid tal-Madonna kif ukoll dik tar-Ruzarju Mqaddes tal-Beata Vergni Marija jsiru hames quddisiet b’suffragju tal-erwieh mejtin tal-fratellanza.


L-Illustrissimu u Reverendissimu Sinjur gibed l-attenzjoni tar-Reverendu Kappillan, jew inkella ta’ dak is-sacerdot mibghut minnu, biex fid-disa’ quddisiet li jsiru tul in-novena tal-Milied, ir-Reverendu Kappillan, jew dak is-sacerdot maghzul minnu, imexxi l-quddiesa kantata. Barra l-elemozina ta' ghaxar tareni, ic-celebrant jinghata wkoll ghaxar grani ohra kif jinghataw lill-koristi l-ohrajn ghal kull quddiesa. Amar ukoll li x-xbihat tal-Beata Vergni Marija kif ukoll dik tal-Bambin Gesu fl-ikona ewlenija tal-artal ghandhom ikunu restawrati.


(p.6) Wiehed mill-prokuraturi ta' dan l-artal hu Antonio Vassallo.


Inghatat xhieda wkoll li l-piz u t-tqassim tal-quddies hu mizmun tajjeb minn bintu.


Zar l-artal iddedikat lil Sant Anna, omm il-Beata Vergni Marija, u lil San Kozma u San Damjan, martri, li jinsab taht l-ewwel hnejja fuq in-naha tal-lemin tal-korsija tal-knisja. Dan l-artal twaqqaf bis-sahha tar-Rev. Sacerdot Dun Salvatore Fenech J.V.D. Hu tal-gebel bi skultura sabiha hafna, u hu tajjeb biex isir il-quddies fuqu, kif ukoll armat b'dak kollu li hu mehtieg u mizmum kif inhu xieraq. L-ikona tieghu hi mdawra bi gwarnic tal-gebel maqlugh ’il barra u indurat bid-deheb. Qieghed bejn zewg kolonni tal-gebel u mdawwar bi skultura sabiha li hi wkoll fuq il-gebla. In-naha ta' fuq ta' din x-xbieha turi l-Familja Mqaddsa. In-naha t'isfel hemm ix-xbihat ta' Santu Wistin, Isqof u Konfessur, ta' San Nikola ta' Tolentino, tal-armla Santa Monika u lil Santa Katarina ta’ Lixandra.


Fil-prospettiva tal-artal, maqfulin bi gradi tal-hadid, hemm zewg nicec li fihom hemm zewg kapsoli tal-kristall li fihom hemm imqieghda relikwi ta’ diversi qaddisin. Zarhom ukoll u sab li huma mizmuma tajjeb.


Fuq dawn l-istess nicec hemm zewg xbihat impittra fuq it-tila li jura x-xbihat ta’ San Kozma u San Damjan, u fuq il-genb l-iehor zewg xbihat ohra li jura lil San Lawrenz Martri u San Filippu Neri.


Il-festa hi ccelebrata bil-kant tal-ewwel ghasar u b’quddiesa kantata f’jum is-26 ta' Lulju, fl-Ghid ta’ Sant Anna, mill-werrieta ta’ Dun Salvatore Fenech J.V.J., bhala sidien ta’ bicca art li tinsab fuq ix-xaqliba msejha de Calleia (Rahal Calleja), maghrufa wkoll bhala Del Hali (Ta’ Qali), li qabel kienet propjeta ta’ Dun Salvatore Fenech. Ghandhom ukoll l-obbligu li jixeghlu l-lampier, u li jwettqu dak kollu li hu mehtieg ghaz-zamma tal-artal. Dan il-piz imholli minn Dun Salvatore Fenech jinsab miktub fl-atti tat-tielet zjara tal-qatt minsi Isqof Domenico Balaguer ta’ nhar it-8 ta’ Gunju 1653, u mbaghad dikjarata u mgedda b'mod car fl-atti tal-vizta qaddisa tal-qatt minsi l-Isqof Cocco Palmieri f’jum l-24 ta’ Settembru 1686.


Imdendel quddiem l-artal hemm lampier tar-ram isfar b’imnara wahda li tal-anqas jinxteghel kull nhar ta’ Sibt u fil-festi kmandati kollha.


Marbut hemm il-piz li jkunu ccelebrati zewg quddisiet ta’ kull sena. Il-jiem (p.7) maghzula huma fl-Ghid tat-Tlugh fis-Sema tal-Beata Vergni Marija u l-ohra f'jum is-27 ta’ Settembru, festa tal-qaddisin San Kozma u San Damjan, bis-sahha ta’ ghotja qaddisa minn Gakbu Vella, kif miktuba fl-atti tan-nutar Xmun Galea tal-14 t Awissu 1605. Biex jitwettaq dan id-dmir, intrabat li jhallas erba tareni bhala elemozina taz-zewg quddisiet imsemmija, kif ukoll jaghti ikel u xorb lill-qassis li jqaddes kif ukoll lill-qaddejja tieghu f’dawk il-jiem. Ghal dan il-ghan, igawdi bicca art f’del Hali (Ta’ Qali), kif ukoll propjeta li permezz taghha jhallas ghall-ikel u x-xorb li jinghata lil qassis celebrant u lil qaddejja tieghu. Isir ukoll hlas addizzjonali ta' zewg tareni fuq l-elemozina obbligatorja tal-quddiesa. Dan skont digriet kif imfisser fil-vizta qaddisa tas-sena 1639.


L-istess dwar l-obbligu li titqaddes quddiesa wahda kull nhar ta' Sibt bis-sahha ta' ghotja qaddisa mis-sacerdot Dun Gwann Galea, kif imnizzla fl-atti tan-nutar Gwanni Pawlu Fenech tal-jum tat-28 ta' Jannar 1652. Biex tkun imwettqa din l-obbligazzjoni halla bicctejn art li tghaddi triq minnhom, li taghmel max-xaqliba de Calleia (Rahal Calleja). Wahda taghmel ma' Del Hali (Ta’ Qali) u l-ohra ma' Landar (Durumblat).


Ma’ dan l-artal hi wkoll imwaqqfa b’mod ordinarju l-fratellanza taht it-titlu tal-Beata Vergni Marija tal-Konsolazzjoni u ta’ Santa Monika, kif tixhed ittra mibghuta minn Ruma nhar jum l-1 t’Awwissu 1721, irregistrata fil-Kurja f’jum is-27 ta’ Settembru tal-istess sena. Din il-fratellanza ticcelebra l-festa tal-Madonna tal-Konsolazzjoni f’jum il-Hadd bejn l-ottava tal-festa ta’ Santu Wistin. Jitkantaw iz-zewg ghosrien, quddiesa kantata u l-membri, imhazzma fil-kunfratija, jiehdu sehem fil-purcissjoni. Drawwa li tinsab imnizzla fl-istatut ta’ din il-fratellanza, irregistrata fil-Kurja nhar il-21 ta’ Frar 1722, titlob li kull raba’ Hadd tax-xahar, il-membri jinvolvu ruhhom f’xi opra ta’ hniena.


Wiehed mill-prokuraturi ta’ din il-fratellanza hu Guzeppi Marija Camilleri.


Zar l-artal iddedikat lit-Thabbira tal-Beata Vergni Marija li qieghed fl-ahhar hnejja tul in-naha tal-lemin tal-korsija tal-knisja, u ghalhekk imsaqqaf b’arkata. L-artal, li hu tal-gebel, ghandu skultura sabiha hafna u hu mhejji tajjeb biex fuqu jsir is-sagrificcju tal-quddiesa. Mghammar bil-htigijiet kollha mitluba. L-ikona li hemm fih ghandha gwarnic tal-gebel skulturat u indurat. Qieghed bejn zewg kolonni, it-tnejn tal-gebel u skulturati. Din il-pittura turi il-Misteru tat-Thabbira tal-Mulej lill-Beata Vergni Marija. Fuq din il-pittura hemm ikona ohra li turi lill-Missier Etern. Imdendel quddiemu hemm lampier tar-ram isfar b’imnara li tinxteghel f’jiem partikulari, u wkoll f’lejliet u nhar il-festa tieghu.


(p.8) Il-festa ssir bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa kantata nhar il-25 ta’ Marzu jum il-festa tal-Annunzjazzjoni tal-Beata Vergni Marija. Is-sacerdot Dun Xmun Bartolo, minn rajh, halla wirt biex ttihallas l-ispiza tal-mixeghla lal-lampier kif ukoll ghaz-zamma tal-htigijiet ta' dan l-artal. Dan hu mnizzel fl-atti tan-nutar Guzeppi Pawlu Fenech, datat it-2 ta’ Frar 1677 u mwettaq b’digriet tar-Reverendissimu Vigarju tal-Kapitlu, li jgib id-data tal-jum tad-19 ta’ Mejju 1678 irregistrat fl-atti tal-Kurja Kapitali tat-23 ta’ Settembru 1686. Hemm imnizzel li halla bicca art li qieghda n-naha t’istel ta’ tarf ir-rahal tal-Musta, maghrufin bhala della Sihaitra (Tas-Saghtar), li bhalissa hi propjeta ta’ Duminku Galea minn dan l-istess rahal. Dan ix-xerrej akkwistaha permezz ta’ irkant imwettaq mit-tmexxija tal-Kapitlu tal-Imdina u organizzat mill-Kjeriku Pawlu Fenech. Dan il-piz hu responsabilita tal-imsemmi Duminku Galea, ghax issa hu s-sid ta' din d-bicca art. Dan il-piz affermah hu nnifsu fiz-zjara li saret lil dan l-artal tul il-Vizta pastorali qaddisa f’jum is-16 ta Settembru 1716 mill-qatt minsi Cannaves.


Il-Prokuratur hu... (mhux imsemmi).


Zar l-artal iddedikat lill-Beata Vergni Marija tal-Grazzji li jinsab fi hnejja fuq in-naha x-xellugija tal-knisja li hu tal-gebel b’panew fuqu. Ghandu skultura li hi sabiha hafna, moghni b'dak kollu mehtieg ghas-sagrificcju tal-quddiesa, u nieqes minn xejn minn dak kollu li hu mehtieg. L-ikona hi mdawra b’gwarnic kbir tal-injam, partijiet minnha mizbughin, ohrajn indurati bid-deheb. Il-parti ta' fuq turi l-figura tal-Missier Etem u l-Beata Vergni Marija bil-Bambin Gesu. In-naha t’isfel hemm ix-xbihat ta' San Pietru Appostlu u Santa Marija Maddalena, kif ukoll xbihat t'erwieh qaddisa fil-purgatorju. Fuq l-indana ta’ fuq tal-artal hemm salib kbir bix-xbieha tal-Kurcifiss Qaddis. Quddiemu hemm imdendel lampier tar-ram isfar li l-imnara tieghu tinxteghel f’jiem partikulari. Kemm l-ispiza tal-mixeghla tal-lampier kif ukoll dik taz-zamma tal-artal hi responsabilita tal-istess artal. Il-festa tigi ccelebrata nhar il-jum solenni tat-Twelid tal-Beata Vergni Marija, it-8 ta Settembru, ta’ kull sena bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa letta. Il-flus biex jinzamm l-artal jigu minn dhul ta’ dar abitata bi gnien maghqud maghha li jinsab f’dan ir-rahal tal-Musta fil-hara ta’ Hal Meiel kif ukoll minn dhul iehor.


F’dan l-artal hi mwaqqfa s-Sodalita tal-Agonizzanti bis-setgha tal-Isqof. Din twaqqfet matul il-Vizta Pastorali Qaddisa tal-qatt minsi Isqof Cocco Palmieri f'jum is-26 ta’ Novembru 1686. Hi maghquda mal-Arcikonfraternita tat-Twelid tas-Sinjur taghna Gesu Kristu Agonizzant fil-belt qaddisa nhar it-12 ta’ Lulju 1687. Imma ghadha bla statut u bla regola. Biss xorta wahda huma maghquda (p.9) mal-istituzzjoni taghhom kif ukoll mal-hidma taghha kif imfissra hekk tajjeb fl-imsemmija vizta paslorali ta’ Cocco Palmieri. Ukoll flimkien u maghqudin fit-tribulazzjonijiet (solidarjeta) ta’ kull tielet Hadd ta' kull xahar jiccelebraw f’dan l-artal quddiesa votiva tal-passjoni.


Il-prokuratur ta’ din is-sodalita hu l-qassis Dun Gwann Mangion; fil-prattika, il-mexxej hu n-nutar Bartolomeo Mangion.


L-Illustrissimu u Reverendissimu Sinjur amar li fi zmien xahar ghandhom jghaddu rendikont shih tal-amministrazzjoni taghhom.


Zar l-artal iddedikat lil San Guzepp li jinsab fuq in-naha tax-xellug tal-knisja. Dan l-artal tal-gebel, imsaqqaf bil-panewijiet, ghandu skultura tassew sabiha, addattat tajjeb biex isir il-quddies fuqu u ma jonqsu xejn minn dak kollu ta’ htiega. L-ikona tieghu hija mdendla mal-hajt bejn erba’ kolonni go gwarnic tal-gebel skolpit u indurat, imdawwar bi skultura ohra tal-gebel indurat. L-ikona turi x-xbieha tal-Vergni Mbierka Marija bil-Bambin Gesu u x-xbieha tal-qaddis titulari. Quddiem l-artal hemm imdendel lampier tal-fidda b’imnara li jinxteghel f’jiem partikulari. In-nefqa hi responsabilita tal-istess artal.


Fuq l-indana ta’ fuq tal-artal hemm nicca tal-injam, mirquma b’sengha tassew kbira u indurata, maghluqa bi hgiega. Fiha hemm mizmuma xbieha tax-xema’ tal-Bambin Gesu. Dan l-ahhar zmien gawda minn hafna devozzjoni li xtaqu juruha fil-berah, u ghalhekk ghandu hafna qandul u ghewejjed ta’ tjieba u devozzjoni li jzejnu lil din ix-xbieha.


Il-festa tigi ccelebrata nhar id-19 ta’ Marzu bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa kantata. Il-prokuratur ta’ dan l-artal hu s-sacerdot Dun Guzepp Darmanin.


Il-prokuratur tan-nicca li fiha hemm il-Bambin Gesu hu Battista Attard. Lit-tnejn kien mitlub biex fi zmien xahar jaghtu rendikont shih tal-amministrazzjoni taghhom.


Zar l-artal iddedikat lil Santu Rokku li jinsab fuq in-naha tax-xellug tal-korsija tal-knisja. Hu tal-gebel u msaqqaf b’panew. Ghandu skultura mimlija u sabiha u ma jonqsu xejn biex ikun jista’ jsir fuqu l-quddies. Moghni wkoll b’dak kollu li hu ta’ htiega. L-ikona tieghu ghandha gwarnic skulturat tal-gebel u qieghed bejn zewg kolonni u skultura ohra tal-gebel. Juri x-xbieha titulari kif ukoll ix-xbihat ta’ San Bastjan Martri u Santa Rozalija Vergni. Fuq hemm ikona ohra zghira li hi tal-Beata Vergni Marija Immakulata. Quddiemu hemm lampier tar-ram (p.10) isfar b'imnara li tinxteghel f'jiem partikulari. In-nefqa taghmel tajjeb ghaliha l-fratellanza tar-Ruzarju kif ukoll legat imholli minn Benedittu Cauchi.


Il-festa tigi mfakkra nhar is-16 t’Awwissu bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa kantata. Nhar il-festa ta' San Bastjan issir biss quddiesa letta bi spejjez tal-istess artal. Dan l-artal ghandu wkoll beni fiskali tieghu kif ukoll dhul iehor ta’ kull sena li jiehu hsiebhom il-qassis Dun Anton Galea.


Ghandu piz ta' quddiesa wahda kull xahar imhollija minn Damjan Bonnici u martu Agatha, kif imnizzel fl-atti tan-nutar Guzeppi Gwanni Fenech, datat jum it-30 t'Awwissu 1644. Dan biex jitwettaq dan il-piz. Biex titwettaq ix-xewqa qaddisa tieghu, Mariani Xerri halla bicca art li tinsab fil-hara ta della Sciahra (Tax-Xaghra) u witta t-triq biex l-ewwel wiehed li jakkwistaha jkun il-Kjeriku Filibertu Gatt li hu mill-Belt Valletta.


Zar l-artal iddedikat lil Sant Antnin ta' Padova li qieghed ukoll fuq in-naha tax-xellug tal-korsija. Hu artal tal-gebel bi skultura sabiha u mirquma, u armat kif jixraq ghall-quddies. Ghandu dak kollu li hu mehtieg u mitlub. L-ikona li turi lill-qaddis titulari tinsab bejn zewg kolonni u skultura ohra tal-gebel li dan l-ahhar kien indurat bid-deheb. Il-hnejja wkoll ghandha partijiet minnha mizbughin bil-kulur u partijiet ohrajn minnha indurati. Quddiem dan l-artal hemm imdendel lampier tal-fidda b’imnara li tinxteghel f’jiem maghzula.


Il-festa tigi mfakkra bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa kantata nhar it-13 ta’ Gunju, jum il-festa ta' Sant Antnin ta’ Padova, bi spiza ghall-istess artal.


Dan l-artal ghandu assi ohra likwidi li huma amministrati mis-sacerdot Dun Ingnatio Galea li hu l-prokuratur.


Ammira l-forma arkitettonika tal-istess knisja, kbira bizzejjed biex taqdi l-parruccani, li hi mibnija forma ta’ salib. Ghandha erba’ arkati u lunetti li jistriehu fuq il-hnejjiet. Dawn il-hnejjiet huma mistrieha fuq l-erba’ pilastri principali. Hi msaqqfa b'koppla kbira u sabiha. Fuq wara, jigifieri fil-fond taghha, ghandha kor li ftit ta' zmien ilu kien imkabbar, mghammar b’imqaghda jew sedoli tal-injam, b’indana fuq u ohra isfel mirquma bi skultura u disinji tassew sbieh. Ftit aktar minn sena ilu kienu wkoll imkabbra. Taht l-art taghha hemm kmamar bi hnejjiet li fihom hemm l-oqbra li huma indukrati u mizmuma tajjeb hafna. Partijiet mill-kor kif ukoll il-pilastri principali tal-istess knisja huma mzejna u armati b’purtieri mdendla, mehjutin godda tad-damask kulur ahmar. Instab li l-konfessjonarji huma mizmuma tajjeb hafna, imma wiehed minnhom instab li kien minghajr il-bieba tal-injam fuq quddiem.


(p.11) L-Illustrissimu u Reverendissimu Sinjur ordna li din l-imsemmija bieba tkun maghmula u l-imghaqad tal-konfessjonarji jsiru b’zewg strixxi l’injam.


Zar il-pulptu li jinsab ma pilastru principali li fuqu tistrieh wahda min-navi tal-knisja, fuq in-naha tal-evangelju. Hu wkoll tal-injam u ghandu salib bix-xbieha tal-kurcifiss li jqanqal devozzjoni kbira. Huwa tabilhaqq xoghol artistiku kbir.


Zar il-kampnari li qeghdin fiz-zewgt ignub tal-faccata tal-knisja. Dak tan-naha tal-lemin ghandu zewg qniepen li jsejhu lill-fidili. Dak tan-naha tax-xellug tal-knisja ghandu arlogg b’minutieri li jimmarkaw is-sighat u l-kwarti b’zewg qniepen b’tokki partikulari u maghzula. Instab li l-qanpiena li ddoqq il-kwarti kienet bil-hsara. Ghalhekk l-Illustrissimu u Reverendissimu Sinjur Vizitatur ordna li din tissewwa fl-iqsar zmien possibbli.


Zar is-sagristija li tinsab fuq in-naha tax-xellug tal-kor u sab li hi mizmuma b’mod xieraq.


Osserva bir-reqqa l-ghamara li fiha jintrefghu l-ilbiesi qaddisa ta‘ din il-knisja. Mghammra tajjeb u kif xieraq. Il-Wisq Rev. Sinjur sab li l-ghamara hi mizmuma tajjeb kif ukoll huwa mizmum tajjeb dak kollu li jintrefa’ f’din l-ghamara.


Ra r-registru tal-pizijiet tal-quddies u l-ktieb li fih jitnizzel it-twettiq tal-pizijiet tal-quddies, kif ukoll il-festi ta’ din il-knisja. Resaq dak il-hin ir-Rev. Kappillan Gwann Anglu Sammut u wera r-registrazzjonijiet kollha tal-pizijiet tal-quddies, tal-festi, kif ukoll pizijiet ohrajn li ghad iridu jitwettqu f’din il-knisja. Peress li kollox hu mizmum sewwa, kollox ghandu jibqa’ jinzamm kif inhu.


Registrazjoni tal-obbligi tal-Veneranda Lampana tal-Knisja Parrokkjali tar-Rahal tal-Musta


Fl-atti tal-manifku nutar Giovanni Pawlu Fenech, bid-data tal-14 ta’ Mejju 1654, pagna 7, Duminku Vassallo, iben Marjanu, halla kollox lill-Veneranda Lampana tal-Musta b’obbligu li ta’ kull sena, u ghal dejjem, taghzel u tghin gharusa li tizzevvweg nhar il-festa tat-Tlugh Glorjuz tal-Beata Vergni Marija. Aktar minn hekk, b’obbligu li jrid ikun imwettaq ghal dejjem, jitqaddsu tliet quddisiet f’jum il-festa tat-twelid tas-Sinjur taghna Gesu Kristu u quddiesa ohra li titqaddes nhar il-festa tat-Tlugh fis-Sema tal-Beata Vergni Marija.


(p.12) Fl-atti tal-manifku nutar Bartilmeo Mangion bid-data tal-14 ta Marzu 1708, is-sinjur Giovanni Sammut, iben Duminku, halla lill-Veneranda Lampana bicca art f'Tal Cheni (Tal-Keni), fix xaqliba della Tiurba (Tat-Torba), kif ukoll dar li tinsab fir-rahal tal-Musta b'obbligu li wiehed minn tlieta mid-dhul taghha u mill-bejgha tal-ghalqa jitqassam lill-foqra tar-rahal, u t-tnejn mit-tlieta l-ohra jintefqu fil-htigijiet tal-knisja.


Fl-atti tal-manifku nutar Duminku Conti bid-data 2 ta Marzu 1641, Giorgju Muscat halla b’wirt lill-Veneranda Lampana bicca art. hekk imsejha Ta’ Jannar biex kull nhar ta’ Gimgha titqaddes quddiesa wahda b’tifkira tal-passjoni tas-Sinjur taghna fl-artal iddedikat lil Santa Marija tal-Grazzji. Min jiehu hsieb, ikompli jqassam il-bejgha ta' din il-bicca art lill-foqra tar-rahal.


Fl-atti tal-manifku nutar Giovanni Pawlu Fenech bid-data tas-7 ta Mejju 1644, Damjan Bonnici, iben Veida, halla lill-Veneranda Lampana bicca art maghrufa bhala c-cens Ta ' Giegiu (Ta Giegu), b’obbligu dejjiemi li titqaddes quddiesa letta kull nhar ta' Hadd u nhar il-festi kmandati fi sbieh il-jum biex ikun moqdi ahjar il-poplu.


Fl-atti tal-manifku nutar Giovanni Maria Sammut bid-data tal-20 ta’ Gunju 1720 ir-Rev. Sinjur D. Duminku Mifsud, allura kappillan tan-Nascari, ihalli b’titlu ta' legat lill-Veneranda Lampana taghna s-somma flus ta’ 60 onsja16 (li jsarrfu 36 skud) li bihom tista’ jew tixtri propjeta, jew inkella jibqghu assi likwidi, b'obbligu li ghal dejjem tfakkar zewg anniversarji. Wiehed, jum il-mewt tas-Sinjur li qieghed ihalli l-legat, li fil-fatt sehhet f’Mejju 1722, u anniversarju iehor f’gheluq it-tmint ijiem mill-Ghid tal-Imwiet. F’dawn il-jiem ikunu ccelebrati quddies lett skont l-elemozina Sinodali. Dawn l-obbligi ma jaqbzux wiehed minn tlieta tad-dhul. Iz-zewg terzi l-ohra jintefqu skont il-htigijiet tal-knisja.


Fl-atti tal-manifku nutar Mikiel Dalli bid-data tal-21 ta’ Marzu 1656 jidher is-sinjur Sebastiano Busuttil, iben Pietru mill-Belt Valletta, li halla bhala werrieta (dan wara il-mewt ta’ martu Maddalena) lill-knisja parrokkjali tal-Musta u lill-Fratellanza tal-Karita li tinsab fil-knisja parrokkjali ta’ San Pawl tal-Belt id-dhul kollu li jhalli l-gid tieghu, ta’ bejn wiehed u iehor kapital ta’ 850 onsja, li jrendu dhul ta’ tmienja fil-mija kif ukoll dar li qieghda fil-Logga tal-Kavallieri, u tinsab imnizzla fl-atti supplimentari tat-testment tad-9 t’April 1636, li sar mill-istess imsemmi donatur testmentarju fejn iddikjara l-knisja parrokkjali tal-Musta (p.13) bhala werrieta. Nofs id-dhul bhala obbligu dejjiemi, li jsarrfu ghaxar skudi, ikun ghall-bzonnijiet tal-knisja u l-bqija tan-nofs l-iehor, ta’ kull sena, jinghata bhala dota lill-gharusa l-aktar fqira li tkun toqghod fir-rahal tal-Musta, maghzula ta’ kull sena minn prokuratur mahtur mill-knisja, li mbaghad ikun mehtieg li tizzewweg f'din il-knisja jew fil-festa tal-Purifikazzjoni tal-Madonna jew tal-Assunzjoni jew f’tar-Ruzarju. Jidher li dan il-legat kien ilu s-snin sewwa b’xi mod ma jitwettaq.


Fit-8 ta’ Gunju 1653 fl-atti tal-Viztatar-rahal tal-Musta mill-Wisq Reverendissimu u qatt minsi Monsinjur Michele Giovanni Balaguer Camarasa, Bartolomeo jew Bertu Busuttil, iben Mariano, halla lill-knisja mibnija minnu stess iddedikata lit-Tlugh fis-Sema tal-Beata Vergni li tinsab f’Andar el blat (Duramblat), self finanzjarju ta’ 15-il sena favur Tumas Fenech, kif ukoll kapital ta’ hames onsji (li jsarrfu tliet skudi Maltin) b’obbligu li nhar il-festa tat-Tlugh fis-Sema jitkanta l-ewwel ghasar u titqaddes quddiesa kantata. F’kaz ta’ htiega ta’ xi tibdil, din tghaddi taht it-responsabilita tal-prokuratur tal-Veneranda Lampana tal-Musta bl-obbligu li twettaq dan il-piz, u f’kaz li jkollu jsir xi tibdil f’dan l-obbligu ghandu jitwettaq permezz tal-kappillan li bhalissa hu Dun Guzepp Luqa Mamo kif inkiteb mill-kancillier ta’ din il-vizta.


Fil-11 ta’ Jannar 1738, fl-atti tal-manifku nutar Bartolomeo Mangion, il-Wisq Rev Sinjur Dun Lawrenz Abela, li hu kappillan ta’ din il-celebri knisja tal-parrocca tal-Musta, halla b’wirt lill-Veneranda Lampana bicca art li tinsab fir-rahal ta’ Hal farrug (Hal Farrug), b’obbligu dejjiemi li kull nhar il-festa ta’ San Lawrenz Martri jitkanta l-ewwel ghasar u titqaddes quddiesa kantata solenni.


Hekk ukoll fl-istess atti, u l-istess imsemmi sinjur kappillan, halla bicca art maghrufa bhala ta’ Guisep (Ta’ Guzepp) li tinsab fix-xaqliba ta' Hal Mei (Hal Mej) kif ukoll dar qrib taghha, maghrufa bhala ta’ Bronica (Ta’ Bronika) fir-rahal tal-Musta, b’obbligu dejjiemi li ta’ kull sena jitfakkru hdax-il anniversarju, jigifieri hames quddisiet li wahda minnhom tkun kantata u l-erbgha l-ohra letti. L-ewwel b’suffragju ta’ missieru, Giovanni Pietru Abela. It-tieni t'ommu Marija. It-tielet ta’ huh Dun Duminku Abela. Ir-raba’ t’ohtu Agatuccia, mart Martin Agius. Il-hames tifkira tan-neputi tieghu, it-tabib Guzeppi Agius, u l-bqija.17 Minn dan id-dhul imsemmi, il-prokuraturi tal-Venerada Lampana ghandhom jiehdu skud kull wiehed ta' kull sena bhala hlas tax-xoghol u t-tahbit taghhom (p.14) biex jitwettqu dawn is-suffragji. Dan kif jidher fit-testment supplimentarju li jinsab fl-atti tan-nutar imsemmi nhar it-8 ta' Jannar 1742.


Hekk ukoll fit-testment imsemmi tat-8 ta Jannar 1742, l-imsemmi Sinjur kappillan halla l-propjeta u d-dhul mill-kirjiet taghhom ta’ kull sena lill-Venerada Lampana, li jikkonsistu fi djar b’gardina maghhom li jinsabu fir-rahal tal-Musta. Halla wkoll zewg irziezet li jinsabu fil-gzira ta’ Gozzo (Ghawdex) li huma moghtija b'cens perpetwu lil Gorg Attard mill-imsemmi sinjur permezz tal-kitba tan-nutar Bartilmeo Mangion fit-28 ta Jannar 1735, b’obbligu li l-Veneranda Lampana ticcelebra quddiesa letta darba fil-gimgha. Il-hin, il-knisja u l-artal maghzula fejn titqaddes jaqghu taht l-ghazla tac-celebrant. Il-quddiesa tkun iccelebrata skont ix-xewqat tal-imsemmi testmentarju, jigifien ghar-ruhu kif ukoll b'intenzjoni ta' mahfra ghal dnubietu.


Obbligi tal-Fratellanza tas-Santissimu Ruzarju


Nhar it-2 ta' Marzu 1612 fl-atti tan-nutar Mario Attard, is-sinjur Costanzo Fenech halla b’wirt lill-Veneranda Fratellanza tas-Santissimu Ruzarju bicctejn art: wahda maghrufa bhala il Giza (il-Giza) u l-ohra ta’ Verrero (Ta’ Verrero), kif ukoll dar b’gardina maghquda maghha, flimkien ma’ hafna gid fiskali b’obbligu li ta' kull sena, u ghal dejjem, il-prokuratur flimkien mal-kappillan jaghzlu xebba gharusa li tkun ta’ nislu, jew inkella wahda mill-ifqar fir-rahal tal-Musta, bi ftehim li trid tizzewweg fuq l-artal tar-Ruzarju f’jum il-festa, u jghaddulha jew valur ta’ ghaxar onsji, jigifieri sitt skudi Maltin f’affarijiet ta’ dota, jew inkella tmien onsji, jigifieri kwazi hames skudi Maltin fi flus kontanti. Barra dan, tintrabat li titqaddes quddiesa letta kull nhar ta’ Sibt kull gimgha fl-istess artal kif ukoll quddiesa letta fil-festa tat-Tlugh fis-Sema tal-Madonna.


Fl-atti tan-nutar Giovanni Pawlu Fenech bid-data tal-25 t’Awissu 1661, Mario Sammut halla b’wirt lill-Veneranda Fratellanza post b’gardina mieghu li jinsab f’tarf ir-rahal tal-Musta kif ukoll bicca art maghrufa ta’ Birmiftuh (Ta’ Bir Miftuh), b’obbligu li ta’ kull gimgha, u ghal dejjem, jitqaddes quddies lett fuq l-artal imsemmi kull nhar ta’ Tnejn, kull nhar t’Erbgha u kull nhar ta’ Sibt. Fl-atti tas-27 ta’ Dicembru 1712, Margerita, mart Mario Sammut, bis-sahha ta’ legat, halliet bicca art ohra maghrufa il marg tal Carbuni (il-Marg tal-Karbuni) biex mill-bejgha ta’ din il-bicca raba’ l-prokuraturi ta’ din il-fratellanza jinghatalhom tal-anqas skud fis-sena ghall-hidma taghhom.


(p.15) Fl-atti tan-nutar Pietru Borg tas-6 ta’ Frar 1623, Bendo Cauchi halla bicctejn art qrib xulxin hafna lill-Veneranda Fratellanza, li jinsabu wahda f’Ittaflia (It-Taflija) u l-ohra el Lamria(il-Lamrija) fix-xaqliba ta’ Rasel Uuied (Ras il-Wied), li huma mqabbla ghal hlas ta’ tnax-il uqija ta’ kull sena u perpetwi biex permezz ta’ dan id-dhul, il-prokuratur tal-artal ta’ Santu Rokku, li jinsab fil-knisja parrokkjali tar-rahal tal-Musta, jixghel il-mixeghla tal-lampier ad unur l-istess qaddis.


Fl-atti tan-nutar Giovanni Pawlu Fenech tad-29 ta’ Marzu 1640, is-sinjur Damjan Bonmci, iben Veida, halla lill-imsemmija Fratellanza bicca raba’ maghrufa bhala tal Chihadi (Tal-Qaghdi), kif ukoll art baghlija maghrufa il Marg (il-Marg), bil-kundizzjoni li mid-dhul ta’ din il-propjeta l-prokuraturi tal-imsemmija fratellanza jzommu onsja, jigifieri seba’ rbajja’, ta’ kull sena ghalihom, u bil-bqija tal-flus li jibqa’ l-prokuraturi ghandhom jissussidjaw, kull sentejn, id-dota ta’ xebba gharusa fqira minn dan ir-rahal li tkun se tizzewweg fuq l-artal maggur ta’ din il-knisja parrokkjali nhar il-Festa tat-Tlugh fis-Sema tal-Madonna.


Hekk ukoll l-istess Fratellanza ghandha f’idejha post t’abitazzjoni kif ukoll razzett, maghrufa ta’ Ciaula (Tac-Cawla), f’tarf ir-rahal, illum moghtija b’cens emfitewtiku lil Giovanni Galea, imlaqqam tal-Mando, b’kirja t’ghoxrin onsja kull sena. Dan fl-atti tal-manifku nutar Bartolomeo Mangion tal-14 ta’ Lulju 1720.


Fl-atti tal-manifku nutar Bernardo Azzopardi tat-30 ta’ Lulju 1626, is-sinjur Heronimo Habeiera, iben is-sinjur Pietru, halla lill-Veneranda Fratellanza razzett li jinsab fuq in-naha ta’ San Paolo il Mintichi (San Pawl Milqghi). Dawn gew mghoddija lill-imsemmija Fratellanza mill-imsemmi donatur biex iserrah il-kuxjenza tieghu, u biex jitwettqu l-ghanijiet u l-aspirazzjonijiet, x’aktarx ibsin, taghha.


Hekk ukoll ghandha post t’abitazzjoni maghruf bhala ta’ Sultan (Ta’ Sultan).


Il-fratellanza ghandha kapital kurrenti ta’ 222 onsja u tnax-il onsja ohra, jigifieri bejn wiehed u iehor 134 skud u 12-il skud iehor.


Obbligi tal-Fratellanza tas-Santissimu Sagrament


(p.16) B'digriet tal-Wisq Illustrissimu Monsinjur Cocco Palmieri fl-atti tal-vizta pastorali ta' Marzu 1709 fil-knisja parrokkjali tar-rahal tal-Musta, l-imsemmijja fratellanza ghandha zewg ishma ta’ bicca raba' maghrufa ta’ Richaja (Ta' Rqajja’) fix-xaqliba maghrufa bhala ta’ Santa Katarina b'obbligu li ta' kull sena jitqaddsu zewg quddisiet fl-istess jum tul erbghin sena shah li bdew jitwettqu mis-sena 1709. Dan skont l-obbligu mholli li halliet is-sinjura taghha Margerita, mart Salvu Galea, fl-atti tal-manifku nutar Guzeppi Gatt bid-data tat-8 ta' Dicembru 1694 kif imnizzel fir-registru tal-bejgh.


Fil-15 t'April 1626 fl-atti tan-nutar Bernardo Azzopardi, Leonadu Sammut, iben Agostino, halla lin-neputih bl-istess isem ta' Leonardu Sammut hanut li jinsab taht il-knisja parrokkjali, b'obbligu dejjiemi li kull nhar ta’ Sibt jaghti ftit zejt biex bih tinxteghel l-imnara tas-Santissimu Ruzarju tar-rahal tal-Musta. Dan il-hanut tul il-mixja taz-zmien gie f'idejn Giovanni Maria Cuschieri li fit-testment tan-nutar Bartilmeo Mangion tal-1737 ghaddieh b titlu ta’ legat lill-imsemmija fratellanza b'obbligu li zzomm mixghula l-imsemmija mnara kif imfisser diga.


Obbligi tar-Reverendu Kappillan tal-lum tal-Musta huma rregistrati fl-atti tan-nutar Pawlu Fenech bid-data tat-13 ta' Dicembru 1649 li fihom Margerita, mart Benedittu Gauci, fit-testment taghha halliet lis-Sur Kappillan t’issa bicca art maghquda mal-post fejn joqghod kif ukoll gnejna maghrufa el hofra (il-Hofra), jew il Gineina (il-Gnejna) li trodd wejba qamh bil-piz li tkun iccelebrata ghal dejjjem quddiesa ta’ kull sena.


Beni fissi u obbligi tal-artal ta’ San Guzepp


Fl-atti tan-nutar Guzeppi Gatt bid-data tas-6 ta’ Gunju 1709, Giovanni Maria Bonello halla lill-imsemmi artal, gardina maghrufa bhala ta’ Fercun (Ta’ Ferkun) f’tarf ir-rahal tal-Musta, bl-obbligu li nofs id-dhul mill-bejgha taghha jsir quddies lett tul din is-sena, b’elemozina ghal kull quddiesa ta’ ghaxar grani aktar mill-elemozina obbligatorja. Bin-nofs l-iehor jithallsu l-htigijiet ta’ dan l-artal. Il-prokuratur ta’ dan l-artal, kull hames snin, jithalla jonfoq skont kif ihoss hu l-bejgha kollha ta’ sena. Barra hekk, kull ghaxar snin jiddisponi hu mill-bejgha ta’ sentejn biex bihom jirranga u jsewwi dak kollu mehtieg f’din il-gardina biex hekk dejjem tibqa’ fl-istat u l-kundizzjonijiet tajbin li tinsab fihom (p.17) issa. Dan isehh wara l-mewt ta' huh Salvu Bonello, li allura sehhet nhar it-30 t’April 1725.


Ghandha wkoll dar imdaqqsa li tinsab fit-tarf tan-Nascari fix-xaqliba maghrufa ta’ San Gwann Battista li hi moghtija b’cens lil ...(dettall nieqes) b'kera ta’ hdax-il onsja kull sena.


Ghandha wkoll fiskali likwidi ta’... (dettall nieqes) onsja.


Kapital fiss u obbligi tal-artal tal-Grazzja


Ghandu gardina b’dar imdaqqsa maghha li tinsab f’tarf ir-rahal li huma mhollija lill-imqaddes artal minn ... (dettall nieqes) bl-obbligu tal-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa letta nhar il-festa tat-Twelid tal-Madonna.


Ukoll fl-atti tal-manifku nutar Giovanni Pawlu Fenech bid-data tad-9 ta’ Settembru 1673, is-sinjura Grezzja, mart Giovanni Maria Agius, halliet b’wirt lill-imqaddes artal bicca raba’ maghrufa bhala c-cens ta’ Bieba (Ta’ Bieba) fix-xaqliba ta’ hal dimech (Hal Dimag jew Dimekk), b’obbligu li l-imqaddes artal jiccelebra tmien (quddisiet letti) mid-dhul ta’ din l-art. Bi dhul li jibqa jkunu ccelebrati tant quddies lett fuq dan l-artal skont l-elemozina. Biss wahda minnhom trid titqaddes fil-kappella tal-kampanja ta’ San Pawl l-Eremita f’jum il-festa tieghu. Din il-bicca raba’ hi moghtija b’cens enfetewtiku lill-kjeriku mizzewweg Guzeppi Farrugia ghal 99 sena.


Ghandu wkoll assi likwidi ta’ 35 onsja, jigifieri 21 skud Malti.


Assi fissi u obbligi tal-artal ta’ San Pawl


Fl-atti tal-manifku nutar Guzeppi Callus bid-data tal-10 t April 1710, is-sinjur Giovanni Maria Camilleri, iben Giovanni Pawlu mill-Musta, ghadda b’donazzjoni li ma tistax tintalab lura lill-artal ta’ San Pawl bicca raba maghrufa bhala il Ginien (Il-Gnien) fix-xaqliba tal Hobla (Tal-Hobla), jew tan-Nunzjata, li hi moghtija b’cens ghal mitt sena mill-istess sinjur donatur lill-Imghallem Publiju Galea, kif irregistrat fl-atti tan-nutar Duminku Pace bid-data tal-11 ta Mejju 1708, b’obbligu li jsir l-ewwel ghasar u quddiesa kantata nhar il-festa (p.18) tal-Konverzjoni tal-glorjuz Appostlu kif ukoll panigierku ta’ tifhir lill-istess qaddis.


Biex jithallsu l-ispejjez ghaz-zamma tal-artal, l-istess Giovanni Maria darba ohra kien halla roqgha art maghrufa tac-cens li tinsab tix-xaqliba ta’ faccioli (Ta‘ Faccoli).


Fl-atti tal-Vizta Pastorali tal-Illustrissimu u qatt minsi Monsinjur Isqof Molina nhar it-8 t'Ottubru 1679 hemm irregistrata ghotja lil dan l-imqaddes artal t’assi likwidi t’ghaxar uqijiet imhollija fl-atti tan-nutar Baldassare Vitale, li mbaghad ghaddew mis-sinjur Giovanni Maria bis-saliha ta digriet tal-qatt minsi Monsinjur Isqof Cocco Palmieri fl-atti tan-nutar Giovanni Duminku Pace bid-data tal-25 ta'Mejju 1711.


Ghandu wkoll kapital likwidu ta'... (dettall nieqes) onsji.


Obbligi ta’ Sant Antnin ta’ Padova


Fl-atti tan-nutar Giovanni Paolo Fenech bid-data tal-14 ta’ Settembru 1660, u dak tal-14 ta’ Dicembru 1660, is-sinjur Gorg Galea halla assi likwidi t’erba’ onsji, jigifieri zewg skudi u nofs, ghall-imqaddes artal ta’ Sant Antnin b’obbligu li jitqaddsu ta’ kull sena, u ghal dejjem, erba’ quddisiet letti ghal ruhu f’jum il-festa tal-istess qaddis u tul it-tmint ijiem ta’ wara.


Obbligi tat-Tezorerija


Fl-atti tan-nutar Bartolomeo Mangion bid-data tas-26 ta’ Mejju 1729, is-sinjur sacerdot Dun Duminku Pace halla b’suffragju ghall-erwieh tal-purgatorju dar u hanut imiss maghha li jinsab fir-rahal tal-Musta biex bid-dhul minnhom, tul ghoxrin sena, jitfakkru zewg anniversarji: wiehed ta’ Xmun Pace u l-iehor ta Clementia Pace, omm u missier l-istess donatur. F’dawn l-anniversarji titqaddes quddiesa kantata fil-kor skont l-uzanzi komuni. Jiccelebraw ukoll l-anniversarju tal-istess imsemmi testmentatur, u dan ghal dejjem, li fih jiehdu sehem is-sacerdoti kollha tal-Musta billi kulhadd iqaddes quddiesa letta. Mid-dhul li jifdal isiru l-manutenzjoni u t-tibdil mehtieg fid-dar imhollija.


Obbligi tas-Santissimu Vjatku


(p.19) Fl-atti tan-nutar Bartilmew Mangion tal-14 ta’ Jannar 1716, Pawlina, armla tas-sinjur Giovanni Mamo, halliet b wirt gardina maghrufa Hain Fargia (Ghajn parga) li hu moghti b’cens ta’ 51 sena fl-atti tas-6 ta’ Dicembru 1715, b’obbligu li nofs id-dhul tieghu ta tliet onsji, jigifieri kwazi zewg skudi fis-sena, jintefqu f’beneficcji tas-Santissimu Vjatku, waqt li bin-nofs l-iehor isir quddies skont l-elemozina kull wahda b’suffragju ghal ruhha.


Hemm obbligi ohrajn li jigu mwettqa f’dan l-artal imsemmi.


Hemm ukoll quddiesa kull gimgha li ssir b’devozzjoni mis-sinjur Guzeppi Sammut kif miktuba fl-atti tal-manifku nutar Bemardu Azzopardi tal-jum tat-8 ta’ Dicembru 1629, li biex issehh ix-xewqa tieghu halla bicca art li tinsab fix-xaqliba ta’ hal Dimech u hi maghrufa bl-istess isem. Din kienet mixtrija mis-sacerdot Dun Gwann Maria Galea kif irregistrata fl-atti tan-nutar Pawlu Fenech nhar it-23 ta’ Jannar 1654, u wara ghaddiet ghand is-sacerdot Dun Anton Galea minn dan ir-rahal. Dejjem mixtrija b’dan l-obbligu msemmi marbut maghha.


Hemm ukoll obbligu ta’ tmien quddisiet kull sena li jitqaddsu f’jiem is-Sibt kif imholli minn Marija, mart Duminku Zarb, fl-atti tal-manifku nutar Gwanni Pawlu Fenech nhar l-20 ta’ Lulju 1652. Biex jitwettqu kompliet ziedet kapital ta’ hames onsji, jigifieri tliet skudi.


Ukoll il-piz tac-celebrazzjoni ta’ tant quddies ta’ kull sena, u ghal dejjem, bi hlas ta’ elemozina ta’ zewg tari kull quddiesa kemm issarraf is-somma shiba ta’ wahda minn tlieta ta’ 29 sehem li hi tal-Veneranda Lampana, li s-sehem kollu taghha mid-dhul kollu jammonta ghal ghaxart elef skud f’assi likwidi. Is-sacerdot Dun Vincenz Attard halla dan lill-knejjes kollha parrokkjali ta’ Malta kif irregistrat fl-atti tan-nutar Aloysio dello Re fejn nizzel li ried ihalli wiehed minn tlieta tal-gid kollu tieghu ghall-htigijiet u ghas-servizz ta’ din il-knisja Parrokkjali.


Obbligu iehor hu ta’ quddiesa kull nhar ta’ Hadd u ghoxrin quddiesa ohra li ghandhom jitqaddsu fuq l-artal titulari ta’ din il-knisja parrokkjali ta’ kull sena f’dawn il-festi partikulari hawn imnizzla, kull quddiesa hekk mixtieqa. lt-2 ta’ Frar, festa tal-Purifikazzjoni. Ohra fil-25 ta’ Jannar, il-festa tal-Konverzjoni ta’ San Pawl. Quddiesa ohra nhar l-10 ta’ Frar, il-festa tal-Wasla ta San Pawl Appostlu. Quddiesa ohra nhar l-24 ta’ Frar, festa ta’ San Mattija Appostlu.


(p.20) Quddiesa ohra fil-25 ta’ Marzu, jum il-festa tat-Thabbira tal-Beata Vergni Marija. Quddiesa ohra nhar l-1 ta’ Mejju, festa tal-qaddisin Appostli Filippu u Gakbu. Quddiesa ohra nhar l-24 ta' Gunju li tahbat il-festa tat-Twelid ta’ San Gwann Battista. Quddiesa ohra nhar id-29 ta Gunju, festa tal-Appostli San Pietru u San Pawl. Quddiesa ohra nhar it-2 ta’ Lulju li tahbat il-festa tal-Vizitazzjoni tal-Beata Vergni Marija. Quddiesa ohra nhar il-25 ta’ Lulju, festa ta' San Gakbu Appostlu. Quddiesa ohra nhar il-15 t’Awwissu, festa tat-TIugh fis-Sema tal-Beata Vergni Marija. Quddiesa ohra nhar l-24 t’Awwissu, festa ta’ San Bert Appostlu. Quddiesa ohra nhar it-8 ta’ Settembru, festa tat-Twelid tal-Beata Vergni Marija. Quddiesa ohra nhar il-21 ta' Settembru, jum San Mattew Appostlu. Quddiesa ohra fit-28 t’Ottubru, jum l-Appostli San Xmun u San Guda. Quddiesa ohra f'jum il-21 ta' Novembru msejjah il-Prezentazzjoni tal-Beata Vergni Marija. Quddiesa ohra nhar it-30 ta' Novembru, festa ta’ Sant Andrija Appostlu. Quddiesa ohra nhar it-8 ta' Dicembru, festa tal-Kuncizzjoni tal-Beata Vergni Marija Immakulata. Quddiesa ohra nhar il-25 ta Dicembru, l-Ghid tat-Twelid tas-Sinjur taghna Gesu Kristu. Waqt li l-quddiesa li baqa’ tkun nhar is-27 ta' Dicembru, festa ta' San Gwann Appostlu u Evangelista. Dan b'devozzjoni kbira tal-qassis Dun Gwann Mangion, skont kif miktub fl-atti tan-nutar Guzeppi Gatt ta' nhar l-1 ta’ Marzu 1697, li dawn kollha mnizzla fih kif ukoll legati b’risq il-knisja filjali ta' San Anard li biex jitwettqu halla bicca art li tinsab fuq ix-xaqliba tal-knisja tal-kampanja ta’ Sant Andrija ta’ Hal dimech, maghrufa bhala c-cens ta’ Hal pissa (Hal Pissa), bicctejn art ohra li jinsabu hdejn xulxin li jinsabu fix-xaqliba ta’ Sant Andrija: wahda maghrufa landar (l-Andar) u l-ohra la lenza (il-Lenza). Halla bicca art ohra li tinsab fix-xaqliba ta' dell’Ghiven (Tal-Gifen), maghrufa bl-istess laqam. Bicca art ohra li tinsab fix-xaqliba tal-Uardia (Wardija), maghrufa del Nahal (tan-Nahal). Bicca art ohra li tinsab fix-xaqliba tal –Uardia (Wardija), maghrufa del Misierah (Tal-Imsierah), u bicca art ohra li tinsab fl-istess xaqliba tal-Uardia maghrufa landar (l-Andar). L-ewwel propjetarji kienu n-nutar Bartolomeo Mangion u Tereza Mangion, martu. Gwanni Cachia hu l-eredi tal-fondazzjoni mhollija minn Dun Gwann.


Hemm ukoll piz ta’ quddiesa fl-aktar jum opportun fil-bidu ta’ kull xahar imhollija b'imhabba kbira minn Margerita, mart Salvu Galea, fl-atti tan-nutar Guzeppi Gatt ta' nhar it-8 ta’ Dicembru 1694, li biex titwettaq ix-xewqa taghha halliet bicca art fix-xaqliba della Hocba (Tal-Ghogba), faccata tan-Nascari, fejn insibu li l-ewwel propjetarju kien is-sacerdot Dun Gwann Maria Buttigieg minn dan ir-rahal tal-Musta.


L-artal qaddis tal-Beata Vergni Marija tal-Grazzji


(p.21) Hemm ukoll piz ta’ zewg quddisiet kull xahar li jsiru kull nhar t’Erbgha u Sibt. Liema gimgha hi fl-ghazla tac-celebrant. Bernardinu Mangion, b’qalb kbira, halla kif miktub fl-atti tan-nutar Gwanni Pawlu Fenech ta’ nhar is-17 ta’ Jannar 1657 bicctejn art li jinsabu fix-xaqliba ta’ hal dimech (Hal Dimech), maghrufa del Ginien (tal-Gnien), li fil-bidu kienu propjeta tan-nutar Bartolomeo Mangion u martu Tereza, u issa ta’ Guzeppi Cachia. Dan biex jitwettaq dan il-piz, kif ukoll piz iehor ta’ zewg quddisiet li jridu jitqaddsu fil-knisja filjali ta’ San Anard, kull xahar, kull nhar t’Erbgha jew Sibt.


Dmirijiet ta’ festi


F’din il-knisja ghandha tkun imfakkra l-festa ta’ San Pankrazju nhar id-19 ta’ Lulju bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa kantata. Dan ghax ix-xbieha tieghu ngiebet ghall-knisja parrokkjali mill-knisja ddedikata lilu li kienet ipprofanata. Din il-knisja kienet tinsab fix-xaqliba di Buseudien (Ta’ Busewdien). Biex jiwettaq dan il-piz hemm post bid-djar mieghu li jinsab f'Terra Zebbug (Haz-Zebbug) li l-ewwel propjetarju kien il-qassis Dun Pietru Pawl Zammit, zebugi (Zebbugi). Dan il-piz hu msemmi fil-kitba tan-nutar Lawrenz Gatt kif ukoll imsemmi minn Imperia Mula fl-atti tan-nutar Gwanni Falzon bid-data tal-24 t’Awwissu 1587, flimkien ma’ piz iehor ukoll ta’ quddiesa letta fix-xahar kull nhar ta’ Hadd li ried li ssir is-sinjur Fabrizju Testaferrata, kif imnizzla fir-raba’ att tal-vizta pastorali tal-qatt minsi Isqof Balaguer nhar it-30 t’April 1660. Biex titwettaq din ix-xewqa thalla razzett li jinsab fuq ix-xaqliba della Guardia (Ta Gwardja), maghruf bhala di Buseudien, li fil-bidu kien propjeta ta Fabrizju Testaferrata u mbaghad ghadda ghand in-neputi z-zghir tieghu. Din il-propjeta kienet trasferita minn din il-kappella ghall-knisja.


Hekk ukoll il-festa ta’ Santa Margerita Vergni u Martri fl-20 ta’ Lulju bl-ewwel ghasar u quddiesa letta. Dan ghax il-pittura taghha giet trasferita mill-kappella qadima taghha li kienet ipprofanata ghall-knisja parrokkjali. Kienet tinsab fix-xaqliba ta’ Chadit del Gharruch. Ghal dan il-ghan thalliet bicca art li fuqha stess kienet mibnija din l-istess kappella pprofanata li kienet propjeta b’wirt ta’ Marija, mart Luqa Mifsud, mir-rahal tal-Gharghur.


Hekk ukoll il-festa ta’ San Lawrenz Martri bl-ewwel ghasar u quddiesa kantata.


(p.22) Dan ghax l-ikona tieghu kienet trasferita mill-kappella qadima tieghu li kienet ipprofanata ghal din il-knisja parrokkjali. Kienet qieghda fix-xaqliba di Venezia (Ta' Vnezja). Biex tkun tista' ssir din il-festa kienet imtiollija bicca art fuq ix-xaqliba tal-istess naha di Venezia (Ta' Vnezja). Din kienet propjeta tal-kjeriku Pietru Tabone mill-belt Vittoriosa.


L-Illustrissimu u Reverendu Sinjur, biex ikun zgur li dawn il-pizijiet qeghdin jitwettqu, talab li jitressaq il-ktieb li fih jitnizzlu l-funzjonijiet liturgici, u wara li flieh, sab li kollox kien sew u talab li din il-kitba titkompla, u fih b’ghaqal kbir u b'reqqa mitluba jitnizzel kull piz.


Fl-istess jum wara nofsinhar


Il-Wisq Reverendu Isqof Alpheran De Bussan, Isqof ta’ Malta, flimkien mal-konvizitaturi tieghu mmexxija mill-Wisq Reverendu Dun Anton Gourgion, Vigarju Generali, u mill-Wisq Reverendu Dun Albino Portughes, akkumpanjat mill-kleru liebes ilbies sagru, mexa lejn il-bieb tal-knisja parrokkjali u ta bidu ghall-kant tal-ewwel ghasar. Wara t-tmiem tieghu, liebes l-ilbies pontifikali, amministra s-sagrament tal-Grizma tal-Isqof lil mitejn u wiehed u tmenin tifel u tifla. Wara li nehha l-paramenti sagri, bl-ilbies ordinarju, akkumpanjat mill-kleru u mill-konvizitaturi, kompla jzur il-knejjes u l-ewwel:


Zjara lill-Knisja filjali ddedikata lil Sant Anton Abbati


Zar il-knisja filjali ddedikata lil Sant Anton Abbati li tinsab fir-rahal mibnija fi stil sabih b’saqaf bil-hnejjiet, mizmuma tajjeb hafna. Ghandha zewg bibien li minnhom, il-principali li qieghed fil-faccata, ghandu fuqu salib tal-gebel u fuq il-hnejja tieghu hemm kampnar b’qanpiena wahda fih. Ghandha artal tal-gebel bi hnejja fuqu. L-artal ma jonqsu xejn u armat kif xieraq ghas-sagrificcju tal-quddiesa, ghalkemm il-htigijiet tieghu huma meqjusa.


Il-pittura mwahhla mal-hajt u mdawra bi gwarnic mizbugh juri x-xbieha tal-qaddis titulari. Mal-hajt fuq l-ikona hemm imhazzez: D.O.M. Din il-knisja ddedikata lil Sant Anton kienet mibnija mill-gdid kif ukoll imzejna minn Dun Salv Fenech u Florius Borg fis-sena tas-Sinjur 1667. Imdendel quddiem (p.23) l-artal hemm lampier maghmul minn tahlita ta’ comb u fidda b’imnara wahda li tinxteghel f’jiem partikulari bi spejjez tas-sacerdot Dun Gwann Sammut. Dan bis-sahha ta’ dar imhollija li tinsab ftit ’il boghod mill-istess knisja.


Il-festa tigi ccelebrata nhar is-27 ta’ Jannar bl-ewwel ghasar u quddiesa letta bis-sahha tal-qalb generuza ta’ Florius Borg. Marbuta maghha hemm piz ta’ quddiesa li tkun iccelebrata nhar ta’ festi kmandati kif ukoll kull nhar ta’ Hadd permezz tal-istess donazzjoni ta’ Florius Borg, li biex tkun tista’ tigi ccelebrata kemm il-quddiesa kif ukoll il-festa halla dar b’wirt hdejn l-istess knisja li bhala propjetarju taghha l-ewwel kien neputih, Gwanni Borg, li wettaq dan id-dmir kif jixhed ir-registra tal-quddies.


Il-prokuratur taghha hu l-qassis Dun Guzepp Darmanin.


Din il-knisja ghandha bicca art li tmiss maghha fuq in-naha tal-gharb jew ahjar lejn nofsinhar.


Il-Wisq Reverendu Sinjur amar l-intonatura mill-gdid tal-qanpiena.


Zjara lill-Knisja filjali ddedikata lil Santa Margerita Vergni u Martri


Zar il-knisja fil-kampanja ddedikata lil Santa Margerita Vergni u Martri li tinsab f’tarf dan ir-rahal tal-Musta, f’zona hekk imsejha Santa Margerita minn isem din il-knisja. Il-knisja l-qadima ddedikata lill-istess qaddisa kienet mibnija mill-gdid f’forma tawwalija b’saqaf bil-hnejjiet u arkati. Il-bieb li jhares fuq in-naha tal-punent ghandu fuqu salib tal-gebel. Madwar il-knisja hemm cimiterju kbir imdawwar b’hajt mizmum tajjeb hafna. Id-dhul tieghu jissakkar b’kancell tal-injam li fih, kif jinghad, hemm midfuna l-igsma ta’ hafna nies twajba li mietu bil-pesta li sehhet fis-sena 1592, kif jixhdu tajjeb ukoll skrizzjonijiet u hagriet ta’ tifkira l-aktar cari; tnejn minnhom jinsabu qabel il-bieb tal-knisja li fuqhom hemm imnaqqxa l-istemma, u fuq wahda minnhom hemm ukoll is-sena 1594. Il-knisja ghandha artal b’zewg targiet li hu tal-gebel mibni sabih hafna u ghandu dak kollu li hu mehtieg ghas-sagrificcju tal-quddiesa. Fuq il-mejda hemm skannel, jew indana ohra, tal-gebel li fuqha hemm sitt gandlieri tal-injam mizbugha kulur id-deheb u kurcifiss bix-xbieha ta’ Kristu msallab. Hu (p.24) mghammar ukoll bi htigijiet ohra. L-ikona tieghu turi x-xbieha titulari kif ukoll dik ta' San Bastjan fuq in-naha tal-lemin u dik ta’ Santu Rokku Konfessur fuq ix-xellug. Hi mwahhla mal-hajt u ghandha gwarnic tal-gebel. Quddiem l-artal hemm imdendel lampier, tahlita ta’ fidda u comb, b’imnara li jinxteghel f’jum is-Sibt.


Il-Wisq Reverendu Sinjur amar li l-artal ghandu jitkahhal mill-gdid biex ikun aktar sod u shih.


Il-festa tigi ccelebrata nhar l-20 ta' Lulju bl-ewwel ghasar u quddiesa kantata li thallas ghalihom l-istess knisja.


Ghandha piz ta' quddiesa letta ta' kull sena f’jum l-imsemmija festa biex tkun tista' issir flimkien mal-mixeghla tal-lampier. Ghac-celebrazzjoni tal-ewwel ghasar u z-zamma tal-istess kappella hemm imhollija bicca art li min-naha tal-Lvant tmiss mac-cimiterju li hi propjeta ta’ Frangisku Chetcuti mill-istess rahal tal-Musta.


Il-Wisq Reverendu Sinjur ordna biex fi zmien tmint ijiem jitwettaq dan il-piz, u li jekk dan il-piz ma jsirx, kollox imur ghand il-prokuratur tal-knisja parrokkjali waqt li ngibdet l-attenzjoni ta’ dan il-piz. Il-prokuratur hu mitlub jigbor bizzejjed flus biex iwassal dan il-piz ghat-twettiq tieghu.


Il-prokuratur u s-servjent ta’ din il-kappella hu Guzeppi Galea li b’imhabba jiehu hsieb din il-knisja li ghandha xehta li turi dieqa. Jaghmel xoghlu tajjeb. Hu mehtieg li l-hitan tac-cimiterju jinzebghu mill-gdid.


Il-Wisq Reverendu Sinjur waqt li libes l-istola ta’ kulur iswed ta l-assoluzzjoni lill-poplu kollu migbur hemm hekk.


Jum l-1 ta’ Gunju 1744


Il-Wisq Reverendu u Illustrissimu Fra Paolo Alpheran De Bussan, Isqof ta’ Malta, xewqan li jtemm il-Vizta Pastorali kompla biz-zjara tieghu lill-kappelli rurali akkumpanjat mill-Wisq Reverendu Dun Albino Portughese, kanoniku konvizitatur, li qieghed jghinu fl-istess jum, filghodu kmieni, bakkar lili, cerimonier u kancillier sieheb mieghu f’din il-vizita pastorali, u mill-ewwel bdew biz-zjara lill-Knisja ddedikata lil San Pawl l-Ewwel Eremita.


Zjara lill-Knisja fil-kampanja ddedikata lil San Pawl l-Ewwel Eremita


(p.25) Zar il-kappella rurali ddedikata lil San Pawl l-Ewwel Eremita li tinsab fil-limiti tal-knisja tat-Twelid tal-Beata Vergni Marija tal-Mellieha li qieghda fil-wied imsejjah Uuied il hasel (Wied il-Ghasel) fuq irdum gholi. Jekk thares min-natia t’isfel, il-knisja hi mohbija. Ghandha bieb wiehed li jhares lejn il-punent li minn fuqu johrog salib tal-gebel u fuq l-arkata tas-saqaf hemm kampnar. Il-binja ta’ din il-kappella tmur lura hafna snin. Fiha artal wiehed fil-fond taghha u hu mifrud mill-bqija tal-binja tal-knisja b’kancell tal-injam. Dan l-artal hu msaqqaf bi hnejja tal-gebel. L-artal ma jonqsu xejn u hu xieraq ghac-celebrazzjoni tas-sagrificcju tal-quddiesa u mhu nieqes minn xejn minn dak kollu li hu ta’ htiega.


Fuq l-iskanell tal-artal hemm tabernaklu tal-injam li fuqu tistrieh statwetta tax-xema’ tal-Bambin Gesu. Il-pittura hi mwahhla mal-hajt u mdawra bi gwarnic kbir tal-injam indurat bid-deheb li fuq in-naha tal-lemin juri lil San Pawl l-Ewwel Eremita waqt li fuq ix-xellug hemm ix-xbieha ta’ Sant Anton Abbati. Quddiem l-artal hemm imdendel lampier tac-comb, imhallat bil-fidda, b’ imnara li tinxteghel f’jiem partikulari.


Il-festa tigi ccelebrata bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa kantata nhar il-15 ta’ Jannar, festa tat-titular kif inhu xieraq mir-rettur tal-knisja tal-Beata Vergni Marija della Melleha (tal-Mellieha peress li din il-kappella taghmel parti mit-territorju tal-istess knisja della Melleha [tal-Mellieha]). Imma l-ispejjez tal-festa taghmel tajjeb ghalihom din il-kappella stess. F’jum il-festa ta’ Sant Anton Abbati tigi ccelebrata quddiesa letta, waqt li matul is-sena jitqaddes quddies iehor bl-inizjattiva tad-devoti.


Fl-istess jum il-festa ta’ San Pawl l-Ewwel Eremita titqaddes ukoll quddiesa letta. Dan b’risq wirt imholli minn Grezzja Agius fl-atti tan-nutar Gwanni Pawlu Fenech nhar l-24 ta’ Settembru 1673. Dan il-piz hu msemmi car hafna fil-vizta lill-artal iddedikat lil Santa Marija tal-Grazzji fil-knisja parrokkjali tar-rahal tal-Musta.


Din il-knisja ghandha somma flus ta’ mija u hamsa u ghoxrin onsja, jigifieri hamsa u sebghin skud, ghall-htigijiet taghha u huwa amministrati mill-prokuratur taghha n-nutar Bartolomeo Mangion.


Ghandha sagristija zghira fil-genb taghha, u maghquda wkoll maghha, li tidhol ghaliha minn bieb fuq in-naha tal-evangelju tal-artal li fiha jinzamm (p.26) ilbies qaddis, imma minhabba l-umdita li biha hi mizghuda din is-sagristija, issa qeghdin ikunu merfughin f’ armarji tal-injam fil-kappella stess, u ghalhekk issa jinsabu merfughin tajjeb hafna fihom.


Fiha artal iehor iddedikat lis-Sinjura Marija tal-Grazzji li jinsab fuq in-naha tal-lemin ta' din il-kappella mhaffra b’mod naturali f'ghar li fih hemm nixxiegha dejjiema hierga minn vina fil-blat. Dan l-artal imsaqqaf b’arkata tal-gebel ma jonqsu xejn u hu xieraq ghac-celebrazzjoni tal-quddiesa, ghalkemm nieqes xi ftit minn htigijiet ohra. Il-pittura mwahhla mal-hajt bi gwarnic tal-injam mizbugh iswed juri fuq in-naha ta' fuq ix-xbieha tal-Beata Vergni Marija bil-Bambin Gesu u fuq in-naha t’isfel hemm l-erwieh qaddisa tal-purgatorju. Quddiemu hemm imdendel lampier kulur id-deheb b'imnara li tinxteghel f’jiem partikulari.


ll-festa tkun iccelebrata bil-primi vespri u quddiesa letta nhar it-2 ta’ Frar, jum il-festa tal-Purifikazzjoni tal-Beata Vergni Marija, mill-imsemmi rettur beneficjali tal-knisja tal-Melleha (Mellieha); dan b’imhabba kbira minn Gwanni Mangion li biex din tkun tista’ titwettaq, u b’ghan ukoll li jinxteghel il-lampier quddiem l-artal, halla kapital ta’ ghaxar onsji, jigifieri sitt skudi, kif miktub fl-atti tan-nutar Gwanni Pawlu Fenech nhar it-28 ta’ Dicembru 1655.


Dan l-artal ghandu mhollija wkoll bicca raba’ li tinsab fix-xaqliba ta’ Hain Rihana (Ghajn Rihana), maghrufa bhala di Ciampra (Ta’ Campra). Ghandu wkoll djar li jinsabu f’Casale Gargar (Rahal Gharghur) li minnhom jgawdi zewg terzi tad-dhul minnhom. Dan bis-sahha ta’ sentenza moghtija mill-qorti ekklezjastiku nhar id-9 ta’ Mejju tas-sena 1669 fejn juri li kienu akkwistati b’titlu ta’ bejgh. Dawn huma amministrati b’rieda tajba min-nutar Bartolomeo Mangion.


F’tieqa li tinsab fuq in-naha tal-bieb principali, imharsa b’kancell tal-hadid hemm kaxxa tal-injam imwahhla mal-hajt. Hemm ukoll kaxxa ohra tal-injam ingastata fil-hajt fuq in-naha lal-lemin tal-kappella biex permezz taghhom jingabru ghotjiet ta’ elemozina li l-fidili, imqanqlin minn imhabba u devozzjoni kbira, jitfghu fihom.


Zjara lill-Kappella rurali ddedikata lil Sant Andrija Appostlu f’Hal Dimegh (Hal Dmigh)


(p.27) Zar il-knisja fil-kampanja ddedikala lil Sant Andrija Appostlu li tinsab fix-xaqliba ta’ Hal Dimech,18 jew inkella ta’ Hal Pissa (Hal Pissa), li taghmel parti mit-territorju tal-knisja tat-Twelid tal-Beata Vergni Marija tal-Melleha (Mellieha). Hi binja fi stat tajjeb, imsaqqfa b’arkati u hnejjiet. Hi mizmuma tajjeb. Ghandha zewg bibien. Il-principali jhares lejn il-Punent b’zuntier quddiemu mdawwar b’hajt. Fuq is-saqaf, fuq quddiem, hemm qanpiena mdendla. Il-bieh iz-zghir ihares lejn in-naha tat-tramuntana. Din il-kappella ghandha artal wiehed li hu tal-gebel imsaqqaf bi hnejja. L-artal ma jonqsu xejn, u hu xieraq hafna ghat-celebrazzjoni tas-sagrificcju tal-quddiesa u ghandu l-htigijiet bazici mehtiega. Il-pitturu hi mwahhla mal-hajt bi gwarnic idur maghha, turi x-xbieha titulari. Quddiemu hemm imdendel lampier, tahlita ta’ comb u fidda, b’imnara li li tinxteghel f’jiem maghzula.


Il-festa tkun iccelebrala bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa kantata mir-rettur tal-knisja tal-Beata Marija Vergni tal-Melleha (Mellieha). Thallas ghaliha l-istess kappella. Il-poplu, imqanqal minn devozzjoni kbira, jiehu inizjattiva biex jitqaddsu aktar quddies.


Il-kappella ghandha kalci tal-fidda u patena, u wkoll ilbies li jintlibes mis-sacerdot u paramenti sagri ohra li jintrefghu fi hnejja miksija bl-injam, kif ukoll kapital ta’ 76 onsja u 21 tareni, jigifieri xi 46 skud, ghall-htigijiet taghha, barra gid iehor fil-pussess taghha li hu amministrat mill-prokuratur taghha, Salvu Galea, li wriena l-inventarju tal-knisja kif ukoll il-ktieb li fih tigi rregistrata l-attivita tal-knisja li l-ahhar pagna ggib in-numru 162.


Zjara lill-Knisja tal-kampanja ddedikata lit-Tlugh fis-Sema tal-Beata Vergni Marija


Zar il-knisja rurali ddedikata lit-Tlugh fis-Sema tal-Beata Vergni Marija li tinsab fix-xaqliba tal-Bosbesia (Bizbizija). Din il-kappella, binja qadima msaqqfa bi hnejjiet u arkati, kienet mibnija mill-gdid minn Gamri Camenzuli. Dan skont id-digriet tal-Vigarju Generali Filippu Borg tal-5 ta’ Dicembru 1602. Ghandha zuntier zghir quddiemha mdawwar bhajt. Ghandha bieb ihares lejn (p.28) in-naha t'isfel. Fl-isfond taghha ghandha artal tal-gebel li ma jonqsu xejn u li hu xieraq ghac-celebrazzjoni tas-sagrificcju tal-quddiesa. Fuq l-iskanell hemm sitt gandlieri li huma mehtiega biex tkun tista titqaddes il-quddiesa. Il-pittura mwahhla mal-hajt, imdawra bi gwarnic tal-gebel, turi x-xbieha tal-Beata Vergni Marija, waqt li fuq il-lemin turi lil Sant Anton Abbati u fuq ix-xellug dik ta’ San Pawl l-ewwel eremit. Fuq il-genb, fuq in-naha tal-epistola, hemm imnara f'bieqja tal-hadid li tinxteghel kull nhar ta’ Sibt.


Il-Wisq Reverendu Vizitatur amar li l-artal ghandu ssirlu terha tal-harir u l-hnejja tal-injam, tal-anqas, ghandha tkun mizbugha.


F'din il-knisja jigu ccelebrati tliet festi. Dik tal-Assunzjoni tal-Beata Vergni Marija bl-ewwel ghasar u quddiesa letta. Dik ta' Sant’Anton Abbati b'quddiesa letta biss. Dik ta’ San Pawl l-ewwel eremita b'quddiesa letta wkoll. Dawn isiru bis-sahha ta' gid moghti minn Gamri Camenzuli bl-atti tan-nutar Ferdinandu Ciappara nhar il-11 t’Awwissu 1620 li permezz tieghu jigu ccelebrati l-festi, il-quddies lett u l-mixeghla tal-imnara f'jiem is-Sibtijiet. L-istess kappella ghandha art maghrufa bhala el Gionna ta' Chanzira (Il-Gonna tal-Hanzira). Din hi propjeta ta' Generosam Fenech, mart il-kjeriku Gwanni Antonio Bonavia, mir-rahal tal-Musta.


Zjara lill-Kappella tal-kampanja ddedikata lil San Pawl Appostlu f’tal Mingiba


Zar il-knisja rurali ddedikata lil San Pawl Appostlu mibnija fix-xaqliba maghrufa tal Mingiba, li hi mitluqa. Sarulha twieqi skont kif kien mitlub fit-twettiq tad-digrieti tal-vizta ta’ qabel, kif ukoll xoghol ta’ manutenzjoni u tisbih iehor. Wiehed mix-xoghlijiet kien l-artal. L-artal titla’ fuqu permezz ta’ targa tal-gebel. Hu wkoll tal-gebel imsaqqaf bi hnejja. Ma jonqsu xejn u hu xieraq ghas-sagrificcju tal-quddiesa, ghalkemm mhux armat ghal kollox b’dawk il-htigijiet mitluba. Il-pittura turi l-migja ta’ San Pawl Appostlu f’dawn il-gzejjer. Quddiem l-artal hemm imdendel lampier kulur id-deheb, b’imnara li tinxteghel f’jiem maghzula.


Il-festa tigi ccelebrata bl-ewwel ghasar kantat u quddiesa kantata wkoll f’jum l-10 ta’ Frar, il-festa solenni tal-migja ta’ San Pawl f’din il-gzira, b’devozzjoni minn Elenora Falson Testaferrata, mart Caroli, li mqanqal ukoll minn devozzjoni jhallas ghal quddiesa kull nhar ta’ Hadd.


(p.29) Ghandha piz ta’ quddiesa kull nhar Hadd u nhar il-festi kmandati kollha b’obbigazzjoni minn Fabrizju Testaferrata l-Kbir, kif imnizzel fl-atti tal-Vizta Pastorali tal-Wisq Reverendu u Illustrissimu u qatt minsi tal-Isqof Balaguer tat-30 t April 1660, pagna 181. Biex titwettaq din ix-xewqa thalliet bicca art f’tal Mingiba.


Peress li l-propjetarji ta’ din l-art tal Mingiba, li fuqha hemm impost dan il-piz, huma tal-fehma li jista’ jsir dak il-quddies fil-jiem biss tal-festi kmandati, tnehha l-piz fuq dawk ta’ nhar ta’ Hadd.


Ir-Reverendu Vizitatur amar li jitwettqu l-pizijiet imnizzla.


Hekk ukoll, waqt li gedded id-digrieti kif imfissra fil-vizta ta’ qabel, ordna li dawn jitwettqu u jitnizzlu biex ikunu fid-deher, jew ahjar jitnizzlu fir-registru li jinzamm fis-sagristija tar-rahal tal-Musta, jew f’registru partikulari li jinzamm fis-sagristija tal-parrocca. Il-pittura tal-artal tinzamm taht l-istess harsien.


Din il-knisja ghandha kalci u patena taghha, kif ukoll ilbies sacerdotali li jintrefa’ f’armarji tal-injam li hemm fis-sagristija li ghadha kemm inbniet wara l-artal, u li tidhol ghaliha minn zewg bibien li hemm fil-gnub tal-istess artal.


Zjara lill-Kappella fil-kampanja ddedikata lill-Kuncizzjoni tal-Beata Vergni Marija


Zar lill-knisja rurali ddedikata lill-Kuncizzjoni tal-Beata Vergni Marija li tinsab fix-xaqliba talandar el Blat (Durumblat). Hi binja qadima hafna li fuq quddiem ghandha zuntier imdawwar b’hajt. Il-bieb taghha jhares lejn il-punent. Fiha hemm artal wiehed li titla’ ghalih b’zewg turgien tal-gebel. Dan l-artal, xoghol fil-gebla, ghandu kolonni tal-gebel. Ma jonqsu xejn u hu xieraq biex ikun iccelebrat fuqu s-sagrificcju tal-quddiesa. Ghandu ikona antika hafna, minghajr tizjin, li turi lill-Beata Marija Vergni, lill-Patrijarka San Guzepp, lil San Bert Appostlu u lil Santa Katerina Vergni u Martri. Imdendel quddiem l-artal hemm lampier maghmul minn tahlita ta’ comb u fidda. Kemm il-kappella kif ukoll l-artal kienu ttraskurati hafna. Taht l-artal hu mimli bl-ilma, tiela’ minn taht, u minhabba f’hekk kemm il-knisja kif ukoll l-artal kienu mimlija tajn u umdita tassew kbira.


(p.30) Meta ra hekk, u f’liema stat hazin din il-knisja kienet tinsab, il-Wisq Reverendu u Illustrissimu beda jahsibha jipprofanahiex. Izda qam il-qassis Dun Fabritus Busuttil li stqarr li din il-kappella ghandha kapital ta’ hamsin skud biex jintuzaw ghaz-zamma u l-manutenzjoni taghha moghtija mill-haddied Anglu Vassallo, kif imnizzla fl-atti tan-nutar Ignatiu Debono nhar il-(dettall nieqes) 1737. Ghaldaqstant l-istess Illustrissimu u Reverendissimu ordna li malajr kemm jista’ jkun ghandha tissewwa; u biex titnaqqas l-umdita minn go fiha. mad-dawra, fuq in-naha ta' barra ghandu jithaffer gandott biex fih jingabar u jitmexxa l-hafna ilma. Imbaghad wara li jipprovdulha l-htigijiet necessarji u mehtiega, tinzamm nadifa.


Il-festa tigi ccelebrata nhar it-8 ta' Dicembru bil-kant tal-primi vespri u quddiesa kantata imhollija minn donazzjoni qaddisa ta’ Bartolomeo Busuttil. Hija amministrata mill-prokuratur taz-zmien partikulari tal-Veneranda Lampana tal-knisja parrokkjali tal-Musta biex mid-dhul ta’ kapital ta’ hames onsji, jigifieri tliet skudi, moghtija mill-imsemmi Bartolomeo Busuttil, ikun jista’ jiehu hsiebha. Dan il-piz partikulari, imbaghad, ghadda taht l-istess Lampana.


Hemm piz iehor ta’ disa’ quddisiet li sitta minnhom jitqaddsu fis-sitt festi ewlenin tal-Beata Vergni Marija u t-tlieta l-ohra jitqaddsu fil-festi tal-Patrijarka San Guzepp, San Bert Appostlu u ta’ Santa Katerina Vergni u Martri b’obbligu mholli mill-istess Bartolomeo Busuttil, imnizzla fl-atti tal-Vizta Pastorali tal-qatt minsi Isqof Balaguer, li biex ikun jista’ jitwettaq dan il-piz, halla qasam ta’ djar li qieghed fil-Musta li fil-bidu kien propjeta ta’... (dettall nieqes).


Hemm ukoll piz ta’ disa’ quddisiet, li xi whud minnhom diga saru din is-sena, imhollija b’wirt ta’ Lawrenz Busuttil mill-gzira Gauli (Ghawdex) li kif jidher fil-ktieb tal-appuntamenti tal-knisja matrici tal-istess gzira, maghrufa bhala tal-Funerali, pagna 338, fejn hemm miktub li peress li fil-Musta hawn ftit qassisin u ghalhekk ma jistghux jinzammu aktar elemozina ta’ quddies, dan il-piz ma jistax jitwettaq la f’din il-knisja u lanqas f’dik parrokkjali. Dan jixhduh mhux biss l-eredi, izda wkoll ir-registru tal-quddies.
L-Illustrissimu u Reverendissimu Sinjur talab biex l-eredi jiltaqghu flimkien biex isibu rimedju xieraq.


Zjara lill-kappella tal-kampanja ddedikata liz-Zjara tal-Beata Marija Vergni


(p.31) Zar il-knisja filjali ddedikata lill-Vizitazzjoni tal-Beata Vergni Marija li tinsab fir-rahal tal-Musta fix-xaqliba del dip (Tad-Dib). Hi binja sabiha hafna, u ghandha quddiemha zuntier li hu mdawwar b'hajt. Ghandha artal wiehed tal-gebel imsaqqaf bi hnejja. Hu artal li ma jonqsu xejn u xieraq biex ikun iccelebrat fuqu s-sagrificcju tal-quddiesa. Hu mghammar bil-htigijiet kollha mitluba Ghandu pittura xierqa mdendla mal-hajt bejn kolonni tal-gebel u skultura ohra. Fl-isfond hemm ukoll zewg ikoni ohra mdawrin bi gwarnic tal-gebel li jirreferu ghall-misterji: dik tal-lemin tal-Assunzjoni tal-Beata Vergni Marija u l-iehor tax-xellug l-Annunzjazzjoni tal-Beata Vergni Marija. Quddiem l-artal hemm imdendel lampier mahdum mic-comb u fidda, b’imnara wabda, li jinxteghel f’jiem maghzula.


Il-festa tkun iccelebrata bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa kantata. Biex issir il-festa, jinxteghel il-lampier u jinzammu l-htigijiet l-obra tal-artal, kif hemm imsemmi fl-ewwel vizta pastorali tal-qatt minsi Isqof Cocco Palmieri, hemm dhul imholli minn qasam ta’ djar li jinsab fil-Musta. L-ewwel propjetarju hu ... (dettall nieqes).


Hemm ukoll piz iebor ta’ quddiesa li titqaddes kull nhar t’Erbgha jew Hamis imbolli b’wirt imqanqal minn devozzjoni minn Damjan Bonnici fl-atti tan-nutar Pawlu Fenech, datat fis-7 jum ta’ Marzu 1644, fejn insibu li biex titwettaq din ix-xewqa, dan halla bicca raba’ li tinsab fit-territorju qarib tan-Nascari hdejn il-knisja ta’ Santa Maria Sciahra (tax-Xaghra) maghrufa bhala c-Cens.


Din il-knisja ghandha kalci kif ukoll ilbies sacerdotali mizmuma tant tajjeb f’din il-kappella go armarju tal-injam.


Il-prokuratur ta’ din il-knisja hu Guzeppi Fenech li l-Illustrissimu Vizitatur ikkonferma, wara li ta rendikont tal-hidma tieghu.


Zjara lill-Knisja ddedikata li San Anard Konfessur


Zar il-knisja filjali ddedikata lil San Leonardu Konfessur li tinsab fir-rahal tal-Musta. Binja xierqa li ghandha l-bieb ihares lejn il-Punent u zuntier imdawwar b’hajt. Dan l-ahhar kienet mizbugha mill-gdid. Fiha hemm artal wiehed (p.32) tal-gebel imsaqqaf bi hnejja. Artal mizmum tajjeb hafna u xieraq biex fuqu jigi ccelebrat is-sagrificcju tal-quddiesa. Mghammar bizzejjed b'dak kollu mehtieg. Il-pittura tieghu, li qieghda maghluqa fi gwarnic fl-isfond tal-knisja fuq il-parti ta’ fuq, turi ix-xbieha tal-Beata Vergni Marija bil-Bambin Gesu fuq idejha x-xellugija, filwaqt li fuq in-naha t'isfel turi x-xbieha ta’ San Anard, il-qaddis titulari, lil San Gwann Battista, lil San Bernard Abbati, Angli Kustodji u l-erwieh qaddisa tal-purgatorju. Quddiemha hemm imdendel lampier tac-comb u l-fidda b'imnara wahda li tinxteghel kull nhar ta Sibt u xi jiem ohrajn. Biex dan ikun jista’ jsir, Guzeppi Mangion, fit-testment tieghu kif imnizzla fl-atti tan-nutar Guzeppi Gatt tal-4 ta’ Marzu 1697, rabat lill-eredi u s-successuri tieghu ghal dejjem biex jiehdu bsieb din il-knisja u l-ghamara taghha, it-tiswijiet taghha, ir-rinovazzjoni u l-manutenzjoni taghha u dak kollu mitlub minn jum ghal iehor, biex jinxteghel il-lampier ta’ din il-knisja tul il-lejl lejliet kull Hadd, ukoll jiem ohra xierqa kif ukoll tul il-lejl ta’ lejliet kull festa tal-Angli Kustodji, ta’ San Bernard Abbati, f’jum il-Ghid tal-Imwiet kif ukoll tul il-lejl lejliet is-seba’ festi principali kollha tal-Beata Vergni Marija. Biex jitwettqu dawn il-pizijiet halla b’wirt lil din il-kappella, kapitali fissi kif deskritta fil-vizta pastorali tal-qatt minsi Isqof Cocco Palmieri li saret fl-1699. L-ewwel propjetarji taghha kienu Bartolomeo Mangion u martu Tereza Mangion Cachia.


Il-festa tigi ccelebrata bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa kantata f’jum is-6 ta' Novembru. Biex din il-festa tkun tista’ ssir, u biex jinxteghel ukoll il-lampier kull nhar ta’ Sibt, hemm imhollija qasam ta’ djar bi gnien maghhom ftit ’il boghod mill-istess knisja li kien ta’ Bernardinu Mangion, u li kellhom bhala l-ewwel propjetarji lil Marija, mart Duminku Hagius, bint Marija Cuschieri, minn dan ir-rahal tal-Musta.


Hemm piz ta’ sitt quddisiet li ghandhom jitqaddsu f’dawn il-festi hekk imnizzlin: it-Twelid tal-Beata Vergni Marija, ta’ San Leonardu Konfessur, l-Angli Kustodji, it-Twelid ta’ San Gwann Battista, ta’ San Bernard Abbati u fl-Ghid tal-Imwiet. Piz imholli b’xewqa qaddisa ta’ Bernarda Mangion fl-atti tan-nutar Gwanni Pawlu Fenech ta’ nhar il-25 ta’ Marzu 1658. Biex jitwettaq dan il-piz thalliet bicca raba li tinsab fix-xaqliba ta’ Hal Pissa (Hal Pissa), maghruf bhala c-cens li fil-bidu, zewg terzi kien propjeta tan-nutar Bartolomeo Mangion u l-bqija tat-terz l-iehor propjeta ta’ Tereza Mangion, mart Gwanni Cachia.


Hekk ukoll hemm piz ta’ zewg quddisiet, liema quddisiet thallew b’xewqa qaddisa ta Bernarda Mangion fl-atti tan-nutar Gwanni Pawlu Fenech tas-26 ta’ Jannar 1657 li biex jitwettaq dan il-piz halliet bicca art li tinsab fix-xaqliba ta’ Hal dimech, maghrufa bhala il Ginien (Gnien), li bhala l-ewwel propjetarji ta’ (p.33) zewg terzi minnha lin-nutar Bartolomeo Mangion u ghal dik li hi t-terz l-iehor ta’ Tereza Mangion Cachia.


Nhar l-1 ta’ Gunju 1744


L-Illustrissimu u Reverendissimu tul in-nisga ta’ din il-vizta pastorali, f’wahda mis-swali tad-dar fejn kien qieghed joqghod tul il-vizta, li tinsab fir-rahal tal-Musta, fil-prezenza tar-Reverendu Kappillan Dun Gwann Anglu Sammut u fil-prezenza tal-qassis Fabritio Busuttil ta


L-Ewwel Ordni Minuri tat-Tonsura Klerikali

  • Lil Anglu Agius, iben legittimu u naturali ta’ Injazju u Tereza Agius minn dan ir-rahal tal-Musta u
  • Lil Nazzarenu Borg, iben legittimu u naturali ta’ Fabrizju u Marija Borg mir-rahal tal-Musta.

Fl-Istess Jum


Fil-prezenza tal-Illustrissimu u Reverendissimu Fra Paolo Alpheran De Bussan, Isqof ta’ Malta, dehru l-prokuraturi tal-artali rispettivi kif ukoll dawk tal-knejjes filjali u rurali u poggew quddiemu dawn ir-rendikont taghhom li gejjin flimkien mat-talba taghhom.


Illustrissimu u Reverendissimu Monsinjur


Ahna hawn quddiemek, prokuraturi tal-artali mwaqqfa fil-knisja parrokkjali tal-Musta, qaddejja umli u sudditi tal-Illustrissima tieghek, b’umilta kbira npoggu quddiemek ix-xhieda taghna tal-gid moktur (li zdied) tal-gid materjali tal-artali li sehh permezz taz-zieda tal-valur ta’ assi kapitali u ta’ gid iehor (p.34) fiskali. ghax imhaddmin tajjeb, imhollija minn ta’ qabilna, waqt li nuruk ix-xewqa taghna li jkomplu jizdiedu l-opri tal-hniena li ahna nwettqu ghall-glorja t’Alla, tal-qaddisin tieghu u bl-akbar suffragju ghal dawk il-benefatturi mejtin.


L-ewwel

  • Is-sacerdot Dun Giovanni Mangion, fil-prezent prokuratur tas-Sodalita tal-Agonizzanti. imwaqqfa fl-artal qaddis tal-Madonna tal-Grazzji, waqt li juri l-progress li sar f'din il-ghaqda qaddisa, jixtieq il-permess li jibda jsir it-tieni ghasar fil-festa ewlenija u glorjuza tas-Sejba tas-Salib Imqaddes u mill-gdid jierga jibda jsir il-kant tal-ewwel ghasar u tal-quddiesa kantata fil-festa tal-Ezaltazzjoni tas-Salib tal-14 ta' Settembru li ghalihom jibdew jonfqu skud. Erba' rbajja' minnu huma mehtiega biex jithallas l-ewwel ghasar tal-festa tas-Sejba tas-Salib, maghdud id-daqq tal-orgni u l-kumplament, fil-festa tal-Ezaltazzjoni.
  • Il-qassis Dun Giovanni Marija Butigieg li bhalissa hu prokuratur tal-artal tal-Grazzja, li ghandu dhul ta' tnax-il skud fis-sena, bil-piz wahdieni li jiccelebra l-festa tat-Twelid tas-Sinjur taghna bir-recta tal-ewwel ghasar u quddiesa letta, jixtieq li l-quddiesa, flok letta, tibda ssir kantata, u mill-gdid jergghu jibdew jitkantaw il-primi vespri u quddiesa kantata f’jum il-festa tal-Patrocinju tal-Madonna li ghalihom jintefqu hdax-il skud, jigifieri tliet skudi biex tithallas il-quddiesa kantata tal-Milied u t-tmienja l-ohra jintefqu fil-festa tal-Patrocinju.
  • Is-sacerdot Dun Guzepp Darmanin li bhalissa hu prokuratur tal-Glorjuz San Guzepp, li minn ftit zmien ilu qieghed igawdi d-dhul minn gardina li tinsab f’tarf ir-rahal, barra qligh finanzjarju, jixtieq li mill-gdid jergghu jibdew ir-recta tat-tieni vespri f’jum il-festa ewlenija, u mill-gdid it-tieni ghasar u quddiesa kantata fil-festa tal-Patrocinju setghani li ghalihom jintefqu tnax-il tari.
  • Giovanni Marija Camilleri li fil-prezent hu l-prokuratur tal-artal ta’ San Pawl, li barra il-kapital fiskali, igawdi wkoll dhul ta’ tmien skudi fis-sena minn gardina moghtija b’cens ghal mitt sena, jixtieq li mill-gdid jibda jsir l-ewwel ghasar tal-festa ewlenija, jigifieri dik tal-Konverzjoni, u mill-gdid l-ewwel ghasar u quddiesa kantata nhar il-festa li tfakkar il-migja tieghu f’Malta nhar l-10 ta’ Frar, li ghalihom jintefqu tnax-il tareni, jigifieri erbgha ghall-ewwel ghasar tal-festa principali u tmienja ghall-ewwel ghasar u ghall-quddiesa kantata ta’ nhar il-migja tieghu f’Malta.
  • ll-qassis Dun Injaz Galea, bhalissa prokuratur tal-glorjuz Sant Antnin ta’ Padova, bis-sahha tad-devozzjoni kbira li jgawdi fost il-poplu kollu dan il-glorjuz qaddis, (p.35) minn donazzjonijiet li jinghataw kuljum b’devozzjoni lejn dan il-qaddis, jixtieq li l-festa tkun trasferita ghall-ewwel Hadd fuq il-festa tieghu u jsir panigierku b’tifhir lil dan il-qaddis.
  • Guzeppi Fenech, bhalissa prokuratur tal-knisja filjali taht it-titlu tal-Madonna tal-Vizitazzjoni, peress li din il-knisja m’ghandha l-ebda piz xi twettaq (hawn xehed li l-quddiesa letta u l-mixeghla tal-lampier kull nhar ta’ Sibt huma mhallsa min-nies ohrajn), u peress li din il-knisja tgawdi dhul ta’ qasam ta’ djar imholli ghal dan il-ghan minn Duminku Mangion, in-nannu taghhom min-naha t’ommhom, il-prokuratur jixtieq li l-quddiesa letta ta’ jum il-festa taghha tinbidel f’wahda kantata li ghaliha jintefqu t-tliet skudi kif mitlub mill-elemozina sinodali.
  • Antonio Galea, il-prokuratur prezenti tal-Fratellanza tar-Ruzarju, jixtieq li peress li din il-fratellanza hi ekonomikament b’sahhitha tibda tigi ccelebrata kull nhar l-ewwel Hadd ta’ Mejju, il-festa popolarment maghrufa bhala Tal-Warda, kif isir f’pajjizi ohrajn fejn hemm imwaqqfa l-Fratellanza tar-Ruzarju bil-kant tal-primi vespri, quddiesa kantata u s-sekondi vespri bi prietka.

Il-laqgha ntemmet wara li spiccat id-diskussjoni.


Intervista personali mal-kleru kollu tar-Rahal tal-Musta


L-1 ta’ Gunju 1744


Dehru l-qassisin kollha kif ukoll il-kjerici ta’ dan ir-rahal tal-Musta quddiem l-Illustrissimu u Reverendissimu Isqof, u poggew quddiemu f’din il-vizta tieghu l-ilmenti u l-opinjonijiet taghhom. L-Illustrissimu tieghu u l-Wisq Reverendu mimli mhabba u rispett beda jkellem lil kull wiehed privatament, u f’kamra maghluqa ddiskuta maghhom fil-maghluq.


Qassisin

  • Reverendu Dun Gwann Anglu Sammut, Kappillan
  • Dun Fabrizju Busuttil
  • Dun Anton Galea
  • Dun Indrin Schembri
  • Dun Injaz Galea
  • Dun Guzeppi Maria Butigieg
  • (p.37) Dun Guzepp Darmanin
  • Dun Gwann Mangion
  • Dun Salv Galea
  • Dun Salv Sammut (mhux fi stat mentali tajjeb u ma deherx)

Kjerici

  • Akkoltu Gregor Schembri
  • Akkoltu Gwanni Mifsud
  • Akkoltu Carolus Agius

Kjerici Mizzewga

  • Pawlu Chetcuti
  • Gwanni Indrin Bonavia
  • Guzeppi Farrugia
  • Pawlu Agius

Ir-Reverendu Dun Gwann Anglu Sammut, kappillan, deher quddiem l-Illustrissimu u Reverendissimu u ressaq it-talba tieghu bil-miktub


lllustrissimu u Reverendissimu Monsinjur


Is-sacerdot Dun Gwann Anglu Sammut, kappillan tal-Musta, qaddej umli u sudditu tal-Illustrissima u Reverendissima, umilment iressaq dawn l-ilmenti. Il-hajt tal-gardina tad-dar parrokkjali, peress li hu mibni bil-gebel imlaqqat, diga jinsab fi stat dizastruz peress li hu qadim hafna. Jidher li jkun jaqbel li jsir mill-gdid u jinbena b’gebel lixx u jsirlu bieb fin-nofs biex ikollu dehra hafna isbah hdejn il-knisja parrokkjali li kwazi jmiss maghha. lllustrissimu Sinjur, peress li n-nefqa trid tkopri t-tul tal-hajt kollu, se tkun spiza ftit jew wisq kbira ghalina li qeghdin naghmlulek din it-talba, minkejja li diga tinsab ghajjien minhabba z-zjajjar li qieghed taghmel. It-tiswijiet li diga saru fid-dar parrokkjali, li wiehed malajr jista’ jiehu hjiel taghhom, kienu ta’ piz finanzjarju kbir. Intant, nersaq lejn l-oghla awtorita tieghek, Illustrissima, u nitlob il-permess li taghti l-fakulta li jsir xoghol nhar ta’ festi kmandati. Hekk, dan ix-xoghol ikun jista’ jitwettaq billi l-poplu jaghti daqqa t’id. Gentilment nitlob li s-Sinjur jaghtini wkoll il-permess li namministra dawk l-ghotjiet u l-elemozina li l-lllustrissimu u Reverendissimu jhoss li huma gusti.


(p.38) Wara li l-istess kappillan ghadda donazzjoni ta' ghaxar skudi biex ikun jista' jitwettaq dak li kien diskuss, l-Illustrissimu u Reverendissimu laqa' t-talbiet tieghu, u amarlu li l-hajt li jdawwar din l-art tad-dar parrokkjali ghandu jissewwa kif mitlub fl-imsemmija talba.


Fl-istess jum


Quddiem l-espert Reverendu Vigarju Generali, Dun Adriano Gourgion J.V.J. u l-espert u ammimstratur Rev. Kanoniku Dun Albino Ponughes, it-tnejn konvizitaturi ghal dan il-ghan maghzula mill-Wisq Reverendu Sinjur dehru l-kappillan u l-kjerici, u wrew ic-certifikati tal-ordnijiet taghhom kif ukoll tat-titli tal-beneficcji taghhom. Wara li dawn kienu studjati, il-grad u d-doven taghhom gew rikonoxxuti. Xi qassisin ohrajn urew il-privileggi taghhom f’din il-vizta.


  • Ir-Reverendu Kappillan Dun Gwann Anglu Sammut wera d-digriet, jew il-bulla tieghu, tal-hatra bhala kappillan ta' din il-parrocca tal-Musta li ntbaghtet minn Ruma minn Santa Marija Majorem fis-sena tal-inkarnazzjoni tal-Mulej 1742, fl-10 tax-xahar ta' Gunju.
  • L-Akkoltu Gregorju Schembri wera c-certifikat tal-ewwel ordni kjerikali tat-tonsura kif ukoll certifikati tal-erba’ ordnijiet minuri li rcieva nhar l-14 ta’ Marzu 1739.
  • L-Akkoltu Carolus Agius ressaq ic-certifikat tal-ewwel tonsura kjerikali kif ukoll dawk tal-ewwel erba' ordnijiet minuri li rcieva nhar it-30 ta’ Marzu 1743.
  • L-Akkoltu mizzewweg Guzeppi Farrugia wera c-certifikat tal-ewwel erba’ ordnijiet minuri li hu rcieva fix-xahar ta’ Settembru 1720.

Hekk ukoll, fil-prezenza tal-istess Illustrissimi Konvizitaturi, dehru l-qaddejja jew l-ghassiesa tal-knisja, u wrew ic-certifikati tal-hatra taghhom. Lilhom kienet murija l-htiega urgenti u gusta li jilbsu Ibies liturgiku xieraq.


  • Guzeppi Cappello mir-rahal tal-Musta, iben Calorus, qaddej tal-knisja parrokkjali ta' dan ir-rahal iddedikata lit-Tlugh fis-Sema tal-Beata Vergni Marija, wera c-certifikat tal-hatra tieghu datata 30 ta’ Marzu 1731.
  • (p.39) Mariutius Agius, iben Injazju minn dan ir-rahal, qaddej iehor tal-knisja parrokkjali tar-rahal tal-Musta ddedikata lit-Tlugh fis-Sema tal-Beata Vergni Marija, wera c-certifikat tal-hatra bid-data tal-10 ta’ Marzu 1743.
  • Guzeppi Maria Butigieg, iben Salvu, qaddej tal-knisja filjali ta’ Sant Anton Abbati fil-parrocca tal-Musta, wera c-certifikat tal-hatra tieghu bid-data tal-20 ta’Marzu 1740.
  • Pawlu Agius, iben Duminku mir-rahal tal-Musta, qaddej tal-knisja tal-Beata Vergni Marija tal-Abbandunati fix-xaqliba della Uuardia (tal-Wardija) li taghmel parti mill-knisja tal-Beata Vergni Marija di Salinis (Tas-Salini), wera c-certifikat tal-hatra tieghu tad-29 ta’ Lulju 1742.
  • Gwanni Maria Galea, iben Duminku mir-rahal tal-Musta, qaddej tal-knisja ta’ Sant Andrija fix-xaqliba ta’ Hal dimech, wera c-certifikat tal-hatra tieghu ta’ nhar it-23 ta’ Settembru 1731.
  • Guzeppi Zammit, qaddej tal-knisja rurali ddedikata lill-Kuncizzjoni tal-Beata Vergni Marija li taghmel mar-rahal tal-Musta, wera c-certifikat tal-hatra bid-data tas-17 t’April 1734.
  • Guzeppi Attard, iben Tumas mir-rahal tal-Musta, qaddej tal-knisja filjali tal-parrocca tal-Musta ddedikata lill-Vizitazzjoni tal-Beata Vergni Marija, wera c-certifikat tal-hatra bid-data tal-jum tat-28 ta’ Lulju 1741.
  • Marianus Schembri mir-rahal tal-Musta, qaddej tal-knisja filjali tal-parrocca tal-Musta ddedikata lil San Anard, wera c-certifikat tal-hatra tieghu bid-data ta' nhar is-26 t’Awwissu 1730.

Fl-istess jum


Fil-prezenza tal-espert ir-Reverendissimu Dun Adriano Gourgion J.V.D., Vigarju Generali, u l-espert u amministratur ir-Reverendu Kanonku Dun Albino Portughes, iz-zewg konvizitaturi, fil-prezenza tal-assistent cerimonjier, Duminku Falzon, deher il-kleru ta’ dan ir-rahal tal-Musta u kienu ezaminati dwar ic-cerimonji tal-quddiesa.


  • Dun Fabrizju Busuttil, wara li kien ezaminat, kien approvat.
  • (p.40) Dun Anton Galea, wara li qaghad ghall-ezami, kien approvat.
  • Dun lndrin Schembri kellu jerga' joqghod ghall-ezami fi zmien tmint ijiem. Eventwalment kien ippreparat hafna ahjar. Kien ezaminat u ghadda.
  • Dun lnjaz Galea, wara li qaghad ghall-ezami, kien approvat.
  • Dun Guzepp Maria Butigieg kellu jerga' joqghod ghall-ezami fi zmien tmint ijiem. Wehel ghax ma kienx irodd sewwa s-salib u ma kienx jippronunzja tajjeb il-kliem kollu tal-kanone. Ghat-tieni ezami kien ippreparat tajjeb.
  • Dun Guzepp Darmanin kien ezaminat u approvat.
  • Dun Guzepp Mangion, ghalkemm kien ezaminat u approvat, kien imwissi li jista' jitwaqqaf milli jqaddes.
  • Dun Salv Galea qaghad ghall-ezami u ghadda.

Fl-Istess jum


Il-Wisq Reverendu Kappillan, Dun Gwann Anglu Sammut, deher quddiem l-Illustrissimu u Reverendissimu Isqof, u pprezenta hames kotba tal-parrocca li huma dak tal-Maghmudijiet li beda jinzamm sa mis-sena 1697, dak tal-Grizma tal-Isqof, dak tal-Mejtin li beda jinzamm sa mis-sena 1686, dak tal-Qaghda tal-Erwieh (il-Parruccani) li beda jinzamm sa mis-sena 1698, li fil-bidu tieghu kienu rregistrati 1,701 ruh. Wara li gew studjati bir-reqqa u misjuba li jinzammu tajjeb hafna, rega’ ghaddihom lill-kappillan.


Inventarju tal-ilbies u affarijiet qaddisa jinsabu fil-Knisja ta’ San Andrija Appostlu fix-xaqliba ta’ Hal Dimech

  • L-ewwel: Kalci bil-patena u bil-maktur.
  • Alba, kurdun u ammittu
  • Zewg pjaneti, wahda hamra u l-ohra ta’ kulur blu car.
  • Tliet dvalji ghall-artal.
  • Sitt gandlieri indurati bil-fidda.
  • Salib tal-avorju abjad. Sitt fjuretti. Konfessjonarju.
  • Zewg armarji tal-abjad. Kaxxa biex jerfghu fiha l-htigijiet tal-knisja.
  • Kaxxa biex jerfghu fiha affarijiet li jintuzaw ghas-sagrificcju tal-quddiesa.
  • Lampier maghmul minn tahlita ta’comb u fidda. Sellum tal-injam.
  • Zewg qniepen. Wahda zghira u l-ohra ta’ fuq il-bejt.

Fl-istess jum, l-ewwel ta’ Gunju 1744


(p.41) L-Illustrissimu u Reverendissimu Fra Paolo Alpheran De Bussan, membru b’titlu tas-Salib tal-Ordni San Gwann, bil-grazzja tas-Santa Sede, Isqof ta Malta, konsulent tal-Maesta Tieghu, mexxej civili u religjuz, assistent tat-Tron tal-Qdusija Tieghu, wara li studja u fela bir-reqqa din il-Vizta Pastorali fir-rahal tal-Musta, amar taht piena li jigu osservati dawn l-imnizzla digrieti li ghandhom jigu maghduda ma’ dawk d-digrieti diga fis-sehh qabel din iz-zjara.


  • Il-kleru kollu, kemm dawk fl-ordnijiet magguri kif ukoll dawk tal-ordnijiet minuri, m’ghandhomx joqoghdu jahsbuha biex jaccettaw id-dmirijiet moghtija lilhom li issa huma battala fil-knisja parrokkjali fejn qeghdin. Hadd minnhom, minghajr raguni serja, m’ghandu jittraskura d-dmir tieghu li jiehu sehem fil-funzjonijiet kollha qaddisa u fil-purcissjonijiet li jsiru matul is-sena, u biex iwettqu dan id-dmir anki fil-jiem tal-gimgha kif ukoll dawk li jsiru fil-knejjes filjali u rurali. Ghandhom dejjem jilbsu lbies xieraq u dinjituz, jilbsu l-kappell u jaharbu dak kollu li mhux xieraq, filwaqt li dejjem ghandhom ikunu ppreparati bit-tqassim ta’ dmirijiethom ghal gimgha li tkun gejja.
  • Biex ikunu mwettqa kif tassew jixraq il-funzjonijiet qaddisa skont ir-riti qaddisa, l-Illustrissimu u Reverendissimu Sinjur jahtar cerimonjier ewlieni lis-sacerdot Dun Injaz Galea li d-dmir tieghu hu li jghasses li r-riti kollha cerimonjali jitwettqu tajjeb, kif ukoll li jghallem u jipprepara sewwa lill-ministri kollha r-riti kollha li kull cerimonja titlob. Kulhadd ghandu jimxi skont id-direzzjonijiet tieghu u jwettaqhom kif xieraq, sakemm il-Wisq Reverendu u Illustrissimu jara li c-cerimonjier maghzul iwettaq xoghlu tajjeb.
  • Kull nhar ta’ Sibt filghaxija, f’hin xieraq, ghandha titkanta l-kompieta u l-litanija tal-Beata Vergni Marija. Din trid tinghad qabel ma ddoq l-Ave Marija. Kull nhar ta’ Hadd, kif ukoll fil-festi kmandati ta’ matul is-sena, ghandha tinghad it-Terza u n-Nona filghodu, u wara l-quddiesa. Kull tielet Hadd tax-xahar, u fil-festi solenni, din ghandha tkun kantata bis-sehem tad-djaknu u s-suddjaknu. Meta ma jkunx hemm djakni u suddjakni propja, in-nuqqas taghhom ghandu jimtela minn erba’ qassisin maghzula li jiffunzjonaw kif imisshom. Mill-ewwel ta’ Mejju sal-ahhar ta’ Settembru, fit-tlieta ta’ wara nofsinhar, ghandu jinghad il-vespri fil-kor. Matul il-bqija (p.42) tax-xhur l-ohra tul is-sena jinghad fis-saghtejn ta’ wara nofsinhar. Dan isir hekk: naha twiegeb lin-naha l-ohra.
  • Fil-kor is-silenzju ghandu jinzamm mill-qaddejja kollha, u hadd m’ghandu joqghod ipacpac u hadd m'ghandu joqghod idur fix-xejn. Hadd ma jista’ jqum minn postu qabel ma l-funzjonijiet qaddisa jkunu spiccaw ghal kollox. Waqt il-kant tal-Ufficcju Divin, il-kuritur fuq in-naha tal-lemin tal-artal maggur m’ghandu qatt ikun ingumbrat minn hadd u minn xejn.
  • L-Illustrissimu u Reverendissimu Sinjur amar li l-quddiesa tas-sebh ghandha jkollha elemozina ta’ zewg tareni. Dan ghax id-dhul ta’ ghaxar skudi biss m'humiex bizzejjed biex Dun Damjan Bonnici jwettaq dan il-piz. L-eminenza tieghu, l-Illustrissimu u Reverendissimu ordna li s-Sodalita tal-Erwieh tal-Purgatorju ghandha thallas din l-elemozina ta’ zewg tareni sakemm ma jkunx hemm ordni ohra.
  • Kull nhar ta’ Gimgha ghandha titqaddes quddiesa fuq l-artal tal-Madonna tal-Grazzji biex tkun imfakkra il-passjoni u l-mewt tas-Sinjur taghna Gesu Kristu mill-fondazzjoni mhollija minn Gregorju Muscat. Ghandhom iqaddsu l-qassisin kollha skont kif imisshom. Jekk xi hadd minnhom jinqabez, l-ohrajn ikollhom jichdu sehemhom ghal xahar shih mill-elemozina komuni.
  • Ebda qassis taht piena immedjata, jekk jonqos, ta’ sospensjoni ta’ xahar m'ghandu jiccelebra wkoll fil-knejjes filjali qabel ma jkun qaddes fil-knisja panrokkjali. Il-quddies ghandu jitqaddes fuq l-artal maggur mill-qassisin kollha skont kif imisshom biex hekk il-poplu jkun moqdi sewwa. Quddies iehor fuq l-artali ohrajn m’ghandux isir f’salt wiehed, imma wahda wara l-ohra b’intervall xieraq ta’ hin.
  • Il-lajci, kemm kbar kif ukoll tfal, m’ghandhomx jithallew jitlajjaw fis-sagristija, jekk mhux biex iqerru. Minn filghodu kmieni kif jibda jkun iccelebrat il-quddies, kulhadd irid jitkecca minnha. Waqt ic-celebrazzjoni ta’ dan is-sagrament, is-sacerdot jisma’ l-istqarrija individwali tad-dnubiet li jinhafru bil-qawwa tal-grazzja. Is-sacerdot celebrant ghandu jkun ippreparat sewwa, u b’mod xieraq kif mitlub, biex ma jfixkel xejn milli titqassam b’mod xieraq tad-doni tal-grazzji.
  • F’jum is-Sibt ta’ Ghid il-Hamsin irid isir mill-gdid it-tberik tal-fonti tal-Maghmudija skont kif mitlub mil-liturgija generali.
  • (p.43) L-ebda qassis, taht l-ebda cirkustanza, m’ghandu jazzarda jlaqqa’ flimkien gruppi ta’ nies madwar nisa morda kemm fid-dar taghhom kif ukoll fil-knisja, minghajr il-permess tal-Illustrissimu u Reverendissimu Sinjur, jew dak tar-Reverendissimu Vigarju Generali, taht piena ta’ sospensjoni li titwettaq minnufih.
  • Kull nhar ta’ Hadd wara r-recta tal-ghasar ghandha ssir konferenza dwar ghemejjel ta’ kuxjenza (kazwistika). Fiha ghandhom jingabru s-sacerdoti kollha li ghandhom il-permess li jqarru u li jisimghu l-istqarrijiet tal-fidili, u dawk li qeghdin ihejju ruhhom ghall-presbiterat, sakemm ma johorgux istruzzjonijiet ohra ghal dan il-ghan.
  • Kull nhar ta’ Hadd kif ukoll fil-festi kmandati kollha, ir-Reverendu Kappillan fil-quddiesa solenni ghandu jmexxi l-merhla fdata lilu bil-kelma t’Alla, waqt li jfisser il-qari tal-evangelju. Hekk ukoll, wara l-ikla ta’ nofsinhar wara l-ghasar, tal-anqas tul ta’ siegha, ghandu jaghti t-taghlim tad-duttrina tal-knisja skont il-katekizmu tal-kardinal Ballarmino, mahrug mill-Papa Klement VII fejn hemm migbura b’imhabba kbira dan it-taghlim, u b’sabar kbir jghallem lit-tfal bniet u subien. Dawn ghandhom jissejhu bid-daqq tat-tokki partikulari tal-qanpiena li ghandhom jindaqqu bi spazju ta’ hin, u jingabru f’xi parti maghzula tal-knisja. Fit-twettiq ta’ dan id-dmir ghandhom jaghtu daqqa t’id sewwa lill-Reverendu Kappillan dawk il-kjerici li m’humiex qeghdin fit-triq tal-presbiterat. Ikunu jafu li jekk ma jwettqux dan id-dmir, ma jigux maghzula ghall-ordinazzjoni ta’ gradi ohrajn oghla. Hekk ukoll, dawk l-adulti migbura m’ghandux ikun michud lilhom it-taghlim tal-katekizmu qaddis, u hekk ikunu mgieghla jisthu minnhom infushom ghax ikunu nieqsa minn dan it-taghlim spiritwali. Ghalhekk waqt il-quddies fil-parrocca, jew inkella fil-quddiesa tas-sebh, ghandu jinghata dan it-taghlim li jtul tal-anqas nofs siegha. Lil dawk li jghixu fl-ghelieqi, jew fil-kampanja, kultant zmien matul is-sena ghandhom jingabru fi djar privati fejn jinghatalhom it-taghlim baziku tal-principji tad-duttrina nisranija kif ukoll dwar is-sagrament tal-qrar. Hekk, tal-anqas, ikunu mghallma it-taghlim baziku tal-misteri tal-fidi kattolika.
  • Kulhadd ghandu jkollu ghal qalbu d-devozzjoni fil-quddies kollu biex hekk dawk l-insara li jkunu ttraskuraw dan id-dmir jergghu jibdew iwettquh bi pjacir kbir. Jekk tassew hemm dawk ix-xi whud li mhux qed iwettqu dan id-dmir minhabba ragunijiet ta’ xehha spiritwali, jew minhabba xi raguni ohra, hu dmir tal-promotur li jaghmel hiltu b’hegga u b’qawwa kbira u bi sforz biex iregga’ lura lill-istess midinbin.
  • (p.44) F’xi jum tal-Hadd, jew f'jum festa kmandata, ta’ kull xahar, b’ghazla ghaqlija tal-kappillan, fil-quddies kollu ghandha ssir gabra li tkun iddedikata ghall-htigijiet tal-fqar u tal-morda ta’ din il-parrocca. F’dak il-jum, b’ghaqal kbir l-Illustrissimu u Reverendissimu, amar li ma tistax tinghata kull xorta ta’ elemozina ohra lil xi artal kif ukoll xi donazzjonijiet ohrajn li jsiru lir-Reverenda Lampana. Hatar ukoll lis-sacerdot Dun Stiefnu Mamo u lil Rafel Agius bhala prokuraturi ta' din l-inizjattiva qaddisa. Il-gbir li jsir jitpogga mill-ewwel go kaxxa zghira b’zewg cwievet li wahda minnhom izommha l-kappillan u l-ohra tinzamm minn wiehed mill-prokuraturi. Il-kappillan, li jgawdi il-fiducja kbira taghna fih, iqassam il-flus migbura lill-foqra u lill-morda.
  • Dawk kollha li ghandhom xi ordni sagri ghandhom dejjem jilbsu l-ilbies kif mitlub mil-ligijiet qaddisa u mill-koncilju Tridentin. Dawk il-kjerici li jattendu l-iskola kif ukoll dawk li ma jghixux fil-post, jew li joqogbdu ghal xi zmien qasir f’xi belt, jistghu jilbsu lbies iehor. Izda dan il-permess irid jinftiehem li b’xi mod iridu jilbsu lbies li jaghzilhom bhala kjerici, u mhux ilbies sekulari. Ma jistghux jintlibsu hwejjeg, komuniment maghrufa bhala gravatta, li huma tip ta’ qomos li jintlibsu fuq sider mikxuf jew bl-ispallejn mikxufa kif ukoll id-dirghajn mikxufa. Kull ilbies irid ighatti l-irkoppa. Ma jistghux jilbsu wkoll ilbies iehor komuniment maghruf bhala kapott. Min jikser dawn il-ligijiet jaqa’ taht pieni kif imfissra fil-kostituzzjoni sinodali u pieni ohrajn kif imfassla mil-ligi.
  • Amar fuq kollox li kif jitolbu l-ligijiet parrokkjali li fuq dhul mis-servizzi ghall-kant tal-quddies, tal-ghasar u kull funzjoni ohra, jigifieri kull dhul mill-istola, hemm imposta taxxa sinodali skont dispozizzjonijiet tal-qatt minsi l-Illustrissimu u Reverendissimu Isqof Davide Cocco Palmeri taht pieni kif imfissra fihom.

U biex dawn id-digrieti ma jkunx hemm dubji fuqhom, l-Illustrissimu u Reverendissimu Sinjur amar li ghandhom isiru kopji taghhom, u wahda minnhom ghandha titwahhal f’post xieraq fis-sagristija flimkien ma’ kopja tal-vizta li saret qabel din.


Riferenzi

  1. Onsja, jew ahjar oncia, hija munita li kienel tintuza fi Sqallija u kull hames onsji jsarrfu fi tliet skudi Maltin.
  2. Il-bqija tal-hdax-il anniversarju m'humiex specifikati.
  3. Jista' jkun li l-kittieb, hawnhekk, ha zball fis-sens li fixkel Hal Dimech ma' Hal Dmigh.