The Mosta Archives Banner

Il-Mosta bejn is-snin 1686 u l-1709 fid-dawl tal-erba’ zjajjar pastorali tal-Isqof ta’ Malta Fra Davide Cocco Palmieri

Tradott minn Stanley Mangion


Dan il-ktieb interessantissimu ppublikat mix-Xirka tal-Isem Imqaddes t'Alla fl-2010 jinxtara mill-hwienet ewlenin. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


Informazzjoni fuq l-awtur mill-pagna ta' wara


L-awtur Stanley MangionL-awtur Stanley Mangion, bin Frangisku Mangion li tieghu nsibu wkoll diversi kitbiet fuq il-Mosta.

Stanley Mangion twieled fis-27 ta’ Lulju 1951 minn Frangisku u Marija nee Bezzina, genituri li hadmu sfiq fil-hidma tal-volontarjat u li minn ghandhom xorob l-imhabba lejn il-hidma volontarja. Ha l-edukazzjoni tieghu fl-iskola primarja tal-Mosta , fil-kullegg San Albertu, fis- St.Joseph Technical School u kompla l-istudji post sekondarji fl-istadium Dumnikan San Tumas D’Aqwinu, ir-Rabat u l-MCAST. Hadem ghal tletin sena fil-manigment tal-Belle View, il-Mellieha u bhalissa jahdem bhala amministratur fil-Kullegg Missjunarja ta’ San Pawl, ir-Rabat.


Sa minn zghozitu hadem fil-qasam tal-volontarjat. Kien lettur fil-quddies, membru fl-Azzjoni Kattolika u fix-Xirka tal-Isem Imqaddes t’Alla, fejn okkupa l-kariga ta’ President Lokali. Fil-prezent jokkupa l-Kariga ta’ President Nazzjonali tal-istess ghaqda. Huwa wkoll socju attiv fi tlett Kumitati tal-Banda Nicolo Isouard tal-Mosta.


Kien Membru tal-Kunsil Civiku tal-Mosta meta dawn kienu xterdu ma’ Malta kollha. Kien elett kunsillier fit-tieni, it-tielet u r-raba’ legislatura tal-Kunsill Lokali tal-Mosta fejn mexxa l-qasam tal-Pubblikazzjonijiet tat- Turizmu u Kultura. Kien strumentali biex il-katakombi ta’ Bistra jigu rrangati u maghduda bhala wirt Nazzjonali.


Stanley hu artikolist prolifiku fuq suggetti religjuzi u socjali. Ta lil Mosta zewg monumenti mill-isbah iddedikati lill-Missjunarji Maltin, f’Targa Gap u liz-Zaghzagh fi Triq il-Htajriet fil-Mosta. Bhala apprezzament ghal-hidma tieghu, l-Ordni Ekkwestru tas-Santu Sepulkru hatru bhala Kavallier. Fl-2011 l-Ordni Ekkwestru zejnitu bit-titlu ta’ Kommendatur Kavallier.


Stanley diga’ ppublika erba’ kotba li kollha gew milqugha tajjeb: Mill-kitba tieghi Ghalik, Fil-Kitba l-Hena, Fuq it-Tron ta’ Pietru, Il-Vizta Pastoral tal-Isqof De Bussan fil-Parocca tal-Mosta. Din il-hames pubblikazzjoni hi traduzzjoni mill-Latin tal-erba’ Zjajjar Pastorali tal-Isqof ta’ Malta Fra Davide Coco Palmieri fil-Mosta.


Dahla


Il-faccata tal-ktieb ta' Stanley MangionIl-faccata tal-ktieb ta' Stanley Mangion fuq iz-zjajjar pastorali tal-Isqof Cocco Palmeiri fil-Mosta.

(p.ix) Wara l-ewwel harga f’din is-sensiela ta’ traduzzjonijiet mil-Latin ghall-Malti tat-testi ufficjali taz-zjajjar pastorali tal-Isqfjiet ta’ Malta fil-Mosta, din id-darba Stanley Mangion qieghed jipprezentalna erba’ minn dawn il-vizti li lkoll saru minn Fra Davide Cocco Palmieri li kellu episkopat twil mifrux fuq 29 sena (1684-1713). F’din il-pubblikazzjoni se ssibu stampa awtentika u cara tal-qaghda fil-parrocca tal-Mosta fi tmiem is-seklu sbatax u l-bidu tas-seklu tmintax.


F’dawk iz-zminijiet meta l-Ordni Sovran tal-Kavallieri ta’ San Gwann kien jahkem fuq il-gzejjer Maltin, l-isqfijiet kienu obbligati jaghmlu zjarat fil-knejjes parrokkjali u knejjes zghar fil-kampanja. Huma kienu jaghmlu rapport fuq dak li kienu jsibu, u f’certu kazijiet, meta kienu jaraw li l-knejjes kienu spiccaw fi stat hazin hafha kienu jipprofanawhom. L-imhabba li l-Mostin minn dejjem kellhom lejn dawn il-knejjes filjali, imxerrdin Tinhawi diversi tal-parrocca, hija msahha mill-fatt li matul l-erba’ zjajjar ta’ Cocco Palmieri fil-Mosta ma kien ebda wahda minnhom li kienet ipprofonata jew maghluqa, ghalkemm seta' ordna xi tiswijiet urgenti.


Madankollu, jidher li l-affarijiet mhux dejjem kienu mmexxija b'ghaqal fil-Mosta, tant hu hekk li l-ewwel zjara ta’ Cocco Palmieri fil-parrocca Mostija kinet hallitlu toghma morra. Id-dokumenti juru li f’Novembru tal-1686 fil-Mosta kien hawn nuqqasijiet kbar u, skont il-qawl, il-huta minn rasha tinten. Il-kappillan Dun Consalvi Dimech xejn ma kien tal-galbu. Anzi minhabba d-difett tas-sokor, kien qieghed jitraskura xoghlu u kienu diversi l-parruccani li semmghu lehinhom quddiem l-Isqof li kien hemm traskuragni kbira fl-amministrazzjoni tas-sagramenti, fejn sahansitra il-moribondi kienu jilhqu aghlqu ghajnejhom ghad-dinja qabel ma jkun lahaqhom xi sacerdot mill-parrocca. L-Isqof, wara li ra b'ghajnejh u sema' lil kull min kellu xi jghid xi haga, widdeb lill-kappillan, lill-kleru u lil kull min hu responsabbli biex dawn n-nuqqasijiet ma jibqghux isiru u ghal dan il-ghan hareg bosta ordnjiet li riedu jkunu segwiti bl-akbar zelu ‘taht piena ta' sospensjoni.' Ta' mm jinnota wkoll li fid-dokument ta’ din l-ewwel zjara ta’ Cocco Palmieri hemm miktub li l-inkwatru titulari li kien ghadu kemm tpitter f dik il-habta sar bis-sahha ta’ legat ta’ Gakbu Chetcuti. Dan jikkuntrasta ma' kitbiet ohrajn li jindikaw li dan sar b’ghotja minn sacerdot.


(p.x) Seba' snin wara, f’Mejju tal-1693, Cocco Palmieri rega' zar il-Mosta u din id-darba sab li l-qaghda fil-parrocca kienet tjiebet sostanzjalment, filwaqt li l-istes kappillan Dun Consalvi Dimech deher li kien irnexxielu jrabbi l-ghaqal u jiehu f’idejh b'serjeta r-riedni tat-tmexxija parrokkjali. Il-knejjes filjali tal-kampanja lkoll instabu fi stat tajjeb, bl-eccezzjoni ta’ dik iddedikata lit-Tlugh fis-Sematal-Beata Vergni Marija li tinsab fix-xaqliba tal-Bizbizija. Din tal-ahhar sabha fi stat dizastruz minhabba elementi naturali. ‘Is-saqaf taghha f’qaghda tal-biki bl-ilma jidhol minnu fil-jiem tax-xita li jinfirex u jaghmel ghadajjar ma’ kullimkien. L-art kollha b’qoxra hadra bl-umdita.’ Fost numru ta’ rakkomandazzjonijiet li l-lsqof ghamel matul din iz-zjara nsibu t-‘theggig ghat-twaqqif ta’ skola ta’ kan f’dan ir-rahal biex tkun ta’ qadi ghall-knisja parrokkjali, li ghandha tkun maghduda mal-iskola tal-kant tal-belt Valletta biex tikkonsultaha fuq problemi li jistghu jinqalghu. Hekk ikun mghallem ukoll il-kant Gregorjan.'


Ghat-tielet zjara tieghu f’rahalhom f’Ottubru tal-1699, il-Mostin, flimkien mal-kleru u l-fratellanzi, laqghuh bi hgarhom u bl-akbar pompa, tant li ‘tul inharaq hafna nar bhala tislima.’ F’dik il-habta, meta Dun Lawrenz Habela kien kappillan, il-Mostin mhux biss kienu qeghdin jibnu l-kampnar tan-naha tax-xellug tal-knisja ta’ Tumas Dingli, imma wkoll kienu ghadhom kemm temmew il-bini mill-gdid tal-kappella filjali ddedikata lil San Pawl Appostlu fl-inhawi ta’ Wied il-Qlejja’. Id-dokumentista taz-zjara jirrimarka li ‘din il-knisja gdida nbniet fuq stil modern.’ Sa dak iz-zmien, il-festa li kienet ticcelebra din il-knisja kienet dik tal-konverzjoni ta’ San Pawl nhar il-25 ta’ Jannar, izda sar-raba’ vizta tieghu f’Mejju tal-1709, il-festa kienet inbidlet ghal dik tal-10 ta’ Frar biex tfakkar il-wasla tal-appostlu tal-gnus fostna.


Huwa maghruf li dan l-Isqof habrieki kien devot hafna ta’ din il-festa u kien ihoss li l-Knisja Maltija ma kinitx ticcelebra kif jixraq din it-tifkira. Huwa xtaq li jkun hemm gurnata ohra partikolari u mhux tibqa’ tigi ccelebrata mal-festa liturgika tal-konverzjoni ta’ San Pawl. Ghaldaqstant meta fl-1692 harget l-ordni mill-Vatikan ghat-twaqqif tal-festa tal-protettur ghall-provincja, l-Isqof Cocco Palmieri hataf l-okkazjoni u hareg digriet li mhux biss iddikjara l-Appostlu San Pawl bit-titlu tan-Nawfragju tieghu f’Malta, izda ddikjara ghall-ewwel darba fl-istorja l-10 ta’ Frar bhala l-gurnata li fiha ghandu jigi ccelebrat in-Nawfragju. Iktar tard, huwa ha l-passi mehtiega kollha biex il-gurnata tal-10 ta’ Frar tkun ikkonfermata fis-Sinodu li nzamm fil-Katidral tal-Imdina fl-1703 biex b’hekk tidhol b'mod ufficjali fil-kalendarju liturgiku mal-festi l-ohra ta’ Malta; festa li ghadna niccelebraw bil-kbir sal-gumata tal-lum. Tajjeb nghidu wkoll li s-Sinodu li laqqa' Cocco Palmieri bejn it-22 u l-24 t’April 1703 fil-Katidral tal-Imdina kien l-ahhar wiehed organizzat fid-djocesi ta’ Malta, qabel ma rega’ sar (p.xi) iehor bejn is-sena 2000 u l-2003 fi zmien l-Arcisqof Guzeppi Mercieca.


L-lsqof Davide Cocco Palmieri kien tabilhaqq wiehed mill-aqwa rghajja spiritwali li qatt kellha d-djocesi ta’ Malta. Kien fi zmienu wkoll, ezattament nhar il-25 ta' Marzu 1703, li nfetah l-ewwel seminarju f’Malta f’binja fl-Imdina li kien ipprovdieha hu stess. Kien Monsinjur Dusina li fl-1575 kien ordna t-twaqqif ta’ seminarju f’Malta, izda ghal aktar minn 125 sena baqa' qatt ma sar xejn.


Fir-raba’ zjara tieghu fil-Mosta fl-1709, id-dokument taz-zjara jaghmel riferenza diretta ghas-sinodu li kien tlaqqa’ sitt snin qabel. Fost affarijiet ohra, Cocco Palmieri wissa li ‘x-xedd tal-kleru kollu ghandu jkun iwassal sa taht l-irkoppa ... Anki l-kjerici fl-ordnijiet minuri ma jistghux jiggerrew fl-abitat b'ilbies iqsar minn dan. Il-kjerici kollha ma jistghux jilbsu Ibies sekulari u qomos miftuha u li ma jghattux l-ispalla u l-idejn kollha. Min ma jobdix jaqa' taht pieni, kif promulgati mill-koncilju sinodali u mill-koncilju Tridentin sessjoni 14, kapitlu 5.’ Bhal fil-bqija ta' Malta, il-bidu tas-seklu tmintax gab certa stabbilta fil-hajja socjali tal-pajjiz u dan narawh minn popolazzjoni li dejjem bdiet tizdied u minn opportunitajiet godda ta’ xoghol, specjalment fin-nahat tal-Port il-Kbir u l-Belt Valletta. Id-dokumenti tal-erba' zjajjar ta' Fra Davide Cocco Palmieri juru hidma izjed mifruxa min-naha tal-fratellanzi, titjib fil-mod ta' kif tkun iccelebrata l-liturgija u s-sens ta’ lealta li l-Mostin minn dejjem kellhom lejn l-fidi nisranija u lejn ir-rghajja spiritwali taghhom.


Mario Thomas Vassallo

Membru tal-istaff Akkademiku, Dipartiment tal-Public Policy, Fakulta tal-Ekonija, il-Management u l-Accountancy, Universita ta’ Malta.


Riferenzi

  • L-istorja tal-Knisja f'Malta ta' Joseph Bezzina (PIN, 2002).
  • Il-Mosta, il-Mostin u r-Rotunda taghhom matul iz-zminijiet, George Cassar u Joseph Borg (Kunsill Lokali Mosta 2007).
  • Minn Tigrib il-qedem il-Mosta tfassal grajjietha, George Cassar u Louis Vassallo (Talent Mostin 2008)
  • Is-Sinodu Nixxiegha ta’ Hajja Gdida (Arcidjocesi ta’ Malta 2004).
  • www.kappellimaltin.com
  • www.catholic-hierarchy.org/dioceses/dmalt.html

L-Ewwel Zjara (2, 3, 4)

Bejn l-24 u s-26 ta Novembru 1686


Zjara lill-Knisja Parrokjali ddedikata lit-Tlugh fis-Sema tal-Beata Vergni Marija fir-Rahal Musta (Mosta) u Knejjes Ohra


(p.1) Illum, jum il-Hadd, l-erbgha u ghoxrin jum tax-xahar ta’ Novembru 1686, l-illustrissimu u reverendissimu Fra Davide Cocco Palmieri, Isqof ta' Malta, wara li ntemmet gimgha shiha ta’ thejjija li matulha r-reverendu Dun Frangisk Attard u Fra Guzeppi Gafa tal-Ordni tal-Predikaturi wettqu missjoni qaddisa fost il-poplu tar-rahal Musta (il-Mosta), u wara li l-Illustrissima Tieghu temm iz-zjajjar tieghu fl-irhula Nascari (in-Naxxar) u Gargur (il-Ghargur), kif ukoll zar il-knisja ta’ Santa Marija ta' Mikecho, illum telaq kmieni ma‘ sebh il-jum u halla l-istess rahal Nascari, u flimkien mal-kollaboraturi u l-esperti r-reverendu Dun Antonio Manso J.V.D., Vigarju Generali u l-espert, ir-reverendu Dun Gwann Frangisk Sceberas J.V.D., Tezorier tal-Knisja Katedrali tal-Imdina u l-konvizitatur, ir-reverendu Dun Marianu Hasciac (Axiaq), kif ukoll kollaboraturi ohrajn, telaq lejn l-imsemmi rahal Musta. Jistennewh f’tarf ir-rahal kien hemm r-reverendu kleru tal-Musta u ghadd sabih mill-poplu li Ikoll laqghuh b’ferh l-izjed kbir. Mexa lejn il-binja (fejn kienu se joqoghdu) . Hemmhekk sab jistennewh ir-reverendu kappillan tal-istess rahal, Dun Consalvi Dimech J. V. D. Wara li libes il-kappa l-kbira mexa taht il-baldakkin lejn il-knisja parrokkjali ddedikata lit-Tlugh fis-Sema tal-Beata Vergni Marija akkumpanjat mill-kleru kollu, mill-fratellanzi u mill-poplu li gie bi hgaru ghal din l-espeijenza. Mal-wasla, kif mitlub mic-cerimonjal pontifikali Ruman, ta bidu ghall-weghdiet ta’ ubbidjenza, l-ewwel mill-istess reverendu kappillan, wara mill-kleru kollu. Wara bierek b’rit l-izjed solenni lill-poplu kollu migbur. Imbaghad xedd l-ilbies qaddis u ta bidu ghac-celebrazzjoni solenni tal-quddiesa fejn ir-reverendu Patri Fra Frangisk Attard niseg prietka kbira lill-poplu fejn fiehem x'ghandu jkun l-frott ta' din iz-zjara qaddisa. L-istess Illustrissimu u Reverendissimu Sinjur (p.3) qarben hu stess lil hafna mill-fidili migbura, kemm irgiel kif ukoll nisa. Fil-hin li ntemmet il-quddiesa, sar it-talb ta’ mahfra ghall-erwieh mejtin.


Zar is-santissimu sagrament tal-ewkaristija li jinzamm fit-tabemaklu kbir tal-injam fuq l-artal maggur. Fuq barra, il-bicca l-kbira tieghu hu indurat bid-deheb waqt li l-kumplament hu mizbugh kulur ahmar. Ir-reverendu kappillan fetah it-tabemaklu b’cavetta tal-fidda u minnu hareg zewg pissidi. it-tnejn tal-fidda bit-tazzi taghhom mahsula bid-deheb. Il-kbir kien mghotti bi drapp tal-harir kulur ahmar skur irrakkmat bid-deheb. Il-pissidi z-zghir jingarr fil-vjatku tal-morda. Ghandu wkoll korporal ta’ drapp tal-harir kulur ahmar skur irrakkmat bid-deheb. Minn gewwa, l-istess tabemaklu hu miksi bi drapp tal-harir ahmar. Mill-ewwel deher li kien mizmum hazin tassew bil-korporal mahmug u trietaq. Il-purtiera tal-harir kulur ahmar lanqas biss kienet imdendla quddiem il-bieba, imma mitfughha bl-addocc fuq gewwa. Fil-pissidi. qalb il-partikoli kkonsagrati, kien hemm bicciet kbar sewwa li mad-daqqa t'ghajn jidher li hu tahsir kawzat minn traskuragni fil-preparazzjoni u l-harsien taghhom. Il-Wisq lllustnsstmu Sinjur amar it-twaqqif tat-tqarbin lill-poplu sakemm il-hwejjeg mehtiega jergghu jibdew isiru sewwa kif mitlub. Hekk amar:


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur wissa lir-reverendu kappillan biex ikun aktar prudenti u responsabbli fix-xoghol tieghu. Hu stess gibed ‘il barra il-korporal mit-tabemaklu u minfloku amar li jitqieghed iehor gdid u ahjar. Wissieh biex hu stess igorr ir-responsabbilta u jixref u jissorveljah kultant zmien. Amar ukoll li l-bieba tat-tabemaklu terga' ssirilha purtiera gdida tal-harir kulur ahmar u fuq gewwa terga’ tiddendel il-purtiera b'holoq tal-hadid. Dwar il-partikoli, diga msemmija, amar li jitnehhew kollha kemm huma.


Zar il-fonti tal-maghmudija li jinsab fuq in-naha tal-lemin tad-dhul tal-knisja li hu tal-irham. Fuqu hemm imnaqqxa l-istemma tal-qatt minsi Isqof Cubelles u ghandu numri li jaqraw is-sena 1557. Il-parti ta’ fuq tieghu hi xoghol fl-injam forma ta’ piramida. Fuq barra hu mizbugh b'kuluri differenti, waqt li fuq gewwa hu mzejjen b’purtiera kbira ta’ kulur ahmar. Fiha jinzamm il-kuccamn tal-maghmudija u vazetti bid-dlik qaddis, it-tnejn tal-fidda, kif ukoll kapsola ovali maqsuma f’zewg partijiet, naha minnhom biz-zejt tal-katekumini u fl-ohra z-zejt tal-grizma b’ittri mnaqqxa li jaghzilhom minn xulxin. Jinzammu fih ukoll dawk l-affarijiet kollha mehtiega biex ikun ammimstrat is-sagrament tal-maghmudija. Id-dawra tond tal-fonti hi mdawra b’balavostri tal-gebel. F’din id-dawra hemm l-armarju li fih jintrefghu l-affarijiet qaddisa. Hu tal-injam li ma jixraqx u ma tantx hu irmuntat tajjeb. Instab li dan ukoll xejn ma kien mizmum tajjeb. Ghalhekk:

(p.4) L-illustrissimu u reverendissimu sinjur amar li fuq barra, il-fonti ghandu jkun mizbugh mill-gdid sewwa u minn gewwa, fil-qoxra tiegbu ghandu jitqieghed drapp gdid. Ukoll, il-kontenituri tad-dlik u z-zejt qaddis ghandhom ikunu illustrati mill-gdid u l-armarju fejn jintrefghu l-ghodod qaddisa ghandu ssirlu qoxra gdida tal-injam, ghandu jkun irmuntat tajjeb u jissakkar b’cavetta tal-hadid.

Zar iz-zejt tal-morda li jinzamm go nicca zghira mhaffra fil-hajt hdejn il-kor fuq in-naha tal-lemin tal-artal maggur, bil-bieba taghha tissakkar b’cavetta b’serratura tal-hadid. Imma m’ghandhiex purtiera quddiemha. Fuq gewwa hi nfurrata bi drapp tal-harir kulur ahmar skur. Fiha sab vazett tal-fidda, f’forma ta’ pissidi, mghotti bi drapp tal-harir ahmar skur li fih jittiehed iz-zejt qaddis lill-morda. Sab ukoll tliet vazetti ohrajn, ukoll tal-fidda, it-tazza taghhom fuq gewwa hi tal-injam biz-zejt qaddis li kellhom kliem fuqhom biex jaghzilhom minn xulxin.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur, qabel kollox, amar li ssirilha purtiera xierqa quddiem il-bieba taghha ta’ kulur vjola skont id-digrieti taz-zjara qaddisa li diga saret qabel.


Peress li kien wasal il-hin ta’ nofsinhar, l-istess illustrissimu u reverendissimu sinjur mar lura lejn il-binja li kienet imhejjija ghalih bhala post fejn jghammar.


L-istess Erbgha u Ghoxrin Jum ta’ Novembru 1686, wara nofsinhar


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur, akkumpanjat mill-esperti u mill-konvizitaturi tieghu, mexa lejn il-knisja parrokkjali, fejn wara li mexxa l-kant tat-tieni ghasar, amministra s-sagrament tal-grizma tal-isqof lit-tfal kemm bniet kif ukoll subien. Imbaghad:


Zar l-artal maggur li jinsab taht hnejja kbira li fuqha tistrieh il-koppla bi presbiterju maqtugh mill-bqija tal-knisja b’balavostri tal-gebel. L-artal hu wkoll tal-gebel, bil-mejda tieghu xierqa biex fuqha jkun iccelebrat is-sagrificcju u l-quddiesa. Fuqu jistriehu it-tabernaklu li gida ktibna fuqu aktar ‘il fuq. Quddiemu jiddendel lampier tal-fidda b’imnara li tinxteghel bla ma taqta’ b’qima lejn is-santissimu sagrament.


(p.5) Il-festa tigi mfakkra fil-hmistax-il jum t’Awissu, jum l-Ghid it-Tlugh fis-Sema tal-Beata Vergni Marija, bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa kantata li jhallsu ghaliha l-prokuratur tal-Veneranda Lampada li jiehdu hsieb ukoll dan l-artal. Bhalissa huma Xmun Pace u Dun Muscat.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur baghat ghalihom u talabhom biex iressqulu rapport shih tal-amministrazzjoni taghhom.


Fuq dan l-artal hi mwaqqfa l-fratellanza tal-irgiel iddedikata lis-Santissimu Sagrament li tfakkar il-festa ta’ Korpus Kristi bil-kant tal-ewwel ghasar, quddiesa kantata kif ukoll bil-purcissjonijiet li soltu jsiru bis-sagrament imqaddes tal-ewkaristija. Tiehu seshem ukoll f’purcissjonijiet ohrajn li jsiru kull tielet Hadd ta’ kull xahar tul is-sena kollha. Barra dan, darbtejn fis-sena, jigifieri fix-xhur ta’ Mejju u ta’ Settembru, jitfakkru zewg anniversarju ghall-imsiehba mejtin.


Il-prokuraturi tal-istess fratellanza huma Gwanni Marija Fenech u Gwanni Marija Dingli li:

L-illustrissimu u reverendissimu sinjur baghat ghalihom biex iqieghdu quddiemu kitba shiha tal-amministrazzjoni taghhom.


Dan l-artal ghandu piz li jiccelebra quddiesa kmieni fis-sebh, kull nhar ta’ Hadd u f’jiem ta’ festi kmandati, imhollija b’devozzjoni kbira minn Damjan Bonnici u martu Agata li biex tkun tista’ titwettaq hallew lill-Veneranda Lampada bicca art maghrufa Iccens ta’ Giejna fix-xaqliba ta’ Euires, kif mitlub fl-atti tan-nutar Gwanni Pawlu Fenech fis-seba’ jum tax-xahar ta’ Mejju 1644 u halla f’idejn il-prokuratur tal-knisja l-amministrazzjoni taghha kif xehed ir-reverendu kappillan.


Hemm ukoll piz iehor li tinghata ghajnuna lil tfajla vergni u fqira minn dan ir-rahal li tkun qariba mid-demm ta’ Sebastjan Busuttil, il-fundatur ta’ dan il-piz bl-obbligu li tizzewweg f’xi wahda mill-festi tal-Beata Vergni Marija tal-Purifikazzjoni jew l-Assunzjoni jew inkella tar-Ruzarju. Din tkun maghzula mil-Prokuratur tal-Veneranda Lampada. Dan kien imholli mill-istess Sebastjan li biex ikun jista’ jitwettaq dan il-piz halla nofs id-dhul ta’ tmien mija u hamsa u hamsin skun f’kapital fiss, kif ukoll post ta’ djar li jinsab fil-belt Valletta qabel id-dhul fil-pjazza ewlenija, bil-kundizzjoni li parti minn dan id-dhul li jghodd sitt skudi kull sena jinzamm ghall-htigijiet tal-Veneranda Lampada u li jkun baqa’ ikun hlas ghax-xoghol imwettaq kif imnizzel fl-atti tan-Nutar Mikiel Calli tal-wiehed u ghoxrin jum ta’ Marzu u tad-disgha t’April 1656 kif qieghed jitwettaq (p.6) tajjeb u xieraq mill-prokuratur tal-knisja.


Hekk ukoll f’jum il-festa tat-Tlugh fis-Sema tal-Beata Vergni tintaghzel xebba vergni qariba mid-demm ta’ Dumink Vassallo, il-fundatur ta’ dan il-piz. Fin-nuqqas ta’ dan, tkun maghzula wahda mill-ifqar tar-rahal tal-Musta. Dan thalla b’imhabba kbira mill-istess Duminku li biex isehh dan halla lill-Veneranda Lampada bicctejn hbula raba’: wahda, fix-xaqliba ta’ Hal Dimech maghrufa bhala Ta Champita u l-ohra fix-xaqliba ta’ Gnen el chasel (Gnien il-Ghasel) maghrufa bhala Iccens (Ic-cens) bir-rabta maghha li ta’ kull sena jinzamm parti mid-dhul taghhom ta’ onsja ghas-servizz tal-istess Veneranda Lampada u li jibqa’ minnu jkun hlas tat-tahbit ghat-twettiq ta’ dan il-piz kif muri fl-atti tan-nutar Gwanni Pawlu Fenech tal-erbatax-il jum ta’ Mejju 1654 u f’dawk l-atti tal-1699 li qieghed jitwettqu tajjeb mill-prokuratur tal-knisja.


Tigi ccelebrata wkoll quddiesa letta fl-istess festa tat-Tlugh fis-Sema tal-Beata Vergni Marija mhollija b’devozzjoni kbira minn Constantin Fenech, skont l-atti tan-nutar Marju Attard fit-tieni jum tax-xahar ta’ Marzu 1624 u kif qieghed jitwettaq mill-prokuratur tal-fratellanza tar-ruzarju.


Skont iz-zjara li saret qabel, ir-reverendu J.V.D. Dun Salv Fenech li kellu l-piz li jiccelebra l-ewwel ghasar u quddiesa letta fuq l-artal maggur f’jum il-festa tat-Tlugh fis-Sema tal-Beata Vergni Marija. Dan, ghax il-bicca art li ghandu f’idejh maghrufa bhala ta’ Chali (Ta’ Qali) fix-xaqliba ta’ Calleia (Rahal Calleja) kien hemm marbut maghha dan b’piz li ftit li xejn qieghed jitwettaq. Tassew li l-imsemmi Fenech qieghed quddiemna d-dokumenti kollha ppubbliki li ghandhom x’jaqsmu maghha, kif miktuba bl-idejn min-nutar Xmun Galea u moqrija fl-erbatax t’Awissu 1605. Dan l-istess piz jigbor fih zewg quddisiet letti li ghandhom jitqaddsu fl-artal ta’ Sant’Anna, u San Kozma u San Damjan li qabel kien iddedikat lill-Assunzjoni tal-Beata Vergni Marija kif diga ntqal.


Zar l-artal titulari li jinsab fil-perspettiva tal-kor li hu tal-gebel. Il-mejda tieghu hi xierqa biex fuqha jkun iccelebrat is-sagrificcju tal-quddiesa. Hu armat ukoll b’mod xieraq. Fuqu hemm ikona li ghadha kemm saret bis-sahha ta’ legat ta’ Gakbu Chetcuti li turi l-misterju tat-Tlugh fis-Sema tal-Beata Marija mdawra bi gwarnic tal-injam indurat bid-deheb bejn sitt kolonni kollha skultura minquxa fil-gebla. Fuq nett hemm ikona ohra li turi lill-Missier Etern. Quddiemu jiddendel lampier tar-ram isfar b’imnara li tinxteghel f’jiem ta’ festa.


M’ghandu l-ebda piz marbut mieghu.


(p.7) Zar l-artal iddedikat lil San Pawl Appostlu li jinsab fuq in-naha tal-lemn tal-artal maggur. Ix-xbieha fuqu turi lill-istess appostlu San Pawl meta gie fi gziritna. Il-pittura hi mdawra bi gwarnic tal-gebel u qieghed bejn zewg kolonni, it-tnejn li huma mzejna bi skultura mnaqqxa fihom. Quddiemu jiddendel lampier, tahlita ta’ fidda u comb, b’imnara li tinxteghel mill-prokuratur tal-istess artal f’jiem is-Sibt u festi kmandati.


Il-festa tigi ccelebrata nhar il-hamsa u ghoxri jum ta’ Jannar, festa tal-konverzjoni tal-istess qaddis San Pawl bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa kantata. Bhalissa l-prokuratur hu Duminku Muscat.


L-artal hu sid ta’ bicca art maghrufa bhala Iccens fuq ix-xaqliba tal Facciol moghtija minn Joanna Maria u Paschale Camilleri, zewgt ahwa mir-rahal tal-Musta, kif imfisser fl-atti taz-zjara li diga saret fid-disgha u ghoxrin jum tax-xahar t’Ottubru 1679.


Ghandu wkoll kapital fiss bullari ta’ tmien onsji moghtija minn benefatturi ohrajn.


M’ghandu l-ebda piz.


Zar l-artal iddedikat lill-Madonna tar-Ruzarju lil qieghed fuq l-id il-leminija tal-knisja. Hu xoghol fil-gebel b’mejda kbira xierqa biex fuqha jkun iccelebrat is-sagrificcju tal-quddiesa. Hu mzejjen tassew xieraq. Fuq il-mejda ghandu zewg skabelli, jew targiet tal-injam fuq xulxin, li partijiet minnhom huma ndurati bid-deheb u ohrajn mizbugha kulur ahmar. Il-pittura turi x-xbieha tal-Madonna bil-Bambin Gesu fuq il-parti ta’ fuq, waqt li fuq in-naha t’isfel turi lil San Duminku u lil Santa Katerina ta’ Siena. Madwarhom iduru l-misterji tar-ruzarju qaddis, bil-gwarnic tieghu tal-gebel, li jdur maghha, hu ndurat bid-dehb u qieghed fil-wesgha ta’ erba’ kolonni tal-gebel, bicciet minnhom indurati, ohrajn mizbugha bl-ahmar. Fuqhom hemm ikona li turi lill-Missier Etern. Quddiemu jiddendel lampier kbir tal-fidda b’imnara li tinxteghel f’jiem is-Sibtijiet u festi kmandati.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur amar li fuq l-artal ghandu jitqieghed salib xieraq bix-xbieha tal-kurcifiss qaddis fuqu.


Fuq dan l-artal hi mwaqqfa l-fratellanz tal-irgiel iddedikata lis-Santissimu Ruzarju. Il-mexxej taghha hu l-prokuratur li jiehu hsieb ukoll ifakkar il-jum tal-festa fl-ewwel Hadd t’Ottubru bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa kantata. Tul in-novena ad unur it-twelid tas-sinjur taghna Gesu Kristu jigu ccelebrati (p.8) disa' quddisiet kantati. Fil-jiem ta' dawn il-festi hawn imsemmija, jigifieri l-Purifikazzjoni, il-Lunzjata, l-Assunzjoni, it-Twelid u f’tar-Ruzarju tal-Beata Vergni Marija jsiru wkoll quddies. Isiru wkoll hames tifkiriet ghall-ahwa mejtin.


L-istess fratellanza tiecelebra quddiesa letta kull nhar ta’ Sibt. Dan bis-sahha ta’ piz imholli b’devozzjoni kbira minn Kostantin Fenech, kif imnizzel fl-atti tan-nutar Marju Attard tat-tieni jum ta' Marzu 1624. Jiehu hsiebhom il-prokuratur.


F'jum il-festa tar-ruzarju, tinghazel tfajla li tkun qariba mid-demm tal-imsemmi fundatur, u fin-nuqqas ta' dan xi hadd iehor mill-foqra ta’ dan ir-rahal maghzul mill-kappillan flimkien mal-prokuratur tal-istess fratellanza, u tinghala ghotja ta' ghaxar onsji. Ghotja ohra ta' tmien onsji thalliet ukoll b’devozzjoni kbira minn Kostantinu Fenech fl-atti tan-nutar Marju Attard tat-tieni jum ta’Marzu 1624. Piz li qieghed jiehu hsiebu l-istess prokuratur.


Hekk ukoll ghandha tinghazel tfajla ohra vergni maghzula mill-prokurat tal-istess fratellanza biex tizzewweg fuq l-artal maggur nhar il-festa tat-TIugh fis-Sema tal-Beata Vergni Marija mid-dhul li jrendu bicctejn art li jmissu ma xulxin maghrufa bhala tal Chiandi u ta elfar fix-xaqliba tal Chireica, li qabel
kollox jitwarrbu tletin tarani mid-dhul li jinzammu ghall-htigijiet tal-artal. Dan il-piz imholli b'qalb kbira minn Damjan Bonnici fl-atti tan-nutar Gwanni Pawl Fenech tas-sebgha jum ta’ Mejju 1644. Dawn l-artijiet bhalissa qieghed ihallu dhul ta' ghaxar onsji u l-piz taz-zwieg qieghed jitwettaq.


Il-prokuraturi maghzula godda ta' din l-istess fratellanza huma Gwanni Pietru Habela u Gwanni Pawlu Xerri. Qabel il-fratellanza kienet immexxija mill-istess prokuratur t'issa Gwanni Pawlu Xerri u minn Frangisku Chetcuti.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur sejhilhom u talabhom rapport shih.


Zar l-artal iddedikat lil Sant Anna u lill-qaddisin Kozma u Damjan li jinsab fuq il-lemin ta' din il-knisja principali li kien twaqqaf bl-inizjattiva tal-J.V.D. Dun Salv Fenech. Hu tal-gebel bil-mejda tieghu xierqa bizzejjed biex fuqu jkun iccelebrat is-sagrificcju tal-quddiesa. Hu mizmum tajjeb. Fuq l-ahhar targa jew skabella, imdahhla fil-gebel, hemm ikona li turi x-xbihat tal-famuz qaddisa fuq in-naha ta' fuq, waqt li fuq in-naha t'isfel turi lil Santu Wistin, lil San Nikola ta' Tolentino, lil Santa Katerina Vergni u Martri u lil Santa Monika. L-ikona ghandha gwarnic maqtugh fil-gebel u indurat bid-deheb li jdur maghha bejn zewg kolonni, ukoll tal-gebel mizbugha kif ukoll skulturati. Quddiem jiddendel lampier b'imnara li tinxteghel f'jiem is-Sibtijiet u festi kmandati.


(p.9) Fil-prospettiva tal-artal hemm zewg nicec maghluqin bi gradi tal-hadid. Fihom hemm zewg kapsoli tal-kristall li fihom jinzammu b'ghozza kbira l-fdalijiet ta' diversi qaddisin. Wara li flihom b'reqqa l-izjed kbira, sab li huma mizmuma tajjeb.


Fuq dawn iz-zewg nicec hemm zewg pitturi ohra fuq it-tila li juru x-xbihat ta' San Kozma u San Damjan. Hemm ukoll tnejn ohra fuq il-genb li juru x-xbihat ta’ San Lawrenz martri u lil San Filippu Neri.


Il-festa tigi ccelebrata bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa kantata f’jum is- sitta u ghoxrin ta’ Lulju, festa ta’ Sant Anna. Dun Salv Fenech J.V.D., li halla din il-fundazzjoni, jiehu hsieb ukoll il-mixeghla tal-lampier u jara li l-artal ma jkun jonsqu xejn. Dan l-irbit hu mnizzel fl-atti taz-zjara qaddisa tas-sena 1653. kif hu stess hawn maghna qieghed iseddaq.


Ghandu piz ta’ celebrazzjoni ta’ zewg quddisiet li jitqaddsu fil-festa tat-Tlugh fis-Sema tal-Beata Vergni Marija u f'dik ta' San Kozma u Damjan li thalla b'qalb kbira minn Gakbu Vella, li biex jitwettaq halla habel raba' maghrufa bhala tal Hali (Ta' Qali) fix-xaqliba ta' Calleia fl-atti tan-nutar Xmun Galea fl-erbatax-il jum t’Awwissu 1609 marbut mieghu dan il-piz. Bhalissa hu f'ldejn J.V.D. Dun Salv Fenech li jrid iharsu taht piena. Dan il-piz qieghed jitwettaq billi hu stess jiehu hsieb li jitqaddsu dawn iz-zewg quddisiet f’dawn iz-zewg festi u hu nnifsu jiehu hsieb jaghti servizz ta’ ikel u xorb kemm lill-qassisin li jqaddsu kif ukoll lill-qaddejja taghhom skont id-digrieti taz-zjara qaddisa tal-qatt minsi Isqof Balaguer tas-sena 1659, kif juri r-registru parrokkjali tal-knisja.


Hemm ukoll piz ta’ quddiesa li titqaddes kull nhar ta’ Sibt imhollija b'imhabba kbira minn Dun Gwann Galea fl-atti tan-nutar Gwann Pawlu Fenech tas-sebgha u ghoxrin jum ta' Jannar 1652 li biex jitwettaq dan halla zewgt ihbula raba' bi triq tghaddi minn nofshom u taghzilhom minn xulxin, fix-xaqliba ta Calleia. Wahda minnhom qieghda fuq in-naha tal Cali u l-ohra ta’ Landar li bhalissa hi f’idejn Dun Salv Fenech li qieghed iwettaq dan il-piz kif jixhed l-istess ktieb.


Zar l-artal iddedikat lit-Thabbira tal-Beata Vergni Marija li qieghed fuq in-naha tal-lemin tal-knisja mwaqqaf b’qalb kbira minn J.V.D. Dun Xmun Bartolo. Hu tal-gebel bil-mejda tieghu xierqa biex fuqha jsir is-sagrificcju tal-quddiesa. Hu mizmum tajjeb u ghandu targa semplici tal-injam. Fuqu hemm hnejja li tahtha hemm pittura mdawra bi gwarnic tal-gebel skolpit bejn zewg kolonni tal-gebel, it-tnejn li huma mzejna u mnaqqxa. Din il-pittura zghira li tiddendel bejniethom, li hi antika hafna, turi l-misterju tat-Thabbira tal-Beata Vergni Marija. Din (p.10) il-pittura kienet imnehhija minn knisja rurali ddedikata lilha li kienet ipprofanata. Kienet tinsab fix-xaqliba ta' Hal Kofla.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur amar li l-mejda tieghu tkun restawrata waqt li t-targa tal-artal tkun mizbugha mill-gdid u meta jkun il-waqt issir pittura gdida proporzjonata mal-kobor tal-hnejja.


Il-festa tigi mfakkra bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa kantata fil-hamsa u ghoxrin jum tax-xahar ta’ Marzu, jum il-festa tat-Thabbira tal-Beata Vergi Marija, mill-istess Dun Xmun Bartolo, fundatur ta’ dan il-piz li biex ikun jista’ jitwettaq, biex jinxteghel il-lampier u biex ikun indukrat l-artal, halla habel raba maghruf bhala ta’ Xi Laita f’tarf ir-rahal kif miktub fl-atti tan-nutar Gwanni Pawlu Fenech fit-tieni jum ta’ Frar 1677 u fid-digriet tat-twaqqif tar-reverendu sinjur vigarju kapitulari fid-disgha jum ta’ Mejju 1678 muri mill-istess Bartolo.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur amar li dan ikun registrat fl-atti tieghu tal-Kurja Ewlenija.


Zar l-artal iddedikat lill-Madonna tal-Grazzja li jinsab fuq ix-xellug tal-art maggur. Hu tal-gebel u ghandu mejda xierqa biex fuqha jitqaddes is-sagrificci tal-quddiesa. Hu mizmum tajjeb u ghandu targiet tal-injam, partijiet minnhom indurati bid-deheb u ohrajn mizbugha kulur ahmar. Fuqu ghandu pittura kbira mdawra bi gwarnic tal-injam indurat bid-deheb u msaqqaf bi hnejja li tifforma l-propettiva shiha tal-artal. Turi x-xbieha tal-Beata Vergni Marija bil-Bamb Gesu. Fuq il-parti ta’ fuq hemm il-Missier Etem, waqt li fuq in-naha t’isfel turi lil San Pietru Appostlu u lil Santa Marija Madalena rispettivament. Quddiem l-artal jiddendel lampier b’imnara li tinxteghel f’jiem maghzula mill-istess prokuratur.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur amar ir-restawr tal-mejda.


Il-festa tigi ccelebrata bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa kantata f’jum il-festa tat-twelid tal-Beata Vergni Marija mill-istess prokuratur li bhalissa hu Gwanni Baptista Borg.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur baghat ghalih u talbu jressaqlu rendikont shih tal-amministrazzjoni tieghu.


Dan l-artal ghandu post ta’ djar bi gnejna mieghu li jinsab fir-rahal fix-xaqliba ta' Hal Meiel kif ukoll kapital fiss ta sitt onsji li huma amministrati mill-prokuratur.


(p.11) Ghandu piz ta' quddiesa li titqaddes kull nhar ta' Gimgha, imhollija b'qalb kbira minn Gorg Muscat fl-atti tan-nutar Duminku Conte tat-2 ta’ Marzu 1641 u jiehu hsiebha l-prokuratur tal-Veneranda Lampada. Dan ghaliex il-bqija tad-dhul ta' dil-bicca art, maghrufa bhala ta' Jannar fix-xaqliba ta torba wara li tithallas l-elemozina ta’ din il-quddiesa jkun moghti lill-foqra tar-rahal.


Piz iehor ta’ zewg quddisiet ta' kull xahar u li jitqaddsu l-Erbgha jew is-Sibt, imhollija b'qalb kbira minn Bernada Mangion kif miktub fl-atti tan-nutar Gwanni Pawlu Fenech fis-sbatax-il jum ta’ Jannar 1657. Biex jitwettaq dan il-piz kif ukoll biex isiru zewg quddisiet ohra kull xahar li ghandhom jitqaddsu fil-jiem tal-Erbgha jew ta' Sibt fil-knisja filjali ta' San Anard halliet habel raba’ maghrufa bhala elghirien fix-xaqliba ta Hal Dimech b'titlu ta' ghotja. Hi f’idejn Gwanni Mangion, neputi tal-fundatrici, li jiehu hsieb b'responsabbilta li jwettaqhom, kif xehed il-kappillan.


Piz iehor ta’ quddiesa kull gimgha li titqaddes f’jiem tal-Erbghat jew Sibtijiet, skont kif jaghzel ic-celebrant, imhollija b'imhabba kbira minn Grezzja mart Gwanni Marija Hagius fl-atti tan-nutar Gwanni Pawlu Fenech li biex jitwettaq halliet bicca art maghrufa ta’ berka fix-xaqliba ta Hal Dimech li kienet moghtija minnha lill-qassis Dun Gwann Marija Xerri marbut maghha dan il-piz tul hajtu. Wara mewtu, dan il-piz jghaddi f’idejn l-artal li mid-dhul tieghu jzomm l-ewwel ghaxar tarani. It-tieni tmien tarani mid-dhul jinzammu ghall-htigijiet tal-artal u l-bqija tad-dhul isir quddies skont kemm tippermetti l-elemozina


Zar l-artal iddedikat lil San Guzepp li jinsab fuq l-id ix-xellugija tal-knisja. Hu tal-gebel bil-mejda tieghu xierqa biex fuqha jitqaddes is-sagrificcju tal-quddiesa. Hu armat tajjeb u ghandu zewg targiet tal-injam, nahiet minnhom indurati bid-deheb u ohrajn mizbugha kulur ahmar. Il-pittura mdawra bi gwarnic tal-gebel indurat bid-deheb, skulturat u mnaqqax, qieghed bejn erba' kolonni mnaqqxa u indurati wkoll juri x-xbihat tal-Missier Etern kif ukoll tal-lspirtu s-Santu fuq in-naha ta’ fuq, waqt li fuq il-parti t’isfel turi lill-Beata Vergni Marija bil-Bambin Gesu u lil San Guzepp. Quddiem l-artal jiddendel lumpier, tahlita ta’ fidda u comb, b’imnara li tinxteghel f'jiem maghzula.


Il-festa tigi ccelebrata bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa kantata nhar id-dsatax-il jum ta' Marzu, festa ta' San Guzepp.


L-artal ghandu kapital fiss ta' sebgha u erbghin onsja f’diversi investimenti li mid-dhul taghhom tinzamm il-mixeghla tal-lampier u ssir il-festa.


(p.12) Il-prokuratur hu Antonio Fenech li:

L-illustrissimu u reverendissimu sinjur sejjahlu biex jghaddilu rapport shih tal-amministrazzjoni tieghu.


Zar l-artal iddedikat lil Santu Rokku li jinsab fuq in-naha tax-xellug tal-artal maggur. Hu tal-gebel bil-mejda tieghu xierqa biex fuqha jitqaddes is-sagrificcju tal-quddiesa. Hu wkoll armat kif jixraq. Fuq it-targa ta’ fuq, li hi bil-gebel imnaqqax, tistrieh ikona li turi x-xbieha tal-istess qaddis kif ukoll lil San Bastjan fuq in-naha tal-lemin. Fuq in-naha tax-xellug turi lil Santa Rozalija. Gwarnic tal-gebel li jdawwarha jistrieh bejn zewg kolonni, it-tnejn li huma skolpiti. Fuqnett hemm ikona zghira li turi t-Tnissil bla Tebgha tal-Beata Vergni Marija. Quddiemu jiddendel lampier, tahlita ta’ fidda u comb, b’imnara li tinxteghel f’jiem maghzula.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur amar li l-mejda tieghu titbaxxa ftit.


Il-festa tigi ccelebrata bil-kant tal-primi vespri u quddiesa kantata nhar is-16 t’Awwissu, jum il-festa ta’ Santu Rokku. Ukoll fl-ghoxrin jum ta’ Jannar, festa ta‘ San Bastjan, tkun imfakkra b’quddiesa letta; it-tnejn jiehu hsiebhom il-prokuratur.


Ghandu piz ta' quddiesa letta li titqaddes kull xahar fil-jum li jaghzel ic-celebrant imhollija b’qalb kbira minn Damjan Bonnici u martu Agata kif imnizzel fl-atti tan-nutar Gwann Pawlu Fenech tat-tletin jum t’Awwissu 1644. Biex titwettaq halla habel raba’ maghrufa bhala Iccens li tinsab fix-xaqliba ta Xiliata. Bhalissa s-sid taghha hu r-reverendu J.V.D. Dun Gwann Gatt, kappillan tar-rahal Zurrici (iz-Zurrieq) li qieghed iwettaq dan id-dmir.


Dan l-artal ghandu dhul ta’ tnax-il tarani kull sena li johodhom minghand prokuratur tal-artal tar-Ruzarju bil-legat imholli minn Benedittu Cauchi kif miktub fl-atti tan-nutar Pietru Borg fis-sitt jum ta’ Frar 1623.


Ghandu wkoll dhul ta' tliet tarani kull sena minghand Marjanu Xerri b’sehem ta' qasma ta’- flus bejnu u bejn ohrajn kif miktub fl-atti nutarili tan-nutar Xmun Galea.


Ghandu wkoll dhul iehor ta’ tliet tarani fis-sena minn wirt ta’ Gregorju Xerri kif miktub fl-atti tan-nutar Federiku Zarb tal-wiehed u tletin jum t’Awwissu 1605.


(p.13) Ghandu wkoll dhul ta’ erba’ onsji minn kapital fiss f’investiment. Dawn gejjin hekk: onsja mhallsa minn Mattew Xerri kif miktub fl-atti tan-nutar Gwanni Pawlu Fenech tal-ghoxrin jum ta’ Frar 1668. Onsja ohra minghand Katarina Borg fl-atti tan-nutar imsemmi Fenech tal-ghoxrin jum ta' Frar 1668 u onsja ohra minghand Duminku Bartolo fl-atti tan-nutar Gwann Battista Cauchi tat-tmienja u ghoxrin jum t’Awwissu 1685.


Il-prokuratur hu r-reverendu Dun Gwann Maria Galea li,


l-illustrissimu u reverendissimu sinjur sejjahlu u talbu jressaqlu quddiemu rapport shih tal-amministrazzjoni tieghu.


Zar l-artal iddedikat lil Sant Antnin ta’ Padova li jinsab fuq l-istess naha tax-xellug ta’ din il-knisja. Hu tal-gebel bil-mejda tieghu tajba biex fuqha jitqaddes s-sagrificcju tal-quddiesa. Fuq it-targiet tieghu tal-gebel, skolpiti u indurati bid-deheb, hemm pittura li turi x-xbieha tal-istess qaddis titulari bi gwarnic tal-gebel li jdawwarha. Il-gwarnicun huwa skulturat u indurat bid-deheb u jistrieh bejn zewg kolonni, it-tnejn li huma skulturati u mizbugha. Quddiemu jiddendel lampier, tahlita ta’ fidda u comb, b’imnara li jinxteghel f'jiem maghzula mill-istess prokuratur.


L-illustrissimu u revenedissimu sinjur amar li l-mejda tieghu tickien bi tliet is-swaba’ fuq in-naha ta’ quddiem.


Il-festa tigi ccelebrata bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa kantata li jiehu hsiebha l-istess prokuratur, li bhalissa hu Damjan Fenech li mill-ewwel wera r-rapport shih tal-amministrzzjoni tieghu.


Dan l-artal ghandu piz ta' erba' quddisiet li jitqaddsu f’jum il-festa tal-istess qaddis Sant Antnin ta' Padova jew fl-gheluq it-tmint ijiem taghha, imhollija b'ghozza kbira minn Gorg Galea li biex jitwettaq dan il-piz ta’ lil dan l-artal ghotja ta’ ghaxar skudi li huma investiti f’kapital fiss.


Dan l-artal ghandu sitta u ghoxrin onsja f’kapitali likwidi li ghoxrin minnhom … (jaqta’ hesrem) u l-hamsa l-ohra huma investiti. L-onsja li jibqa' hi hlas lill-prokuratur ta' xoghlu.


Pizijiet ohra ta' Tjubija ta' Quddies fl-Artali


(p.14) Piz ta' quddiesa letta ta' kull gimgha mhollija minn Gwanni Sammut fl-atti tan-nutar Bernardu Azzuppard tat-tmien jum tax-xahar ta' Dicembru 1629 li biex jitwettaq dan il-piz halla bicca art maghrufa bhala ta’ Dimech fix-xaqliba ta’ Hal Dimech li hi f'idejn Dun Gwann Marija Galea, rettur tal-knisja. L-imsemmi akkwista din l-art b'titlu ta' bejgh marbut maghha minghand Dun Indrin Galea arcidjaknu tal-knisja katedrali, kif miktub fl-atti tan-nutar Gwanni Pawlu Fenech tat-tlieta u ghoxrin jum ta’ Jannar 1654. Dan qieghed jitwettaq kif jidher f’registru tal-parrocca tal-knisja li fih hemm imnizzla t-twettiq ta’ dan il-quddies.


Hemm ukoll piz ta' tmien quddisiet letti li jitqaddsu kull sena mhollija b’imhabba minn Marija, mart Duminku Zarb, kif imnizzla fl-atti tan-nutar Gwanni Pawlu Fenech tat-tletin ta’ Lulju 1652. Dan il-piz qieghed jitwettaq minn Grezzja, mart Valerju Sapiano.


Pizijiet ta’ Festi mehuda minn Kappelli pprofanati u jigu mfakkra fil-Knisja


Il-festa ta’ San Pankrazju, imfakkra fix-xahar ta’ Lulju, bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa kantata. Il-pittura kienet mehuda fil-knisja parrokkjali minn kappella pprofanata ddedikata lill-istess qaddis li kienet tinsab fix-xaqliba Buseudin. Biex jitwettaq dan il-piz thalla post ta’ djar li jinsab fir-rahal Zebbug (Haz-Zebbug) li bhalissa hu f’idejn Duminku Zammit mill-istess rahal. Dan kien imwissi b'dan il-piz fil-kitba taz-zwieg li saret bejn Lawrenz Galea u Imperia Mula kif imnizzel fl-atti tan-nutar Gwanni Falson tal-erbgha u ghoxrin jum t'Awwissu 1587. Dan il-piz qieghed jitwettaq kif stqarr l-istess kappillan.


Barra dan, minhabba t-trasferiment tal-istess ikona, trid tigi ccelebrata quddiesa letta f'jum il-Hadd. Dan bis-sahha ta’ piz imholli minn Fabrizju Testaferrata tat-tletin jum t'Awwissu 1660 kif miktub fl-atti tar-raba’ zjara pastorali tal-qatt minsi Isqof Balaguer fejn insibu li biex jitwettaq dan il-piz halla razzett li jinsab f’ta Buseudien fuq ix-xaqliba tal Guardia. Bhalissa qieghed f’idejn Dun Pawl Testaferrata, it-tifel tieghu, liema piz mhux qieghed jitwettaq u ilu ma jitwettaq minn snin ilu kif diga deher fiz-zjara li diga saret.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur baghat ghall-istess imsemmi Dun Pawl (p.15) biex minnufih jibda jwettaq dan id-dmir.


L-istess, il-festa ta' Santa Margerita fl-ghoxrin jum tax-xahar tal-Lulju. Tigi ifakkra bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa letta. Dan ghax l-ikona taghha kienet trasferita mill-kappella taghha pprofanata. Kienet tinsab fix-xaqliba tal Ghadirata Karnuel. Biex jitwettaq dan, thalla piz marbut ma' bicca art li fiha kienet mibnija l-istess knisja pprofanata li bhalissa tinsab f’idejn Mariam, armla ta’ Luqa Mifsud, liema piz qieghed jitwettaq kif xehed l-istess kappillan.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur baghat ukoll ghall-istess Mariam u ressqilha xi suggerimenti f’waqthom biex dan il-piz ikun jista- jibqa' jitwettaq.


Hekk ukoll il-festa ta' San Lawrenz li tkun imfakkra nhar l-ghaxar jum t’Awissu bil-kant tal-primi vespri u quddiesa cantata. Dan ghaliex ix-xbieha kienet trasferita mill-kappella qadima taghha taht l-istess titular u pprofanata li kienet mibnija fl-istess art imsejha ta Venezia (Ta’ Vnezja). Bhalissa hi f’idejn Dun Pietru Pawl Falson li qieghed iwettaq dan id-dmir kif stqarr l-istess kappillan.


L-istess Jum 24 ta’ Novembru 1686


Wara li temm iz-zjara tieghu lill-artali tal-knisja parrokkjali, l-illustrissimu u reverendissimu sinjur rega' lura lejn id-dar tieghu fejn kien qieghed joqghod u radd it-tislijiet sbieh tieghu. Kellu jerga’ lura ghax dehru quddiem l-illustrissimu u reverendissimu sinjur dawn in-nies: Injazju Grech, Damian Camilleri, Gianni Maria Galea u Aliosia, mart Gwanni Marija Tonna, kif ukoll xi rapprezentanti ohrajn tal-poplu tar-rahal tal-Musta flimkien mal-kappillan Dun Consalvatore Dimech. Huma talbuh biex tithaffef l-amministrazzjom tas-sagramenti qaddisa, kemm f’kaz ta' mard kemm f'kazijiet partikulari kif ukoll f’kazijiet fejn familji qeghdin ikunu mcahhda, jew inkella jdumu hafna biex jircievu s-sagramenti u kwazi jithallew fl-ghama dwar dan. Huma wrew id-dieqa taghhom li minhabba dan in-nuqqas fl-amministrazzjoni tas-sagramenti jithawdu huma, kif ukoll l-istess kappillan u xi minn daqqiet jispiccaw imutu bla sagramenti.


Wara li sema' l-ilmenti taghhom, l-illustrissimu u reverendissimu sinjur ha nota tal-informazzjoni li ghaddewlu biex jara x’jista' jaghmel biex iholl il-problemi taghhom.


Il-Hamsa u Ghoxrin Jum tal-istess Xahar ta’ Novembru 1686 fil-ghodu


(p.16) L-istess illustrissimu u reverendissimu sinjur isqof flimkien mal-konvizitaturi tieghu terraq lejn il-knisja parrokkjali fejn wara li sema' l-quddiesa dahal fis-sagristija bil-ghan li jifli sewwa l-ilbies liturgiku tal-qassism u l-post fejn dawn jinzammu. Imma peress li l-paramenti sagri ma kinux harguhom biex ikun jista’ jiflihom b'ghajnejh stess u peress li c-cwiexet li jifthu bihom l-armar fejn dawh kienu jinzammu ma nstabux, qam hafna dizgwid u storbju shih u dak il-hin kien hemm tfixkil kbir. Saru sforzi li kienu ghalxejn biex jinfethu l-bibien tal-injam. Ghalhekk, ir-reverendu kappillan kien imwissi bl-ikrah fuq it-traskuragni tieghu li ma hejjiex kollox u amarlu li biex sal-ghada fil-ghodu jhejji kollox f’postu u minnufih telaq mis-sagristija.


Zari l-kor li ghandu biss zewg indani fit-tul ta’ maghqad mahdum fl-injam u ginokkjaturi quddiemhom biex il-qassisin joqghodu gharkupptejhom fuqhom tul il-funzjonijiet.


Zari l-konfessjonarji li kollha kemm huma ma kellhomx xbihat qaddisa tal-kurcifiss u tlieta minnhom ma kellhomx karti bil-lista ta' kazijiet rizervati.


L-illusttissimu u reverendissimu sinjur amar biex minnufih jitwahlu l-imsemmija xbihat qaddisa u jitqieghdu l-karti bil-lista ta’ kazijiet rizervati.


Zar il-binja tal-knisja li hi mibnija fuq stil modern forma ta' salib. Fuq in-naha tal-lemin hemm pulptu li titla’ ghalih b’disa’ targiet imfasslin fl-istess daqs.


Il-knisja ghandha zewg kampnari mibnija fuq is-saqaf tal-bieb il-kbir li fihom tliet qniepen. Tnejn minnhom jiddendlu f’wiehed minnhom, waqt li t-tielet wahda fl-iehor.


Wara ghadda biex izur il-knejjes filjali.


Zjara lill-knisja Filjali ddedika lil Sant’Anton Abbati


(p.17) Zar il-knisja filjali ddedikata lil Sant Anton Abbati li tinsab fir-rahal tal-Musta li hi mharsa u mizmuma tajjeb. Ghandha zewg bibien. Il-principali jhares lejn il-Punent. lz-zuntier li ghandha quddiemha hu mdaqqas. Fuq il-fontispizju ghandha kampnar. Il-bieb iz-zghir ihares lejn it-tramuntana. Ghandha artal wiehed tal-gebel bil-mejda tieghu xierqa biex fuqha jkun iccelebrat is-sagrificcju tal-quddiesa. L-artal ghandu zewg skabelli jew targiet tal-gebel li fuq l-ahhar wahda hemm erba' gandlieri tal-injam u f’nofshom ix-xbieha tas-santissimu kurcifiss. Il-pittura hi mwahhla mal-hajt b’gwarnic ta' kulur iswed idur maghha. Quddiem l-artal jiddendel lampier, tahlita ta' fidda u comb, b’imnara li tinxteghel f’jiem maghzula mill-qassis Dun Dumink Xerri. Din il-kappella tgawdi dhul minn qasam ta' djar li jinsab hdejn l-istess knisja mhollija b’devozzjoni kbira minn Beneditt Cauchi, kif xehed l-istess prokuratur Dun Dumink.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur amar li ghandhom isiru mill-gdid it-tabelli tal-glorja, dik tas-salm tal-hasil tal-idejn kif ukoll dik tal-evangelju tal-ahhar ta' San Gwann. Ghandhom ukoll jitqieghdu erba' gandlieri kif ukoll salib bix-xbieha qaddisa tal-kuncifiss fuqu.


Il-festa tigi ccelebrata bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa letta mhollija b’devozzjoni kbira minn Florij Borg kif immzzel fl-atti taz-zjara tas-sena 1662. Biex jitwettaq dan il-piz, thalla ghal dan il-ghan qasam ta' djar li jinsab madwar l-istess knisja li bhalissa huwa f'idejn Gwanni Battista Borg li jigi n-neputi tad-donatur ta' din il-fundazzjoni. Dan il-piz qieghed jitwettaq kif mitlub skont ix-xhiedha tal-prokuratur innifsu.


Hemm ukoll piz iehor ta' celebrazzjoni ta' quddiesa kull nhar ta' Hadd u festi kmandati mhollija mill-istess Florji Borg li biex jitwettaq dan il-piz, halla jaghmel tajjeb ghalih il-qasam ta’ djar diga msemmi. Dan il-piz qieghed jitwettaq ukoll, kif xehed l-istess prokuratur imsemmi.


Din il-knisja ghandha ukoll imhollija bicca art ohra tmiss maghha fuq in-naha meridjonali li thalli dhul ta' erba' tarani fis-sena. Ghandha ukoll pjaneta tal-ghazel, kulur abjad b'tahlita ta’ disinji homor. Ghandha ukoll alba bl-ammettu, pjaneta ohra ta' kulur ahmar, zewg purifikaturi u korporali li jintrefghu f’armarju li qieghed fuq in-naha tal-epistola. Imma m ghandhiex kalci u lanqas missall.


Zjara lill-Knisja Filjali ddedikata Anard


(p.18) Zar il-knisja filjali ddedikata lil San Anard li tinsab f dan ir-rahal. Il-bejt taghha jistrieh fuq il-hnejjiet bil-bieb taghha jhares lejn il-Punent. Fuq quddiem ghanda zuntier imdawwar b’hajt. Ghandha artal wiehed li hu tal-gebel li ghandu wkoll mejda xierqa biex fuqha jsir is-sagrificcju tal-quddiesa. Fuq it-targa tieghu ta' fuq hemm erba’ gandlieri u salib, kollox tal-injam, bix-xbieha qaddisa u kurcifiss. Ghandha wkoll it-tabella tal-glorja u t-tabelli l-ohrajn.


Il-pittura, li m’ghandhiex gwarnic li jdawwarha, qieghda taht hnejja kbira li timla l-ispazju kollu tal-hajt, turi fuq in-naha ta' fuq ix-xbieha tal-Beata Vergni Marija bil-Bambin Gesu. Fuq in-naha t’isfel hemm impittra x-xbihat ta’ San Leonardu u San Gwann Battista fuq in-naha tal-lemin, waqt li fuq in-naha tax-xellug ix-xbieha ta’ San Bernard, ix-xbihat tal-Angli Kustodji kif ukoll xbieha tal-Erwieh tal-Purgatorju. Quddiem l-artal jiddendel lampier b’imnara wahda li tinxteghel is-Sibt fil-ghaxija.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur ordna t-tqeghid tat-tabelli tas-salmi u hasil tal-idejn u tal-evangelju tal-ahhar ta’ San Gwann kif ukoll it-tqeghid ta’ erba' gandlieri xierqa kif ukoll salib bix-xbieha qaddisa tal-kurcifiss fuqu li tal-anqas ghandhom ikunu indurati bil-fidda.         


Il-festa tigi ccelebrata fis-sitt jum tax-xahar ta’ Novembru, jum il-festa ta’ San Leonardu bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa kantata. Biex jitwettaq dan il-piz kif ukoll il-mixeghla tal-lampier thalla qasam ta’ djar bil-gonna maghhom li jmiss mal-istess knisja li bhalissa jinsab f’idejn Salvatore Mangion werriet ta' huh, il-qassis Dun Gwann Mangion, li jgorr l-istess piz li jorganizza c-celebrazzjoni tal-festa u l-mixeghla tal-lampier kif miktub fl-atti tan-nutar Gwanni Pawlu Fenech tat-tmintax-il jum tax-xahar ta’ Dicembru 1671.


Hemm piz iehor ta' celebrazzjoni ta’ sitt quddisiet letti li jitqaddsu kif imsemmi hawn: jigifieri fil-festa tal-istess qaddis San Leonardu, f’jum il-festa tat-Twelid tal-Beata Vergni Marija, fil-festa tal-Angli Kustodji, fit-tifkira tat-Twelid ta’ San Gwann Battista, fil-festa ta’ San Bernard u fit-tifkira tal-Erwieh tal-Mejtin. Dan il-piz thalla b'hegga liema bhalha ta’ Bernada Mangion fl-atti tan-nunat Gwanni Pawlu Fenech tal-hamsa u ghoxrin jum tax-xahar ta' Marzu 1658. Biex jitwettaq dan il-piz thalliet bicca art li tinsab fix-xaqliba ta' Hal Pissa (Hal Pissa), maghrufa bhala Iccens, li bhalissa tinsab f'idejn il-qassis Dun Gwann Mangion, neputi tad-donatur ta' din il-fundazzjoni li baqa' jwettaq dan il-piz.


(p.19) Hemm ukoll piz iehor ta’ celebrazzjoni ta’ zewg quddisiet kull nhar t’Erbgha jew Sibt kull xahar, skont ix-xewqa tac-celebrant b’dispozizzjoni ohra qaddisa tal-istess Bernada Mangion, kif miktub fl-atti tan-nutar Gwanni Pawlu Fenech fis-sbatax-il jum ta’ Jannar 1657. Biex jitwettaq dan il-piz, kif ukoll biex jistwettaq piz iehor ta’ celebrazzjoni ta’ zewg quddisiet ohra wkoll kull xahar fil-jiem tal-Erbgha jew is-Sibt fl-artal tal-Beata Vergni Marija tal-Grazzja, thalliet bicca art maghrufa bhala el Ghirien (il-Giren) fix-xaqliba ta Hal Dimech b'titlu ta' ghotja li bhalissa tinsab f’idejn Dun Gwann Mangion li jigi n-neputi taghha li laqa’ dawn il-pizijiet kollha. L-istess Dun Gwann qieghed iwettaqhom hu u kollox qieghed ikun miktub fir-registru tal-knisja parrokkjali, kif stqarr l-istess Kappillan hawn maghna.


Din il-knisja ghandha kalci bil-patena u purifikatur, pjaneta tal-harir kulur ahmar skur bl-istola kif ukoll alba, kurdun u l-ammettu. Ghandha wkoll dawk l-affarijiet kollha mehtiega biex ikun iccelebrat is-sagrificcju tal-quddiesa.


Zjara lill-Knisja Filjali ddedikata tal-Beata Vergni Marija


Zar il-knisja filjali ddedikata liz-Zjara tal-Beata Vergni Marija li tinsab fir-rahal fix-xaqliba ta’ Dib imsaqqfa b'qoxra xorok. Ghandha bieb li jhares lejn il-Punent kif ukoll zuntier quddiemha mdawwar b'hajt. Ghandha artal wiehed tal-gebel bil-mejda tieghu xierqa biex fuqha jkun iccelebrat is-sagrificcju tal-quddiesa. Hi mizmuma tajjeb. Il-pittura, li hi taht hnejja, imdawra bi gwarnic tal-injam mizbugh b’ilwien differenti, juri l-misterju taz-Zjara tal-Beata Vergni Marija. Fuq in-naha ta' fuq taghha hemm ix-xbieha tal-Missier Etern. Quddiem l-artal jiddendel lampier b’imnara li tinxteghel f’jiem maghzula.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur amar li t-tabelli tal-glorja, tas-salm tal-hasil tal-idejn kif ukoll dik tal-evangelju ta' San Gwann ghandhom isiru godda.


Il-festa tigi ccelebrata nhar it-tieni jum tax-xahar ta' Lulju, solennita tal-Vizitazzjoni tal-Beata Vergni Marija, bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa kantata u bit-tqassim tal-fatra. Biex jitwettaq dan il-piz u biex jinxteghel il-lampier thalla qasam ta' bini li jinsab f’dan ir-rahal li bhalissa Duminku Mangion hu s-sid tieghu. Ir-reverendu kappillan xehed li l-festa qieghda tigi ccelebrata, imma minghajr it-tqassim tal-fatra. Ghalhekk:


(p.20) L-illustrissimu u reverendissimu sinjur amar u fakkar li dan il-piz ghandu jitwettaq kollu kemm hu, u f’dak li ghandu x’jaqsam mal-htigijiet tas-servizz tal-artal, l-ahhar kelma ghandha tkun f’idejn il-prokuratur tal-istess knisja Dun Gwann Marija Galea li hu moghni bis-setghat kollha mehtiega biex jara li kollox jimxi b’ghaqal kbir u li fuqu taqa’ kull responsabbilta ahharija biex jara li kollox isir b’ghaqal kbir u jhares il-firxa sa fejn jistghu jwasslu l-flus u liema huma l-opri t-tajba li tiflah ghalihom din il-knisja.


Hemm piz ta’ quddiesa letta kuljum matul ix-xahar ta’ Marzu, liema piz kien imholli b’imhabba kbira minn Damjan Bonnici, kif imnizzel fl-atti tan-nutar Gwanni Pawlu Fenech tat-tnax-il jum tax-xahar ta’ Mejju 1644. Biex jitwettaq dan il-piz halla habel raba’, maghruf bhala Iccens, li jinsab f’tarf ir-rahal tan-Naxxar hdejn il-knisja ta’ Santa Marija Xiliara li bhalissa hi f’idejn ir-revererendu J.V.D. Dun Gwann Gatt, prokuratur tal-knisja parrokkjali tar-rahal Zorrici (Zurrieq). Minn xi snin ’l hawn, dan il-piz qieghed ikun imwettaq fil-knisja parrokkjali ghax l-artal ta’ din il-knisja ma kellux mejda xierqa bizzejjed. Haga li mill-ewwel laqtet l-ghajn. Ghalhekk:

L-illustrissimu u reverendissimu sinjur amar biex kemm jista’ jkun malajr isiru t-tiswijiet mehtiega f’din il-knisja u l-quddies ikun irregistrat fil-knisja parrokkjali.


Din il-knisja ghandha pjaneta u alba, imma m’ghandhiex kalci u lanqas missall.


Zjara lill-Knisja Filjali tal-Kuncizzjoni tal-Beata Vergni Marija


Zar il-knisja filjali ddedikata lill-Kuncizzjoni tal-Beata Vergni Marija li tinsab f'tarf ir-rahal fix-xaqliba ta’ Landarblat li l-wesgha taghha hi mghottija b’saqaf tal-gebel. Ghandha bieb li jhares lejn il-Punent u fuq quddiem ghandha zuntier imdawwar b’hajt tal-gebel. Fiha artal wiehed tal-gebel bil-mejda tieghu xierqa bizzejjed biex fuqha jkun iccelebrat is-sagrificcju tal-quddiesa. M’hi mizmuma xejn tajjeb. Balavostri tal-gebel jifirdu l-artal mill-bqija tal-wesgha tal-knisja. Titla' fuq din il-wesgha permezz ta’ zewg targiet biex imbaghad terga' titla’ ghall-artal b’zewg targiet ohra mqattghin fil-blat. Il-pittura titulari qiegda fuq l-ahhar targa tal-artal taht hnejja u timla l-ispazju kollu li hemm that il-hnejja. Din il-pittura hi mdawra bi gwarnic nieqes minn kull zina. Turi x-xbieha tal-lmmakulata Kuncizzjoni u lil San Guzepp, waqt li fuq in-naha tal-lemin (p.21) turi lil San Bert appostlu u fuq ix-xellug lil Santa Katanna vergni u martri. Fuq nett hemm impittra x-xbieha tal-Missier Etem. Quddiem l-istess artal jlddendel lampier, tahlita ta’ fidda u comb, b’imnara li tinxteghel f’jiem is-Sibt b’devozzjoni kbira.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur amar li fuq l-artal ghandhom jitqieghdu t-tabelli tal-glorja, tas-salm tal-hasil tal-idejn u tal-evangelju ta’ San Gwann. Ghandhom jizdiedu wkoll zewg gandlieri ohra u jitqieghed salib xieraq bix-xbieha tal-kurcifiss fuqu. Amar ukoll li z-zuntier ghandu jsir kollu tal-gebel u jsir ukoll bieb li jissakkar tajjeb biex hekk il-binja tal-knisja tkun imharsa kif ghandu jkun.


Il-festa tigi ccelebrata bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa kantata f’jum it-tmienja ta’ Dicembru, solennita tal-Kuncizzjoni tal-Beata Vergni Marija, mill-prokuratur tal-Veneranda Lampada tal-knisja parrokkjali tal-istess rahal peress li tgawdi d-dhul ta’ kapital ta’ tmien onsji moghtija lill-istess knisja minn Albertu, jew kif maghruf Bertu Busuttil, kif muri fiz-zjara qaddisa li diga saret qabel. Dan il-piz qieghed jitwettaq.


Ghandha wkoll piz ta’ disa’ quddisiet letti li sitta minnhom jitqaddsu fil-festi ta’ San Guzepp, San Bert appostlu u Santa Katerina vergni u martri. Dawn thallew mill-istess Bertu Busuttil, kif miktub fl-atti taz-zjara qaddisa tal-qatt minsi Isqof Balaguer. Biex jitwettaq dan il-piz halla qasam ta' djar fir-rahal tal-Musta li bhalissa huma f’idejn Gwanni Pawlu Chetcuti. F'dawn l-ahhar sentejn dan il-piz qieghed jitwettaq fil-knisja parrokkjali ghax l-artal m’ghandux mejda xierqa, u ghalhekk minn dak iz-zmien s’issa dan il-quddies kien qieghed isir b’xi tibdiliet kif xehed min jiehu hsieb l-amministrazzjoni tal-quddies.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur amar li dan l-piz ghandu jitwettaq kollu u l-quddies ta’ dan l-obbligu ghandu jkun iccelebrat fil-knisja parrokkjali. Biex jara li dan l-amar jitwettaq, inhatar il-qassis Dun Lawrenz Habela, moghni bis-setghat kollha mehtiega ghal dan il-ghan, biex kollox jitwettaq b’ghaqal kbir kif dan qieghed iwettaq hafna hwejjeg ohra qaddisa tal-knisja.


Din il-knisja ghandha alba bil-kurdun kif ukoll ammettu u pjaneta tal-harir kulur abjad bl-istola u manipolu.


Zjara lill-Knisja tal-Kampanja ddedikata lil San Pawl Appostlu


(p.22) Zar il-knisja tal-kampanja ddedikata lil San Pawl Appostlu fl-art imsejha tal-Mingiba li sidha hi Elenora Testaferrata. Hi msaqqfa b’bejt tal-gebel li jistrieh fuq tliet hnejjiet. Ghandha bieb ihares lejn il-Punent b’zuntier quddiemha mdawwar b’hajt. Fuq il-bejt taghha ghandha kampnar b’zewg hnejjiet li jixxiebhu, imma m’ghandhomx qanpiena mdendla. Din tinsab gewwa l-istess knisja. Ghandha artal wiehed tal-gebel li qieghed taht il-hnejja. L-artal hu maghmul minn mejda u tliet skabelli jew targiet imzewqin bil-kuluri. Fuq l-artal hemm sett gandlieri tal-injam u salib. Ghandu wkoll it-tabelli tal-glorja, tas-salm tal-hasil tal-idejn u tal-evangelju ta’ San Gwann. Din m’ghandhiex siggijiet u hi mizmuma hazin. Il-pittura titulari taghha ghandha partijiet minnha mqattghin. Hi mdawra bi gwarnic li jinsab fuq l-artal. Turi x-xbieha ta’ San Pawl kif ukoll ix-xbieha tal-Beata Vergni Marija bil-Bambin Gesu fuq in-naha ta’ fuq. Quddiem l-artal jiddendel lampier, tahlita ta’ fidda u comb, b’imnara li tinxteghel kull nhar ta’ Sibt u festi tal-precett.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur amar li l-artal jiccekken b’tul ta’xiber fuq quddiem biex il-quddies ikun iccelebrat ahjar. Amar ukoll li jitqieghdu gandlieri xierqa u salib bix-xbieha qaddisa tal-kurcifiss, u ghandu jkun zgurat li l-pittura ssir mill-gdid u tkun imzejna bi gwarnic xieraq. Is-saqaf tal-knisja ghandu wkoll ikun imsewwi fejn mehtieg. Il-knisja nnfisha minn gewwa ghandha tkun mizbugha kollha kemm hi u l-qampiena ghandha titqieghed mill-gdid f’postha.


ll-festa tigi ccelebrata nhar il-hamsa u ghoxrin jum tax-xahar ta’ Jannar, jum it-tifkira tal-Konverzjoni tal-istess qaddis San Pawl, bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa kantata.


Din il-kappella ghandha piz ta’ celebrazzjoni ta’ quddiesa kull nhar ta’ Hadd u festi kmandati mhollija b’generozita kbira minn Fabrizij Testaferrata, kif imnizzel fl-atti tar-raba’ vizta qaddisa tal-qatt minsi Isqof Balaguer tat-tletin jum t April 1660. Biex jitwettaq dan il-piz u piz iehor ta’ quddies thalliet art b’dawn il-pizijiet marbutin maghha li tinsab ta mingiba, li bhalissa hi f’idejn is-sacerdot Dun Carolum Falson V.J.D., li fin-nuqqas tal-prezenza tieghu, qieghed johodlu hsiebha Dun Dumink Muscat mir-rahal ta’ Attard.


Din il-kappella ghandha kalci bil-patena kif ukoll missall. Ghandha wkoll pjaneta ta’ drapp Lixandrin, kulur abjad bl-ahmar bil-manipolu tal-istess materjal u hjata. Ghandha stola, imma tal-ghazel kulur ahmar ukoll, alba, ammittu, cinglu u dawk il-hwejjeg ohrajn ta’ htiega ghas-sagrificcju tal-quddiesa. Dawn (p.23) jinzammu fl-armarju tal-injam li qieghed hdejn l-artal fuq in-naha tal-epistola.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur amar li din il-kappella ghandha jkollha pjaneta aktar xierqa bil-maniplu u l-istola jaqblu, kif ukoll missall Ruman gdid u zewg korporali.


Zjara lill-Knisja ddedikata lit-Tlugh fis-Sema tal-Beata Vergni Marija


Zar il-knisja rurali ddedikata lit-TIugh fis-Sema tal-Beata Vergni Marija li tinsab fix-xaqliba ta bisbesia bis-saqaf taghha jistrieh fuq tliet hnejjiet u xorok tal-gebel bil-bieb taghha jhares lejn il-Punent. Ghandha zuntier quddiemha mdawwar b’hajt. Fiha hemm artal wiehed, baxx izzejjed u dejjaq, bla mejda tal-artal mieghu. Ghandha pjaneta tal-drapp tal-harir kulur dehbi u tliet korporali. Ghandha wkoll zewg gandlieri tal-injam parigg kif ukoll salib, imma minghajr ix-xbieha qaddisa tal-kurcifiss. Fuq l-ahhar targa tieghu li hi tal-injam hemm pittura mdawra bi gwaric tal-injam li turi x-xbieha tal-Beata Vergni Marija u dik ta’ Sant’Anton Abbati fuq in-naha tal-lemin, u x-xbieha ta’ San Pawl l-ewwel eremita fuq ix-xellug. Fuq in-naha tal-epistola hemm fanal tal-hadid imwahhal mal-hajt li jinxteghel f’jum is-Sibt filghaxija.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur amar li l-artal ghandu jitla’ ‘I fuq b'nofs xiber u ghandu wkoll jitkabbar, kif ukoll ghandu jsirlu l-mejda fuq quddiem u tkun infilsata fih kif ukoll imkahhla mieghu. Ordna wkoll li ghandu jkollha erba' gandlieri li tal-anqas ghandhom ikunu ndurati bil-fidda. Is-salib ghandu jkollu xbieha qaddisa tal-kurcifiss fuqu. Ordna li jsiru wkoll it-tabelli tas-salmi tal-hasil tal-idejn kif ukoll dak tal-evangelju tal-ahhar ta’ San Gwann. Ordna ukoll li s-saqaf tal-istess kappella ghandu jsirulu tiswijiet mehtiega, u fejn mehtieg ghandu jkun mizbugh.


Il-festa tigi ccelebrata bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa letta nhar il-hmistax-il jum t’Awwissu, jum il-festa tat-Tlugh fis-Sema tal-Beata Vergni Marija. Jitqaddsu wkoll zewg quddisiet ohra letti ta’ kull sena, wahda f’jum il-festa ta Sant’Anton Abbati u l-ohra f‘jum il-festa ta’ San Pawl l-Ewwel Eremita. Dan il-piz qieghed jitwettaq. Biex jitwettaq dan il-piz thalliet bicca art li tmiss mal-istess knisja maghrufa bhala el gionna ta’ chanrit li bhalissa hi f’idejn Katarina, mart Filippu Azzuppardu, mir-rahal Zebbug.


Zjara lill-Knisja Rurali ddedikata Santa Margerita


(p.24) Zar il-knisja rurali ddedikata lil Santa Margerita Vergni u Martri li tinsab f’xifer ir-rahal fix-xaqliba li ggib l-istess isem ta’ Santa Margerita. Hi knisja qadima hafna. Ghandha saqaf li jistrieh fuq hames hnejjiet b’xorok tal-gebel. Il-bieb taghha jhares lejn il-Punent. Madwarha hemm midfen kbir imdawwar b’hajt li fih hemm midfuna ghadd ta’ igsma ta’ nsara midfuna hemm zmien ilu. Quddiem il-bieb tal-knisja hemm tliet monumenti tal-gebel bl-armi familjari li jgibu d-data tal-1594. Ghandha artal wiehed tal-gebel bil-mejda xierqa biex fuqha jkun iccelebrat is-sagrificcju tal-quddiesa, imma mizmun hazin. Fuq it-targa tieghu tal-injam hemm il-pittura, imdawra bi gwarnic tal-injam ukoll. Fiha huma mpittra x-xbieha ta’ Santa Katerina u dik ta’ San Bastjan fuq in-nahat tal-lemin, filwaqt li fuq ix-xellug taghha lil Santu Rokku. Quddiem l-artal tiddendel imnara minghajr lampier li tinxteghel kull nhar ta’ Sibt.


Il-festa tigi ccelebrata bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa kantata mill-gbir li jsir fil-kappella.


Ghandha piz ta’ quddiesa letta li titqaddes kull sena f’jum l-istess festa. Biex jitwettaq dan il-piz kif ukoll biex tithallas l-ispiza tal-mixeghla tal-imnara thalliet bicca art b’dawn il-pizijiet marbuta maghha li tmiss mal-istess cimiterju tal-istess kappella fuq in-naha tal-Lvant taghha, li hi f’idejn l-eredi ta’ Hieronyime, armla ta' Pietru Azzoppardi u f’idejn Marianu Celesenti, il-kbir fost l-ulied eredi tal-imsemmija Maria, it-tifla tal-imsemmija Hieronyme. Dawn kienu mfakkra b'dawn il-pizijiet u b’dawn il-kundizzjonijiet marbuta minn Vincenz Camilleri u shabu kif ukoll mill-istess Pietru Azzoppardi, kif jidher fl-atti tan-nutar Gwanni Pawlu Fenech tal-ghaxar jum ta’ Settembru 1642. Dan il-piz mhux qieghed jitwettaq kif xehed ir-reverendu prokuratur.


Din il-bicca art ghandha marbuta maghha l-piz tac-celebrazzjoni tal-ewwel ghasar u l-htigijiet tal-knisja kif jidher fiz-Zjara Appostolika tas-sena 1575. Min-naha l-ohra hu fatt li l-istess prokuratur jiccelebra l-ewwel ghasar minn gbir li jsir meta s-sid tal-istess bicca art ghandu d-dmir li jwettaq dan il-piz. Ghalhekk:


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur amar il-htif jew is-sekwestru ta' din l-art li ghandha marbut maghha t-twettiq ta' dawn il-pizijiet kollha, jigifieri t-tiswija mehtiega tal-knisja, ic-celebrazzjoni tal-ghasar u l-quddiesa, u l-mixeghla tal-imnara.


(p.25) Din il-kappella ghandha kapital ta’ erbghin skud investiti f’diversi forom u huma amministrati mill-prokuratur li bhalissa hu Gwanni Maria Fenech.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur baghat ghall-imsemmi prokuratur u talbu biex iressaqlu rendikont shih u dettaljat tal-amministrazzjoni tieghu.


Laqghat Personali mal-Kleru tar-Rahal tal-Musta.


Il-Hamsa u Ghoxrin Jum 1686


Dehru l-kappillan, is-sacerdoti u l-kjerici l-ohrajn tar-rahal tal-Musta fil-prezenza tal-illustrissimu u reverendissimu sinjur flimkien mal-konvizitaturi, u gharrafhom b’xi nuqqasijiet. Wara l-illustrissimu u reverendissimu sinjur tkellem ma’ kull wiehed minnhom personalment fil-maghluq, go kmajra u waqt li tkellem maghhom, b’qalb tassew kbira tahom it-twissijiet tieghu b’imhabba kbira ta’ missier.


Qassisin
Reverendu Dun Consalvatore Dimech J.V.D. kappillan
Dun Gwann Maria Xerri, Vici parroku (il-kelma ‘vici parroku’ ingassata)
Dun Salvatore Fenech J.V.D.
Dun Gwann Maria Galea
Dun Xmun Bartolo
Dun Gwann Mangion
Dun Duminku Xerri
Dun Xmun Digueuara
Dun Gwann Maria Bonello
Dun Lawrenz Habela J.V.D.
Dun Dumink Habela
Dun Publiu Assuppardo


Kjerici
Pietru Fenech
Xmun Buhagere

(p.26) It-tnejn li huma ma jaghtux servizz fil-knisja: wiehed minhabba ragunijieti ta’ xjuhija u l-iehor minhabba indispozizzjonijiet personali.


Qaddejja

Gwanni Galea, is-sagristan tal-knisja parrokkjali.


L-istess il-Hamsa u Ghoxrin ta' Novembru 1686


Resqu r-reverendu kappillan, qassisin u membri tal-kleru ta’ dan ir-rahal tal-Musta u fil-prezenza tal-amministraturi, ir-reverendu sinjur Dun Gwann Frangisku Xeberras, tezorier tal-knisja katedrali u Dun Marjanu Haxaq konvizitatur maghzul mill-istess illustrissimu u reverendissimu sinjur permezz ta’ ittra ta’ hatra u kulhadd ressaq l-ittri tal-hatra tieghu kif ukoll it-titli ta’ beneficcji taghhom. Dawn gew mistharrga, miflija u maghrufa.


Qassisin

  • Ir-reverendu Dun Consalvatore Dimech J.V.D. kappillan, wera d-digriet tal-hatra tieghu appostolika bhala kappillan tal-knisja mahrug fis-16 ta’ Jannar.
    Qal ukoll li ghandu zewg beneficcji, wiehed de jure u iehor lajkali. Wiehed maghruf bhala ta Chadidu (Ta Hadidu) u l-iehor ta Sorienti li jinsab fil-gzira ta’ Malta fix-xaqliba tar-rahal Zebbug ( Haz-Zebbug).
  • Dun Gwann Maria Xerri wera l-ittra tal-hatra tieghu tal-ordnijiet sacerdotali sal-presbiterat moghtija fl-ghaxar jum t’April 1656.
  • Dun Salv Fenech J.V.D. wera l-ittra tal-hatra tieghu tal-ordnijiet sacerdotali sal-presbiterat moghtija fis-sbatax-il jum ta’ Dicembru 1644.
    Xehed li jgawdi beneficcju ta’ artijiet maghrufa ta Lisqoff (Tal-Isqof) li jinsab fil-gzira ta’ Gaudisii (Ghawdex).
    (p.27) Igawdi titolu iehor ta’ art maghrufa bhala San Ljun li tinsab fir-rahal Bubacchra (Bubaqra fiz-Zurrieq).
  • Dun Gwann Maria Galea, rettur tal-knisja ta’ Santa Marija ta’ Bir Miftuch (Bir Miftuh) wera l-ittra tieghu tal-hatra tal-ordnijiet sal-presbiterat moghtija fit-tlieta u ghoxrin jum ta’ Settembru 1645.
  • Dun Xmun Bartolo wera l-ittra tal-hatra tieghu tal-ordnijiet sacerdotali sal-presbiterat moghtija fl-ghoxrin ta’ Dicembru 1653.
  • Dun Gwann Mangion wera l-ittra tal-hatriet tal-ordnijiet sacerdotali sal-prebiterat moghtija fid-dsatax ta’ Mejju 1663.
  • Dun Dumink Xerri wera l-ittra tal-hatriet tieghu tal-ordnijiet sacerdotali sal-presbiterat moghtija fid-dsatax-il jum ta’ Settembru 1669.
  • Dun Gwann Degueuara wera l-ittra tal-hatriet sacerdotali tieghu sal-prebiterat moghtija fit-tnax-il jum ta’ Dicembru 1666.
  • Dun Gwann Maria Bonello wera l-ittra tal-hatriet tieghu tal-ordnijiet sacerdotali sal-prebiterat moghtija fil-wiehed u ghoxrin ta’ Frar 1672.
  • Dun Lawrenz Habela J.V.D. wera l-ittra tal-hatriet tieghu tal-ordnijiet sacerdotali sal-presbiterat moghtija fit-tmintax ta’ Lulju 1677.
  • Dun Dumink Habela wera l-ittra tal-hatra tieghu tal-ordnijiet sacerdotali sal-presbiterat moghtija fit-tmintax ta’ Novembru 1683.
  • Dun Publiju Assuppardo wera l-ittra tal-hatra tieghu tal-ordnijiet sacerdotali sal-presbiterat moghtija f’jum is-sittax ta’ Lulju 1689.

Kjerici

  • Pietru Fenech wera l-ittra tal-hatra tieghu tal-ewwel ordni tat-tonsura moghtija f’jum is-sitta u ghoxrin ta' Frar 1649.
  • Xmun Buhagiar wera l-ittra tal-hatra tieghu tal-ewwel ordni tat-tonsura moghtija f'jum it-tlieta t'Awissu 1638.

Qaddejja

  • (p.28) Gwanni Galea, sagristan tal-knisja parrokkjali, wera l-ittra tal-hatra tieghu moghtija fit-tlettax-il jum t’Ottubru 1684.

Fl-istess Jum il-25 tax-Xahar ta’ Novembru 1686


L-imsemmija qassisin ta’ dan ir-rahal tal-Musta dehru quddiem l-esperti Dun Gwann Frangsiku Xiberras J.V.D., tezorier tal-knisja katedrali, u Dun Marjan Haxaq, konvizitatur ukoll, u Dun Anton Mangion, cerimonjier tal-istess knisja katedrali. L-illustrissimu u reverendissimu sinjur ezaminahom fuq il-hiliet taghhom fuq ic-cerimonji tal-quddies.


Qassisin


  • Dun Gwann Maria Xerri kien ezaminat u ghadda.
  • Dun Salv Fenech J.V.D. kien ezaminat u ghadda
  • Dun Gwann Maria Galea, rettur tal-knisja ta’ Santa Marija ta’ Mikecho kien ezaminat u ghadda.
  • Dun Xmun Bartolo kien ezaminat u kien imwiddeb mill-illustrissimu reverendissimu sinjur dwar it-talba ‘Alla li tinsab taht...’ biex ilissinha tajjeb u shiha waqt li kompla jwissih biex it-talb kollu jghidu b’mod shih u qawwi u jkun jista' jinftiehem tajjeb.
  • Dun Gwann Mangion kien ezaminat u ghadda.
  • Dun Xmun Degueuara kien ezaminat u mwiddeb mill-illustrissimu reverendissimu biex iqaddes b'anqas ghagla.
  • Dun Gwann Maria Bonello kien ezaminat u ghadda.
  • Dun Lawrenz Habela kien ezaminat u ghadda.
  • Dun Duminku Habela kien ezaminat u ghadda.
  • (p.29) Dun Publius Assappardo kien ezaminat u ghadda.

L-istess Hamsa u Ghoxrin Jum tax-Xahar 1686


L-imsemmija konfessuri tal-istess rahal tal-Musta dehru quddiem l-illustrissimu u reverendissimu sinjur u wara li kienu indirizzati mill-imsemmija konvizitaturi ezaminawhom u taw l-approvazzjoni taghhom skont kif inhuma miktuba fl-atti taz-zjara pastorali biex ikun moghti lilhom il-permess mehtieg li jqarru kif mitlub mix-xoghol taghhom.


Konfessuri

  • Dun Gwann Maria Xerri kien ezaminat u ghadda.
  • Dun Salv Fenech J.V.D. kien ezaminat u ghadda.
  • Dun Gwann Maria Galea kien diga ezaminat fil-knisja ta’ Santa Marija ta Mikecho u ghadda.
  • Dun Gwann Mangion kien ezaminat u ghadda.
  • Dun Lawrenz Habela kien ezaminat u ghadda.

L-istess Hamsa u Ghoxrin Jum tax-Xahar ta’ Novembru 1686


L-imsemmija qwiebel dehru quddiem l-illustrissimu u reverendissimu, u flimkien mal-imsemmija konvizitaturi, ezaminawhom dwar il-hiliet taghhom f’dak li ghandu x'jaqsam mal-amministrazzjoni tas-sagrament tal-maghmudija f’kazijiet ta’ htiega.


Qabla

  • Alontia, mart Gwanni Maria Tonna, kienet ezaminata u ghaddiet.

L-istess Jum 25 ta’ Novembru 1686


(p.30) Ir-reverendu Kappillan Dun Consalvatore Dimech S.T.D. deher quddiem ir-reverendissimu u illustrissimu sinjur u ressaq ir-registri parrokkjali, jigifieri tal-Maghmudijiet sa mis-sena 1681, dak tal-Grizma tal-Isqof sa mis-sena 1624, dak taz-Zwigijiet sa mis-sena 1641, dak tal-Mejtin sa mis-sena 1644 u dak tal-Qaghda tal-Erwieh sa mis-sena 1672. L-illustrissimu u reverendissimu sinjur fela dawn il-kotba kollha u studjahom. Sab li huma mizmuma hazin, m’humiex f'ordni kif ukoll fihom hafna gheltijiet, kemm accidental bhalma huma zbalji grammatikali kif ukoll stil ta’ kitba mhux fl-ordni kif mitlub mir-Ritwal Ruman. Sab ukoll gheltijiet sostanzjali tant kbar bhalma innota tajjeb l-illustrissimu. Hekk il-maghmudija ta’ Gwanni Duminku, l-aktar wiehed li twieled qrib bin Publiju u martu Maria, wiehed mill-hafna zbalji misjuba kien imnizzel li twieled fis-sitta t’Ottubru 1686, meta dan suppost kellu jigi rregistrat li twieled fis-sitt jum tax-xahar ta’ Novembru li qeghdin fih u rregistrat li dan tghammed fid-disgha jum tal-istess xahar ta' Novembru mill-istess idejn kappillan kif maghruf minn kulhadd. Kien innotat zball iehor dwar l-imsemmija registrazzjoni tal-maghmudija ghax il-maghmudija kienet amministrata mill-ewwel. Zbalji jixxiebhu ohrajn innotati fil-ktieb tal-Maghmudijiet huma fis-sitta t’Ottubru kif ukoll fil-jiem tal-hdax, hamsa u ghoxrin u l-wiehed u tletin, kif qablu u kkonfermaw il-genituri mlaqqghin propju ghal dan il-ghan mill-illustrissimu sinjur. Ghalhekk l-istess illustrissimu u reverendissimu sinjur wissa b’serjeta kbira lill-istess reverendu kappillan u amarlu bl-ikrah biex minn issa ’I quddiem jaghmel xoghlu mitlub mis-servizz tieghu bl-akbar serjeta. Amarlu biex jiftah mill-gdid hames registri godda li ghandhom jibdew jinzammu tajjeb, bit-titli partikulari taghhom u fihom inizzel u jirregistra tajjeb il-maghmudijiet, il-Grizma tal-Isqof, iz-Zwigijiet, il-Mejtin u l-Qaghda tal-Erwieh, filwaqt li jsegwi f’kollox l-ordnijiet kif mitluba mir-Ritwal Ruman, partikularment meta jikteb l-informazzjoni dwar dawk li jkunu se jizzewgu li jigu minn parrocci ohrajn.


Is-Sitta u Ghoxrin Jum tal-istess Xahar ta’ Novembru 1686 - Fil-ghodu


L-illustrissimu u reverendissimu Isqof ta' Malta, flimkien mal-esperti l-konvizitaturi mahtura, mar il-knisja parrokkjali u wara li sema' l-qudddiesa ccelebrata minn wiehed mill-kappillani tieghu, zar is-sagristija ghat-tieni darba li minnha kien diga zar dawk il-postijiet fejn jintrefghu l-oggetti qaddisa kif ukoll il-paramenti sagri kollha. Innota tliet kalcijiet li fuq barra kienu tassew (p.31) mahmuga. Kien hemm tliet missalini biss li l-karta taghhom, dik tal-kanone, imqattghin u maqlugha. Hekk ukoll l-ilbies sacerdotali mizmuma hazin hafna. L-istess is-sagristija. Ukoll l-affarijiet ohra ta’ htiega. Kien hemm nuqqas kbir ta’ ghamara xierqa biex jintrefghu sewwa l-affarijiet kollha. Meta l-illustrissimu u reverendissimu sinjur ra din l-indifferenza kollha li kienet tidher fir-revenendu kappillan kif ukoll dik tal-prokuratur tal-knisja li fuqu kienet taqa' r-responsabbilta taz-zamma u tal-harsien tal-ilbies qaddis b'herqa kbira mitluba, kif ukoll meta ra t-telqa tas-sekulari, kif ukoll l-indixxiplina tal-qaddejja tal-knisja wkoll, li kienet gejja kollha kemm hi mill-inefficjenza mit-tmexxija li suppost tincentiva u timbotta.


L-Ilustrissimu u reverendissimu sinjur amar b’enfasi kbira li fi zmien xahar kien se jerga’ jezamina ghall-gharrieda l-kalcijiet u ma jhallihomx jintuzaw aktar. Amar ukoll li l-kotba tal-Messall ghandhom jissewwewlhom il-karti mqattghin li fihom, l-ammitti ghandhom ikollhom salib irrakkmat fuqhom u z-zewgt ilbiesi tad-djaknu u s-suddjaknu, jigifieri d-dalmizji tad-damask kulur abjad, ghandhom jissewwew fejn hemm bzonn. Amar li fis-sagristija ghandu jkun hemm zewg messalini godda, sitt korporali bit-trufijiet taghhom irrakkmat, zewg dalmizji ohra kulur abjad bil-burdura taghhom bi hjata tad-deheb li ghandhom jintuzaw fil-liturgija tal-festa titulari tal-knisja kif ukoll f’festi solenni ohrajn, li zewg dalmizji ohrajn tad-damask kulur ahmar bit-trufijiet taghhom tal-harir kif ukoll armarju kbir tal-injam, komuniment maghruf bhala gwardarobba, biex fih jintrefghu l-paramenti sagri kollha u hekk ikunu mharsa hafna ahjar. Dawn l-affarijiet kollha ta’ htiega ghandha thallas ghalihom il-knisja. Barra dan, amar ukoll li l-kor ghandu jkollu ktieb tal-gradwali u antifonarji godda. Parti mill-ispiza taghhom thallashom il-knisja u l-parti l-ohra jhallas ghalihom il-kleru tal-parrocca. L-illustrissimu u reverendissimu sinjur heggeg ukoll lill-kleru biex jitharreg fil-kant Gregorjan u heggighom biex huma stess ihallsu bicca mill-ispiza tal-kotba mehtiega. U biex iwarrab kull possibilita li ma tergax issehh din il-qaghda kerha kollha, l-istess illustrissimu u reverendissimu sinjur ghazel mill-gdid zewg prokuraturi godda tal-knisja, lill-qassis Dun Gwann Maria Xerri u lil Dun Angelo Fenech J.V.D. u zejjinhom bis-setghat ordinarjament mehtiega u xierqa, u ma' Gwanni Galea impjegat f'dan il-qadi tal-knisja, u lil Gwanni Marija Calleja bhala sieheb tieghu. Ressaq ukoll il-proposta tieghu biex fit-twettiq tal-obbligi korali jkun hemm thejjija xierqa.


Fuq kollox intghazel il-qassis Dun Xmun Deguara bhala ghassies u regolatur tal-quddies bis-setghat kollha mehtiega. Ra l-gurament tal-hatra tieghu quddiem l-illustrissimu u reverendissimu sinjur li jaqdi d-dmirijiet tieghu tajjeb u b'fedelta.


L-istess Jum 26 ta’ Novembru 1686


(p.32) Tul it-twettiq taz-zjara tieghu qaddisa fir-rahal tal-Musta, l-illustrissimu u reverendissimu sinjur kemm-il darba gibed l-attenzjoni tar-reverendu kappillan tal-knisja biex iwettaq kif mitlub minnu s-servizz ministerjali fdat f’idejh. Fuq kollox iseddaq ix-xoghol ta’ dawk il-kjerici li f’idejhom ghandhom ix-xoghol tal-ministeru tal-akkolitat, ghalkemm huma tnejn li ghandhom jaghmlu dan ix-xoghol. Imma kif kien imfisser fil-laqghat personali li saru, peress li dan ix-xoghol ma jistghux jaghmluh, saru ma jfissru xejn ghall-knisja. L-ewwel wiehed minhabba x-xjuhija. L-iehor minhabba l-qadgha personali tieghu. Ghalhekk il-wisq illustrissimu u reverendissimu sinjur jixtieq li jinghata attenzjoni ta’ dan l-inkonvinjent u jintghazlu hames persuni zghazagh mir-rahal li juru tjubija u hila biex jaghmlu dan ix-xoghol. Bis-sahha tal-ghajnuna tal-konvizitaturi wara li gew mistharrga, misjuba tajbin u ta’ hila ghal dan ix-xoghol, gew maghzula tnejn minnhom biex issa ftit flit jinghataw tahrig mehtieg bil-ghan li jwettqu dan il-ministeru. Dawn huma Pawlu Ewgenju Busuttil u Orazju Deguara. Huma ntbaghtu ghal dan il-ghan fil-Palazz tal-lsqof fil-belt Valletta biex jersqu ghall-ordinazzjoni. Hekk issa dan ix-xoghol tal-amministrazzjoni tas-sagramenti jista’ jinghata lilhom biex iwettquh tajjeb u kif mehtieg u kif mitlub, u sadattant ikomplu jitharrgu f’xoghol iehor mitlub mill-ministeru taghhom.


L-istess Jum, is-Sitta u Ghoxrin ta’ Novembru 1686


Dun Gwann Marija Xerri, Dun Gwann Marija Galea, Dun Salv Fenech J.V.D. u Dun Gwann Marija Bonello, qassisin minn dan ir-rahal tal-Musta, resqu quddiem l-illustrissimu u reverendissimu biex bhala maghzulin f’isem il-poplu umilment iressqu t-talbiet taghhom biex ghall-akbar glorja t’Alla u ghal aktar gid u risq spiritwali tal-poplu biex fl-artal tal-kor tal-knisja parrokkjali titwaqqaf is-Sodalita tal-Mewt it-Tajba, jew tal-Agonizzanti taht il harsien tas Santissimu Kurcifiss. Biex din is-sodalita tkun tista’ titmexxa kif inhu xieraq, l-istatut taghha jkun ikkonfermat mill-awtorita. Wara li sema’ dawn is-suggerimenti;


l-illustrissimu u reverendissimu sinjur laqa’ dawn it-talbiet u mqanqal minn imhahba kbira ta’ missier awgura li dawn il-hsibijiet qaddisa joktru, u mqanqal ukoll minn imhahba specjali, berikom u wieghed li fil-waqt opportun jaghti l-approvazzjoni ufficjali tieghu.


L-istess Jum, is-Sitta u Ghoxrin ta’ Novembru 1686


(p.33) Peress li tul din iz-zjara qaddisa hafna drabi dehru whud mill-poplu tal-Musta quddiem l-illustrissimu u reverendissimu sinjur u fil-berah urew id-disapprovazzjoni taghhom dwar it-tmexxija tar-reverendu kappillan Dun Cosalvatore Dimech dwar il-htigijiet amministrattivi tas-sagrament, sahansitra wkoll fejn jidhol il-mard gravi, jew qieghed ikun michud jew inkella ttardjat u barra l-hin; il-parruccani qieghed ikunu dejjem imwarrba jew inkella injorati. Kien innotat ukoll li minhabba d-difett tas-sokor, liema vizzju qieghed ifixklu milli jaghti s-servizz tieghu tajjeb, hafna drabi qeghdin isehhu imwiet minghajr sagramenti kif turi tabilhaqq ix-xhieda msemmija hawn fuq. Minhabba dawn kagunijiet, dan l-istess reverendu kappillan mhux qieghed iwettaq il-hidma tieghu sewwa; dik li jiehu hsieb il-kura tal-erwieh fdati f’idejh. Dan sar jafu wkoll mil-laqghat personali li kellu mal-kleru kollu wiehed wiehed, kif jikkonferma wkoll it-traskuragni li sab fiz-zamma tat-tabernaklu fejn jinzamm is-santissimu sagrament. Jixhduh ukoll il-kotba tal-Maghmudija qaddisa, il-kotba parrokkjali l-ohra u hafna nuqqasijiet ohrajn li nkixfu tul iz-zjara qaddisa li saret:


Ghalhekk l-istess illustrissimu u reverendissimu sinjur li xewqtu hi li jara li l-htigijiet spiritwali tal-poplu jkunu moqdija tajjeb, u waqt li fl-istess hin irid ikun prudenti u hanin mal-istess kappillan, qataghha li jissospendi lir-reverendu kappillan mill-qadi ta’ dmirijietu tul xahar u jghaddi r-responsabbilta tal-kura tal-erwieh tul dan iz-zmien lil Dun Gwann Maria Xerri li ghal dan il-ghan jghaddi f’idejh il-harsien tac-cwievet u r-registrazzjoni tal-kotba parrokkjali tal-istess knisja. Wara li jghaddi dan iz-zmien ta’ prova, minn dakinhar 'il quddiem l-illustrissimu u reverendissimu jahtar lil Dun Gwann Maria Xerri bhala Viciparroku bi hlas xieraq u jheggu li jwettaq ix-xoghol tieghu b ghaqal u b’hegga tassew kbira. Min-naha l-ohra u fl-istess hin nishqu fuq ir-reverendu kappillan biex jiehu hsieb il-htigijiet tal-poplu. Barra dan. jamar li dawn id-digrieti miktubin lilu kif ukoll lill-bqija tal-kleru, flimkien iharsuhom b’tama shiha li dawn jitwettqu. L-istess reverendu kappillan jinhall mill-izbalji tieghu u ftit ftit ibiddel kollox ghat-tajjeb. Ma jistax ma jkunx hekk ghax ma jixtieqx li l-istorja tispicca mod iehor.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur moghni bis-setghat li hargu mill-koncilju ta’ Trentu u kostituzzjonijiet ohra appostolici jressaq f’dawn l-atti taz-zjara qaddisa pariri siewja biex isir it-tibdil mixtieq u mehtieg.


L-istess Sitta u Ghoxrin Jum 1686


(p.34) L-illustrissimu u reverendissimu sinjur, Fra Davide Cocco Palmieri, Isqof ta’ Malta, fost digrieti ohra mhabbra f'din iz-zjara qaddisa ta’ dan ir-rahal tal-Musta amar, bis-sahha tas-setgha tieghu u taht pieni hawn taht imsemmija, jixtieq li mqanqal mill-hniena tassew kbira tal-istess illustrissimu sinjur jaghti dawn it-twissijiet li gejjin biex ikunu mharsa bi skruplu l-aktar kbir.


Lir-reverendu kappillan, lill-qassisin kollha u lil xi whud mill-kjerici jfakkarhom fid-dmir taghhom li ghandhom igibu ruhhom sewwa kif jixraq u jitlob il-ministeru taghhom biex hekk il-poplu kollu jkun warajhom u biex bil-hidma sfiqa taghhom u l-mod taghhom kif jghixu jqanqal l-fiducja tal-poplu. Ghandu jkollhom dejjem dawn iz-zewg kwalitajiet: hegga kbira biex iwettqu tajjeb id-dmirijiet taghhom fil-hidma parrokkjali u li l-hajja u l-imgiba taghhom tkun il-mera ta’ hajja ezemplari li tirriffletti ruhha f’dawk l-atti kollha ta' mhabbba u moderazzjoni li jimbuttaw lir-religjon ’il quddiem.


Minghajr skuza xierqa hadd m’ghandu jfalli l-purcissjonijiet li jsiru kif ukoll id-dmirijiet tal-kor f’dawk il-jiem maghzula, imma hekk kif jinghata s-sinjal imorru jingabru mill-ewwel fil-knisja parrokkjali u jwettqu d-doveri taghhom b'herqa kbira. Fis-solennitajiet il-kbar u fil-jiem tal-Hdud ta’ matul is-sena ghandhom jiehdu sehem shih fil-quddiesa kantata tal-parrocca biex hekk din issir bl-istess solennita kbira u xierqa, u f’kull tielet Hadd tax-xahar li fih issir il-purcissjoni bis-santissimu sagrament ghandu jkun hemm l-akkompanjament tas-sacerdoti kollha li ghandhom jersqu b’hegga kbira, skuzat il-vici parrokku. Ghall-funzjonijiet l-ohra qaddisa, kulhadd ghandu jiehu sehem liebes l-ilbies sacerdotali tal-harir li jlahhaq sa taht l-irkoppa kif ukoll bil-kappell li jintlibes mill-kleru. Min jikser din il-ligi b’mod irresponsabbli jehel multa ta’ sitt tarani kull darba. Ir-regolatur jiehu nota ta’ dan in-nuqqas minn kull membru u kull erba' xhur jinfurmah taht piena ta’ sospensjoni jekk l-illustrissimu u reverendissimu sinjur irodd hekk il-haqq tieghu.


L-istess quddiesa parrokkjali msemmija trid tkun iccelebrata skont kif mitlub mis-Sinodu Djocesan, mhux qabel u lanqas wara, u l-ebda qassis m’ghandu jaghzel li jwettaq liturgija jew xi celebrazzjoni f’xi knisja filjali qabel ma jkun wettaq id-doveri mitluba mill-knisja parrokkjali. Barra dan, ghandha tieqaf id-drawwa li kulhadd iqaddes f’hin wiehed jew f'salt wiehed, imma wiehed wara l-iehor skont kif mitlub minn min ghandu s-setgha li jriegi. Hadd m'ghandu jwarrab il-kult li jsir fil-knisja u l-qadi mitlub mill-poplu, imma kulhadd ghandu jaghmel hiltu biex il-htigijiet mitluba fil-knisja jkunu mwettqa. Il-quddiesa (p.35) ta’ kmieni ma’ sebh il-jum m’ghandhiex tkun iccelebrata jekk mhux f’dik l-eqreb siegha qabel ma tidher ix-xemx. Hekk, min ma jaghmilx dan jaqa’ dakinhar stess taht pieni stabbiliti mill-istess sinodu. Wara tmiem ic-celebrazzjoni tal-quddies ghandhom kultant zmien isiru funzjonijiet religjuzi ohrajn. Dan biex il-poplu kollu, l-aktar dawk li joqoghdu boghod mill-knisja parrokkjali jintlahqu ukoll. Filghodu, il-bibien tal-knisja m’ghandhomx jinfethu qabel ma jkun qorob sew il-hin tac-celebrazzjoni u filghaxija wara it-tislima tal-Ave Marija, il-bibien tal-knisja ghandhom jissakkru sakemm il-htiega ma titlobx mod iehor. Il-qaddejja tal-knisja ghandhom iwettqu xogholhom u dak kollu mitlub minnhom bl-aktar imhabba.


Il-pizijiet tal-quddies ghandhom jitwettqu b’attenzjoni u ghaqal tassew kbir biex hekk il-piz taghhom jehfief. Il-lista taghhom ghandha tkun imwahhla f’post prominenti fis-sagristija u ghandha tkun imgedda skont id-digrieti mahruga mill-koncilju kif miktub fl-appendici tas-sinodu djocesan stampati f’pagna 186 li biex dawn jitwettqu l-wisq illustrissimu jahtar lil Dun Xmun Deguara bhala prokuratur gdid u lil Dun Lawrenz Habela S.T.D. Ghandu jinzamm manwal gdid, responsabbilta wahdanija tal-istess prokuratur gdid li ghandu jqassam din l-elemozina b’mod gust bejn kulhadd. F’dan il-ktieb partikulari ghandu jitnizzel kull dettall mehtieg kif mitlub mis-sagra kongregazzjoni u kif ukoll mitlub miz-zjajjar pastorali qaddisa li diga saru taht l-istess pieni kif miktuba fihom.


Mhux biss kulhadd ghandu jobdi f’kollox dak li titlob minnu l-knisja, imma kulhadd ghandu jghix hajja ta’ virtu u drawwiet tajbin. Kulhadd ghandu jwarrab l-hajja tal-vizzji u drawwiet ohrajn li huma indicenti, ghandhom jitwarrbu wkoll bhalma huma s-swali tal-loghob bil-pedini u loghob iehor tal-azzard. ghandhom jaharbu kull hbiberija ma’ nisa, lanqas ma jharsu lejn garar bix-xorb, hafna kliem mhux xieraq u htijiet ohrajn li l-knisja theggigna biex nitbieghdu ninnhom. Hadd m’ghandu jdur mar-rahal b’ilbies qasir jew inkella bix-xaghar mhux mghotti b’kappell (maghruf bhala‘mantera’), lanqas johorgu barra jekk l-ispallejn u l-idejn ma jkunux mghottija taht pieni imposti mis-sinodu djocesan u pieni ohrajn iebsa li l-illustrissimu u reverendissimu jhoss li ghandu jimponi. Kulhadd hu fid-dmir li jghix is-sejha tieghu kif ghandu jkun. Kulhadd ghandu jattendi ghal-lezzjonijiet organizzati, kif ukoll kulhadd ghandu jinteressa ruhu fl-istudju ta' kazijiet ta' kuxjenza. Kulhadd ghandu jitharreg tajjeb f’dawk il-funzjonijiet li jiehu sehem fihom il-kleru u jitharrgu wkoll fil-kant Gregoqan. Qabel ic-celebrazzjoni tal-quddiesa ghandha ssir thejjija xierqa b'talb specjali, l-aktar bil-qari tal-matutin u tal-lawdi, u filghaxija jroddu hajr 'l Alla. U fl-ahhamett jghixu hajja modesta u religjuza f'kollox biex hekk ikunu ukoll t’ezempju tajjeb f'kollox ghall-poplu kollu.


(p.36) Ir-reverendu kappillan ghandu jhares u jghozz b’qalb hanina lill-parruccani kollha u jgib ruhu ta' qaddej fl-imhabba t'Alla. M’ghandu jaqta’ qalbu minn xejn, imma fil-ghawg m'ghandux isir dghajjef u bezghan u jaghmel lilu nnifsu xkiel. Ghandu jisma’ lil kulhadd. Ghandu jwettaq bla waqfien id-dmir tieghu fil-konfessjonarju u meta jersaq biex jamministra s-sagramenti qaddisa ghandu jwettaqhom b'ghaqal u b'attenzzjoni liema bhalha u ma jiddejjaqx ifittex b'ghaqal ghajnuna minn dawk li huma qrib tieghu. Tal-anqas kull tmint ijiem ghandu jbiddel il-partikoli tal-ostji kkonsagrati u jaghzel dawk li m’humiex xierqa. Ghandha tinzamm plattina tal-metall biex waqt it-tqassim tas-sagrament, jekk jaqghu xi bicciet mill-partikoli jigu fiha, u hekk jitwarrab kull biza’. Is-sagrament ghandu jinghata b’ghozza u reverenza kbira kull darba li dan jitqassam. M'ghandu jhalli ma’ hadd izjed ic-cwievet tat-tabemaklu, tal-Fonti tal-Maghmudija u tal-armarju jew nicca fejn jintrefghu z-zjut qadisa hlief f’idejn Dun Gwann Maria Xerri, il-vici parroku mahtur mill-illustrissimu u reverendissimu taht piena ta’ sospensjoni mid-doveri tieghu. Ghandu jkun attent f’dak kollu li jaghmel biex ma jsibx ruhu f’qaghda li jaqa’ taht pieni aktar gravi.


L-istess reverendissimu kappillan, jew hu nnifsu jew permezz tal-vici parrokku tieghu, f’kull jum il-Hadd u festi solenni, sa minn filghodu kmieni, ghandu jirgha lill-poplu bil-kelma t’Alla, jaghti t-twissijiet spiritwali tieghu u jheggeg lil kulhadd biex jersaq lejn is-sagramenti. Wara l-ikel, qabel il-ghasar fl-istess jiem tal-Hadd u festi solenni, ghall-anqas tul ta’ siegha jaghti lezzjonijieij fuq it-taghlim Kristjan lit-tfal, kemm bniet kif ukoll subien u jedukahom dwar id-dmirijiet taghhom spiritwali. Dan wara li jindaqqu xi tokki tal-qanpiena bla sejha u wara li tindaqq ukoll qanpiena zghira madwar ir-rahal. Lil dawk li joqoghdu ghalihom, ‘il boghod mir-rahal, il-kappillan ghandu jorganizzazja zjajjar ta’sikwit tul is-sena u jkun ghalihom ukoll ir-raghaj it-tajjeb waqt li jghallimhom jkunu konxji tad-dmirijiet taghhom u ghandu jkun dejjem dispost ghalihom biex ikunu jistghu jwettqu d-doveri taghhom. Barra dan, fiz-zmien tal-Avvent u tar-Randan ghandu jinghata taghlim lill-poplu jew mill-istess kappillan jew inkella permezz ta’ xi predikaturi ohrajn.


Il-laqgha dwar il-kazijiet ta’ kuxjenza ghandha ssir tal-anqas darba fil-gimgha f’jum is-Sibt jew il-Hadd li fiha jinghata taghlim fuq il-morali. Tulha ghandf jattendu l-qassisin kollha, fuq kulhadd, dawk li ghandhom is-setgha li jqarru lin-nisa L-illustrissimu u reverendissimu sinjur iheggeg lil kulhadd biex iwettaq id-dover tieghu b’imhabba liema bhalha, b’sabar u b’perseveranza. F’dawn il-laqghat, ir-reverendu kappillan, jew hu nnifsu jew permezz tal-vici parroku iressaq zewg jew tliet kazijiet prattici biex jiddiskutuhom tul il-laqgha. L-agenda (p.37) ghandha titwahhal fis-sagristija biex kulhadd ikun jista' jaqraha u hekk f’jum il-laqgha, li fiha kulhadd jghid kif jahsibha, l-istess kappillan jew il-vici tieghu jhollu dawn il-kazijiet fid-dawl tat-taghlim tal-knisja u kulhadd jista' jserrah rasu.


Il-kappillan ghandu jaghzel zewg persuni biex imexxu il-Veneranda Lampada tal-knisja parrokkjali. Ghandhom ikunu wiehed qassis u l-iehor sekular. It-tnejn li huma ghandhom ikunu kkonfermati mill-illustrissimu u reverendissimu sinjur. Din il-hatra ghandha ttul sentejn. Il-qassis maghzul ghandu jiehu hsieb it-tmexxija taghha u jindokra l-gbir taghha.


Biex jitwettaq tajjeb il-ministeru fuq l-artal hemm bzonn li l-artal ikun mghammar b’dak kollu li hu mehtieg u ma jkun nieqes minn xejn. Kemm fi zmien ordinarju kif ukoll f’jiem ta’ solennitajiet, l-istess artal ghandu jkun formut bil-htigijiet mitluba. Il-knisja u s-sagristija ghandhom ikunu maghqudin permezz ta’ kuritur nadif, zbarazzat jew inkella jsir xi haga li tixbah lil dan biex dawn isiru jinfdu.


U biex ma jigrix xi haga kuntrarja ghal dak li nkiteb hawn u biex kulhadd ikun imgharraf b’dak kollu li sar, l-istess illustrissimu u reverendissimu sinjur jamar li r-registrazzjonijiet jitpoggew f’post prominenti u xieraq fis-sagristija mwahhlin fuq tabella milhuqa. Kull tielet Hadd ta’ kull xahar, wara il-kant l-ghasar, ghandhom jinqraw b'lehen gholi u li jinftiehem mill-vici parroku fil-prezenza tar-reverendu kappillan kif ukoll tal-kleru kollu tal-parrocca siltiet minn din ir-registrazzjoni. Jekk jonqos li jsir dan minghajr raguni bizzejjed, ir-reverendu kappilan jaqa' minn dak il-hin stess taht piena ta' sospensjoni.


It-Tieni Zjara (1, 3, 4)

Bejn it-3 u l-14 ta’ Mejju 1693


Zjara lill-Knisja Parrokjali ddedikata lit-Tlugh fis-Sema tal-Beata Vergni Marija fir-Rahal Musta (Mosta) u Filjali ohra


Jum il-Hadd fuq l-ottava tal-Tlugh fis-Sema tas-Sinjur Taghna Gesu Kristu

It-tlieta tax-xahar ta' Mejju 1693 Festa tas-Sejba tas-Salib


(p.39) L-illustrissimu u reverendissimu sinjur Fra Cocco Palmieri ta bidu ghaz-zjara generali qaddisa tad-djocesi akkumpanjat mill-kolloboraturi (fil-knisja maghrufa bhala periti) reverendissimu Dun Antonio Mamo J.V.D . kanonku kapiturali tal-katidral tal-Imdina u vigarju generali, kif ukoll mir-reverendissimu Dun Marianus Haxac V.J.D., tezorier tal-imsemmi katidral kif ukoll kolloboraturi ohrajn, dalghodu nizel ir-rahal Musla u ha postu fid-dar fejn kien se joqghod. Minn hawn bdiet il-purcissjoni solenni mmexxija mill-fratellanzi u akkumpanjat mill-kleru, liebes il-kappa taht il-baldakkin. Warah mexa l-poplu kollu. Matulha tkanta l-innu Veni Creator (Ejja Spirtu Hallieq). Imxew ghall-knisja parrokkjali ta’ dan ir-rahal iddedikata lit-Tlugh fis-Sema tal-Beata Vergni Marija. Hekk ta bidu ghac-cerimonji mitluba mill-pontifikal Ruman. Nizel gharkupptejh quddiem l-artal maggur u wara li talab mexa lejn it-tron imhejji ghal dan il-ghan fuq in-naha tal-evangelju. Kien imiss issa r-rit tal-ubbidjenza. Beda r-reverendu kappillan, Dun Consalvo Dimegh, u warajh il-kleru kollu. Wara bierek solenniment lill-poplu kollu migbur. Libes il-hwejjeg qaddisa u ta bidu ghac-celebrazzjoni tal-quddiesa solenni li fiha l-illustrissimu qassam it-tqarbin lill-fidili, li kien imhejji mir-reverendu Patri Dun Xmun Schembri, sacerdot mill-Oratorju ta' San Filippu Neri mill-lsla, akkumpanjat minn zewg missjunarji mibghuta minn qabel biex jipprietkaw lill-fidili b'hegga l-aktar kbira dwar il-frott spiritwali mixtieq minn din iz-zjara qaddisa. Kif (p.41) intemmet il-quddiesa sar it-talb ghall-mejtin. Imbaghad resaq lejn l-artal maggur, ghamel genuflessjoni lis-sagrament u r-reverendu kappillan ressqu lejn it-tabemaklu u wrieh iz-zewg pissidi bl-ostji kkonsagrati u l-illustrissimu wettaq bl-akbar dinjita c-cerimonji li s-soltu dejjem isiru.


Zar is-santissimu sagrament li jinsab fl-imsemmija pissidi qaddisa. Sab li kien mizmum kif xieraq. Il-pissidi msemmija huma tal-fidda bit-tazza taghhom mahsula bid-deheb. L-ghatu taghhom mghotti bi drapp tal-harir. Wiehed minnhom jintuza biex jittiehed il-vjatku mqaddes lill-morda. It-tabemaklu hu mahdum b’hila kbira. Minn barra hu mzejjen b’figuri qaddisa, imnaqqxa u mahsula bid-deheb. Minn gewwa hu miksi kollu bi drapp tal-harir ahmar. Wara l-bieba, fuq gewwa, tiddendel purtiera tal-harir.
L-illustrissimu sinjur, wara li fela l-pissidi l-kbir, amar li l-ghatu tieghu ghandu jkun restawrat u l-purtiera ta’ wara l-bieba minn gewwa tinhiet mill-gdid.


Zar il-fonti tal-maghmudija li jinsab taht hnejja fuq in-naha tal-lemin tad-dhul tal-knisja. Il-hawt tal-irham tal-maghmudija jistrieh fuq seba’ panewijiet tal-gebel b’ghatu tal-injam li jghattih. Ghandu wkoll armarju tal-injam mizbugh kulur ikhal. Minn barra hu mizbugh iswed. Tispikka l-figura ta’ Gwanni l-Ghammiedi jghammed lil Kristu Gesu. F’dan l-amiarju jinzamm iz-zejt tal-katekumenju u tal-grizma ghat-twettiq tas-sagrament tal-maghmudija go vazetti tal-hgieg imnaqqxin bil-fidda bi kliem fuqhom li jaghzilhom ghalihom u minn xulxin b’heffa.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur amar li d-dawra tal-hawt tal-maghmudija ghandu jkun miksi bil-fidda. Ukoll, hdejn il-hawt imsemmi ghandu jsir armarju bil-bieba tal-injam u li tissakkar b’imfietah tal-hadid.


Fela wkoll iz-zejt tad-dilka tal-morda li jintrefa’ f’armarju fuq in-naha tal-lemin tad-dahla tal-kor. Quddiem il-bieba tieghu tiddendel purtiera tal-harir kulur vjola. Fuq gewwa hu wkoll miksi bi drapp kulur vjola. Fih jinzammu vazetti tal-hgieg skulturati bil-fidda f’forma ta' kalci, li fihom jinzamm iz-zejt imqaddes tal-morda. Go vazun iehor skulturat bil-fidda jinzamm iz-zejt imqaddes, mizmum kif xieraq go kaxxa tal-injam bi kliem li jaghzilhom minn xulxin.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur amar li jsir armarju gdid fil-kolonna principali li fuqha tistrieh in-nava fuq in-naha tal-lemin tal-artal maggur b’kitba li tingharaf ‘Zejt tal-Morda’ u f’din l-istess nicca jinzamm u jintrefa’ dan iz-zejt.


Fl-istess tielet jum tax-xahar ta' Mejju 1693 wara nofsinhar


(p.42) L-illustrissimu u reverendissimu sinjur Isqof, akkumpanjat mill-kollaboratur tieghu, kompla bil-vizta pastorali tieghu fl-imsemmija knisja parrokkjali u wara kanta l-ghasar wara s-soltu recita tar-ruzarju. Wara dan, libes l-alba fuq ir-rukketta, u liebes il-mitra, amnunistra s-sagrament tal-grizma lil diversi tfal tal-parrocca.


Zar l-artal maggur li jinsab taht hnejja kbira li fuqha tistieh il-koppla. Mghammar bil-htigijiet kollha mitluba kif ukoll mehtiega biex fuqu jkun iccelebrat is-sagrificcju tal-quddiesa. Hu wkoll mizmum tajjeb. Quddiemu jiddendel lampier tal-fidda b'imnara dejjem tixghel b’rispett u qima lejn is-santissimu sagrament.


Il-festa tigi ccelebrata nhar il-hmistax-il jum t’Awwissu bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa kantata. Il-prokuraturi tal-Veneranda Lampada li jiehdu hsieb dan l-artal bhalissa huma il-qassis Dun Dumink Xerri u Gwann Pawlu Xerri.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur wettaq il-hidma taghhom u talabhom biex iqiegbdu quddiemu rapport shih tal-hidma taghhom.


F’dan l-artal hemm imwaqqfa l-fratellanza tal-irgiel tas-santissimu sagrament. L-imsiehba jwettqu l-hidma mitluba taghhom kif imfissra tajjeb fiz-zjara pastorali li diga twettqet, kif stqarr tajjeb ir-reverendu kappilllan. Il-prokuraturi tal-imsemmija fratellanza huma Mauritiji Hagius u Duminku Fenech.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur talab lill-imsemmija prokuraturi bier jghaddulu rendikont shih tal-hidma taghhom.


Zar l-artal tal-kor taghha li fuqu hemm it-titular tal-imsemmija knisja tal-Beata Vergni Marija li qieghed fl-isfond tal-kor. Ghandu l-htigijiet kollha mitluba biex fuqu jkun iccelebrat is-sagrificcju tal-quddiesa. Jiehdu hsiebu sew u hu mizmum tajjeb. Quddiem l-artal hemm lampier mahdum mir-ram isfar b'imnara li tinxteghel fil-jiem ta’ festi kmandati. Il-festa titulari tigi ccelebrata fuq l-artal il-kbir kif diga tkellimna fuqha.


Zar l-artal iddedikat lil San Pawl Appostlu li jinsab fuq in-naha tal-lemin tal-artal maggur li ghandu l-htigjjiet kollha mitluba biex fuqu jkun iccelebrat is-sagnficcju tal-quddiesa. Hu armat tajjeb u mizmum tajjeb ukoll. Quddiemu jiddendel lumpier, tahlita ta‘ fidda u comb, b’imnara li tinxteghel f’jum is-Sibt u fil-jiem tal-festi kmandati.


(p.43) Il-festa tigi mfakkra fil-21 jum ta' Jannar. jum il-festa (liturgika) tal-istess qaddis bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa kantata li jhallas ghaliha l-istess artal.


Dan l-artal ghandu gid kif diga mfisser fiz-zjara pastorali li saret diga. Jiehu hsiebu Dumink Muscat bhala prokuratur. M’ghandu l-ebda piz.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur baghat ghall-imsemmi prokuratur u talbu biex jghaddilu rendikont shih tal-imsemmija amministrazzjoni tieghu.


Zar l-artal iddedikat lill-Madonna tar-Ruzarju li qieghed fuq l-id il-leminija tal-knisja. Sab li hu mghammar b’dawk il-htigijiet mitluba biex fuqu jkun iccelebrat is-sagrificcju tal-quddiesa. Kollox kif ghandu jkun u mizmum tajjeb hafna u hafna. Jiddendel quddiemu lampier tal-fidda b’imnara li tinxteghel kull nhar ta’ Sibt u festi kmandati. Ma' dan l-artal hi mwaqqfa l-fratellanza tal-Imqaqaddes Ruzaiju. Fuqha jaqa’ it-tmexxija ta‘ dan l-imkien tal-artal. Il-membri taghha tal-anqas iwettqu b’reqqa l-izjed kbira xi hidma partikulari kif muri fiz-zjara li diga saret, kif xehed ir-reverendu kappillan.


Il-prokuratun ta’ din il-fratellanza huma Albertu Camilleri u Xmun Pace.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur baghat ghalihom u talabhom biex iressqu quddiemu rapport shih tal-amministrazzjoni taghhom.


Zar l-artal iddedikat lil Sant Anna u lil San Kozma u Damjan li l-familja Fenech hi s-sid tieghu. Hu mhares tajjeb. L-artal hu tal-gebel. Il-mejda rieghu hi tajba biex fuqha jitqaddes is-sagrificcju tal-quddiesa. Hu mizmum xieraq. Quddiemu jiddendel lampier tar-ram isfar b’imnara li tinxteghel fil-jum tas-Sibt u festi kmandati.


Il-festa fuq dan l-artal tithares bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa kantata fil-festa (liturgika) taghha fis-26 jum ta’ Lulju. Ghandu pizijiet kif inhu mfisser fiz-zjara li saret qabel. Qeghdin ikunu mwettqa kif xehed personalment V.J.C Dun Anglu Fenech, hawn prezenti quddiemna.


Zar l-artal iddedikat lit-Thabbira tal-Beata Vergni Marija li qieghed fuq in-naha leminija tal-genb ta' din il-knisja. Hu tal-gebel bil-mejda tieghu tajba biex fuqha jkun iccelebrat is-sagrificcju tal-quddiesa. Hu mizmum kif xieraq. Taht il-hnejja, fuq l-istess artal, hemm ix-xbieha li turi l-misterju tal-Annunzazzjoni tal-Beata Vergni Marija, xbieha zghira, u tghodd hafna zmien. Quddiemu jiddendel lumpier, tahlita ta' fidda u comb, b’imnara li tinxteghel kull nhar ta' Sibt.


(p.44) Il-festa tigi ccelebrata bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa kantata f jum il-25 ta’ Marzu. In-nefqa tithallas mill-qassis Dun Dumink Bartolo, prokuratur tal-istess artal b’fundazzjoni li permezz taghha tinzamm ukoll il-mixeghla tal-lampier, kif diga spjegat fiz-zjara qaddisa li diga saret kif registrata fl-atti tal-kurja tal-isqof fit-23 jum ta’ Novembru 1686.


Zar l-artal iddedikat lil Santa Marija tal-Grazzji li jinsab fuq il-genb tax-xellug tal-artal il-kbir. Sab li hu mghammar b’dak kollu mitlub biex ikun iccelebrat is-sagrificcju tal-quddiesa. Armat b’kollox u mizmum ukoll tajjeb. Quddiemu jiddendel lampier, tahlita ta’ fidda u comb, b’imnara li tinxteghel f’jiem maghzula.


Il-festa tigi mfakkra bl-ewwel ghasar u quddiesa kantata fit-tmien jum ta’ Settembru, jum l-ghid tat-Twelid tal-Beata Vergni Marija.


Dan l-artal ghandu pizijiet ta’ quddies u pizjiet ohrajn kif muri fiz-zjara li diga saret. Huma mwettqa skont xhieda tar-reverendu kappillan.


L-istess artal ghandu post ta’ djar bi gnejna tmiss maghhom li tinsab f’tarf ir-rahal fix-xaqliba Hal Meil, kif ukoll kapital ta’ sitt onsji kif imnizzel fiz-zjara li diga saret. Ghandu wkoll bicca art li tinsab fix-xaqliba Hal Dimech u ohra ta Bieba moghtija lill-istess artal, imhollija mill-mejjet Gwanni Maria Xerri
bil-piz marbut maghha ta’ celebrazzjoni ta’ sitt quddisiet kull sena. Mid-dhul taghha ta’ ghaxar tarani jithallsu dawn il-quddisiet, kif ukoll iz-zamma tal-artal. Bhalissa l-prokuratur tal-imsemmi artal hu Gwanni Battista Borg.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur baghat ghalih u talbu biex iressaqlu rendikont shih tal-amministrazzjoni tieghu.


Fuq dan l-istess artal hi mwaqqfa s-Sodalita tal-Agonizzanti li twaqqfet b'digriet tal-illustrissimu u reverendissimu isqof fiz-zjara tieghu li saret qabel. L-imxierka ta’ din is-Sodalita jofffu il-hlas ta’ hames grani kull xahar u fl-agunija ta' kull imxierek ta' din is-Sodalita jsir talb quddiem is-sagrament, bil-bieba tat-tabemaklu miftuha minn qassis liebes l-ilbies liturgiku u l-istola, bil-lejl kif ukoll bi nhar. Imbaghad, dawk l-imxierka li jhallsu mizata ta’ tarani fis-sena u jkunu ukoll ittesserati, fil-mewt taghhom, wara li jsir il-funeral, fi zmien jumejn jew tlieta, titqaddsilhom quddiesa kantata b’suffragju ghal ruhhom, kif ukoll il-kant tal-libera. Jigu ccelebrati wkoll tletin quddiesa b’suffragju ghall-istess mejjet. Dan kollu minghajr ma l-piz jaqa' fuq il-werrieta.


(p.45) Barra dan, kull l-ewwel gimgha ta’ kull xahar titqaddes quddiesa votiva tal-passjoni tas-sinjur taghna Gesu Kristu fl-artal maggur u wara l-quddiesa ssir it-talba ‘Ghaziz Gesu’.


Il-prokuraturi tal-imsemmija Sodalita bhalissa huma l-qassis Dun Publiju Azzopardi u J.V.D. Dun Anglu Fenech. Talabhom biex kemm jista’ jkun malajr iroddulu l-ghadd tal-morda. It-tmexxija hi f’idejn Gwanni Battista Borg.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur talabhom li jressqulu quddiemu d-dlik. Talab ukoll l-istatut tal-imsemmija Sodalita biex jghadduhulu. L-illustrissimu sinjur seddaq mill-gdid id-digrieti li ghadhom fis-sehh moghtija fis-26 jum ta’ Novembru 1686 fl-istess zjara generali li ghamel skont id-decizjonijiet mehuda matulha. Ikkonferma wkoll il-mexxejja ta’ din l-amminintrazzjoni u l-prokuraturi godda tal-istess Sodalita li huma l-qassis Dun Xmun Bartolo u Dun Dumink Habela bir-responsabbiltajiet u s-setghat marbuta maghhom.


Zar l-artal iddedikat lil San Guzepp li jinsab fuq l-id ix-xellugija tal-Knisja li hu mghammar b’dawk l-affarijiet kollha mehtiega u mizmum tajjeb. Quddiemu jiddendel lampier, tahlita ta’ fidda u comb, b’imnara li tinxteghel f’jiem maghzula.


Il-festa tigi ccelebrata bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa kantata fid-dsatax-il jum ta’ Marzu. Dan l-artal ghandu kapital ta’ tmienja u erbghin onsja li huma amministrati mill-prokuratur taghha, li bhalissa hu l-imghallem Gwanni Pawlu Xerri.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur baghat ghalih biex iroddlu rapport shih tal-amministrazzjoni tieghu.


Zar l-artal iddedikat lil Santu Rokku li jinsab fuq in-naha tax-xellug ta' din il-knisja. Sabu mghammar b’dak kollu mehtieg biex fuqu jsir is-sagrificcju tal-quddiesa. Imzejjen xieraq u mizmum tajjeb. Quddiemu jiddendel lampier mahdum mir-ram isfar b’imnara li tinxteghel f’jiem maghzula.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur amar li l-mejda tieghu titkabbar b’erbat ixbar fuq il-parti ta’ quddiem tieghu.


Fuq dan l-artal tkun imfakkra il-festa ta’ Santu Rokku bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa kantata fis-sittax-il jum t’Awwissu, waqt li titfakkar il-festa ta’ San Bastjan martri b’quddiesa letta biss.


(p.46) Sibna li dan l-artal ma kellux dhul, hlief erba’ onsji, kif diga msemmi fiz-zjara li diga saret. Huma amministrati mill-prokuratur li bhalissa hu Dumink Galea.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur baghat ghalih biex jghaddilu rendikont shih tal-amministrazzjoni tieghu.


Hemm piz ta’ quddiesa ta’ kull xahar imwaqqfa minn Damjan Bonnici li bih twettqet ix-xewqa qaddisa ta’ Marjanu Xerri. Hekk xehed il-qassis Dun Gwann Gatt, kappillan tar-rahal Zorrici (iz-Zurrieq) u kif juri l-ktieb tas-sagristija fejn fih jigu rregistrati l-quddies qaddis.


Zar l-artal iddedikat lil Sant Antnin ta’ Padova li jinsab fuq l-istess naha ta’ din l-imsemmija knisja. Hu mghammar bl-affarijiet mitluba u mehtiega biex fuqu jkun iccelebrat is-sagrificcju tal-quddiesa. Hu mizmum u mhares tajjeb. Quddiemu jiddendel lampier, tahlita ta’ fidda u comb, b’imnara li tinxteghel f’jiem maghzula. Il-festa tigi ccelebrata bil-primi vespri u quddiesa kantata.


Ghandu piz ta’ erba’ quddisiet kull sena li tnejn minnhom jitqaddsu fl-ghid ta' dan il-qaddis, waqt li t-tnejn l-ohra jitqaddsu jew fl-istess festa inkella fl-ottava taghha. Dan il-piz thalla bi hrara kbira minn Gorg Galea, kif imfisser tajjeb fiz-zjara li diga saret. Ir-reverendu kappillan xehed li dan il-piz qieghed jitwettaq.


Dan l-artal ghandu kapital ta’ sebgha u tletin onsja li jiehu hsiebhom il-prokuratur li bhalissa hu Gwanni Battista Borg.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur ghajjatlu u talbu biex jghaddilu rendikont shih tal-amministrazzjoni tieghu.


Din il-knisja ghandha piz ta’ celebrazzjoni ta’ quddiesa kull gimgha mhollija bi hrara kbira minn Gwanni Sammut kif ukoll piz iehor ta’ tmien quddisiet ohra ta’ kull sena li jitqaddsu f’jum is-sibtijiet, imhollija bi hrara kbira minn Marija, mart Duminku Zarb, kif imfisser tajjeb fiz-zjara li diga saret. Dawn il-pizijiet qeghdin jitwettqu kif xehed ir-reverendu kappillan.


Jigu mharsa wkoll il-festi ta’ qaddisin li l-ikoni taghhom kienu trasferiti f’din il-knisja mill-kappella taghhom li kienet ipprofanata, kif imfisser tajjeb fiz-zjara li diga saret. Kif xehed ir-reverendissimu kappillan dawn qeghdin jitwettqu kif mitlub.


Quddiesa ohra ghandha tigi ccelebrata f’jum il-Hadd. Dan minhabba l-garr (p.47) tal-ikona ta’ San Pankrazju. Piz imholli minn Fabrizio Testaferrata. Kif xehed ir- reverendu kappillan, dan il-piz mhux qieghed jitwettaq.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur issospenda dan il-benefikat li issa jghajjat lil Pawlu Testaferrata, iben werriet tal-imsemmi Fabrizju, sakemm dan il-piz jerga’ jibda jitwettaq.


Ghandha wkoll piz iehor ta’ quddiesa wahda kull xahar imhollija b’imhabba kbira minn Margerita, mart Beneditt Gauci, skont l-atti tan-nutar Gwanni Pawlu Fenech fit-tlettax-il jum ta’ Dicembru 1649. Biex ikun jista' jitwettaq dan il-piz, thalliet lir-reverendu kappillan ta’ bhalissa, bicca art u gnejna maghrufa bhala el Chorfa jew Gineina, kif ukoll razzett li bejn wiehed u iehor jinsab qrib il-knisja parrokkjali fl-imsemmi rahal. Dan il-piz qieghed jitwettaq kif jidher tajjeb mir-registru tas-sagristija.


Zar is-sagristija li qieghda fuq ix-xellug tal-kor li fiha l-qassisin ihejju biex jiccelebraw. Fiha jinzammu mdendla b’galbu kbir l-ilbies qaddis tal-knisja. Hi mghammra tajjeb u sab ukoll li kollox hu mizmum kif xieraq.


Fl-imsemmija sagristija hemm imdendla tabella bil-pizijiet tal-quddies. Ir-registratur hu l-qassis Dun Xmun Bartolo.


L-illustrissimu u reverendissimu hatar registratur gdid tal-quddies bis-setghat marbuta ma’ dan ix-xoghol lill-qassis Dun Xmun de Gueuara u ghadda f’idejh dan il-qadi. L-illustrissimu u reverendissimu sinjur heggu biex jaqdi dmiru tajjeb u b’fedelta kbira.


Zar is-sagristija l-ohra li tinsab fuq in-naha tal-lemin tal-kor. Fiha jinzamm l-ilbies sagru l-iehor tal-knisja. Instab li hawnhekk ukoll kollox hu mizmum tajjeb.


Zar il-kor li fih hemm erba’ fillieri ta' mghaqad li ghandhom fejn jistriehu l-idejn, bid-dahar taghhom imwahhal mal-hajt, maghmulin godda.


Zar il-binja tal-knisja li hi mibnija forma ta’ salib, mizmuma u mharsa tajjeb.


Zar l-imghaqad tal-konfessjonarji u sab li huma mizmuma tajjeb.


Zar il-kampnar li fih ghandu tliet qniepen.


(p.48) L-illustrissimu u reverendissimu sinjur Isqof, wara li temm iz-zjara tieghu lill-knisja parrokkjali, ghadda biex izur il-knejjes filjali u l-ewwel:


Zjara lill-Knisja Filjali ta'Sant Anton Abbati


Zar il-knisja filjali ddedikata lil Sant Anton Abbati li tinsab fl-imsemmi rahal Musta li hi kbira gmielha u mizmuma tajjeb. L-artal hu mghammar b'dak kollu mitlub. Il-mejda tieghu ghandha l-htigijiet kollha mitluba biex fuqha jkun iccelebrat is-sagnficcju tal-quddiesa. Quddiemu jiddendel lampier, tahlita ta' fidda u comb, b'imnara li tinxteghel f’jiem maghzula. Ihallas ghaliha is-sacerdot Dun Duminku Xerri. Hu nnifsu obbliga ruhu li jaghmel dan, kif diga mfisser tajjeb fiz-zjara li saret qabel u kif hu nnifsu hawn maghna jseddaq.


Il-festa tigi mfakkra bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa letta. Dan b'devozzjoni kbira ta' Flori Borg. Ghandha wkoll piz ta' quddiesa li ssir fil-Hdud u fil-festi f’kmandati kollha. Dan bl-istess xewqa tal-imsemmi Borg, li biex jitwettqu dawn ix-xewqat qaddisa tieghu msemmija, halla post ta' djar hdejn din il-knisja kif xehed Gwanni Battista Borg, in-neputi tieghu kif imfisser fiz-zjara diga msemmija. L-istess Gwanni Battista, hawn maghna, iseddaq dan. Dawn il-pizijiet imsemmija qeghdin jitwettqu kollha.


L-imsemmija knisja ghandha wkoll bicciet ta' artijiet ohra li min-naha ta' Nofsinhar jmissu wkoll maghha. Ghandha pjaneta, alba, missall kif ukoll ilbies iehor qaddis kif spjegat fiz-zjara li diga saret.


Zjara lill-Knisja Filjali ta' San Anard


Zar il-knisja filjali ddedikata lil San Anard. Hi kbira gmielha u msaqqfa bi hnejjiet. Ghandha artal wiehed tal-gebel. Il-mejda tieghu hi xierqa biex fuqha jkun imfakkar is-sagrificcju tal-quddiesa u hu mizmum tajjeb. Quddiemu jiddendel lumpier, tahlita ta' fidda u comb, b'imnara li tinxteghel kull nhar ta' Sibt.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur amar li fuq il-ghuda tas-salib li kienet ghadha kif saret, titwahhal ix-xbieha tas-santissimu kurcifiss. Amar ukoll li ssir (p.49) tabella bis-salm tal-hasil tal-idejn miktuba fuqha.
Il-festa tigi mfakkra bl-ewwel ghasar u quddiesa kantata fis-sitt jum ta' Novembru. Iz-zjara li diga saret tfisser sewwa it-twettiq tal-festa u l-piz tal-mixeghla tal-lampier. Dawn il-pizijiet qeghdin jitwettqu kollha.


Ghandha piz ta' sitt quddisiet fis-sena; kull wahda titqaddes f'jum maghzul. Ghandha piz iehor ta' zewg quddisiet kull xahar li jitqaddsu fil-jiem tal-Erbgha jew tas-Sibt imhollija b'imhabba kbira minn Bernardu Mangion li, biex jitwettqu dawn l-imsemmija pizijiet kollha u biex jitwettaq piz iehor ta' zewg quddisiet ohra li jitqaddsu fil-jiem tal-Erbgha u s-Sibt fil-knisja parrokkjali fuq l-artal iddedikat lil Madonna tal-Grazzji, halla gid bizzejjed ghal dan il-ghan kif imfisser tajjeb fiz-zjara li diga saret u kif iseddaq il-qassis hawn maghna, Dun Gwann Mangion. Il-ktieb tas-sagristija tal-knisja l-ohra parrokkjali fejn jitnizzel it-twettiq tal-quddies mix-xahar ta' Jannar, kif ukoll dawk li qeghdin jitqaddsu issa, ikompli jseddaq dan.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur hatar lis-sacerdot Dun Gwann biex jghasses it-twettiq imsemmi taghhom.


Zjara lill-Knisja Filjali tal-Vizitazzjoni tal-Beata Vergni Marija


Zar il-knisja filjali ddedikata liz-Zjara tal-Beata Vergni Manja li tinsab fl-imsemmi rahal fix-xaqliba ta Dib. Ghandha artal wiehed mghammar b'kull mhu mehtieg ghas-sagrificcju tal-quddiesa u hu mizmum tajjeb. Quddiemu jiddendel lampier tar-ram isfar, b'imnara li tinxteghel f'jiem maghzula. Fil-genb tal-artal hemm zewg ikoni bi gwarnic tal-injam indurati bid-deheb li jdawwarhom. Dawn saru bl-inizjattiva ta' Duminku Mangion. Wiehed minnhom juri l-misterju tat-Tlugh fis-Sema, waqt li l-iehor it-Thabbira tal-Beata Vergm Marija.


ll-festa tigi mharsa fit-tieni jum ta' Lulju bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa kantata bl-inizjattiva indispensabbli tal-kontribut moghti mis-servizz tal-artal, kif diga spjegat fiz-zjara li diga saret.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur baghat ghall-imsemmi Duminku u talbu biex ikompli jwettaq dan l-istess servizz u qadi.


(p.50) F’din il-knisja hemm piz ta’ celebrazzjoni ta’ quddiesa; wahda kull nhar ta’ Gimgha jew nhar t’Erbgha mholli bi hrara kbira minn Damjan Bonnici li biex jitwettaq halla bicca art maghrufa Iccens fit-tarf tar-rahal Nascari hdejn il-knisja ta’ Santa Marija ta’ Xihaira (Ta’ Xghajra) li hi f’idejn ir-reverendu Dun Gwann Gatt, kappillan tal-knisja parrokkjali tar-rahal Zurrici (Zurrieq), kif diga muri fiz-zjara li saret lura fis-sena 1690. S’issa dan il-piz mhux qieghed jitwettaq kif jidher mill-ktieb tas-sagristija tal-knisja parrokkjali.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur talab lill-promotur fiskali biex jahtaf f’idejh din il-bicca art u jwettaq hu l-piz taghha. Dan sakemm l-imsemmi ktieb tas-sagristija tal-knisja parrokkjali jibda juri li qieghed jitwettaq.


Din il-knisja ghandha pjaneta, alba u missall.


Peress li kien diga dalam, l-Isqof rega’ lura lejn il-post fejn kien qieghed joqghod.


Ir-Raba’ Jum tax-Xahar ta’ Mejju 1693


L-illustrissimu u reverendissimu Isqof, imsieheb mill-imsemmija kollaboraturi tieghu, irhewla lejn il-knisja parrokkjali, qaddsu fiha u qarbnu lill-fidili kollha migbura. Wara komplew biz-zjara taghhom fil-knejjes rurali.


Zjara lill-Knisja Rurali ddedikata lill-Kuncizzjoni tal-Beata Vergni Marija


Zar lill-knisja rurali ddedikata lit-Tnissil bla Tebgha tal-Beata Vergni Marija li tinsab fit-tarf tar-rahal fix-xaqliba Landar Blat. Hi kollha kemm hi ccangata. Jidher li l-artal ghandu mejda xierqa, bit-tabelli tal-glorja, tal-hasil tal-idejn u l-evangelju ta’ San Gwann. Ghandha zewg kandilabri tal-injam mahsula bid- deheb, kif kien miktub fiz-zjara li diga saret. Ghandha dak kollu mehtieg biex ikun iccelebrat is-sagrificcju tal-quddiesa. Is-salib gdid li sar issa hu minghajr ix-xbieha ta' Kristu Msallab.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur amar li l-artal ghandu jkollu salib isbah bix-xbieha tas-santissimu kurcifiss.


(p.51) Il-festa tigi ccelebrata bl-ewwel ghasar u quddiesa kantata fit-tmien jum ta’ Dicembru, imhollija b’devozzjoni kbira kbira minn Bartilmew Busuttil li ghazel lill-prokuratur tal-Veneranda Lampada tal-knisja parrokkjali biex jiehu hsiebha, kif muri fiz-zjara li diga saret.


Dan l-artal ghandu piz ta’ disa’ quddisiet letti li sitta minnhom jigu ccelebrati f’sitt festi tal-Madonna, waqt li t-tlieta l-ohra jitqaddsu fi tliet festi ohrajn; dik tal-patrijarka San Guzepp, ta’ San Bert Appostlu u Santa Katerina Vergni u Martri. Dawn imhollija bi hrara kbira minn Albertu Busuttil. Jiehu hsieb dan il-piz f’din il-knisja, Gwanni Pawlu Chetcuti kif sirna nafu meta rajna l-ktieb tas-sagristija tal-knisja parrokkjali. Dawn il-pizijiet qeghdin jitwettqu tajjeb, kif mitlub fiz-zjara taghna li diga saret.


L-illustrissimu u revendissimu sinjur hatar bhala prokuraturi ta' din il-knisja lis-sacerdoti Dun Duminku Habela u lil huh Dun Lawrenz, konfessur tas-sorijiet tal-monasteru ta’ Santa Skolastika fil-belt Vittoriosa (il-Birgu) bis-setghat mehtiega.


Wara li temm iz-zjara tal-imsemmija knisja tal-Kuncizzjoni tal-Beata Vergni Marija, l-illustrissimu u reverendissimu sinjur flimkien mal-imsemmija konvizitaturi terraq ghal knisja ohra rurali u beda l-mixja lejn il-knisja ta' San Pawl Appostlu mibnija mill-gdid u mis-sisien minflok dik il-qadima u mimlija biz-zmien, iddedikata wkoll lil San Pawl, bil-permess mehtieg tal-Isqof minn Carolinu Falson, mibnija fuq art ta’ Leonora Testaferrata li tigi martu, fit-tarf tal-Mingiba f’post maghruf bhala La Figura (Tal-Figura) li jinsab fix-xaqliba tal Chileya (Tal-Qlejja’). Dan kif mgharraf lill-illustrissimu u reverendissimu sinjur mill-qassisin tal-imsemmi rahal Musta. L-imsemmija knisja li ghadha qieghda tizzejjen u tintrama’ minn gewwa ghad m'ghandhiex ikona u nieqsa wkoll minn dawk il-hwejjeg mitluba biex ikun iccelebrat is-sagrificcju tal-quddiesa.


F’din il-knisja ghad irid jitwettaq il-piz tal-mixeghla tal-lampier. Il-festa tigi ccelebrata bl-ewwel ghasar u quddiesa kantata. Issir ukoll quddiesa wahda f’jum il-Hadd u festi kmandati, imhollija b'imhabba kbira minn Fabrizio Testaferrata Biex jitwettqu dawn il-pizijiet, l-imsemmija art tal Mingiba ntrabat maghha dan il-piz, kif muri fiz-zjara li saret qabel.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur amar li d-dhul mill-imsemmija art ta' Caroli Falson u kull dhul iehor ghandu jghaddi lill-imsemmija knisja biex tkompli tintrama u tizzejjen, biex issir il-pittura, biex jitwettqu dawk l-affarijiet (p.52) ohra mehtiega, biex jkun jista’ jigi ccelebrat is-sagrificcju tal-quddiesa u biex jitwettqu wkoll il-pizijiet miktuba.


Zjara lill-Knisja Rurali ddedikata lill-Assunzjoni tal-Beata Vergni Marija


Zar il-knisja rurali ddedikata lit-Tlugh fis-Sema tal-Beata Vergni Marija li tinsab fix-xaqliba tal Bisbesia. Sab li kienet mizmuma hazin hafna. Is-saqaf taghha f’qaghda tal-biki bl-ilma jidhol minnu fil-jiem tax-xita li jinfirex u jaghmel ghadajjar ma’ kullimkien. L-art kollha b’qoxra hadra bl-umdita. Ghandha artal wiehed bil-mejda tieghu miksija wkoll b’qoxra hadra tal-umdita. Fuq l-ahhar targa tal-artal, mahduma bl-injam, hemm ikona qadima li turi t-Tlugh fis-Sema tal-Beata Vergni Marija waqt li fuq il-lemin turi ukoll lil Sant Anton Abbati u lil San Pawl, l-ewwel eremita, fuq ix-xellug. Tinsab imdawra bi gwarnic tal-injam, b’bicciet minnu mkissra. Fuq in-naha tal-epistola, imwahhla mal-hajt, hemm imnara go tondjatura tal-hadid li tinxteghel f’jum is-Sibt.


Fiz-zjara li saret qabel, din il-knisja kellha artal imwennes bejn zewg kolonni, ta' qies akbar, bil-mejda tieghu wkoll akbar, imbajjad u mkahhal tajjeb. Kellu erba’ kadilabri li kienu mahsula bid-deheb u salib bix-xbieha ta’ Kristu msallab fuqu. Kellu wkoll it-tabelli tal-glorja, tas-salmi tal-hasil tal-idejn u tal-evangelju ta' San Gwann. Xi partijiet minn din il-knisja l-anqas biss kienu msewwija u ghalkemm il-mejda ta' dan l-artal hi fi stat hazin, tal-anqas il-hsara ma komplietx izzid u ghalhekk setghet tigi mkahhla.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur gedded l-imsemmi digriet taz-zjara li diga saret u amar il-qbid tad-dhul kollu migbur mill-art li ghandha din il-knisja, maghrufa bhala el Gienna tal Chanzir (Wied Hanzira) li bhalissa hi f’idejn Katarina mart Filippu Azzopardi, mir-rahal Zebbug kif ukoll hatar lill-qassi Dun Dumink Xerri hawn maghna, biex mill-htif tad-dhul imsemmi iwettaq dak kollu li hemm imnizzel fid-digriet imsemmi hawn fuq, jigifieri li jizbogh mill-gdid it-targa ta' fuq tal-artal, isewwi l-gwarnic tal-pittura u jerga’ jizbghu mill-gdid, jahseb ghal-lampier b’imnara fih u jiehu hsieb idendlu quddiem l-artal.


B’dan l-imsemmi htif kien mgharraf ir-reverendu sinjur Dun Gwann Luqa Mifsud J.V.D hawn maghna, fil-prezenza ta’Anglu Fenech, il-gabillot li bhalissa jahdem l-imsemmija art biex ikun mgharraf b'dan is-sekwestru li hu wkoll (p.53) taht piena ghall-hlas ta’ somma ta’ ghoxrin skud. Is-suddjaknu Dun Dumink Azzopardi u l-Kjeriku Dumink Pace huma hawn maghna.


Il-festa tigi ccelebrata bl-ewwel ghasar u quddiesa letta nhar il-hmistax-il jum t’Awwissu. Tigi wkoll imfakkra l-festa ta’ Sant Anton Abbati u San Pawl l-ewwel eremita b’quddiesa letta biss. Biex jitwettaq dan, kif ukoll il-mixeghla tal-lampier, thalliet l-imsemmija art el Gienna tal chanzira. Dawn il-pizijiet qeghdin jitwettqu.


Zjara lill-Knisja Rurali ddedikata lil Santa Margerita Vergni u Martri


Zar il-knisja rurali ddedikata lil Santa Margerita Vergni u Martri li tinsab fit-trufijiet tal-imsemmi rahal fix-xaqliba maghrufa bl-istess isem ta’ Santa Margerita. Sab fiha artal li hu tal-gebel bil-mejda tieghu xierqa biex fuqha jkun iccelebrat is-sagrificcju tal-quddiesa. Fuq it-targa ta’ fuq hemm pittura qadima li turi x-xbieha tal-istess qaddisa mdawra bi gwamrnic tal-injam u quddiemu jiddendel lampier b’imnara li tinxteghel f’jum is-Sibt.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur amar li l-artal ghandu jkollu salib aktar xieraq bix-xbieha tas-santissimu kurcifiss u lampier b'imnara aktar xieraq.


Il-festa tigi mfakkra bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa kantata.


Ghandha piz li ta’ kull sena, fl-istess festa, tigi ccelebrata quddiesa letta. Biex isir dan il-piz, kif ukoll biex jinxteghel il-lampier, biex jitkanta l-ewwel ghasar u biex isiru t-tiswijiet mehtiega ta’ din il-knisja, thalliet bicca ghalqa li maghha huma marbuta dawn il-pizijiet li tmiss mac-cimiteiju f’din l-istess knisja, kif imfisser tajjeb fiz-zjara li diga saret. Dan kollu qieghed jitwettaq kif stqarr ir-reverendu kappillan.


Din il-knisja ghandha kapital fiss ta' erbghin skud fuq sigurta personali li hu amministrat mill-prokuratur tal-istess knisja li hu Gwanni Marija Fenech.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur baghat ghall-imsemmi prokuratur u talbu biex jaghtih rendikont shih tat-tmexxija tieghu.


Zjara lill-knisja rurali ddedikata lil Sant’Andrija Appostlu


(p.54) Zar l-knisja ddedikata lil Sant’Andrija Appostlu li tinsab fix-xaqliba ta’ Hal Pissa li hi ta’ daqs gmielha. Hi msaqqfa bi hnejjiet. Ghandha zewg bibien. Il-kbir li jhares lejn in-Nofsinhar ghandu quddiemu zuntier imdawwar b’hajt u fuqu ghandu kampnar b’qanpiena li tiddendel taht hnejja. Il-bieb l-iehor ihares lejn it-Tramuntana. Ghandha artal tal-gebel bil-mejda tieghu xierqa biex fuqha jkun iccelebrat is-sagrificcju tal-quddiesa. Hu mizmum tajjeb. Il-pittura turi x-xbieha tal-imsemmi qaddis imwennes taht hnejja fuq il-hajt. Idawwarha gwarnic mizbugh iswed skulturat fil-gebel. Quddiemu jiddendel lumpier, tahlita ta’ fidda u comb, b’imnara li tinxteghet f’jiem is-Sibt.


Il-festa tigi ccelebrata bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa cantata. L-ispiza taghha tithallas mill-istess knisja. F’jum il-festa ssir quddiesa ohra letta bl-elemozina taghha tithallas b’imhabba kbira mill-fidili.


Bhalissa din il-knisja ghandha kapital ta’ erbghin onsja u hmistax-il tarani u hu kapital fiss fuq gid b’garanzija personali. Hu amministrat mill-prokuratur tal-istess knisja li hu Gwanni Marija Schembri li mill-ewwel wera r-rendikont shih tal-amministrazzjoni tieghu.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur gedded minnufih il-prokura bl-obbligi u s-setghat marbuta maghha.


Zjara lill-Knisja Rurali ddedikata lil San Pawl l-Ewwel Eremita


Zar il-knisja rurali ddedikata lil San Pawl l-ewwel eremita li tinsab fix-xaqliba ta’ Uuied el Hasel (Wied il-Ghasel) go ghar fil-blat li thares lejn in-naha ta’ Nofsinhar. Hi mizmuma tajjeb. L-artal mibni fil-fond tal-istess knisja hu tal-gebel bil-mejda tieghu xierqa biex fuqha jkun iccelebrat is-sagrificcju tal-quddiesa. Ghandu l-htigijiet kollha mitluba u mzejjen tajjeb hafna. Il-pittura tieghu, li hi mdawra bi gwarnic tal-injam indurat, turi x-xbieha ta’ San Pawl l-ewwel eremita u lil Sant’Anton Abbati. Quddiemha jiddendel l-lampier, tahlita ta’ fidda u comb, b’imnara li tinxteghel kull nhar ta’ Sibt. Biex tilhaq l-artal trid titla’ zewg targiet. Hu mifrud mill-bqija tal-knisja b’kancell tal-injam li jtul il-knisja mill-wisgha taghha. Ghandha sagristija zghira fuq in-naha tal-lemin.


(p.55) Il-festa tigi ccelebrata bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa kantata fil-hmistax-il jum ta’ Jannar, festa tal-imsemmi qaddis. Jum il-festa ta’ Sant’Anton Abbati jitfakkar b’quddiesa letta biss. L-istess knisja thallas din in-nefqa.


Bhalissa l-imsemmija knisja ghandha kapital ta’ erbghin onsja li hu kapital fiss b’garanzija personali ta’ diversi gid. Hu amministrat mill-prokuratur tal-imsemmija knisja li hu l-qassis Dun Indrin Camilleri li mill-ewwel wera lill-illustrissimu u reverendissimu sinjur ir-rendikont shih tal-amministrazzjoni u l-hidma tieghu.


Fuq in-naha tal-lemin tal-istess knisja hemm artal (nahseb knisja zghira ohra bl-artal imsemmi) iehor ddedikat lill-Madonna tal-Grazzji li jinsab fuq iz-zuntier li hu wkoll fil-ghar gol-blat. Hu mizmum tajjeb bil-mejda tieghu armata b’dak kollu mehtieg biex tkun iccelebrat is-sagrificcju tal-quddiesa. Fuq l-ahhar targa tal-artal hemm pittura li fuq in-naha ta’ fuq turi x-xbieha tal-Beata Vergni Marija bit-tfajjel Bambin Gesu fuq idejha. Il-parti t’isfel turi l-erwieh qaddisa tal-purgatorju. Quddiemu jiddendel lampier tar-ram b’imnara li tinxteghel f’jiem maghzula.


Il-festa tigi ccelebrata fit-tieni jum ta’ Frar, l-ghid il-Purifikazzjoni tal-Beata Vergni Marija bil-kant tal-primi vespri u quddiesa letta, imhollija b’imhabba kbira minn Gwanni Mangion li, biex tkun tista’ titwettaq, halla kapital ta’ ghaxar onsji biex jizdiedu ma kapital iehor li ghandu dan l-istess artal, kif muri fiz-zjara li diga saret. Dan il-gid hu amministrat mill-prokuratur tal-istess artal Dun Gwann Mangion.


L-illusstrissimu u reverendissimu sinjur baghat ghall-imsemmi prokuratur biex jghaddilu rendikont shih tal-amministrazzjoni kif ukoll inventarju tal-ghamajjar qaddisa li ghandu dan l-artal.


Il-prokuratur tal-knisja stqarr li fi zmien ta’ xita qieghed jidhol xi ilma mill-blat fuq l-imsemmi zuntier li mbaghad jinfirex fuq l-art tal-knisja. Minhabba f’hekk l-art tal-knisja qieghda timtela umdita.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur amar li fuq il-blat li jsaqqaf l-ghar isir kanal biex l-ilma jghaddi minnu u hekk l-istess ilma jizbokka ‘l barra mill-knisja.


Laqgha Personali mal-Kleru tar-Rahal Musta


(p.56) Resqu quddiem l-illustrissimu u reverendissimu sinjur biex ikellmuh personalment l-imsemmi kappillan, qassisin u ohrajn mill-kleru tar-rahal Musta. L-istess vizitatur ta t-twissijiet ghaqlija tieghu. Ghalhekk kulhadd dahal ikellem lill-illustrissimu wiehed wiehed go kmajra. Tkellem maghhom b'qalb kbira u hanina.


Qassisin

  • Rev Dun Consalvu Dimegh, kappillan
  • Dun Xmun Bartolo
  • Dun Dumink Xerri
  • Dun Xmun Deguara
  • Dun Dumink Habela
  • Dun Publiju Azzopardi
  • Dun Ewgenju Busuttil

Ma Resqux

  • Dun Gwann Mangion minhabba mard
  • Dun Gwann Marija Bugeja, ghalliem mil-Bell Notabile (l-Imdina)
  • Dun Lawrenz Habela J.V.D., konfessur tas-sorijiet tal-monasteru ta' Santa Skolastika fil-belt Vittoriosa. (il-Birgu)

Djakni

  • Orazju Degueuara

Suddjakni

  • Duminku Azzopardo

Kjerici Ordnijiet Minuri

  • (p.57) Pietru Fenech
  • Fabrizju Busuttil
  • Pietru Pawl Borg
  • Duminku Pace

Kjerici Mizzewga

  • Xmun Buhagiar, armel u fqir

Qaddejja

  • Gwanni Marija Calleya, sagristan tal-knisja parrokkjali.

Ir-Raba' Jum tax-Xahar ta’ Mejju 1693


Fil-prezenza tal-illustrissimu u reverendissimu u zewg kolloboraturi ohra, ir- reverendu sinjur J.V.D. Dun Anton Mauro, vigarju generali mir-rahal Bchi’a (Birkirkara) u l-espert ir-reverendu Dun Mariano Haxac. tezorier u konvizitatur, dehru l-imsemmija qassisin u kjerici ta' dan ir-rahal Musta u pprezentaw id-digrict taghhom tal-hatra tal-ordnijiet taghhom. Rajniehom u gharafniehom u hekk ktibniehom.

  • Il-qassis Dun Ewgenju Busuttil wera d-digriet tal-hatra tieghu tal-ordinazzjoni, jigifieri mit-tonsura sal-presibiterat, moghtija f’Malta fil-wiehed u ghoxrin jum ta' Marzu 1692.
  • Id-djaknu Oraz Deguara wera l-ittri tieghu tal-hatra mill-ewwel tonsura sad-djakonat. Moghtija f'Malta fis-sebgha ta' Marzu 1693.
  • ls-suddjaknu Dumink Azzopardo wera l-ittri tal-hatra tieghu mill-ewwel tonsura sas-suddjakonat. Moghtija f’Malta fil-hmistax ta' Marzu 1693.
  • L-akkolt Fabrizju Busuttil wera l-ittri tal-hatra tieghu mill-ewwel tonsura sal-ordni minuri. Moghtija f’Malta f'Dicembru 1693
  • (p.58) Il-lettur Pietru Pawl Borg wera l-ittri tal-hatra tieghu taz-zewg ordnijiet minuri. Moghtija f’Malta fil-hmistax-il jum ta’Marzu 1693.
  • Il-kjeriku Duminku Pace wera l-ittra tal-hatra tieghu tal-ewwel tonsura kjerikali. Moghtija fil-hmistax-il jum ta’ Marzu 1693.

L-ohrajn ma wrewx l-ittri tal-hatriet taghhom ghax kienu diga murija fiz-zjara li saret qabel.


L-imsemmija sacerdoti tar-rahal tal-Musta kienu ezaminati dwar il-litugija u c-cerimonjal tal-quddiesa mill-illustrissimu, meghjun mill-imsemmija konvizitaturi u mill-professur tal-liturgija tal-knisja katedrali, Dun Anton Allegritti.


Qassisin

  • Dun Xmun Bartolus - kien mistharreg u ghadda
  • Dun Dumink Xerri - kien mistharreg u ghadda
  • Dun Xmun Deguara - kien mistharreg u ghadda
  • Dun Dumink Habela - kien mistharreg u ghadda
  • Dun Publiju Azzopardo - kien mistharreg u ghadda
  • Dun Eugenju Busuttil - kien mistharreg u ghadda

L-Istess Raba' Jum ta'Mejju 1693


Dehru quddiem l-illustrissimu u reverendissimu sinjur l-imsemmija qassisin li ressqu it-talba taghhom biex jibdew iwettqu s-sagrament tal-qrar lill-fidili. L-illustrissimu sinjur, meghjun miz-zewg konvizitaturi hawn fuq imsemmija, stharrighom b'ghaqal kbir u ghaddew.


Konfessuri

  • Dun Dumink Xerri kien mistharreg u ghadda.
  • Dun Gwann Marija Bonello kien mistharreg u ghadda, minkejja li ma jkunx hawn minhabba x-xoghol tieghu ta' ghalliem li jwettaq fil-belt tal-Imdina. Dan (p.59) minhabba l-htiega kbira hafna tal-fidili.
  • Dun Publiju Azzopardo kien mistharreg u ghadda biex iqarar lill-irgiel biss.
  • Dun Ewgenju Busuttil kien mistharreg u ghadda biex iqarar lill-irgiel biss.

L-Istess Raba’ Jum ta’ Mejju 1693


Dehret quddiem l-illustrissimu u reverendissimu sinjur l-imsemmija qabla, u flimkien mal-konvizitaturi, stharrigha fuq l-amministrazzjoni tas-sagrament tal-maghmudija f’kazijiet ta’ htiega ta’ malajr.


Qabla

  • Aloisia, mart Gwanni Marija Tonna, kienet mistharrga u ghaddiet.

L-Istess Raba’ Jum ta’Mejju 1693


Deher ir-reverendu kappillan Dun Consalvu Dimegh JVD u ressaq quddiemu l-hames kotba tal-parrocca; jigifieri dak tal-maghmudija, tal-grizma tal-Isqof, tal-mejtin u tal-qaghda tal-erwieh imgeddin sa mill-hamsa u ghoxrin jum tax- xahar ta’ Novembru 1686 meta beda jitwettaq id-digriet taz-zjara qaddisa li kienet saret qabel, liema digriet kien mahrug fl-istess jum. Wara li dawn il-kotba kienu mistharrga u miflija, il-wisq illustrissimu sinjur wissa lir-reverendu kappillan biex fil-ktieb tal-qaghda tal-erwieh inizzel l-informazzjoni fuq bazi ta' familja, kif hekk mitlub mir-ritwal qaddis, u mhux fuq bazi ta' ordni alfabetiku kif kien qieghed isir. Ir-reverendu kappillan rega’ gedded kif mitlub kull sena miktuba.


Barra hekk, l-illustrissimu u reverendissimu sinjur urieh il-htiega li kull vici parroku ghandu d-dmir li jghin fit-tmexxija tal-parrocca specjalment fix-xoghol tal-amministrazzjoni tas-sagramenti lill-fidili tal-parrocca tieghu, l-aktar lil dawk morda u moribondi. L-illustrissimu u reverendissimu sinjur hatar bhala vici parroku lill-qassis Dun Guzepp Vassallo mir-rahal Zurrici, mahtur konfessur u moghni bil-jeddijiet mitluba, bis-setgha moghtija lill-illustrissimu u reverendissimu sinjur. Jeddijiet ohrajn moghtija lill-vici parroku kif jitlob (p.60) il-qadi tieghu. Tah hlas ta’ sitta u erbghin kull sena (ma jsemmix il-valuta tal munita), liema hlas irid jingabar mill-kappillan mid-dhul ta’ artijiet, minn gbir komuni u donazzjonijiet ohrajn li jingabru fil-parrocca.


Ir-Raba' Jum ta' Mejju 1693


L-illustrissimu u reverendissimu Fra Davide Cocco Palmieri, Isqof ta Malta, fost affarijiet ohra hareg id-digriet taz-zjara tieghu qaddisa tar-rahal Musta u amar it-tkomplija tat-twettiq tad-digrieti taz-zjara qaddisa li diga saret tas-sitta u ghoxrin jum ta’ Novembru 1686.


Il-wisq illustrissimu sinjur amar li kull nhar ta’ Hadd tul is-sena kollha titqaddes quddiesa kantata kif mitlub f’kapitlu 2. Din ma twettqitx minhabba l-hlas lill-kantanti. Ghalhekk talab li tal-anqas din ghandha ssir kull tielet Hadd tax-xahar. Dan sakemm johrog amar iehor.


Iheggeg it-twaqqif ta’ skola ta’ kant f’dan ir-rahal biex tkun ta’ qadi ghall-knisja parrokkjali, li ghandha tkun maghduda mal-iskola tal-kant tal-belt Valletta biex tikkonsultaha fuq problemi li jistghu jinqalghu. Hekk ikun mghallem ukoll il-kant Gregorjan.


Tibda ssir il-quddiesa ta’ kmieni sbieh il-jum fil-parrocca kif mitlub mill-istruzzjonijiet moghtija fis-sinodu djocesan u, wara l-ahhar tal-quddiesa, jinghata hin disponibbli ghall-poplu; u s-sacerdot ikun ghall-qadi tieghu kif isir ukoll fil-funzjonijiet l-ohrajn tal-knisja.


M ghandux jinghata taghlim tal-katekizmu lit-tfal filghodu wara l-quddiesa solenni. Minflok ghandha tibda tigi mharsa d-drawwa li t-taghlim tad-duttrina jsir kull nhar ta Hadd qabel l-ghasar kif imfisser f’kapitlu 8. Il-laqgha ta' diskussjoni ta’ problemi ta’ kuxjenza m'ghandhiex issir biss nhar ta' Hadd, imma nhar jum is-Sibt jew jum il-Hadd kif mitlub f’kapitlu 9. F’dawn il-laqghat il-vici parroku jista' jiehu post ir-reverendu kappillan.


U biex kulhadd ikun mgharraf b’dan kollu li sar, l-istess illustrissimu u reverendissimu sinjur ta kopja ta’ dan biex tiddendel f’post xieraq u milqugh minn kulhadd fis-sagristija.


It-Tielet Zjara (1, 2, 4)

Bejn l-4 u l-5 ta Ottubru 1699


Vizta Pastorali fil-Knisja Parrokjali tar-Rahal tal-Musta (Mosta) ddedikata lit-Tlugh fis-Sema tal-Beata Vergni Marija u lill-Knejjes Filjali Ohrajn


Jum is-Sbatax-il Hadd wara Ghid il-Hamsin, nhar l-4 t 'Ottubru 1699, jum li fih qed jitfakkar is-solennita tal-Ghid tal-Madonna tar-Ruzarju


(p.61) Il-Wisq illustrissimu u reverendissimu Davide Cocco Palmieri, Isqof ta' Malta u mexxej maghzul ghall-ghan ta’ din iz-zjara pastorali fid-djocesi tieghu, bl-akbar attenzjoni, dalghodu ta bidu ghal din iz-zjara u l-bierah, wara li halla l-belt tal-Imdina, il-belt katedrali nizel ghar-rahal tal-Musta u dahal fil-bini parrokkjali maghzul biex ikun l-ghamara tieghu. Flimkien mieghu biex jghinuh kien hemm il-Wisq Reverendu Sinjur , il-kanonku Dun Antonio Mansi V.J.D., Vigarju Generali u l-Wisq Reverendu Dun Manano Haxac J.V.D. amministratur, bhala konvizitaturi. L-Isqof nizel processjonalment lejn il-knisja parrokkjali tar-rahal taht it-titlu tat-Tlugh fis-Sema tal-Beata Vergni Marija taht il-baldakkin akkumpanjat mill-fratellanzi, il-kleru u l-poplu kollu li gie bi hgaru ghal dan il-ghan. Miexi hdejh kien hemm ir-Reverendu Dun Lawrenz Habela J.V.D., kappillan ta’ din il-parrocca. Tul it-triq inharaq hafna nar bhala tislima. Mad-dhul fil-knisja, kif dejjem isir, kien milqugh mill-wisq reverendu kappillan. Wara mexa lejn l-artal magguri tal-knisja ghal ftit hin ta gabra spiritwali fil-prezenza t’Alla. Resaq, imbaghad, biex joqghod bilqieghda taht tron imhejji ghalih fuq in-naha tal-evangelju. Hekk ta bidu ghar-rit tal-ubbidjenza mill-kappillan u l-kleru kollu bil-bews ta' idejh. Imbaghad inghatat il-barka solenni lill-poplu kollu migbur. Bdiet il-quddiesa fuq l-imsemmi artal fejn l-illustrissimu u reverendissimu nnifsu qarben lill-poplu li kien imhejji minn qabel mir-reverendu Patri Guljan Magri. membru tal-Ordni tal-Eremiti ta' Santu Wistin (Agostinjan), kif ukoll sacerdot iehor missjunarju li bi predikazzjoni (p.63) mqanqla taw taghlim fuq il-prezenza reali fl-ewkaristija. Jiena, in-nutar Gwanni Baptista Dorbesium, kancillier ta' din il-vizta qaddisa, kittieb ta' din il-grajja fl-ilsien ewlieni ufficjali. Wara li wettaq dan il-gest qaddis sar talb ghall-mejtin u nieda l-assoluzzjoni.


L-ewwel haga zar is-sagrament qaddis tal-Ewkaristija li jinzamm f’zewg pissidi qaddisa tal-fidda u minn gewwa mahsula bid-deheb mghottija kif inhu xieraq. Il-wisq illustrissimu u reverendissimu talab lill-kappillan biex jiftah it-tabemakulu mizmum fuq l-artal maggur u biex titqieghed terha pulita fuq il-mejda tal-artal. Instab li kollox kien mizmum tajjeb u kif tassew xieraq.


Zar il-fonti tal-maghmudija li jinsab fuq in-naha tal-lemin tad-dhul tal-knisja. 1l-fonti hu tal-irham b'seba' balavostri tal-gebel u fuq quddiem hemm imnaqqxa l-arma tal-qatt minsi Isqof Cubelles. Il-hawt minn barra, hu tal-injam u l-ghatu tieghu tal-injam hu ddisinjat f’forma ta’ piramida. Mad-dawra tieghu fuq gewwa hu mzejjen bi drapp kulur ahmar. Minn barra hu mizbugh. Fil-quccata ta' dan l-istess fonti hemm impittra wkoll l-arma tal-qatt minsi Isqof Gargallo. Fil-fonti jinzammu z-zjut qaddisa li jintuzaw fic-cerimonja qaddisa tas-sagrament tal-maghmudija. Hdejn l-istess fonti hemm armarju li fih jinzammu l-ghodda qaddisa tas-sagrament. Kollox hu mizmum tajjeb u kif xieraq.


Fela wkoll iz-zejt tal-Grizma tal-Morda li hu mahzun fl-armanu gdid li qieghed fuq in-naha tal-evangelju tal-artal maggur skont kif mitlub mid-digrieti taz-ziara pastorali li saret qabel. Qieghed go vazett tal-fidda mghotti b’bicca drapp tal-harir kulur xieraq. F'dan l-armarju diga msemmi hemm ukoll zjut ohra mahzuna f’vazetti tal-fidda f’kaxxi zghar tal-injam imnaqqxa fihom kliem li jaghzel liz-zjut. Kollox mizmum tajjeb u kif xieraq.


Nhar l-istess 4 tax-Xahar t'Ottubru 1699 nara nofsinhar


Il-wisq reverendissimu u illustrissimu Sinjur Isqof, flimkien mal-konvizitaturi maghzula, ghat-tieni darba nizel ghall-knisja parrokkiali u minn fuq it-tron intona t-tieni ghasar. Wara, liebes ir-rozetta u l-muzzetta. mexxa b'solennita xierqa l-purcissjoni tal-festa tal-Madonna tar-Ruzarju mat-toroq tar-rahal. Fid-dhul taghha resaq lejn l-imsemmi artal u bierek b'solennita lill-poplu migbur ghall-festa. Wara mexa lejn it-tron, libes l-ilbies pontilikali, u amministra s-sagrament tal-Grizma tal-lsqof lil diversi tfal. Hekk intemmet ic-celebrazzioni.


(p.64) Zar l-artal maggur li jinsab quddiem il-kor li hu tal-gebel komplut kif mitlub u xieraq bizzcjjed biex fuqu jitqaddes is-sagrificcju tal-quddies. Armat tajjeb hafna. Fuq l-artal hemm it-tabernaklu. Fuq il-presbiterju hemm imdendel lampier tal-fidda b’imnara tixghel lejl u nhar bhala rispett lejn l-imqaddes Sagrament.


Il-festa titulari tas-solennita tat-Tlugh fis-Sema tal-Beata Vergini Marija tigi ccelebrata nhar jum il-15 t’Awwissu bil-kant taz-zewg ghosrien kif ukoll b’quddiesa kantata solenni tal-festa. L-ispejjez tal-festa jithallsu mill-Veneranda Lampada (il-prokura) li l-prokuraturi taghha huma Dun Fabritius Busuttil u Gratius Galea, maghzula apposta ghal dan il-ghan. Din il-prokura tiehu hsieb dan l-artal. Kif mistqarr, il-prokuratur ta' qabel Gratius Galea, dak tal-lum, kien Gwanni Pawlu Xerri.


L-illustrissimu u reverendissimu talab biex kull wiehed jaghti r-rendikont sbih tal-amministrazzjoni individwalment.


Dan l-artal ghandu piz ta' quddiesa f’kull jum tal-Hadd u festi kmandati li titqaddes mas-sebh. Din imhollija b'devozzjoni qaddisa minn Damjan Bonnici u martu Agala. Biex jitwettaq dan il-piz hallew lill-Veneranda Lampada bicca art imlaqqma Iccens ta giegiu f'tarf dan ir-rahal, kif miktub fl-atti tan-nutar Pawlu Fenech tas-seba' jum tax-xahar ta’ Marzu 1644. Dan id-dmir qieghcd jitwettaq mis-sacerdot Dun Xmun de Gueuara, amministratur tal-quddies.


Hemm ukoll zewg fundazzjonijiet ta' zwigijiet ta' kull sena: imwaqqfa wiehed permezz ta wirt moghti minn Duminku Vassallo fl-atti tan-nutar Gwanni Pawlu Fenech tal-jum tal-erbatax ta’ Mejju 1654 u tas-sittax ta' Dicembru 1655 u l-iehor minn Bastjan Busuttil fl-atti tan-nutar Mikiel Ralli fil-jiem tal-wiehed u ghoxrin ta’ Marzu u d-disgha t'April 1656 kif imsemmija fiz-zjara pastorali 1686. Dawn qeghdin jitwettqu mill-prokuraturi tal-Veneranda Lampada. It- twettiq ta’ dawn l-atti qaddisa jsir taht il-harsien tar-reverendu kappillan.


Hekk ukoll zwieg iehor kull sentcjn imholli b'devozzjoni kbira minn Damjan Bonmci fl-atti tan-nutar Gwanni Pawlu Fenech tat-tieni jum ta' Mejju 1644 imholli lill-fratellanza tas-santissimu Ruzarju taht il-harsien tar-reverendu kappillan.


Hemm ukoll imhollija quddiesa f'jum l-Ghid tat-Tlugh fis-Sema tal-Beata Vergni Marija mhollija minn Kostantin Fenech, imqanqal minn devozzjom kbira skont l-atti tan-nutar Marij Attard fit-tieni jum ta' Marzu 1624 u jitwettaq (p.65) mill-prokuratur tal-fratellanza tas-santissimu ruzarju.


F’dan l-artal hi mwaqqfa l-fratellanza tas-Santissimu Sagrament. L-imsehbin ta’din il-fratellanza jiccelebraw il-festa tal-Gisem ta' Kristu (Korpus) sa jum il-Hadd fl-ottava tal-festa bil-kant tal-ewwel ghasar, quddiesa solenni u purcissjoni mad-dawra tar-rahal. L-imsiehba jiehdu sehem imlibbsin il-kunfratija. L-istess imsehbin jiehdu sehem fil-purcissjoni li ssir kull tielet Hadd tax-xahar tul is-sena kollha (maghrufa bhala t-Terza). Din il-fratellanza ticcelebra wkoll zewg tifkiriet tal-membri mejtin taghha b’anniversarji fix-xhur ta' Mejju u Settembru.


Il-prokuraturi huma Gwanni Maria Schembri u Duminku Galea. Lil dawn, l-illustrissimu u reverendissimu talabhom biex iressqu rendikoni bil-miktub tal-amministrazzjoni taghhom.


Zar l-artal titulari li qieghed fil-fond tal-kor. Hu tal-gebel u ghandu ikona. Artal kif mitlub, xieraq bizzejjed biex jsir quddies fih u armat sewwa wkoll.


Il-festa ta' dan l-artal tkun iccelebrata fuq l-artal maggur.


Dan l-artal ghandu l-piz ta' quddiesa kull nhar ta’ Hadd kif ukoll piz ta' ghoxrin quddiesa kull sena kif ukoll disa' quddisiet li jitqaddsu fil-festi tal-appostli San Mattija, San Filippu, San Gakbu, San Pietru. San Pawl, San Gakbu z-Zghir, San Bert, San Mattew, San Xmun, San Guda Taddew, Sant Andrija u San Gwann. Hemm marbut piz iehor ta' seba' quddiesiet li jitqaddsu fis-seba' solennitajiet ta’ festi tal-Beata Vergni Marija. Quddiesa ohra f’jum it-Twelid tas-Sinjur taghna Gesu Kristu. Piz ta' erba' quddisiet, wahda minnhom zgur li f’ghazla partikulari u t-tlieta l-ohra fil-fest tal-Konverzjoni u l-Komemorazzjoni ta' San Pawl u l-ohra fil-fesla tat-Twelid ta' Gwanni l-Battista. Dan b'devozzjom mqanqla tas-sacerdot Dun Gwann Mangion, kif miktuba fl-atti tan-nutar Guzeppi Gatt tar-raba' jum ta' Marzu 1697 li biex ikun jista' jsehh dan kollu kif ukoll biex jitwettqu legati mhollija lill-knisja ta' San Anard halla bicca art b’wirt maghruta bhala Iccens ta Hal Pissa fix-xaqliba tal-knisja rurali ta' Sant Andnja ta' Hal Dimegh, kif ukoll bicctejn art oha jmissu ma xulxin li jinsabu fix-xaqliba diga msemmija ta' Sant Andrija; wahda maghrufa bhala Landar u l-ohra maghrufa bhala Ta’ Lewza (Ta’ Lewza). Hekk ukoll halla bicca art ohra maghrufa bhala ta Nahal (tan-Nahal) fix-xaqliba tal Guardia. Bicca art ohra maghruta bhala tal ghiren (tal-giren) fl-istess xaqliba. Hekk ukoll bicca art ohra maghrufa ta Nahal fix-xaqliba tal Guardia. Hekk ukoll bicca art ohra maghrufa bhala tal Miseirah (Tal-lmsierah) fl-imsemmija xaqliba tal Guardia. L-istess, bicca art ohra mlaqqma Landar fl-istess tal Guardia. Kif jidher mir-registru tal-quddies, (p.66) kienu mahtura Klement Mangion, it-tifel tieghu Bertu Mangion u Tereza mart Gwanni Cachia, werrieta ta’ dawn il-fundazzjonijiet biex jassigraw it-twettiq ta’ dawn il-pizijiet.


Zar l-artal iddedikat lil San Pawl Appostlu li qieghed fuq in-naha tal-id il-leminija tal-knisja. Hu tal-gebel u ghandu ix-xbieha ta San Pawl. Hu xoghol mahdum tajjeb u xieraq biex tqaddes fuqu, mizmum u mzejjen tajjeb. Quddiem l-artal hemm imdendel lampier, tahlita ta’ fidda u comb, b’imnara li tinxteghel f’jum is-Sibt kif ukoll fil-jiem ta’ festi kmandati.


Il-festa tigi mharsa nhar il-hamsa u ghoxrin ta’ Jannar, jum il-Konverzjoni tal-istess qaddis bil-kant tal-primi vespri u quddiesa kantata. In-nefqa tithallas mill-istess artal li ghandu bicca art maghrufa bhala Iccens fix-xaqliba tal Facciol. Ghandu wkoll flus kontanti.


Il-prokuratur ta’ dan l-artal hu Bertu Camilleri. L-illustrissimu u reverendissimu sinjur talab lill-prokuratur iressaqlu quddiemu r-rendikonti amministrattivi tax-xoghol tieghu.


Zar l-artal iddedikat lill-Madonna tar-Ruzarju li jinsab fuq in-naha tal-id il-leminija tal-knisja u x-xbieha tieghu. Hu artal sabih, armat u mizmum tajjeb hafna u xieraq biex isir quddies fuqu. Quddiemu jiddendel lampier tal-fidda b’imnara li tinxteghel kull nhar ta’ Sibt u fil-jiem ta’ festi kmandati.


Il-festa tigi mfakkra nhar l-ewwel Hadd t’Ottubru bil-kant tal-ewwel ghasar, quddiesa kantata u b’purcissjoni solenni madwar it-toroq tal-knisja. L-ispiza tal-festa tithallas mill-istess fratellanza tar-ruzarju li hi mwaqqfa f’dan l-artal. Din il-fratellanza tiehu hsieb izzomm dan l-artal, tara li ma jkun jonqsu xejn. Din il-fratellanza twettaq ukoll hidma ta’ karita, kif imsemmi fiz-zjajjar qaddisa li saru qabel.
Dan l-artal ghandu piz ta' quddiesa kull nhar ta’ Sibt li mqanqal minn devozzjoni kbira, Kostantin Fenech, halla miktub fl-atti tan-nutar Mariji Attard fit-tieni jum tax-xahar ta’ Marzu 1624 fejn halla dan id-dmir taht il-harsien tal-fratellanza tas-Santissimu Ruzarju. Kif jidher fil-ktieb tar-registrazzjoni tal-quddies dan il-piz qieghed jitwettaq.


Dan l-artal ghandu piz li jzewweg tfajla ta' kull sena. Zwieg li jsir fuq dan l-artal Dan imholli b'wirt li l-istess Kostantinu Fenech, imqanqal minn devozzjom kbira, halla. Dan il-piz jitwettaq mill-fratellanza taht il-harsien (p.67) tar-reverendu kappillan.


Il-prokuraturi ta’ din il-fratellanza huma Gwanni Marija Schembri u Duminku Galea.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur talabhom biex iressqu quddiemu redikonti amministrattivi tax-xoghol u l-obbligi taghhom.


Zar l-artal iddedikat lil Sant Anna u lil San Kozma u San Damjan Martri li qieghed fiq in-naha tal-lemin tal-knisja ewlenija, inizjattiva tar-reverendu sacerdot Dun Salv Fenech. Hu tal-gebel, xoghol sabih hafna, armat u mizmum tajjeb u xieraq biex ikun iccelebrat fuqu l-quddies. Il-pittura tieghu, fil-parti ta’ fuq turi x-xbieha tal-Beata Vergni Marija bil-Bambin Gesu u x-xbihat tal-qaddisin San Guzepp, San Gwakkin u Sant Anna. Fuq in-naha t'isfel tal-pittura hemm ukoll xbihat ta’ diversi qaddisin ohrajn. Fuq il-gnub tal-artal hemm erba' inkwatri ohra li fihom ix-xbihat ta’ San Kozma, San Damjan. San Lawrenz Martri u San Filippu Neri konfessur. F’zewg nicec zghar fil-hajt, maghluqa bi gwarnic tal-hadid, hemm zewg kapsoli tal-kristall li fihom jinzammu b'devozzjom kbira relikwi ta’ diversi martri. Quddiem l-artal hemm imdendel lampier mahdum minn ram isfar b’imnara li tinxteghel f’jum is-Sibt u fil-festi kmandati.


Jiccelebraw il-festa bil-kant tal-primi vespri u quddiesa kantata nhar is-sitta u ghoxrin ta’ Lulju, solennita ta' Sant Anna. Tinxteghel ukoll l-imnara tal-lampier. It-tregija tal-artal hi f'idejn Anglu Fenech li jiehu hsieb il-gid u l-obbligazzjonijiet mitluba mill-fundazzjonijiet imwaqqfa fiz-zjara qaddisa tal-1653.


Hemm piz ta’ zewg quddisiet li jitqaddsu kull sena: wahda f’jum il-festa tat-Tlugh fis-Sema tal-Beata Vergni Marija u l-ohra f’jum il-festa ta' San Kozma u San Damjan imhollija b'devozzjom kbira minn Iacobi Vella fl-atti tan-nutar Xmun Galea ta’ jum l-erbatax t'Awwissu 1605. Biex jitwettaq dan il-piz kienu mhollija bicctejn art maghrufa tal Hali (Ta Qali) fix-xaqhba ta Calleya li fil-bidu kienet propjeta ta' Anglu Fenech li kien iwettaq dan l-istess piz bil-hlas ta' zewg tarani kif ukoll, barra l-hlas tal-quddiesa, kien jinghata ikel u xorb lic-celebrant kif ukoll lil dawk li jghinuh f’kull imsemmija festa fil-post fejn titqaddes il-quddiesa. Dan skont id-digriet taz-zjara tas-sena tal-1659.


Hekk ukoll quddiesa li titqaddes kull nhar ta' Sibt imhollija b'devozzjom kbira mill-qassis Dun Gwann Galea fl-atti tan-nutar Gwanni Pawlu Fenech tas-sebgha u ghoxrin jum ta' Jannar. Ghat-twettiq ta' dan il-piz kienu mhollija bicctejn (p.68) art fuq ix-xaqliba ta Calleya li minn bejniethom tghaddi triq pubblika. Wahda minnhom hi maghrufa bhala tal chali u l-art l-ohra ta Landar. Huma beni ta' Anglu Fenech li, kif jidher mir-registrazzjoni tal-quddies, qieghed iwettaq dan id-dmir.


Zar l-artal iddedikat lit-Thabbira tal-Beata Vergni Marija li jinsab in-naha tal-lemin tan-navi tal-knisja. Hu artal tal-gebel, armat tajjeb, b’ikona gdida, ma jonqsu xejn u ghalhekk hu xieraq biex tkun iccelebrata l-quddiesa fuqu. Quddiemu hemm lampier mahdum mir-ram b’imnara wahda li tinxteghel kull nhar ta’ Sibt.


Il-festa tigi mfakkra bil-kant tal-ewwel ghasar u b’quddiesa kantata nhar jum il-hamsa u ghoxrin ta’ Marzu bis-sahha ta’ fundazzjoni mhollija mis-sacerdot Dun Xmun Bartolo b’digriet tar-reverendu vigarju kapitulari tad-dsatax-il jum ta’ Mejju 1686, kif registrati fl-atti tal-Kurja Episkopali fit-tlieta u ghoxrin jum ta’ Novembru 1686. Biex ikun jista’jitwettaq dan il-piz, kif ukoll il-mixeghla tal-lampier u l-htigijiet tal-artal, thalliet bicca art fuq in-naha t’isfel fit-trufijiet ta’ dan ir-rahal tal-Musta maghrufa bhala ta Xihaita. Kif xehed ir-reverendu kappillan, kollox qieghed jitwettaq kif mitlub mill-istess qassis.


Zar l-artal iddedikat lill-Madonna tal-Grazzji li qieghed fuq in-naha tal-id ix-xellugija tal-knisja. Hu artal tal-gebel, armat tajjeb, ma jonsqu xejn u xieraq biex ikun iccelebrat is-sagrificcju tal-quddiesa. Ghandu wkoll ikona li fuq in-naha ta’ fuq turi lill-Missier Etem u x-xbieha tal-Beata Vergni Marija bil-Bambin Gesu. Fuq in-naha t’isfel hemm ix-xbieha ta’ San Pietru Appostlu, Santa Marija Maddalena u l-erwieh tal-purgatorju. Fuq l-iskabell ta’ fuq tal-artal hemm salib kbir bix-xbieha tal-kurcifiss, imqieghed fuq l-artal mis-Solidalita tal-Agonizzanti imwaqqfa fl-istess artal. Quddiem l-artal jiddendel lampier mahdum mill-fidda u comb b’imnara li tinxteghel f’jiem maghzula.


Il-festa tkun iccelebrata bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa letta fit-tmien jum ta’ Settembru, nhar it-tifkira solenni tat-Twelid tal-Beata Vergni Marija. Dan l-artal ghandu dar bi gnien maghqud maghha li tinsab f’dan ir-rahal Musta fuq ix-xaqliba Hal Meil li trendi dhul ta’ sitt uqijiet. B’dan id-dhul jkunu mharsa l-htigijiet ta' dan l-artal.


Hemm piz ta’ ghadd ta’ quddies ta’ kull sena skont id-dhul ta’ kull sena minn bicca art maghrufa bhala ta Bieba fix-xaqliba ta Hal Dimegh, li wahda minnhom trid titqaddes fil-knisja tal-kampanja ta' San Pawl l-Eremita f’jum il-festa. Din giet imhollija lill-imsemmi artal minn Gratiam Hagius fl-atti (p.69) tan-nutar Gwanni Pawlu Fenech fl-erbatax-il jum ta’ Novembru 1673. Mid-dhul, l-ewwel tmintax-il tarani jinzammu ghall-htigijiet tal-artal. Kif jixhed ir-registratur tal-quddies, dan il-piz qieghed jitwettaq.


Il-prokuratur ta’ dan l-artal hu Duminku Mangion. L-illustrissimu u reverendissimu sinjur talbu biex jipprezenta r-rendikont shih tal-amminigtrazzjoni tieghu kif mitlub.


Hemm ukoll piz ta’quddiesa ta’ kull nhar ta’ Gimgha li Gorg Muscat, minn devozzjoni kbira, halla kif miktub fl-atti tan-nutar Duminku Conti tat-tieni jum ta’ Marzu 1641 li biex jitwettaq dan il-piz halla lill-Venerandi Lampada tas-Santissimu Sagrament ta’ din il-knisja parrokkjali bicca art maghrufa bhala ta Gannoz fix-xaqliba ta Torba. Il-bqija mid-dhul jitqassnm lill-foqra ta’ dan ir-rahal. Skont ix-xhieda tar-reverendu kappillan u r-registratur tal-quddies, dan il-piz qieghed jitwettaq kif mitlub.


Hemm ukoll zewg quddisiet kull xahar li jitqaddsu jew nhar t'Erbgha jew nhar ta’ Sibt, skont id-dispozizzjonijiet tac-celebrant, imhollija b'devozzjom kbira minn Bernard Mangion fl-atti tan-nutar Gwanm Pawlu Fenech nhar is-sbatax-il jum ta’ Jannar 1637. Biex jitwettaq dan id-dmir, u iehor ta’ zewg quddisiet li jridu jitqaddsu f’jum is-Sibt jew inkella f’xi jum iehor fix-xahar ta' Marzu fil-knisja filjali ta’ San Anard, halla bicca art maghrufa bhala tal Ghirien li tinsab fix-xaqliba ta’ Hal Dimegh. Bhalissa, Klement Mangion hu s-sid taghha. Dan id-dmir qieghed jitwettaq kif jixhed ir-registru tal-quddies.


Il-membri tal-imsemmija Sodalita tal-Agonizzanti jwettqu opri ta' hniena kif mitlub mill-istatut u kif imfissra tajjeb fiz-zjara pastorali li saret qabel din. Jiccelebraw ukoll quddiesa votiva tal-passjoni li ssir kull l-ewwel Gjimgha tax-xahar u titqaddes fuq l-artal maggur. Qabel kienet issir ukoll quddiesa votiva tal-passjoni f’dan l-artal li kienet titqaddes f’jum il-Gimgha wara t-tielet Hadd ta’ kull xahar.


Il-prokuraturi ta’ din is-Sodalita huma l-qassis Dun Dumink Habela u Anglu Fenech. Il-kaxxier hu Duminku Mangion.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur, kif mitlub bhala obbligu, talab minghand kulhadd rendikont shih tal-amministrazzjom taghhom.


Zar ukoll l-artal iddedikat lil San Guzepp li qieghed fuq in-naha tal-id ix-xellugija tal-knisja. Artal tal-gebel u ghandu ikona. Hu artal xieraq, mizmum (p.70) tajjeb hafna u ma jonqsu xejn biex fuqu jiccelebraw il-quddiesa. Quddiem l-artal hemm imdendel lampier tar-ram isfar b’imnara li tinxteghel f’jiem maghzula.


Il-festa tigi ccelebrata bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa kantala nhar id-dsatax ta’ Marzu. L-ispejjez jithallsu mill-artal li ghandu kapital ta’ disgha u erbghin onsja, u huma amministrati mill-prokuratur ta’ dan l-artal Martin Hagius.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur, kif mitlub bhala obbligu, talab ir-rendikont amministrattiv.


Zar l-artal iddedikat lil Santu Rokku Konfessur li jinsab fuq in-naha tax-xellug tal-knisja l-kbira. Hu artal tal-gebel, mizmum tajjeb u armat minn dak kollu mitlub u xieraq biex fuqu jista’jsir il-quddies. Il-pittura turi lill-qaddis titulari tal-artal, lil San Bastjan Martri kif ukoll lil Santa Rozalija Vergni. Quddiem l-artal jiddendel lampier tar-ram b’imnara li tinxteghel f’jiem partikulari.


Il-festa tigi ccelebrata bil-kant tal-primi vespri u quddiesa kantata nhar is-sittax-il jum t’Awwissu. Il-festa ta’ San Bastjan titfakkar b’quddiesa letta, kollox bi spejjez tal-artal.


Dan l-artal ghandu wkoll dhul ta’ cnus. Ghandu wkoll kapital fiskali ta' erba’ onsji, li onsja minnhom hi f’idejn il-prokuratur Duminku Galea, ohrajn depozitati fil-kurja veskovili fis-sitt jum ta’ Dicembru 1693 minn Gregor Galea, xerrej tal-gid ta’ Mattew Xerri.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur, kif obbligat, talab rendikont shih tal-amministrazzjoni minghand il-prokuratur.


Hemm piz ta’ quddiesa kull xahar imhollija minn Damjan Bonnici u martu Agata kif miktub fl-atti tan-nutar Gwanni Pawlu Fenech ta’ nhar it-tielet jum t’Awwissu 1644. Biex jitwettaq dan il-piz, kif ukoll iehor imholli b’devozzjoni kbira minn Mariani Xerri, hallew habel raba’ maghruf bhala Iccens fix-xaqliba ta Xahra li bhalissa hi mahduma mill-Kjeriku Philibertu Gatt mir-rahal Nascari. Dan il-piz ma baqax jitwettaq sa mix-xahar t’Awwissu 1697.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur baghat ghall-kjeriku Philibertu u widdbu biex iwettqu mill-gdid.


Zar l-artal iddedikat lil Sant Antnin ta’ Padova konfessur li jinsab fuq (p.71) in-naha tax-xellug tal-knisja ewlenija. Hu tal-gebel u ghandu xbieha fuqu. Artal mizmum tajjeb, minqux u mirqum sabih, u ma jonqsu xejn biex jitqaddes fuqu s-sagrificcju tal-quddiesa. Quddiem l-artal jiddendel lampicr tar-ram b'imnara li tinxleghel f’jiem maghzula.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur amar li fuq l-artal isir salib xieraq bix-xbieha ta' Kristu mejjet.
Il-festa tigi ccelebrata nhar it-tlieta u ghoxrin jum ta’ Gunju bil-kant tal-ewwel ghasar kif ukoll quddiesa kantata.


Ghandu piz ta’ erba’ quddisiet ta' kull sena. Tnejn minnhom jitqaddsu fl-istess jum tal-festa, waqt li t-tnejn l-ohra jitqaddsu tul l-ottava taghha. Gorg Galea, imqanqal minn devozzjoni kbira, halla lil dan l-artal kapital ta' ghaxar skudi biex ikun jista’ jitwettaq dan il-piz.


Dan l-artal ghandu mfaddal kapital ta’ flus kontanti ta' tlieta u ghoxrin onsja. Il-prokuratur hu Gwann Battista Borg.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur talab minghand il-prokuratur rendikont shih tal-amministrazzjoni tieghu.


Pizijiet tal-Quddies u Obbligi tal-Artali


Din il-knisja ghandha piz ta' quddiesa ta' kull gimgha mholllija minn Gwanni Sammut, imqanqal minn devozzjoni kbira, fl-atti tan-nutar Bernard Azzoppardi fit-tmien jum ta’ Dicembru 1629. Biex jitwettaq dan il-piz halla b’titlu ta’ xiri, habel raba' maghrufa ta’ Hal Dimegh fix-xaqliba ta’ Hal Dimegh. Wara biddlet is-sid marbut ma' dan il-piz u ghaddiet f'idejn is-sacerdot Dun Gwann Maria Galea kif miktub fl-atti tan-nutar Gwanni Pawlu Fenech fit-tlieta u ghoxrin jum ta' Jannar 1654. L-ewwel sid kien Duminku Galea mill-istess rahal Musta li hatar lis-sacerdot Xmun Bartolo biex iwettaq dan id-dmir kif jidher tajjeb fir-registru tal-quddies.


Hemm ukoll piz iehor ta' tmien quddisiet kull sena li jitqaddsu nhar ta' Sibt imhollija b'imhabba kbira minn Marija, mart Duminku Zarb, fl-atti tan-nutar (p.72) Gwanni Pawlu Fenech tal-ghoxrin jum ta’ Lulju 1652. Ir-registrazzjoni tal-quddies hu xhieda li dan il-piz mhux qieghed ikun imwcttaq. Id-dhul minn dan il-kapital, li jlahhaq hames onsji, minflok jidher li gie iddepozitat fil-bank tal-kurja episkopali Maltija minn Grazzja Frendo fis-seba’jum ta’ Dicembru 1612.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur gibed l-attenzjoni tal-prokuralur tal-quddies biex mid-dhul tal-interessi ta’ erbgha fil-mija kull xahar ta’ dan l-imsemmi kapital ikun imwettqa c-celebrazzjoni ta’ dawn il-quddies.


Piz iehor ta’ quddiesa kull sena li Margerita Gauci halliet b’imhabba kbira fl-atti tan-nutar Gwanni Pawlu Fenech fit-tlettax-il jum ta’ Dicembru 1649. Biex jitwettaq dan id-dmir halliet lill-kappillan ta’dak iz-Zmien, jew attwali, bicca art li fiha tista’ tinbena dar li tinsab qrib il-knisja parrokkjali. Dan id-dmir qieghed jitwettaq kif xehed ir-reverendu kappillan.


Il-Pizijiet tac-Celebrazzjoni tal-Festi


F’din il-knisja trid tkun iccelebrata l-festa ta’ San Pankrazju fid-disa’ jum ta' l.ulju bir-rcciti tal-ewwel ghasar u quddiesa kantata. Dan ghaliex l-ikona ta’dan il-qaddis li kienet tinsab fi knisja qadima u pprofanata fix-xaqliba ta’ Buseuden kicnet trasportata ghal din il-knisja parrokkjali. Marbut maghha, biex issir din il-festa, hemm dar ta’ abitazzjoni li tinsab fir-rahal Zebbug. L-ewwel sid ta’ din id-dar kien Duminku Zammit mill-istess rahal. Dwar dan il-piz kienu mwissija fil-kitba taz-zwieg li sehh bejn Lawrenz Gatt u Imperia Mula fl-atti tan-nutar Cannelli Falzon fl-erbgha u ghoxrin jum t’Awwissu 1587. Dan il-piz qieghed jitwettaq kif xehed ir-reverendu kappillan.


Minhabba l-istess raguni ta’ din l-ikona, tigi ccelebrata quddiesa letta kull xahar f’jum il-Hadd b’obbligu mholli minn Fabrizji Testaferrala fit-tletin jum t’April 1660, ikkonfermata fl-atti tar-raba’ zjara tal-qatt minsi Isqof Balaguer. Biex jitwettaq dan l-obbligu halliet gonna maghrufa bhala ta Buseuden li tinsab fix- xaqliba     tal Guardia li s-sid taghha hu Pawlu Testaferrata, il-tifel tieghu, li mhux qieghed iwettaq dan l-obbligu.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur sejjah lill-imsemmi Pawlu Testaferrata biex jiehu azzjonijiet xierqa biex jerga’ jibda jitwettaq dan il-piz.


Minhabba l-istess raguni tigi mfakkra l-festa ta’ Santa Margerita (p.73) fl-ghoxrin ta’ Lulju bil-primi vespri u quddiesa letta. Dan ghax ix-xbieha tal-imsemmija qaddisa ttiehdet mill-kappella qadima, imma pprofanata taghha, li kienet tinsab fix-xaqliba ta Gadir ta Harnuch (Ta’ Ghadir l-Ghamuq). Biex jitwettaq dan il-piz kienet imhollija bicca art, b’dan il-piz marbut maghha fejn kienet mibnija din l-istess kappella pprofanata. Is-sid taghha kienet Marija, mart Luqa Mifsud, mir-rahal ta’ Gargur li ma kinitx qieghda twettaq dan il-piz.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur amar il-htif tal-frott tal-imsemmi habel raba’ li bih jitwettaq dan il-piz tac-celebrazzjoni ta’ din il-festa.


Zar is-sagristija li tinsab fuq in-naha tax-xellug tal-kor. Fela l-armarji u l-ghamara fejn jiddendlu l-abiti sagri li bihom hi armata u huma bizzejjed ghall-htigijiet mitluba.


Fela bir-reqqa r-registru tal-pizijiet tal-quddies.


L-illustrissimu u reverendissimu ordna li f’dan il-ktieb jitnizzlu wkoll il-pizijiet tal-quddies li saru dan l-ahhar.


Ir-registratur tal-quddies hu l-qassis Dun Xmun de Gueuara.


Zar ukoll l-artal tas-sagristija li jinsab fuq in-naha tal-lemin tal-kor li fiha, go gwarnic, jinzammu b’ghozza diversi relikwi kif ukoll dlik iehor mehtieg tal-knisja.


Zar ukoll il-kor fejn hemm is-sedja tal-injam tal-qassisin li huma komdi bizzejjed biex fuqhom jistghu jserrhu l-ispalla.


Zar il-konfessjonarji u sab kollox mizmum tajjeb.


Zar il-binja tal-knisja li hi forma ta’ salib. Mizmuma tajjeb u strutturalment tajba.


Zar il-kampnar li hu mibni fuq barra, fuq in-naha tal-lemin tal-faccata tal-knisja. Fih hemm tliet qniepen. Bhalissa qeghdin jibnu kampnar iehor fuq in-naha tax- xellug.


L-illustrissimu u reverendissimu Isqof, wara li temm f’din iz-zjara pastorali l-mawra tieghu fil-knisja parrokkjali, akkompanjat mill-imsemmija sinjun kollaboraturi tieghu, ta bidu ghaz-zjajjar tal-knejjes filjali.


Zjara lill-Knisja Filjali ddedikata lil Sant’Anton Abbati


(p.74) Zar il-knisja filjali ddedikata lil Sant Anton Abbati li tinsab f’dan ir-rahal Musta li fih wiehed isib l-artal tal-gebel armat tajjeb u ma jonqsu xejn biex fuqu tkun ccelebrata l-quddiesa u hu mizmum tajjeb. Fuqu hemm ukoll ikona. Quddiem l-artal hemm lampier tar-ram isfar b’imnara li tinxeghel f’jiem maghzula. L-ispiza tithallas mill-qassis Dun Duminku Xerri, kif hemm miktub fiz-zjara pastorali tas-sena 1686.


Il-festa tigi ccelebrata bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa letta mhollija b’imhabba kbira minn Florij Borg.


Din il-knisja ghandha piz ta’ quddiesa li titqaddes f’kull jum ta’ festa u kull nhar ta’ Hadd. Biex jitwettaq dan il-piz imqanqal minn devozzjoni kbira kif ukoll l-ispiza tal-festa, Flori Borg halla b’wirt xi djar li jinsabu qrib l-istess knisja li l-ewwel sid taghhom hu Gwanni Battista Borg, neputih, li qieghed iwettaq il-piz kollu kif jidher mir-registru tal-quddies tal-knisja parrokkjali.


Din il-kappella ghandha wkoll bicca art li fuq in-naha tan-Nofsinhar tmiss mal-istess knisja. Ghandha wkoll missall kif ukoll ilbies li jintlibes mis-sacerdot. L-istess Gwanni Battista Borg jiehu hsiebha.


Zjara lill-Knisja Filjali ddedikata lil San Anard Konfessur


Zar il-knisja filjali ddedikata lil San Anard Konfessur li tinsab f’dan ir-rahal Musta li kif jisthoqqilha hi mizmuma tajjeb. Ghandha artal wiehed li hu tal-gebel imnaqqax tajjeb, imzejjen kif inhu xieraq, u ma jonqsu xejn biex fuqu jsir is-sagrificju tal-quddiesa. Il-pittura, fuq in-naha ta’ fuq, turi x-xbieha tal-Beata Vergni Marija; waqt li fil-parti t’isfel hemm impittra l-qaddis titulari (San Anard Konfessur), Gwanni l-Battista, San Bernard Abbati, l-Anglu Kustodju u l-Erwieh tal-Purgatorju. Quddiemu jiddendel lampier tar-ram isfar b'imnara li tinxteghel kull nhar ta’ Sibt.


Il-festa tigi mfakkra bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa kantata f’jum is-sitta ta’ Novembru. Biex jithallsu l-ispejjez taghha, kif ukoll l-ispiza tal-mixeghla tal-lampier, thallew b’wirt xi djar bil-gonna maghhom li jinsabu qrib din il-kmsja li l-ewwel sid taghhom kien Salvu Mangion.


(p.75) Ghandha piz ta’ sitt quddisiet f’dawn is-solennitajiet kif miktuba: Jum it-Twelid tal-Beata Vergni Marija, San Anard Konfessur, Angli Kustodji, Twelid ta’ San Gwann Battista, San Bernard Abbati u t-Tifkira tal-Mejtin kollha. Dan thalla minn Bemada Mangion, imqanqla minn devozzjoni kbira, imnizzla fl-atti tan- nutar Gwanni Pawlu Fenech tal-hamsa u ghoxrin jum ta' Marzu 1658. Biex jitwettaq dan il-piz halliet bicca art maghrufa bhala Iccens li tinsab fix-xaqliba ta’ Hal pissa. Il-qassis Dun Gwann Mangion, neputi tal-fundatrici, hu s-sid originali bis-sahha ta’ wirt.


Hemm ukoll zewg quddisiet kull xahar li ghandhom jitqaddsu f’jum l-Erbgha jew Sibt kif jaghzel ic-celebrant, imhollija wkoll b’qalb kbira mill-istess imsemmija Bernada kif miktub fl-atti tan-nutar Gwanni Pawl Fenech fis-sbatax-il jum ta’ Jannar 1657. Biex jitwettaq dan il-piz, u biex jitwettaq piz iehor bhalu ta’ zewg quddisiet ohra li jitqaddsu kull xahar fil-jiem ukoll tal-Erbgha u s-Sibt fl-artal iddedikat lis-sinjura Marija tal-Grazzja fil-knisja parrokkjali, halliet bicca art imsejha elginien fix-xaqliba ta’ Hal Dimegh li l-ewwel sid taghha, bis-sahha ta’ wirt, hu l-qassis Dun Gwann Mangion. Dan qieghed jitwettaq fil-milja tieghu kif xehed ir-reverendu kappillan u r-registratur tal-quddies tal-knisja parrokkjali.


Din il-knisja ghandha kalci tal-fidda bit-tazza tieghu bbanjata bid-deheb u fuqu hemm imnaqqax l-isem tal-qassis Dun Gwann Mangion li b’radd ta’ hajr hallieh biex juzawh u jqaddsu bih. Dan b’legat imholli fl-ahhar testment tieghu fl-atti tan-nutar Guzeppi Gatt fir-raba’ jum ta’ Marzu 1697, li fih rabat lill-werrieta u lis-successuri taghhom biex jerfghu il-piz u jiehdu hsieb ta’ kuljum l-indafa, il-manutenzjoni, ir-rinovazzjoni, u jsewwu l-hsarat ta’ din il-knisja u l-madwar taghha u l-mixeghla tal-lampier tal-istess knisja f’kull lejla u tul is-sena kollha fil-jiem ta’ festi kmandati kollha tas-sena; kif ukoll fl-iljieli tal-jiem tal-Hadd, kif ukoll f’iljieli ohra mitluba, fosthom fl-iljieli tal-festi tal-Angli Kustodji, San Bemad Abbati u fit-Tifkira tal-Erwieh tal-Purgatorju, kull l-ewwel lejl ta’ Settembru u fil-festi tal-Beata Vergni Marija. Biex jitwettqu dawn il-pizijiet, u biex jitwettaq piz iehor ta’ quddies li jridu jitqaddsu fl-artal titulari tal-knisja parrokkjali, halla somma flus li diga semmejna tul iz-zjara li ghamilna lil dan l-istess artal.


Il-prokuratur hu Klement Borg, wiehed mill-werrieta diga msemmija ta’ Dun Gwann Mangion.


L-illustrissimu u revenedissimu sinjur talbu biex iressaq l-inventarju ta’ kulma (p.76) ghandu dan il-post kif ukoll tal-pizijiel u d-dmirijiet ta’ din il-knisja.


Zjara lill-Knisja Filjali tal-Vizitazzjoni tal-Beata Vergni Marija


Zar il-knisja filjali ddedikala lill-Vizitazzjoni tal-Beata Vergni Marija li tinsab f’dan ir-rahal Musta fix-xaqliba ta' Dib li ghandha artal wiehed tal-gebel mahdum tajjeb hafna u ghandu dak kollu mitlub ghas-sagrificcju tal-quddiesa u mizmum sewwa. Il-pittura titulari, mahduma dan l-ahhar u mhallsa minn Duminku Mangion, ghandha gwarnic skulturat tal-gebel li jdawwarha u qieghda bejn zewg kolonni; it-tnejn imzejna u t-tnejn tal-gebel kollha mimlija skultura turi l-misterju taz-Zjara tal-Beata Vergni Marija. ’ll barra mill-kolonni hemm zewg ikoni ohra mdawrin bi gwarnici skulturati juru l-misterji tat-TIugh fis- Sema u tat-Thabbira lill-Qaddisa dejjem vergni. Quddiemhom u ftit ’il boghod minnhom jiddendel lampier b’imnara li tinxteghel f’jiem maghzula. Peress li fuq il-pittura titulari tal-artal hemm impittra x-xbieha ta’ Duminku Mangion, u dan bi ksur tad-digrieti tal-kongregazzjoni tal-imqaddes rit,


Ir-reverendissimu u illustrissimu sinjur ghalhekk amar li titnehha din ix-xbieha u minflok tigi mpittra l-arma tal-istess Duminku.


Il-festa tigi mfakkra nhar it-tieni jum ta’ Lulju bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa kantata. Biex jithallsu l-ispejjez tal-festa, kif ukoll il-mixeghla tal-lampier u l-htigijiet kollha tal-artal, thalla post ta’ djar li jinsab f’dan ir-rahal Musta li sidhom hu Duminku Mangion. Kif xehed ir-reverendu kappillan kollox qieghed jitwettaq fil-milja tieghu.


Ghandha piz ta’ quddiesa wahda li titqaddes kull nhar t’Erbgha, jew kull nhar ta' Gimgha, imhollija b’devozzjoni minn Damjan Bonnici fl-atti tan-nular Gwanni Pawlu Fenech fis-seba’ jum tax-xahar ta’ Mejju 1644. Biex jitwettaq dan il-piz, u biex jitwettaq piz iehor ta’ tnax-il quddiesa kull sena li jitqaddsu fuq l-artal ta’ Santu r-Rokku fil-knisja parrokkjali kif diga semmcjna tul iz-zjara li ghamilna lil dan l-artal, halla bicca art maghrufa bhala Iccens li tinsab fit-trufijiet tar-rahal Nascari hdejn il-knisja ta’ Santa Marija ta Xahra marbuta maghha dawn il-pizijiet moghtija minn Dun Gwann Gatt. L-ewwel sid taghha hu Filibertu Gatt, neputih. Dan il-piz ilu ma jitwettaq sa minn Awwissu ta’ 1697.


(p.77) L-illustrissimu u reverendissimu sinjur baghat ghall-imsemmi Kjeriku Filibertu biex iwcttaq dan id-dmir.


Il-Hames Jum tax-Xahar t’Ottubru 1699


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur Isqof, akkumpanjat mill-imsemmija konvizitaiuri, wara li semghu l-quddiesa fil-knisja parrokkjali komplew biz-zjajjar taghhom lill-knejjes rurali u filjali hawn that imsemmija.


Zjaru lill-Knisja Filjali ddedikata lill-Kuncizzjoni tal-Beata Vergni Marija


Zar il-knisja filjali ddedikata lit-Tnissil bla Tebgha tal-Beata Vergni Marija li tinsab fit-trufijiet tar-rahal Musta fix-xaqliba ta Landar Blat. Ghandha artal wiehed tal-gebel mahdum tajjeb u xieraq biex fuqu jkun iccelebrat is-sagrificcju tal-quddiesa. Mizmum kif inhu xieraq. Il-parti ta’ fuq tal-pittura turi x-xbieha tal-Missier Etern, filwaqt li fil-parti t’isfel ix-xbieha tal-Beata Vergni Manja mnissla bla ebda tebgha. Tidher ukoll ix-xbieha tal-patrijarka San Guzepp, San Bert Appostlu u Santa Katerina Vergni u Martri. Jiddendel quddiemu lampier, tahlita ta’ fidda u comb, b’imnara li tinxteghel f’jiem is-Sibtijiet.


Il-festa tigi mfakkra bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa kantata f’jum it-tmienja ta’ Dicembru. Bertu Busuttil, prokuratur tal-Veneranda Lampada tal-knisja parrokkjali ta’ dan ir-rahal Musta, halla b’imhabba kbira s-somma ta’ hames onsji lill-istess knisja b’dan il-piz marbut maghha biex mid-dhul ta din l-ghotja minn Bertu tithallas l-ispiza. Dan il-piz qieghed jitwettaq kif xehed ir-reverendu kappillan.


Ghandha wkoll piz ta’ disa’ quddisiet li sitta minnhom jitqaddsu f’sitt feste tal-Beata Vergni Marija u t-tliet quddisiet l-ohra jitqaddsu wahda minnhom f’jum il-ghid tal-patrijarka San Guzepp, San Bert appostlu u nhar Santa Katerina Vergni u Martri. Dan l-imsemmi piz thalla minn Bertu Busuttil. kif miktub fl-atti tar-raba’ vizta tal-qatt minsi Isqof Balaguer. Biex jitwettaq dan il-piz thalla qasam ta’ djar li jinsab f’dan ir-rahal Musta li l-ewwel sid taghhom hu Guzeppi, iben Pawlu Chetcuti.


(p.78) Ir-registratur tal-quddies xehed li din is-sena dan il-piz ma twettaq xejn minnu.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur baghat ghall-imsemmi Guzeppi biex iwettaq dan id-dmir.
1l-prokuratur ta’ din il-knisja hu il-qassis Dun Duminku Habela.


Zjara lill-Knisja Filjali ddedikata lil Santa Margerita Vergni u Martri


Zar il-knisja filjali ddedikata lil Santa Margerita Vergni u Martri li tinsab f’tarf dan ir-rahal. Hi binja qadima hafna u mizmuma tajjeb. Mad-dawra taghha hemm cimiterju mdawwar b’hajt li skont tradizzjoni qadima hemm midfuna ghadd ta’ igsma t’insara li mietu fi tmien il-pesta tal-1594. Xhicda ta’ dan hija lapidu ta’ qabar. Ghandha artal tal-gebel imnaqqax sabih u ma jonqsu xejn biex isir il-quddies fuqu. Mizmum u armat tajjeb. L-ikona turi x-xbieha titulari (Santa Margerita) kif ukoll lil San Bastjan martri u Santu Rokku konfessur. Lampier jiddendel fuq maqbad tal-hadid fuq in-naha tal-epistola u jinxteghel kull nhar ta’ Sibt.


Il-festa tigi mfakkra bil-kant tal-primi vespri u quddiesa kantata fl-ghoxrin jum ta’ Lulju.


Ghandha piz ta’ quddiesa letta li tilqaddes ta’ kull sena fl-istess festa. Biex jitwettaq dan il-piz; kif ukoll biex jinxteghel il-lampier, biex jitkanta l-ghasar u biex isiru tiswijiet mehtiega thalliet bicca art tmiss mae-cimiterju fuq in-naha tal-Lvant. L-ewwel sid taghha kien Frangisku Chetcuti mir-rahal Musta.


Ir-reverendu kappillan xehed li l-quddicsa mhux qieghda ssir waqt li l-ispiza tac-celebrazzjoni tal-ewwel ghasar u l-quddiesa kantata tal-jum tal-festa qieghda tithallas mill-knisja biss. Frangisku, dan l-ahhar, kien tal-fehma li ghandu jaghmel biss tajjeb ghall-mixeghla tal-lampier matul sitt xhur tas-sena. Bil-generozita ta’ Gwanni Maria Fencch, il-prokuratur ta’ din il-knisja u bil-koperazzjoni wkoll ta’ Dun Marju Calleya, kappillan tar-rahal Balzan, qieghda tithallas il-kumplament tan-nefqa tal-lampier u bicca biss mill-elemozina tal-imsemmija quddiesa letta ta’ jum il-festa. Tal-ahhar hu sid ta’ bicca art ohra li tmiss mal-imsemmi midfen li qabel kienet taghmel parti shiha mill-fundazzjoni tal-bicca art imsemmija.


(p.79) L-illustrissimu u reverendissimu sinjur sejjah lill imsemmi Frangisku u amar li jWettaq l-imsemmi piz kollu u biex ifisser il-firxa tad-drittijiet tieghu fid-dawl ta’ dak li qeghdin isostnu l-kontra.


Zjara lill-Knisja fil-Kampanja ddedikata lil San Pawl Appostlu


Zar l-knisja rurali ddedikata lil Pawl Appostlu li dan l-ahhar, b’permess ordinarju, kienet mibnija mill gdid mill-qiegh u tant tajjeb minflok ohra iktar qadima li tnehhiet, minn Carolum Falson, fuq art maghrufa ta Mingiba propjeta ta’ martu Eleonora Testaferrata f’post maghruf La figura fix xaqliba ta Chileya (Hal Calleja). Din il-knisja l-gdida inbniet fuq stil modern, b’saqaf jistrieh fuq hnejjiet u ghandha zewg bibien b’zewg twieqi zghar fuqhom. Il-bieb ewlieni jhares lejn il Punent u l-iehor ihares lejn it-Tramuntana, waqt li tieqa ohra taghti fuq ir-rih tan-Nofsinhar. L-artal hu mwennes taht arkata kbira u mill-gnub tieghu, permezz ta’ zewg bibicn, tidhol fis-sagristija. L-artal hu tal-gebel, mirqum hafna u tajjeb biex fuqu jsir is-sagrificcju tal-quddiesa u mizmum mhux hazin. Hdejh hemm maqghad tal-gebel skulturat. Il-pittura titulari ghandha gwarnic tal-injam miksi bil-gibs. Fil-parti ta’ fuq tiddomina ix-xbieha tas-sinjur taghna Gesu Kristu, waqt li l-parti t’isfel turi x-xbieha tal-qaddis titulari (San Pawl). Jiddendel quddiem l-artal hemm lampier tar-ram b’imnara li tinxteghel f’jiem maghzula.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur ordna li l-mejda tal-artal ghandha tigi msewwija u illixxjatu kif ukoll ghandha titkahhal. Is-sedja tal-gebel ghandha tkun ukoll mizbugha, waqt li l-istess artal ghandu jizzejjen b’erba’ gandlien tal-injam miksija bil-fidda u b’salib li fuqu jkollu x-xbieha tas-Santissimu Kurcifiss


ll-festa tigi ccelebrata nhar il-hamsa u ghoxrin jum ta' Jannar, solennita tal-Konverzjoni tal-qaddis titulari bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa cantata.


Ghandha piz ta’ quddiesa li titqaddes kull nhar ta’ Hadd u festi kmandati mhollija b’dcvozzjoni kbira minn Fabritjo Testaferrata, kif imnizzel fl-atti tar-raba’ vizta pastorali tal-qatt minsi Isqof Balaguer fit-tletin jum t’April 1660; li biex isehh dan il-piz, biex tkun iccelebrata l-festa kif ukoll il-mixeghla tal-lampier, thallew artijiet f’tal Mingiba mghobbija b’dan il-piz.


Kif stqarr il-qassis Dun Fabrizju Busuttil, dan il-piz qieghed jitwettaq. Hu laqa’ (p.80) l-piz li halliet is-Sinjura Elenora u jqaddes il-quddies ta' jiem il-Hadd u festi kmandati.


Zjara lill-Knisja fil-Kampanja ddedikata lit-Tlugh fis-Sema tal-Beata Vergni Marija


Zar il-knisja rurali ddedikata lit-TIugh fis-Sema tal-Beata Vergni Marija li tinsab fix-xaqliba ta Bisbesia li, kif jidher, kienet restawrata mill-gdid u minn gewwa mizbugha. Ghandha artal wiehed tal-gebel bix-xbieha fuqu. Ma jonqsu xejn u tajjeb biex fuqu jkun iccelebrat is-sagrificcju tal-quddiesa. Thallew fuq karta gdida l-glorja. Inkitbu wkoll is-salmi li jinghadu waqt il-hasil tal-idejn fuq tabella, kif ukoll il-qari tal-evangelju ta' San Gwann. Sar ukoll salib gdid bix-xbieha tal-kurcifiss fuqu. Saru wkoll erba' kandlieri tal-injam ibbanjati bil-fidda. L-ikona turi x-xbieha tal-Beata Vergni Marija kif ukoll ix-xbieha ta’ Sant’Anton Abbati fuq il-lemin u ta' San Pawl l-ewwel eremita fuq ix-xellug. Quddiem jiddendel lampier, tahlita ta' fidda u comb, b'imnara li tinxteghel kull nhar ta’ Sibt.


F’din il-knisja jigu mfakkra tliel festi; jigifieri dik tal-Assunzzjoni tal-Beata Vergni Marija bir-recta tal-primi vespri u quddiesa letta, u dik ta' Sant Anton u ta' San Pawl b'quddiesa letta biss. Biex jitwettqu dawn il-festi, kif ukoll il-mixeghla tal-lampier u l-manutenzjoni tal-knisja, thalliet bicca art b'dan il-piz marbut maghha maghrufa el gionna ta Chanzira (Wied Hanzira) tmiss ma' l-istess knisja li l-ewwel sidien taghha huma l-kjeriku Filippu Azzoppardi mir-rahal Zebbug, martu li jisimha Katarina kif ukoll it-tifla taghha, mart id-Duttur Pietru Pawl Vassallo, li qeghdin iwettqu dan id-dmir.


Zjara lill-Knisja Rurali ddedikata lil Sant Andrija Appostlu


Zar il-knisja fil-kampanja ddedikata lil Sant Andrija Appostlu li tinsab fix- xaqliba ta’ Hal Pissa li ghandha artal wiehed b'ikona fuqu. L-artal ma jonqsu xejn u mhejji tajjeb biex fuqu jkun iccelebrat is-sagrificcju tal-quddiesa kif ukoll mizmum xieraq. Quddiemu hemm imdendel lampier, mahdum minn fidda u comb, b'mixeghla li tinxteghel kull nhar ta' Sibt.


(p.81) Il-festa tigi ccelebrata bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa cantata. L-ispiza tithallas mill-istess knisja.


Din il-knisja ghandha kapital ta’ erbghin onsja u hmistax-il tarani biex tonfoq ghall-htigijiet ta’ kuljum kif ukoll ilbies sagru.


Il-prokuratur hu Dun Gwann Marija Schembri.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur talbu biex jghaddilu rendikont dettaljat tal-amministrazzjoni, kif ukoll inventarju tal-paramenti sagri.


Zjara lill-Knisja Rurali ddedikata lil San Pawl, l-ewwel Eremita


Zar il-knisja fil-kampanja ddedikata lil San Pawl l-Ewwel Eremita li qedghda fix-xaqliba ta’ Uuied el Hasel (Wied il-Ghasel), mibnija gol-blat u tilmaghha min-naha ta’ Nofsinhar. Fil-prezent l-artal qieghed fil-fond tal-knisja. Kancell tal-injam jifirdu ghal kollox mill-bqija tal-bini tal-knisja. Hu tal-injam u ma jonqsu xejn mill-htigijiet mitluba u xieraq biex fuqu jkun iccelebrat is-sagrificcju tal-quddiesa. Hu mizmum tajjeb. L-ikona turi x-xbihat tal-qaddis titulari (San Pawl eremita) kif ukoll lil Sant’Anton Abbati. Quddiemu jiddendel lampicr li jinxteghel kull nhar ta’ Sibt.


ll-festa tigi ccelebrata nhar il-hmistax-il jum ta' Jannar, solennita ta’ San Pawl (eremita) bil-kant tal-primi vespri u quddiesa kantata fis-solennita ta’ Sant’Anton Abbati issir biss quddiesa letta bi spejjez tal-knisja.


F'jum l-imsemmija festa ta’ San Pawl l-ewwel eremita ghandha titqaddes quddiesa letta mhollija b’devozzjoni kbira minn Grezzja Hagius, kif diga semmejna tul iz-zjara lill-artal ta' Santa Marija tal-Grazzja fil-knisja parrokkjali tar-rahal Musta.


Qrib l-artal kienet mizjuda sagristija zghira li fiha jinzamm il-kalci, missall, ilbies sacerdotali ghas-sagrificcju tal-quddiesa u abiti sagri ohra tal-knisja.


Din il-knisja ghandha kapital ta' tlieta u erbghin onsja, li erbghin onsja minnhom huma kapital waqt li bit-tlieta l-ohra issir l-manutenzjoni u htigijiet ohrajn. Il-flus jiehu hsiebhom il-prokuratur tal-istess knisja li bhalissa hu l-qassis (p.82) Dun Indrin Camilleri mir-rahal Nascari.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur baghat ghall-imsemmi prokuratur u amar li jipprezentalu inventarju tal-affarijiet li ghandha l-knisja u paramenti sagri, kif ukoll rapport shih tal-amministrazzjoni tieghu.


Fuq in-naha tal-lemin tal-knisja hemm kappella ohra zghira, ukoll fl-istess ghar, li fiha hemm artal iddedikat lil Beata Marija tal-Grazzji li hu tal-gebel u ghandu ikona. Hu artal xieraq u tajjeb biex fuqu jkun iccelebrat is-sagrificcju tal-quddiesa. Hu mzejjen sabih. Quddiemu jiddendel lampier tar-ram isfar b'imnara li tinxteghel f’jiem maghzula.


Il-festa tigi ccelebrata fit-tieni jum ta’ Frar, festa solenni tal-Purifikazzjoni tal-Beata Vergni Marija, bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa letta li Gwanni Mangion, imqanqal minn devozzjoni kbira, halla ghal dan il-ghan lill-istess artal kapital ta’ ghaxar onsji li maghhom wiehed irid izid gid iehor diga msemmi fiz-zjara qaddisa tas-sena 1686. Dan kollu hu amministrat mill-istess prokuratur tal-artal Klement Mangion mir-rahal Musta.


Hekk ukoll il-qassis Dun Gwann Mangion mir-rahal Musta fit-testment tieghu li jinsab fl-atti tan-nutar Guzeppi Gatt tat-tielet jum ta’ Marzu 1697 halla lil dan l-artal kapital ta’ zewg onsji. Victoria Mifsud, permezz tal-eredi taghha Duminka, halliet ukoll b’wirt kapital li, ghalkemm ikkonfermat minn Gwanni Tonna, ghadu m’ghaddiex.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur baghat ghal Klement u talbu rendikont shih tal-amministrazzjoni tieghu.


Barra hekk, hatar bhala prokuratur gdid ta’ dan l-artal imsemmi lill-qassis Dun Indrin Camilleri bil-fakultajiet mehtiega.


Intervista Personali mal-Kleru Kollu tar-Rahal Musta


Il-Hames Jum tax-xahar t'Ottubru 1699


Fil-prezenza tal-illustrissimu u reverendissimu isqof dehru l-imsemmija qassisin u ohrajn li huma parti mill-kleru tar-rahal Musta. F'din iz-zjara tieghu, il-wisq illustrissimu u reverendissimu b'qalb kbira tkellem fil-privat, wiehed wiehed go (p.83) kmajra bl-akbar imhabba ta' missier, jigifleri:


Qassisin

  • Rev. Dun Lawrenz Habela J.V.D. Kappillan
  • Dun Duminku Xerri Vici parroku
  • Dun Xmun Bartolus
  • Dun Xmun de Gueuara
  • Dun Gwann Maria Bonello
  • Dun Duminku Habela
  • Dun Publiju Azzupardo
  • Dun Fabrizji Busuttil
  • Dun Onoratu de Gueuara
  • Dun Pietru Pawl Borg
  • Dun Duminku Pace

Kjerici b’Ordnijiet Minuri

  • Kjeriku Salv Mangion
  • Kjeriku Pietru Fenech
  • Kjeriku Pawlu Chetcuti

Qaddejja tal-Knejjes

  • Orazju Zammit - knisja parrokkjali
  • Anglu Schembri - knisja rurali ddedikata lit-Twelid bla Tebgha tal-Beata Vergni Marija.

L-istess Jum Hamsa t'Ottubru 1699


L-imnizzla qassisin, flimkien m’ohrajn mill-kleru tar-rahal Musta, dehru quddiem l-illustrissimu u reverendissimu u quddiem ir-reverendissimu kollaboraturi, ir-reverendu sinjur Antonio Manso J.V.D. vigarju generali u kanonku tal-knisja katidrali u quddiem ir-reverendu Dun Mariano Haxac kancillier tal-knisja msemmija, u pprezentaw l-ittri tal-hatra kif ukoll tal-beneficcji u privileggi li (p.84) kienu kkonfermati kollha:

  • Ir-Reverendu Dun Lawrenz Habela, Duttur fis-Sagra Teologija u kappillan, ipprezenta l-ittra tal-hatra tieghu bhala kappillan tal-knisja moghtija minn Ruma nhar l-erbatax ta’ Gunju 1697.
  • Dun Fabrizju Busuttil wera l-ittra ordinarja tal-hatra tieghu tat-tonsura u l-presbiterat moghtija Malta fil-hames jum tax-xahar ta’ Gunju 1694.
  • Dun Orazju de Gueuara wera l-ittra ordinarja tal-hatra tieghu tal-ewwcl tonsura u tal-presbiterat moghtija Malta fil-hames jum ta’ Gunju 1694.
  • Dun Pietru Pawl Borg wera l-ittra tal-hatra ordinarja tieghu tal-rwwel tonsura kif ukoll tal-prcsbiterat moghtija Malta fl-ghoxrin jum ta’ Dicembru 1698.
  • Dun Duminku Borg wera l-ittra tal-hatra tieghu ordinarja tal-ewwel tonsura kifukoll tal-presbiterat moghtija Malta fl-ghoxrin jum ta’ Dicembru 1698.
  • Dun Duminku Pace wera l-ittra ordinarja tal-hatra tieghu tal-ewwel tonsura u tal-presbiterat moghtija Malta fit-tielet jum t’April 1699.
  • L-akkoltu Salvu Gejtanu Mangion wera l-ittra tal-hatra tal-ordni tal-ewwel tonsura u tal-akkolilat moghtija Malta fil-wiehed u ghoxrin jum ta’ Dicembru 1697.
  • Il-kjeriku Pawlu Chetcuti wera l-ittra tal-hatra tal-ewwel tonsura moghtija Malta fis-seba’jum t’April 1696.
  • Orazju Zammit wera l-ittra tal-hatra tieghu bhala qaddej tal-knisja parrokkjali (sagristan) moghtija fis-sittax-il jum ta’ Settembru 1697.
  • Anglu Schembri wera l-ittra tal-hatra tieghu bhala qaddej tal-knisja rurali ddcdikala lill-Kuncizzjoni Immakulata tal-Beata Vergni Marija Ta Andar elblat (Durumblat) moghtija fil-hdax-il jum ta’Jannar 1695.

L-ohrajn ma wrewx l-ittra taghhom tal-hatra taghhom ghax dawn kienu diga’ wrewha fi zjajjar pastorali qaddisa ohrajn.


L-istess hames jum t’Ottubru 1699


(p.85) Fil-prezenza tal-illustrissimi u reverendissimi assistenti mahtura skont il-kostituzzjonijiet kif mitluba, jigifieri r-reverendu Dun Antonio Allegritto kanonku cerimonier tal-knisja katedrali dehru l-imnizzla qassisin u gew ezaminati dwar ic-cerimonji liturgici tal-quddiesa, jigifieri:

  • Dun Xmun Bartholus wara li kien ezaminat kien imwissi biex ma jistriehx fuq il-memorja, imma peress li jaf jaqra ghandu jaqra u dak li ghandu jitghallem bl-amment ghandu jitghallmu fi zmien hmistax-il jum.
  • Dun Duminku Xerri kien ezaminat u approvat.
  • Dun Xmun de Guevara kien ezaminat u approvat.
  • Dun Gwanni Marija Bonello wara li kien mifli ghadda.
  • Dun Duminku Habela wara li kien mifli kien approvat.
  • Dun Publiju Azzopardo kien ezaminat u ghadda.
  • Dun Fabrizju Busuttil kien mifli u ghadda.
  • Dun Oraz de Guevara kien ezaminat u ghadda.
  • Dun Pietru Pawl Borg kien ezaminat u ghadda.
  • Dun Dumink Pace kien mifli u approvat.

L-istess il-hames jum t’Ottubru 1699


Dehru quddiem l-illustrissimu u reverendissimu sinjur l-imnittzzla tliet qassisin li wiehed minnhom wehel u l-ohrajn kienu approvati fuq il-hiliet taghhom biex ikunu jistghu jqarru lill-fidili f’dan ir-rahal. Dawn kienu ezaminati fuq dawk il-hwejjeg mitluba biex jitwettaq dan is-sagrament. Kienu approvati hekk:


Qrar

  • (p.86) Dun Duminku Xerri, vici parroku
  • Dun Gwann Maria Bonello
  • Dun Fabrizju Busuttil
  • Dun Oraz de Gueuara, iqarar irgiel biss.

L-istess hames jum t’Ottubru 1699


Dehru quddiem l-illustrissimu u reverendissimu isqof l-imsemmija mara lj jidher li ghandha l-permess biex twettaq id-dmir ta’ qabla f’dan ir-rahal, imma li ma kienx f’idejha, u kienet ezaminata dwar il-hila taghha li tamministra s-sagrament tal-maghmudija f’kazijiet ta’ htiega. Wara li nstab li kienet taf taqdi dmirha giet approvata.


Qabla

  • Lonza, mart Gwanni Maria Tonna.

L-istess Hames jum t ’Ottubru 1699


Ir-reverendissimu Dun Lawrenz Habela, kappillan, ghadda lill-illustrissimu u reverendissimu sinjur hames kotba parrokkjali; jigifieri r-registru tal-Maghmudijiet li l-bidu tieghu hu 1697, ir-registru tal-Grizma tal-Isqof, tal-Mejtin li hu mibdi fis-sena 1686 u r-registru tal-Qaghda tal-Erwieh mibdi din is-sena li qeghdin fiha 1699. Wara li rahom bir-reqqa, rega’ ghaddihomlu.


Ir-Raba’ Zjara (1, 2, 3)

Bejn id-9 u l-11 ta’ Mejju 1709


Zjara Pastorali lill-Knisja Parrokjali ddedikata lit-Tlugh fis-Sema tal-Beata Vergni Marija fir-Rahal Musta (Mosta) u lil dawk il-Postijiet l-ohra maghquda maghha.


Id-Disgha Jum tax-xahar ta’ Mejju 1709. Jum il-festa tat-Tlugh fis-Sema tas-Sinjur taghna Gesu Kristu.


(p.87) L-illustrissimu u reverendissimu Fra Davide Cocco Palmieri, Isqof ta’ Malta, waqt li kompla biz-zjarat tieghu, ta bidu ghar-raba’ zjara tieghu. Illum, filghodu kmieni halla l-palazz veskovili tieghu fil-belt Valletta flimkien mal-esperti tieghu u flimkien mal-konvizitaturi Dun Fabrizju Bonnici J.V.D. tezorier u l-kanonku Dun Jos. Antonio Cangialenza, flimkien ma' persuni ohra jahdmu mieghu, telaq lejn ir-rahal Musta. Fit-tarf tar-rahal kien milqugh mill-kappillan Dun Lawrenz Habela J.V.D. u l-kleru kollu tal-Musta. Minn hawn, flimkien ma' dawk li kienu qeghdin jakkumpanjawh mexa lejn id-dar parrokkjali li kienet se tkun l-ghamara tieghu. Wara waqfa qasira, libes il-kappa manja u l-paramenti ohra pontifikali, u mexa fuq quddiem taht il-baldakkin. Nizel processjonalment lejn il-knisja parrokkjali tar-rahal iddedikata lil Beata Vergni Manja Mtellgha s-Sema. Imxew l-ewwel il-fratellanzi u l-kleru. Warajh mexa l-poplu tal-Musta. Mad-dhul fil-knisja parrokkjali saru c-cerimonji kif mitluba dejjem. Wara resaq lejn l-artal maggur u qal it-talb. Mexa mbaghad lejn it-tron li kien armat fuq in-naha tal-evangelju u beda r-rit tal-ubbidjenza mill-kappillan u l-kleru. Wara ta l-barka solenni tieghu lill-poplu migbur ghal din l-okkazjoni li kien imhejji ghall-erbat ijiem shah b’missjoni mmexxija mir-rev. Dun Indrin Barbara, vici parroku tal-knisja ta’ San Pawl Nawfragu tal-Belt, flimkien mar-reverendu P. Injazju Hagius. Il-kancillier ta' din iz-zjara qaddisa, (p.89) Dun Gwann Battista Simonem Vivier qara s-soltu twissijiet u digrieti mahruga mill-illustrissimu u reverendissimu sinjur. Wara li spiccat il-quddiesa u bierek lill-fidili migbura, sar it-talb specjali ghall-mejtin kollha.


Zar is-Santissimu Sagrament u ra li hu mizmum tajjeb u b’qima kbira f’zewg pissidi qaddisa tal-fidda u hu mhares minn insetti permezz ta' xibka tad-drapp. Wara l-illustrissimu u reverendissimu sinjur fela t-tabemaklu fl-artal maggur. Iz-zjara lit-tabemaklu ntemmet b’mumenti ta’ talb u gabra. It-tabernaklu hu mahdum mill-injam. Hu mizbugh u indurat minn barra. Minn gewwa hu infurrat bi drapp ahmar. Quddiem il-bieba ghandu purtiera tal-harir abjad u l-bieba tieghu tal-hadid tissakkar b’cavetta tal-fidda. L-illustrissimu u reverendissimu sinjur amar li l-hnejja tal-injam li hemm issa fuq in-naha ta’ gewwa fil-kmajra ckejkna tat-tabemaklu tissewwa biex hekk il-bieba tieghu tkun tinghalaq b’mod aktar xieraq.


Zar il-fonti tal-maghmudija li qieghed fuq in-naha tal-lemin tad-dhul tal-knisja. Hu tal-irham u maqsum f’zewg partijiet. Il-parti ta’ fuq li tghatti l-fonti tieghu hi tal-injam forma ta’ piramida mzejjen bi drapp vjola fuq gewwa, waqt li fuq barra hu mpitter. Il-fonti jistrieh fuq seba’ kolonni tal-gebel u ghandu armarju fejn jintrefghu l-affarijiet kollha mehtiega. Ghandu l-affarijiet kollha li titlob l-amministrazzjoni ta’ dan is-sagrament.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur amar li l-fonti tal-maghmudija ghandu jitqieghed f’post ahjar, fuq ix-xellug tad-dhul tal-knisja u li l-istess fonti ghandu jkun mghotti bi drapp jew tip ta’ xibka li tharsu mill-insetti. Fil-hajt, hdejn l-istess fonti, isir armarju biex fih jintrefghu z-zjut qaddisa. Amar ukoll li fuq il-bieba tieghu ghandhom ikunu miktuba il-kelmiet ‘Zejt Qaddis’.


Zar ukoll id-dlik tal-morda li jintrefa’ go vazett tal-fidda li jinzamm imgezwer fi drapp tal-harir kulur vjola go armarju fil-hajt fuq in-naha tal-evangelju tal-artal maggur, li hu infurrat bi drapp tal-harir. F’dan l-istess armarju hemm tliet vazetti tal-fidda go qafas tal-injam bi zjut qaddisa li jingharfu minn xulxin. Kollox hu mizmum tajjeb.


Peress li kien ghamel il-hin mar lura d-dar parrokkjali.


L-istess Disgha Jum tax-Xahar ta’ Mejju 1709 wara nofsinhar


(p.90) L-illustrissimu u reverendissimu sinjur, flimkien ma’ dawk li kienu qeghdin jghinuh, telqu lejn il-knisja parrokkjali u wara l-kant tat-tieni ghasar li assista ghall-kant tieghu, wara li xedd il-paramenti pontifikali, amministra s-sagrament tal-Grizma tal-Isqof lil hafna tfal tal-parrocca, kemm bniet kif ukoll subien. Wara li temm din il-funzzjoni:


Zar l-artal maggur li qieghed bejn il-presbiterju u l-kor. Hu tal-gebel bil-mejda tieghu xierqa bizzejjed biex fuqha jkun iccelebrat is-sagrificcju tal-quddiesa. Hu mzejjen u mizmum xieraq ukoll. Quddiem l-artal jiddendel lampier tal-fidda b’imnara li tinxteghel il-hin kollu b’qima lejn is-santissimu sagrament.
Il-festa tigi ccelebrata nhar il-hmistax-il jum t’Awwissu, festa tat-Tlugh fis- Sema tal-Beata Vergni Marija bil-kant tal-ewwel u t-tieni ghasar u quddiesa kantata. L-ispiza tal-festa tithallas mill-Veneranda Lampada ta din il-knisja parrokkjali, liema prokuratur taghha jiehu hsieb l-istess artal u jfornih b’dak kollu li hu mehtieg. Bhalissa l-prokuraturi huma Dun Pietru Pawl Borg u Dun Angelo Fenech J.V.D. li:


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur baghat ghalihom u talabhom iressqulu rapport shih tal-amministrazzjoni taghhom.


L-istess Veneranda Lampada ghandha legat imholli mill-qassis Dun Vincenz Attard mill-belt Vittoriosa (Birgu) b’risq dan l-artal kif ukoll b’risq kull knisja parrokkjali li hawn fil-gzejjer Latini f’Malta. F’dan il-legat, kif imnizzel fl-atti tan-nutar Aloysio Belbre tad-disgha u ghoxrin jum tax-xahar ta’ Novembru 1698, jitqaddes tant quddies f’din il-knisja parrokkjali bl-elemozina ta’ zewg tarani kull quddiesa kemm ihalli d-dhul ta’ wiehed minn tlieta ta’ disgha u ghoxrin sehem li jghajjat lill-Veneranda Lampada minn kapital bullari li jiehu hsiebu de Attard, maghzul biex jamministra dan il-legat. Il-bqija taz-zewg terzi l-ohra, wara li jitnaqqsu l-ispejjez u hlasijiet ohra mitluba, jintefqu biex jinzamm is- servizz u l-htigijiet l-ohra tal-knisja parrokkjali. Dan l-imsemmi kapital bullari hu amministrat minn prokuratur mahtur ghal dan il-ghan mill-illustrissimu u reverendissimu sinjur.


Il-parti ta’ dan id-dhul tal-legat li jmiss lill-Veneranda Lampada tal-knisja parrokkjali jiehu hsiebu l-istess prokuratur kif xehed ir-reverendu kappillan. Marbuta ma' dan l-artal hemm pizijiet ohrajn kif imnizzel fiz-zjajjar li diga saru. Piz ta' quddiesa li titqaddes filghodu kmieni kull nhar ta' Hadd u festi kmandati (p.91) mhollija b’devozzjoni kbira minn Damjan Bonnici.


Hekk ukoll quddiesa li titqaddes fl-Ghid it-Tlugh fis-Sema tal-Beata Vergni Marija hi mhollija b’qalb kbira minn Kostanz Fenech.


Hekk ukoll ghajnuna marbuta ma’ zwieg ta’ kull sena mhollija minn Dumink Vassallo.


Hekk ukoll ghajnuna marbuta ma’ zwieg imhollija b’imhabba kbira minn Bastjan Busuttil.


Hekk ukoll ghajnuna ohra ta’ zwieg kull sentejn imhollija b'devozzjoni kbira minn Damjan Bonnici.


Dawn l-imsemmija pizijiet qeghdin jitwettqu kollha kif xehed ir-reverendu kappillan.


Ma’ dan l-artal hemm imwaqqfa l-fratellanza tal-irgiel tas-Santissimu Sagrament. L-imsehbin jilbsu l-kunfratija u jiehdu sehem fil-purcissjonijiet li jsiru tul l-ottava tas-solennita ta’ Corpus Christi; kif ukoll fil-purcissjoni kull tielet Hadd tax-xahar (it-terza); kif ukoll jorganizzaw l-istess festa ta' Corpus u l-ottava taghha. Huma jfakkru wkoll zewg anniversaiji tal-imsiehba mejtin fix-xhur ta’ Mejju u ta’ Settembru.


Il-prokuraturi ta’ din il-fratellanza huma Guzeppi Galea u Salvu Galea u ohrajn eletti mill-membri ghal dan il-ghan ta’ tmexxija, Anglu Schembn u Guzeppi Galea, ghalhekk:


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur baghat ghalihom u talabhom iressqulu rapport shih tal-hidma taghhom. Ikkonferma lill-prokuraturi Guzeppi Galea u Salvu Galea fil-hidma taghhom ghal sentejn ohra.


Zar l-artal titulari li jinsab fil-prospett fuq gewwa fil-kor li hu tal-gebel bil-mejda tieghu xierqa bizzejjed biex fuqha jkun iccelebrat is-sagrificcju tal-quddiesa. Hu armat u mizmum xieraq bizzejjed. Fuqu hemm pittura. Quddiemu jiddendel lampier tar-ram b’imnara li tinxteghel f’jiem maghzula.


Il-festa tigi ccelebrata fuq l-artal maggur.


Hemm piz ta' quddiesa li titqaddes kull nhar ta' Hadd kif ukoll piz iehor ta' (p.92) ghoxrin quddiesa ta’ kull sena mhollija b’imhabba kbira mill-qassis Dun Gwann Mangion fl-atti tan-nutar Guzeppi Gatt tar-raba’ jum ta’ Marzu 1697; li biex jitwettqu dawn il-pizijiet, kif ukoll ohrajn imhollija lill-knisja filjali ddedikata lil San Leonardu, thalla gid kif imnizzel fl-atti taz-zjara qaddisa. Bhalissa din il-propjeta hi f’idejn Klemente Mangion u ibnu Bartilmew Mangion u Tereza mart Guzeppi Cachia li huma l-werrieta ta’ Dun Gwann. Ir-reverendu kappillan stqarr li dawn il-pizijiet qeghdin jitwettqu, barra din is-sena, b’nuqqas min-naha tal-qassis.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur, wara li qara fuq ix-xewqat imhollija minn Dun Guzepp Mangion, gibed l-attenzjoni tal-werrieta tieghu biex iwettqu dan il-piz. F’kaz ta’ nuqqas min-naha tal-qassis ta’ dan ir-rahal tal-Musta, din il-quddiesa msemmija hawn fuq taqa’ taht il-gurisdizzjoni tar-rahal Balzan u f’dan in-nuqqas, din il-quddiesa titqaddes, minn issa ’1 quddiem minn xi qassis minn dan ir-rahal u tkun tista’ titqaddes minflok fil-knisja parrokkjali tar-rahal Balzan.


Hemm ukoll piz iehor ta’quddiesa li titqaddes f’kull l-ewwel jiem ta’ kull xahar imhollija b’devozzjoni kbira minn Margerita, mart Salvu Galea, kif miktub fl-atti tan-nutar Guzeppi Gatt tat-tmien jum ta’ Dicembru 1694. Biex jitwettaq dan il-piz thalliet bicca art f’din il-gzira ta’ Malta li qieghda f’tal hacba fir- rahal Nascaro (Naxxar). Din l-art hi f idejn l-ulied subien u bniet ta’ Pawlu u Frangisku, ulied l-imsemmija Margerita. Dawn qeghdin iwettqu dan il-piz kif stqarr ir-reverendu kappillan.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur amar li l-mejda tal-artal ghandha tkun ingastata sewwa fl-artal u mkahhla wkoll. Fuq l-artal ghandu jitqieghed salib bix-xbieha xierqa tas-santissimu kurcifiss.


Il-prokuratur ta’ dan l-artal hu Guzeppi Maria Camilleri, wiehed minn dawk maghzula, kif ukoll kien dak ta’ qablu, Albertu Camilleri. L-illustrissimu u reverendissimu sinjur talbu biex iroddlu rendikont shih tal-amministrazzjoni li wettaq flimkien ma’Albertu.


Zar l-artal iddedikat lil Madonna tar-Ruzarju li jinsab fuq in-naha tal-lemin tal-knisja. Hu tal-gebel u fuqu hemm pittura. Il-mejda tieghu hi xierqa biex fuqha jitqaddes is-sagrificcju tal-quddiesa. Hu wkoll mizmum xieraq bizzejjed. Quddiem l-istess artal jiddendel lampier tal-fidda b’imnara li tinxteghel kull nhar ta’ Sibt u fil-festi kmandati.


(p.93) Il-festa tigi ccelebrata bil-kant tal-ewwel u t-tieni ghasar u quddiesa kantata kif ukoll purcissjoni nhar l-ewwel Hadd t’Ottubru.


Ma’ dan l-artal hi mwaqqfa l-fratellanza tal-irgiel taht il-harsien tas-Santissimu Ruzarju. L-istess imsiehba jmexxu din il-fratellanza u jaraw li ma jonqosha xejn. Jiehdu hsieb ukoll ic-celebrazzjoni tal-festa kif ukoll iwettqu obbligazzjonijiet mitluba kif hemm imfissra fiz-zjajjar qaddisa li diga saru.


Hemm piz ta quddiesa kull nhar ta’ Sibt imhollija b'generozita kbira minn Kostanz Fenech, kif miktub fl-atti tan-nutar Marjanu Attard tat-tieni jum ta' Marzu 1624. L-istess fratellanza twettaq dan il-piz kif stqarr ir-reverendu kappillan.


Hekk ukoll jghinu fid-dota ta’ tfajla wahda ta’ kull sena li trid tizzewweg fuq dan l-artal li thalla b’qalb kbira minn Kostantinu Fenech li halla f’idejn din il-fratellanza. Dan il-piz qieghed jitwettaq kif xehed ir-reverendu kappillan.


Il-prokuratur ta’ din il-fratellanza hu Gwanni Pawlu Camilleri u seba' membri eletti mill-imsiehba. Qabel dawn kienu Guzeppi Maria Schembri u Albertu Camilleri li diga kienu resqu r-rapport shih tal-amministrazzjoni taghhom lill-Kurja Episkopali.


Zar l-artal iddedikat lil Sant Anna u lil San Kozma u Damjan li jinsab fuq in- naha tal-lemin tal-knisja. Hu tal-gebel bil-mejda tieghu xierqa bizzejjed biex fuqha jitqaddes is-sagrificcju tal-quddiesa. Hu mzejjen kif inhu xieraq.


F’zewg nicec li huma protetti bi grada tal-hadid, go zewg kapsoli tal-kristall, hemm mizmuma b’ghozza l-izjed kbira relikwi qaddisa tal-qaddisin. Quddiem l-artal jiddendel lampier tar-ram b'imnara li tinxteghel kull nhar ta' Sibt u festi kmandati.


Il-festa tigi ccelebrata bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa kantata nhar is-sitta u ghoxrin jum ta’ Lulju, solennita ta’ Sant Anna. It-tmexxija tal-artal u l-mixeghla tal-lampier jiehu hsiebhom Dun Angelo Fenech J.V.D. Dan l-artal ghandu gid imholli minn Dun Salvatore Fenech li waqqaf dan l-artal ghal dan il-ghan kif miktub fl-atti taz-zjara qaddisa tal-1693.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur amar li l-mejda tal-artal ghandha tigi rrangata u mkahhla tajjeb.


(p.94) Hemm piz ta’ zewg quddisiet ta’ kull sena li wahda minnhom titqaddes fil-festa tat-Tlugh fis-Sema tal-Beata Vergni Marija u l-ohra fil-festa ta’ San Kozma u Damjan, imhollija b’qalb tassew kbira minn Jacobi Vella, kif imnizzel fiz-zjajjar qaddisa li diga saru. Il-qassis Dun Angelo Fenech J.V.D. qieghed iwettaq dan il-piz wahdu bil-hlas ta’ elemozina ta’ zewg tarani. F’jum il-festa, kemm ic-celebrant kif ukoll dawk li jghinuh, barra l-hlas tal-elemozina, jinghatalhom ikel u xorb kif miktub fl-atti taz-zjara qaddisa tas-sena 1659 kif assigurana l-istess kappillan.


Hemm ukoll piz ta’ quddiesa kull nhar ta’ Sibt imhollija b’qalb kbira mill-qassis Dun Guzepp Galea kif imfisser tajjeb fiz-zjara qaddisa li diga saret. Dan il-piz qieghed jitwettaq kif stqarr ir-reverendu kappillan.
Zar l-artal iddedikat lit-Thabbira tal-Beata Vergni Marija li jinsab fuq in-naha tal-lemin tal-knisja l-kbira. Hu tal-gebel u ghandu pittura. Il-mejda tieghu hi xierqa bizzejjed u tajba biex fuqha jkun iccelebrat is-sagrificcju tal-quddiesa. Iz-zamma tieghu hi mhux hazin. Quddiemu jiddendel lampier, tahlita ta’ comb u fidda, b’imnara li tinxteghel kull nhar ta’ Sibt.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur amar li l-mejda tieghu ghandha titkahhal tajjeb u l-artal ghandu jkollu salib bix-xbieha tas-santissimu kurcifiss.


Il-festa tigi ccelebrata f’jum il-hamsa u ghoxrin ta’ Marzu bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa kantata mhallsa b’fondazzjoni mwaqqfa mill-qassis Dun Anton Bartolo li fiha, biex tkun tista’ titwettaq, halla habel raba’ maghruf ta’ xihaitar (is-Saghjtar) li jinsab fit-tarf ta’ dan ir-rahal Musta kif miktub fid-digriet
tal-vigarju tal-kapitlu li jgib id-data tad-dsatax ta’ Mejju 1678 u kif irregistrati fl-atti tal-Kuija Episkopali tat-tlieta u ghoxrin jum (ix-xahar thalla barra) 1686. Kif stqarr ir-reverendu kappillan kollox qieghed jitwettaq.


Il-prokuratur ta’ dan l-artal hu l-qassis Dun Duminku Habela li:


L-illustrissimu u reverendissimu baghat ghalih biex iressaqlu rendikont shih tal-amministrazzjoni tieghu. Fuq kollox amar li l-qabar li jinsab taht it-turgien tal-istess artal ghandu jinbidel kif mitlub mill-kanoni qaddisa.


Zar l-artal iddedikat lill-Madonna tal-Grazzji li jinsab fuq in-naha tax-xellug tal-knisja, int u thares lejn l-artal maggur. Hu tal-gebel u fuqu hemm pittura kbira. Il-mejda tieghu hi xierqa u tajba bizzejjed biex fuqha jkun iccelebrat is-sagrificcju tal-quddiesa. Fuq l-ahhar targa tal-artal hemm salib kbir bix-xbieha (p.95) qaddisa tal-kurcifiss. Quddiem l-artal jiddendel lampier tar-ram b'imnara li tinxteghel f’jiem maghzula.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur amar li l-mejda titkahhal sewwa mill-gdid.


Il-festa tigi ccelebrata bil-kant tal-ewwel vespri u quddiesa letta nhar it-tmien jum ta’ Settembru, festa tat-Twelid tal-Beata Vergni Marija. L-ispejjez jithallsu mill-istess artal li ghal dan il-ghan ghandu qasam ta’ djar bil-gnien maghhom li jinsab f’dan ir-rahal Musta fix-xaqliba ta’ Hal Meil kif ukoll investiment
kapitali.


Ghandu piz ta’ tant quddies kull sena, skont kemm trendi dhul bicca art ohra, li wahda minnhom trid tkun iccelebrata fil-knisja rurali ta’ San Pawl l-ewwel eremit li tinsab f’Uuied el Hasel (Wied il-Ghasel) f’jum il-festa. L-art tinsab f’ta Hal Dimegh maghrufa bhala ta’ Bieba mhollija lill-istess artal minn Grazzja Hagius fl-atti tan-nutar Guzeppi Pawlu Fenech tal-erbatax t'Ottubru 1673, li fih thalliet ukoll is-somma ta’ tmintax-il tarani ghas-servizz tal-artal. Dan il-piz I qjeghed jitwettaq kif xehed ir-reverendu kappillan.


Il-prokuratur ta’ dan l-artal kien Salvu Vassallo li halliena ftit ilu.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur baghat ghall-werrieta ta' Salvu biex iroddulu rapport amministrattiv f’isem missierhom.


F’dan l-artal hemm piz iehor ta’ quddies kif imnizzel fl-atti taz-zjajjar qaddisa li diga saru, jigifieri quddiesa kull nhar t’Erbgha mhollija minn Gorg Muscat u zewg quddisiet ohra kull xahar li jitqaddsu nhar t’Erbgha u nhar ta' Sibt, skont kif jiddeciedi c-celebrant, imhollija b’imhabba kbira minn Bernada Mangion li qieghed jitwettaq kif stqarr ir-reverendu kappillan.


Ma’ dan l-artal hemm imwaqqfa s-Sodalita tal-Agonizzanti, liema sodalita kienet imwaqqfa permezz ta’ hidma qaddisa kif imfisser fiz-zjajjar qaddisa li diga’ saru. Il-prokuraturi ta’ din is-sodalita huma l-qassisin Dun Dumink Habela u Dun Anglu Fenech J.V.D.. Il-kaxxier hu Anglu Schembri li diga ilu jokkupa din il-kariga ghal erba’ snin minn issa. Wara li qies kollox,


L-illustrissimu u revenendissimu sinjur baghat ghalih biex iroddlu rapport shih tal-amministrazzjoni tieghu.


(p.96) Zar l-artal iddedikat lil San Guzepp li jinsab fuq in-naha tax-xellug tal-knisja. Hu tal-gebel u fuqu ghandu pittura. Il-mejda tieghu ma jonqosha xejn u hi xierqa biex fuqha jkun iccelebrat is-sagrificcju tal-quddiesa. Hu mizmum xieraq. Quddiemu jiddendel lampier tar-ram isfar b’imnara li tinxteghel f’jiem maghzula.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur amar li l-mejda ghandha titkahhal sewwa.


Il-festa tigi ccelebrata bil-kant tal-ewwel vespri u quddiesa kantata fid-dsatax-il jum ta’ Marzu, solennita ta’ San Guzepp. L-ispiza tilhallas mill-istess artal li jgawdi kapital ta’erbghin onsja li huma amministrati mill-prokuratur, il-qassis Dun Fabrizju Busuttil.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur sejjahlu biex iressaqlu rendikont shih tal-amministrazzjoni tieghu.
Zar l-artal iddedikat lil Santu Rokku li qieghed fuq in-naha tax-xellug tal-knisja l-kbira. Hu artal tal-gebel u fuqu hemm ikona. Il-mejda tieghu hi xierqa u ma jonqosha xejn biex fuqha jkun iccelebrat is-sagrificcju tal-quddiesa. Hu mzejjen u mizmum tajjeb. Quddiemu jiddendel lampier tar-ram b’imnara li tinxteghel f’jiem maghzula.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur amar li kemm il-gwarnic tal-injam li jdawwar il-pittura kif ukoll il-mejda ghandhom ikunu rrestawrati, liema mejda ghandha titkahhal tajjeb.


Il-festa tigi ccelebrata nhar is-sittax t’Awwissu bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa kantata. Tigi ccelebrata wkoll il-festa ta’ San Bastjan b’quddiesa letta biss, liema spiza tithallas mill-istess artal li jgawdi dhul ta’ kull sena, kif ukoll investment kapitali li huma amministrati mill-prokuratur tieghu, id-djaknu Antonio Galea.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur sejjah lill-prokuratur biex jghaddilu rapport dettaljat tal-amministrazzjoni tieghu.


Hemm piz ta’ quddiesa kull xahar imhollija minn Damjan Bonnici u martu Agatha kif miktub fl-atti tan-nutar Guzeppi Pawlu Fenech tat-tletin t’Awwissu 1644 liema piz qieghed jitwettaq. Biex jitwettaq piz iehor imholli minn Marianu Xerri thalliet bicca art maghrufa ta iccens fix-xaqliba ta Xahra li bhalissa tinsab (p.97) f’idejn Philbertu Gatt mir-rahal Nascari.Ir-reverendu kappillan xehcd li dan il-piz ilu s-snin ma jilwettaq.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur amar is-sekwestru tad-dhul ta’ dan il-habel raba biex dan il-piz jerga’ jibda jitwettaq.


Zar l-artal iddedikat lil Sant Anlnin ta’ Padova li qieghed fuq in-naha tax-xellug tal-knisja l-kbira li hu tal-gebel u fuqu hemm ikona. Il-mejda tieghu hi xierqa u kif ghandha tkun biex fuqha jkun iccelebrat is-sagrificcju tal-quddiesa. Hu wkolI imzejjen u armat tajjeb. Quddiemu jiddendel lampier tar-ram b'imnara li tinxteghel f’jiem maghzula.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur amar li dan l-artal ghandu joghla b'nofs xiber u fuqu ghandhom jitqieghdu t-tabelli tas-salm tal-lavabo u tal-ahhar evangelju ta’ San Gwann.


Il-festa tigi ccelebrata bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa kantata nhar it-tlettax ta’ Gunju.


Ghandu piz ta’ erba’ quddisiet kull sena. Tnejn minnhom jitqaddsu f’jum il-festa waqt li l-tnejn l-ohra fit-tmint ijiem fuqha, mhollija b’qalb kbira minn Gorg Galea li biex jitwettaq dan il-piz ghadda lil dan l-artal kapital ta’ ghaxar skudi. Dawn, kif ukoll kapital iehor ta’ dan l-artal, huma amministrati mill-qassis Dun Dumink Habela mahtur dan l-ahhar erba’ xhur. Il-prokuratur ta’ qablu kien Gwanni Galea li:


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur sejjahlu biex iqieghed quddiemu rapport shih tal-amministrazzjoni tieghu.


Pizijiet ta’ quddies imhollija b'generozita f'dawn l-artali


Hemm imhollija wkoll f’din il-knisja pizijiet ohra ta’ quddies li jrid ikun iccelebrat fuq dan l-artal kif imfisser tajjeb fi zjajjar ohra qaddisa li diga saru.


Piz ta’ quddiesa kull gimgha mhollija b’devozzjom kbira minn Guzeppi Sammut.


Hemm ukoll tmien quddisiet ta’ kull sena li jitqaddsu kull nhar ta’ Sibt imhollija (p.98) b’devozzjoni kbira minn Marija, mart Duminku Zarb.


Quddiesa ohra ta’ kull sena mhollija b’imhabba kbira minn Margerita Gauci.


Ir-reverendu kappillan stqarr li minn dawn it-tliet pizijiet qieghed jitwettaq biss dak ta’ quddiesa wahda mhollija minn Margerita Gauci. Iz-zewg pizijiet l-ohra ilhom ma jitwettqu s-snin. Dwar il-fundazzjoni mwaqqfa minn Marija Zarb, b’kapital ta’ hames onsji mhollija minnha sa mis-sena 1692, kienu ddepozitati fil-bank tal-kurja episkopali ta’ Malta.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur amar is-sekwestru tal-frott tal-gid imholli biex hekk jitwettaq il-piz imholli minn Guzeppi Sammut kemm-il darba l-prokuratur ta’ din il-knisja parrokkjali ma jwettaqx b’ghaqal l-izjed kbir id-dhul mill-kapital li hu ddepozitat fil-bank tal-kurja episkopali.


Barra l-imsemmija pizijiet hemm ohrajn imnizzla hawn taht:


Piz ta’ erba’ quddisiet kull sena li tlieta minnhom jitqaddsu fil-festa tat-Twelid tas-Sinjur taghna Gesu Kristu, ir-raba’ wahda f’jum il-festa tat-Tlugh fis-Sema tal-Beata Vergni Marija, imhollija b’devozzjoni kbira mill-armla Hieronyma, mart il-mejjet Guzeppi Duminku Vella li halliena dan l-ahhar, kif miktub fl-atti tan-nutar Gwanni Duminku Gatt tat-tmienja u ghoxrin jum tax-xahar t’Ottubru 1687; li biex jitwettaq dan il-piz halliet gidha kollu lill-Veneranda Lampada ta’ din il-knisja parrokkjali li kellu jghaddi wara l-mewt ta’ zewgha Guzeppi Duminku Vella li miet fis-sebgha u ghoxrin jum t’April 1703, liema gid kellu jitnaqqas minnu l-hlas tal-elemozina ta’ erba’ quddisiet kif ukoll zewg skudi ta’ kull sena ghall-htigijiet tal-istess Veneranda Lampada. Dan ghandu jizdied ma’ dhul iehor imholli minn Guzeppi Duminku Vassallo biex tithallas dota ta’ zwieg. Dan il-piz qieghed jitwettaq kollu kif stqarr ir-reverendu kappillan.


Ghandu wkoll piz ta’ ghoxrin quddiesa kull sena li jitqaddsu fuq dan l-artal ta din il-knisja tul medda ta’ erbghin sena li jibdew ighoddu mix-xahar ---- (dettall nieqes) li jmiss imholli b’qalb kbira minn Margerita, mart Salvu Galea mir-rahal Musta, kif miktub fl-atti tan-nutar Guzeppi Gatt tat-tmien jum ta Dicembru 1694. Biex jitwettaq dan il-piz, l-imsemmi halla lill-fratellanza tas-Santissimu Sagrament imwaqqfa f’din il-knisja parrokkjali zewg partijiet minn hamsa ta’ bicca art li tinsab f’din il-gzira ta’ Malta fix-xaqliba ta’ Santa Catherina qrib Birichaia, liema piz kien milqugh mill-istess fratellanza b’digriet tal-illustrissimu u reverendissimu sinjur li jgib id-data tal-hdax-il jum ta’ Marzu 1709. Ghalhekk l-illustrissimu u reverendissimu sinjur talab li jara r-registru (p.99) tal-istess fratellanza minn idejn il-prokuratur taghha biex jara li dan qieghed jitwettaq.


Pizijiet tal-Festi


Din il-knisja ghandha piz ta’ celebrazzjoni ta’ zewg festi. Ir-raguni hi li x-xbihat ta’ dawn il-qaddisin kienu trasferiti mill-kappelli taghhom qodma ghal din il-knisja parrokkjali minhabba raguni ta’ profanazzjoni, kif imfisser fiz-zjajjar qaddisa li diga saru.


Il-piz tal-festa ta’ San Pankrazju li tigi mfakkra fid-disa’ jum ta’ Lulju bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa kantata. Din il-fundazzjoni hija mhollija minn Duminku Zammit mir-rahal Zebbug. Halla ghal dan il-ghan qasam ta’ djar li jinsab fl-istess rahal.


Il-festa ta’ Santa Margerita tigi mfakkra nhar l-ghoxrin jum ta’ Lulju bil-kant tal-primi vespri u quddiesa letta. Ghal dan il-ghan, Marija, armla ta’ Luqa Mifsud mir-rahal Gargur, halliet bicca art li fuqha kienet mibnija l-kappella ddedikata lil Santa Margerita fix-xaqliba ta Gadir la Harnuch (Ghadir l-Ghamuq).


Il-festa ta’ San Lawrenz Martri tigi mfakkra nhar l-ghaxar jum t’Awwissu bil-kant tal-primi vespri u quddiesa kantata. Ghal dan il-ghan hemm bicca art marbut maghha dan il-piz f’ta' Venezia (Ta’ Vnezja).


Minhabba l-istess raguni, il-pittura ta’ San Pankrazju kienet mghoddija mill-kappella qadima taghha ghax kienet ipprofanata, tigi ccelebrata wkoll quddiesa letta kull xahar f’jum il-Hadd. Dan b’wirt imholli minn Fabrizju Testaferrata, kif imnizzel fl-atti tar-raba’ zjara tal-qatt minsi lsqof Balaguer tas-sena 1660. Biex jitwettaq dan il-piz, Fabrizju halla gonna f’ta Burundec (isem ta’ lok b 'kaligrafija mhix cara) li jinsab fix-xaqliba tal Vardia (Tal-Wardija) li bhalissa sidha hu ibnu Duminku Pawlu Testaferrata. Ir-reverendu kappillan xehed li sa minn snin ilu minn issa, dan il-piz mhux qieghed jitwettaq.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur ordna s-sekwestru tal-frott u tal-gid kollu li thalli din il-propjeta biex bih jitwettaq dan il-piz.


Zar is-sagristija li tinsab ftiq in-naha tax-xellug tal-kor. Zar ukoll l-istess kor kif (p.100) ukoll il-midfen li huma mizmuma tajjeb u mghammra b’dak kollu li hu mehtieg.


Fl-istess sagristija hemm imdendla tabella bil-pizijiet tal-quddies u jidher li kollox hu mnizzel car u kif inhu.


Il-prokuratur tal-quddies huwa l-qassis Dun Duminku Pace li l-illustrissirnu u reverendissimu sinjur, ghal ragunijiet misthoqqa, ikkonfermah fil-qadi tieghu.


Zar l-artal tas-sagristija li qieghed fuq in-naha tal-lemin tal-kor, f’liema kappella tieghu jintrefa’ apparat mehtieg tal-knisja.


Zar il-kor, li hu ffurmat minn tliet indani tal-injam imwahhla ma’ xulxin, li ghandu mriekeb fejn jistriehu l-idejn fuqhom u dahar fejn jistriehu l-ispallejn. Hu mizmum tajjeb.


Zar l-erba’ konfessjonaiji li jinsabu fin-navi tal-knisja quddiem il-hnejjiet.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur amar li tnejn mill-imsemmija konfessjonaiji jitnehhew minn quddiem il-hnejjiet tan-navi u jressquhom qrib il-bieb tal-knisja u jsiru tnejn ohra godda, tajbin daqs l-ohrajn, tal-injam.


Zar il-kor (l-orgni?), mahdum gdid li qieghed fil-gallerija fuq il-bieb ewlieni li issa qieghed jerga' jintuza mill-gdid kif xehed l-organista.


Fela l-binja tal-knisja u sab li hi mizmuma tajjeb. Ma’ wiehed mill-pilastri li fuqhom tistrieh il-koppla, fuq in-naha tal-evangelju, hemm pulptu tal-injam mahdum gdid li hu mirqum kif xieraq.


Zar iz-zewg kampnari li jinsabu mal-faccata tal-knisja fuq barra. F’dak ta’ fuq in-naha tal-lemin hemm fih tliet qniepen.


L-Ghaxar Jum ta’ Mejju 1709 fil-ghodu


L-illustrissimu u reverendissimu Isqof, wara li sema’ l-quddiesa fil-knisja parrokkjali, flimkien mas-sinjuri konvizitaturi maghzula terraq biex izur il-knejjes filjali u dawk tal-kampanja. Hekk:


Zjara lill-Knisja Filjali ta’ Sant Anton Abbati


(p.101) Zar il-knisja filjali ddedikata lil Sant Anton Abbati li qieghda f dan ir-rahal Musta.Ghandha artal wiehed tal-gebel u fuqu pittura. Il-mejda tieghu hi tajba u xierqa biex fuqha jkun iccelebrat is-sagrificcju tal-quddiesa. Hu armat tajjeb. Quddiemu jiddendel lampier, tahlita ta’ fidda u comb, b’imnara li tinxteghel f’jiem maghzula. Ihallas ghaliha l-qassis Dun Dumink Xerri li dahal ghal dan il-piz kif miktub fiz-zjara tas-sena 1686.


Il-festa tigi ccelebrata fis-sbatax-il jum ta’ Jannar, festa liturgika ta dan il-qaddis, bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa letta mhollija b’imhabba kbira minn Florju Borg.


Ghandha piz ta’ quddiesa fil-Hdud u festi tal-precett imhollija b'devozzjoni mill-istess Florju Borg li biex jitwettaq dan il-piz u biex issir il-festa halla qasam ta‘ djar li jinsabu hdejn din il-knisja li bhalissa sidhom hu Gwanni Batttista Borg, m-neputi tieghu, li qieghed iwettaq dan il-piz kif stqarr ir-reverendu kappillan
Din il-knisja ghandha bicca art li tmiss maghha fuq in-naha ta' Nofsinhar. Ghandha lbies sacerdotali u missall. Jiehu hsiebha l-istess Gwanni Battista Borg li


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur baghat ghalih biex jghaddilu inventarju tal-affarijiet li din il-knisja ghandha.


Zjara lill-Knisja Filjali ddedikata lil San Anard Konfessur


Zar il-knisja filjali ddedikata lil San Anard Konfessur li tinsab f dan ir-rahal Musta. Fiha artal wiehed tal-gebel bil-pittura fuqu. Il-mejda tieghu hi xierqa u tajba biex fuqha jkun iccelebrat is-sagrificcju tal-quddiesa. Hu armat tajjeb ukoll. Quddiemu jiddendel lampier, tahlita ta’ fidda u comb, b’imnara li tinxteghel kull nhar ta’ Sibt.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur amar li l-mejda tal-artal ghandha titkahhal tajjeb.


Il-festa tigi ccelebrata fis-sitt jum ta’ Novembru bil-kant tal-primi vespri u (p.102) quddiesa kantata. Biex issir il-festa u biex jinxteghel il-lampier thalla qasam ta’ djar bi gnien maghhom li jinsab hdejn l-istess knisja, li bhalissa sidhom hu Salvu Mangion.


Hemm piz ta’ sitt quddisiet li jitqaddsu f’dawn il-festi: it-Twelid tal-Beata Vergni Manja, San Leonardu, il-festa tal-Angli Kustodji, it-Twelid ta’ San Gwann Battista, San Bernard Abbati kif ukoll nhar l-Ghid tal-Imwiet; kollha mhollija b’devozzjoni kbira minn Bernada Mangion kif miktub fl-atti tan-nutar Guzeppi Pawlu Fenech tal-hamsa u ghoxrin ta’ Marzu 1658; li biex jitwettaq dan il-piz halliet b’wirt bicca art maghrufa bhala Iccens li tinsab fix-xaqliba ta’ Hal Pissa u li bhalissa sidha huwa s-sacerdot Dun Guzeppi Mangion, in-neputi tal-fundatrici, li qieghed iwettaq dan il-piz kif xehed ir-reverendu kappillan.


Hemm piz iehor ta’ zewg quddisiet kull xahar li jitqaddsu nhar t’Erbgha jew nhar ta’ Sibt, kif jaqtaghha c-celebrant, imhollija b’ghotja b’devozzjoni qaddisa ohra minn Bernada Mangion kif miktub fl-atti tan-nutar Guzeppi Fenech tas-sbatax-il jum ta’ Jannar 1657; li biex jitwettaq dan il-piz kif ukoll piz iehor ta’ zewg quddisiet ohra kull xahar f’jum t’Erbgha jew ta’ Sibt fl-artal tal-Madonna tal-Grazzji li jinsab fil-knisja parrokkjali thallliet bicca art maghrufa bhala elginen fix-xaqliba ta’ Hal Dimegh li bhalissa hi f’idejn il-werriet, il-qassis Dun Guzepp Mangion. Ir-reverendu kappillan xehed li dan il-piz mhux qieghed jitwettaq kollu:


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur baghat ghall-imsemmi werriet u wissieh biex iwettaq dan il-piz kollu kemm hu.


Din il-knisja ghandha kalci tal-fidda bit-tazza tieghu mahsula bid-deheb kif ukoll ilbies sacerdotali kif ukoll ilbies iehor liturgiku mholli minn Dun Guzepp Mangion, kif diga mfisser fiz-zjara qaddisa li diga saret.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur amar li l-patena trid ukoll tkun mahsula bid-deheb.


Hu mifhum li l-werrieta ta’ Dun Guzepp Mangion ghandhom fuq spallejhom piz dejjiemi li jiehdu hsiebha, kif ukoll jiehdu hsieb il-manutenzzjoni tal-post u l-harsien tal-ilbiesi u hwejjeg qaddisa kif ukoll it-tiswija, il-manutenzjoni u t-tibjid ta' din il-kappella kull meta tinqala’ l-htiega, kif ukoll il-mixeghla tal-lampier kif hemm miktub fiz-zjara qaddisa li diga saret.


Il-prokuratur taghha hu Bartilmew Mangion, wiehed mill-werrieta ta' (p.103) Dun Guzepp.


L-Ilustrissimu u reverendissimu sinjur ghajjatlu u talbu jghaddilu inventarju tal-post kollu kif ukoll tal-hwejjeg qaddisa li ghandha din il-knisja.


Zjara lill-Knisja Filjali ddedikata liz-Zjara tal-Beata Vergni Marija


Zar il-knisja filjali ddedikata liz-Zjara tal-Beata Vergni Marija li tinsab f’dan ir-rahal Musta fix-xaqliba Ta' Dib. Sab li hi mizmuma tajjeb. Ghandha artal tal-gebel bil-pittura fuqu. Il-mejda tieghu hi mizmuma tajjeb u xierqa biex fuqha jkun iccelebrat is-sagrificcju tal-quddiesa. Kif miktub fiz-zjara qaddisa li diga saret, mill-pittura kienet imnehhija l-figura ta’ Duminku Mangion. Quddiem l-artal jiddendel lampier, tahlita ta’ fidda u comb, b’imnara li tinxteghel f’jiem maghzula.


Il-festa tigi ccelebrata bir-recta tal-ewwel ghasar u quddiesa kantata fit-tieni jum ta’ Lulju, solennita taz-Zjara tal-Beata Vergni Marija. Biex tithallas il-festa, il-mixeghla tal-lampier kif ukoll is-servizz tal-artal kif ukoll it-tiswija tal-post thalla piz fuq qasam ta’ djar li jinsab f’dan ir-rahal tal-Musta li bhalissa hu f’idejn Duminku Mangion. Kollox qieghed jitwettaq kif stqarr ir-reverendu kappillan.


Hemm ukoll marbut ma’ din il-knisja piz ta’ quddiesa li titqaddes nhar t’Erbgha jew nhar ta’ Gimgha li thalliet minn Damjan Bonnici fl-atti tan-nutar Guzeppi Pawlu Fenech fis-seba’ jum ta’ Mejju 1644. Biex jitwettaq dan il-piz u biex jitwettaq piz iehor ta’ tnax-il quddiesa li jitqaddsu kull sena fl-artal ta' Santu Rokku fil-knisja parrokkjali, kif miktub fl-istess zjara, dan Damjan halla bicca art maghrufa ta’ Iccens li tinsab fit-trufijiet tar-rahal Nascari hdejn il-knisja ta' Santa Margerita Ta Xahra li halla Gwanni Gatt biex jitwettqu dawn il-pizijiet. Bhalissa hi f’idejn Filibertu Gatt li jigi n-neputi tieghu. Ir-reverendu kappillan stqarr li dan il-piz ilu hafna snin ma jitwettaq.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur ordna s-sekwestru tad-dhul minn dm il-bicca art biex jitwettaq dan il-piz.


Zjara lill-Knisja Filjali ddedikata lill-Kuncizzjoni tal-Beata Vergni Marija


(p.104) Zar il-knisja filjali ddedikata lill-Kuncizzjoni tal-Beata Marija mibnija fit-trufijiet ta’ dan ir-rahal Musta fix-xaqliba Ta’ Landar Blat. Ghandha artal wiehed tal-gebel u fuqu ikona. Il-mejda tieghu hi tajba u xierqa biex fuqha jkun iccelebrat is-sagrificcju tal-quddiesa. Hu mizmum hekk u hekk. Quddiemu jiddendel lampier, tahlita ta’ fidda u comb, b’imnara li tinxteghel f’jiem maghzula.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur amar li l-mejda tal-artal ghandha tkun imkahhla sewwa u l-artal ghandu jkollu t-tabelli tas-salm tal-hasil tal-idejn u ta’ l-evangelju ta’ San Gwann.


Il-festa tigi ccelebrata bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa kantata nhar it-tmien jum ta’ Dicembru bis-sahha ta’ fundazzjoni qaddisa mhollija minn Bartilmew Busuttil lill-Veneranda Lampada tal-knisja parrokkjali tal-istess rahal Musta, mid-dhul li jrendi kapital ta’ hames onsji, liema kapital imholli mill-istess Bartilmew jinsab fil-harsien tal-istess knisja parrokkjali. Dan il-piz qieghed jitwettaq kif xehed ir-reverendu kappillan.


Hemm ukoll piz iehor ta’ celebrazzjoni ta’ disa’ quddisiet li sitta minnhom iridu jitqaddsu fil-festi ddedikati lill-Beata Vergni Marija waqt li t-tlieta l-ohra jitqaddsu fil-festi ta’ San Guzepp, San Bert Appostlu u Santa Katerina Vergni u Martri. Dawn imhollija b’imhabba kbira mill-istess Bertu Busuttil kif mitlub fl-atti tar-raba’ zjara qaddisa tal-qatt minsi Isqof Balaguer. Biex jitwettaq dan il-piz thalla qasam ta’ djar li jinsab f’dan ir-rahal tal-Musta li bhalissa hu f’idejn il-werriet Guzeppi Chetcuti.


Ir-reverendu kappillan stqarr li dan il-piz ilu ma jitwettaq ghal hafna snin. Dan ghaliex il-werrieta ta’ Guzeppi m’humiex qeghdin ihallsu elemozina ta’ quddies oghla mill-hlas sinodali mitlub, u l-qassisin ta’ dan ir-rahal ma jridux jiccelebraw il-quddies bi hlas ta’ tarani u ghaxar grani kull quddiesa minhabba l-boghod li hemm mill-knisja parrokkjali.


L-illusstrissimu u reverendissimu sinjur ordna l-htif tad-dhul minn dan il-qasam ta’ djar biex jitwettaq dan il-piz u ffissa li l-elemozina ta’ kull quddiesa tkun ta’ zewg tarani, u heggeg lill-qassisin ta’ dan ir-rahal biex jonoraw ic-celebrazzjoni ta’ dan il-quddies biex hekk jirrispettaw il-memorja qaddisa tal-fundatur.


Zjara lill-Knisja Filjali ddedikata lil Santa Marija Vergni u Martri


(p.105) Zar il-knisja ddedikata lil Santa Margerita Vergni u Martri mibnija fit-trufijiet ta’ dan ir-rahal Musta. Ghandha artal wiehed tal-gebel u fuqu ikona. Il-mejda tieghu hi tajba u xierqa biex fuqha jkun iccelebrat is-sagrificcju tal-quddiesa. Hi mizmuma hekk u hekk. Fuq in-naha tal-epistola hemm imnara go cirku tal-hadid imwahhal mal-hajt li tinxteghel kull nhar ta’ Sibt.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur amar li l-pittura titla’ ‘l fuq aktar u l-artal jizdiedlu targa ohra tal-injam, salib xieraq bix-xbieha qaddisa tal-kurcifiss, it-tabelli tas-salm tal-hasil tal-idejn u tal-evangelju ta’ San Gwann kif ukoll terha kulur isfar car hafna.


Il-festa tigi ccelebrata bil-kant tal-primi vespri u quddiesa kantata fl-ghoxrin jum ta’ Lulju.


Ghandha piz ta’ quddiesa letta ta’ kull sena f’jum il-festa. Biex jitwettaq dan il-piz, kif ukoll il-mixghela, ic-celebrazzjoni tal-ewwel ghasar kif ukoll it-tiswija mehtiega tal-knisja thalla habel raba b’dawn il-pizijiet marbut mieghu, li jmiss mac-cimiterju fuq in-naha tal-Lvant, li bhalissa hu f’idejn Frangisku Chetcuti mir-rahal Musta.


Ir-Reverendu kappillan stqarr li l-piz ta’ din il-quddiesa mhux qieghed isir, waqt li c-celebrazzjoni tal-ewwel ghasar u quddiesa kantata thallas ghalihom il-knisja. Frangisku Chetcuti jiehu hsieb biss il-mixghela tal-imnara. Ilu jichad dan il-piz ghal dawn l-ahhar sitt snin. Izomm li hu ghandu jwettaq il-piz tac-celebrazzjoni tal-quddiesa li ssir f’jum il-festa u l-mixghela tal-imnara bi qsim fl-ispejjez ma Dun Guzepp Calleja, kappillan tar-rahal Balzan, bhala sid ta’ habel raba iehor li jmiss mal-istess cimiterju li fil-bidu dawn iz-zewgt ihbula raba kienu jiffurmaw habel wiehed li kien imholli mill-fundatur.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur amar il-htif tad-dhul mill-art li sidha hu Frangisku Chetcuti biex jitwettaq il-piz kollu kemm hu u ta fehmtu, li meta Frangisku cahad li jwettaq dan il-piz kollu, kien qieghed iwaqqa’ l-gebla fuq saqajh.


Il-prokuratur ta’ din il-knisja hu Guzeppi Galea mahtur ftit tax-xhur ilu. Qablu (p.106) kien Guzeppi Maria Schembri li:

L-illustrissimu u reverendissimu sinjur baghat ghalih biex jghaddilu rendikont shih tal-amministrazzjoni tieghu.


Zjara lill-Knisja ddedikata lil San Pawl Appostlu


Zar il-knisja rurali ddedikata lil San Pawl Appostlu mibnija fuq art ta’ Elenora Testaferrata, mart Caroli Falson, maghrufa bhala Ta’ Mingiba. Ghandha artal tal-gebel bil-pittura fuqu. Il-mejda tieghu hi tajba u xierqa biex fuqha jsir is-sagrificcju tal-quddiesa. Hu mizmun hekk u hekk. Quddiemu jiddendel lampier tar-ram b’imnara li tinxteghel f’jiem partikulari.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur amar li l-mejda tal-artal toghla xi ftit, waqt li t-targa ta’ fuq l-artal ghandha titkahhal. Il-gwarnic tal-pittura ghandu jinzebagh waqt li fuq l-istess artal ghandu jitqieghed salib bix-xbieha xierqa tal-kurcifiss u tal-anqas erba’ gandlieri tal-injam indurati bil-fidda.


Il-fest tigi ccelebrata nhar l-ghaxra ta’ Frar, jum it-tifkira solenni tal-migja tal-qaddis titulari f’dawn il-gzejjer, moghtija b’devozzjoni kbira minn Elenora li kif ukoll bl-istess devozzjoni qaddisa thallas ghac-celebrazzjoni ta’ quddiesa kull nhar ta’ Hadd.


Ghandha piz ta’ quddiesa li tigi ccelebrata f’jum ta’ festi kmandati, Hdud mhux maghduda, imhollija minn Fabrizii Testaferrata, kif imnizzel fl-atti tar-raba’ zjara qaddisa tal-qatt minsi Isqof Balaguer tat-tletin jum t’April 1660. Biex jitwettaq dan il-piz thalliet bicca art li tinsab fl-istess xaqliba tal Mingiba b’dan il-piz marbut maghha li kif stqarr il-qassis Dun Fabrizii Busuttil hu qieghed iqaddes din il-quddiesa fl-imsemmija festi tal-precett imhallas mis-sinjura Elenora.


Wara l-artal hemm sagristija li tista’ tidhol ghaliha minn zewg bibien fiz-zewgt ignub tal-artal li fiha jinzammu xbihat qaddisa u lbies sagru tal-knisja.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur amar t-tindif tal-kalci u tal-patena. Ordna wkoll li t-twieqi tas-sagristija ghandhom isirulhom gradi tal-anqas tal-injam. Is-saqaf tal-knisja ghandu jissewwa. L-istess knisja ghandha titbajjad fuq gewwa u t-twieqi taghha ghandhom jiehdu hsiebhom.


Zjara lill-Knisja Rurali ddedikata lit-Tlugh fis-Sema tal-Beata Vergni Marija


(p.107) Zar il-knisja rurali ddedikata lit-Tlugh fis-Sema tal-Beata Vergni Marija li qieghda fix-xaqliba ta’ Busbesia. Fiha artal wiehed tal-gebel b'pittura fuqu tassew qadima. L-imnara qieghda go cirku tal-hadid imwahhal mal-hajt u tinxteghel kull nhar ta’ Sibt.


F'din il-knisja jigu ccelebrati tliet festi. It-Tlugh fis-Sema tal-Beata Vergni Marija bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa letta, il-festa ta' Sant Anton Abbati u l-festa ta San Pawl l-ewwel eremita b’quddiesa letta biss. Biex jigu ccelebrati dawn it-tliet festi, u biex tinzamm il-mixeghla tal-imnara u l-htigijiet tal-knisja, thalliet art maghrufa bhala el gionna ta' Chenzira. li tmiss mal-istess knisja b’dawn il-pizijiet marbuta maghha. Bhalissa s-sidien taghha huma Dun Anglu Fenech J.V.D., il-kjeriku Aloysio Vassallo u Gwanni Duminku Calleja li qeghdin iwettqu dawn il-pizijiet kif xehed ir-reverendu kappillan.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur amar, wara li ra li hu hekk xieraq, li f'din il-knisja ghandha issir quddiesa l-Hadd fl-ottava tal-festa tat-Tlugh fis- Sema tal-Beata Vergni Marija bhala parti shiha mic-celebrazzjom tal-festa f’din il-knisja. Amar li l-ikona ghandha tigi rrestawrata u mzejna bi skultura tal-gebel, u l-gwarnic taghha jkun mizbugh. L-artal ghandu jizdiedlu t-targa ta’ fuq tal-injam, u jsirlu salib bix-xbieha qaddisa tal-kurcifiss kif ukoll erba' gandlieri tal-anqas tal-injam indurati bil-fidda kif ukoll it-tabelli tal-Glorja, tas-Salm tal-Hasil tal-Idejn u tal-evangelju ta' San Gwann u terha ta' drapp kulur isfar car hafna.


Zjara lill-Knisja Rurali ddedikata lil Sant’Andrija Appostlu


Zar il-knisja tal-kampanja ddedikata lil Sant Andrija Appostlu li tinsab fix-xaqliba ta’ Hal Pissa li fiha hemm artal wiehed tal-gebel b'ikona fuqu. Il-mejda tieghu, ghalkemm zghira hi tajba biex fuqha jkun iccelebrat is-sagrificcju tal-quddiesa. Hi mzejna kif xieraq. Quddiemu jiddendel lumpier, tahlita ta’ fidda u comb, b'imnara li tinxteghel kull nhar ta' Sibt.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur amar li l-artal ghandu jsirlu mejda gdida li tkun akbar, salib bix-xbieha qaddisa tal-kurcifiss fuqu, karta tal-Glorja u (p.108) tabelli bis-salm tal-hasil tal-idejn u l-evangelju ta’ San Gwann.


Il-festa tigi ccelebrata bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa kantata. L-ispiza tithallas mid-dhul li jrendi kapital ta' erbghin onsja u hmistax-il tarani li huma amministrati mill-prokuratur taghha Gwanni Maria Schembri li,


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur baghat ghalih biex iroddlu rendikont shih tat-tmexxija tieghu.


Zjara lill-Knisja Rurali ta’ San Pawl l-Ewwel Eremita


Zar il-knisja tal-kampanja ddedikata lil San Pawl l-ewwel eremita mibnija fil-blat fil-wied Uued el Hasel. Ghandha zewg artali. Wiehed qieghed fuq gewwa nett tal-knisja li hu tal-gebel li fuqu hemm pittura li turi x-xbieha tal-qaddis titulari u lil Sant Anton Abbati. Il-mejda tieghu hi tajba u xierqa biex fuqha jkun iccelebrat is-sagrificcju tal-quddiesa. Hu armat kif xieraq. Quddiemu jiddendel lampier tal-fidda, li jiswa hafna, b’imnara li tinxteghel kull nhar ta’ Sibt.


Il-festa hi ccelebrata bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa kantata nhar il-hmjstax-il jum ta' Jannar, festa tal-istess qaddis San Pawl. Tigi ccelebrata wkoll il-festa ta’ Sant Anton Abbati b’quddiesa letta biss, spejjez tal-istess knisja.


Tigi ccelebrata wkoll f’din il-kripta il-festa ta’ San Pawl l-ewwel eremit b’quddiesa letta mhollija b’devozzjoni kbira minn Grazja Hagius, kif diga mfisser fiz-zjara qaddisa li saret lill-artal tal-Madonna tal-Grazzji fil-knisja parrokkjali tar-rahal Musta.


Din il-knisja ghandha wkoll kapital investit li hu amministrat mill-prokuratur taghha il-qassis Dun Indrin Camilleri mir-rahal Nascaro li ...


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur baghat ghalih biex iroddlu rapport shih tal-amministrazzjoni u tal-hidma tieghu.


L-artal l-iehor, li hu wkoll tal-gebel, jinsab fil-bitha fuq in-naha tal-lemin tal-knisja go kappella zghira. Fuqu hemm ikona. Il-mejda tieghu hi tajba u xierqa bizzejjed biex fuqha jkun iccelebrat is-sagrificcju tal-quddiesa. Hu mizmum tajjeb. Quddiemu jiddendel lampier tar-ram b’imnara li tinxteghel f’jiem maghzula.


(p.109) Il-festa tigi ccelebrata fit-tieni jum ta’ Frar, festa tal-Purifikazzjoni tal-Beata Vergni Marija, bil-kant tal-ewwel ghasar u quddiesa letta mhollija b'qalb kbira minn Guzeppi Mangion li biex jitwettaq dan il-piz halla lil dan l-artal kapital ta’ ghaxar onsji li ma’ dan id-dhul tieghu jizdied dhul iehor ta' gid imholli lil dan l-artal kif miktub fiz-zjara qaddisa tal-1686. Dan qieghed ikun ammimstrat mill-prokuratur taghha Klement Mangion mir-rahal Musta li


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur sejjahlu biex iroddlu rapport shih tal-amministrazzjoni tieghu. Fuq wara tal-artal ta’ San Pawl zdiedet sagristija zghira li fiha jintrefghu kalci, patena u paramenti ohra sagri tal-knisja kif ukoll affanjiet ohra mnizzla fl-inventarju mghoddi mill-prokuratur Indrin Camilleri.


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur hatar bhala prokuratur gdid ta' din il-knisja lill-qassis Dun Pietru Pawl Borg mir-rahal Musta, jigifien lill-istess prokuratur tal-artal tal-Madonna tal-Grazzji bil-jeddijiet kollha mehtiega minn din il-hatra.


Laqghat Personali mal-Kleru Kollu tar-Rahal Musta


L-Ghaxar Jum tax-Xahar ta' Mejju 1709


Dehru quddiem l-illustrissimu u reverendissimu Isqof il-kappillan, il-kleru u l-bqija tal-kleru ta' dan ir-rahal Musta. F'dawn il-laqghat l-illustrissimu u reverendissimu sinjur, imqanqal minn imhabba l-izjed kbira, ressaq il-korrezzjonijiet tieghu lil kull wiehed individwalment li ltaqa' mieghu fil-privat go kmajra. B'imhabba l-izjed kbira ta' missier sahhahhom bit-twiddib tieghu.


Qassisin

  • Rev. Dun Lawrenz Habela J.V.D. kappillan
  • Dun Dumink Xerri
  • Dun Xmun de Gueuara
  • Dun Gwann Maria Bonello
  • Dun Dumink Habela
  • Dun Fabrizju Busuttil
  • Dun Pietru Pawl Borg
  • Dun Dumink Pace

Ma Resqux

  • (p.110) Dun Oraz de Gueuara, vici parroku tal-lokal Burmulo
  • Dun Pawl Azzopardu, professur fl-iskola fil-Belt Notabile

L-illustrissimu u reverendissimu sinjur wissa lil Dun Dumink Azzopardo biex f’kull jiem ta’ festa jaghti s-servizz tieghu f’din il-knisja parrokkjali li hu affiljat maghha taht pieni li jista’ jimponi l-illustrissimu u reverendissimu sinjur bis-setghat moghtija lilu.


Djakni

  • Dun Anton Galea

Suddjakni

  • Dun Anton Schembri

Kjerici

  • Pawlu Chetcuti
  • Pietru Pawl Fenech

L-istess Jum l-Ghaxra ta’ Mejju 1709


Dehru quddiem l-illustrissimu u reverendissimu sinjur Isqof, flimkien mal-assistenti u esperti tieghu, Dun Fabrizju Bonnici J.V.D. tezorier u Dun Guzepp Anton Cangielamano, kanonci tal-Katidral flimkien mal-konvizitaturi, il-kleru tal-parrocca u wrew il-privileggi ordinarji taghhom. Dawk li kienu diga resqu l-privileggi taghhom fiz-zjajjar qaddisa li diga saru ma kellhomx ghalfejn jergghu jipprezentawhom.

  • Id-djaknu Dun Anton Galea wera c-certifikati tieghu tal-hatriet mill-ewwel tonsura sad-djakonat mahruga f’Malta fit-tmien jum t’April 1708.
  • (p.111) Is-suddjaknu Dun Indrin Schembri wera c-certifikati ordinarji tal-hatriet tieghu mill-ewwel tonsura sas-suddjakonat mahruga f’Malta fis-sittax-il jum ta’ Marzu 1709.
  • Il-kjeriku Pawlu Fenech wera c-certifikat ordinarju tal-hatra tieghu tat-tonsura kjerikali mahruga f’Malta fl-ewwel jum t’April 1702.

Fl-istess Jum


Dehru quddiem l-illustrissimu u reverendissimu sinjur Isqof, flimkien mal-esperti u konvizitaturi kif ukoll ir-reverendu Dun Guzepp Muscat, cerimonjier tal-knisja Katedrali, il-membri kollha tal-kleru li kienu ezaminati dwar il-hiliet cerimonjali taghhom. Min ghadda u min kien imwissi kif jidher:

  • Dun Dumink Xerri kien ezaminat u ghadda
  • Dun Xmun de Guevara kien ezaminat u ghadda
  • Dun Gwann Maria Bonello kien ezaminat u ghadda
  • Dun Dumink Habela kien ezaminat u mwissi dwar ir-radd tas-salib u attenzjoni xierqa waqt il-kant tal-kor
  • Dun Fabrizju Busuttil kien ezaminat u ghadda
  • Dun Pietru Pawl Borg kien ezaminat u ghadda
  • Dun Dumink Pace kien ezaminat u ghadda

Il-Hdax-il jum ta’ Mejju 1709


Dehru quddiem l-illustrissimu u reverendissimu sinjur Isqof, l-esperti u l-konvizitaturi; il-qassisin li ghandhom il-permess li jqarru f’dan ir-rahal Musta u wara li kienu ezaminati mill-gdid rega’ ggeddidilhom il-permess.


Konfessuri

  • Dun Dumink Xerri kien ezaminat u ghadda
  • Dun Gwann Maria Bonello kien ezaminat u ghadda
  • Dun Fabrizju Busuttil kien ezaminat u ghadda
  • (p.112) Dun Pietru Pawl Borg kien ezaminat u nghatalu l-permess biex iqarar lill-irgiel biss
  • Dun Dumink Pace kien ezaminat u nghatalu l-permess biex iqarar lill-irgiel biss

Ma dehrux qwiebel ghax ma kienx hawn f’dan ir-rahal. Ghalhekk l-illustrissimu u reverendissimu sinjur heggeg lir-reverendu kappillan biex jiehu hsieb igib qwiebel biex jaqdu l-htigijiet tar-rahal u fuq il-htiega li dawn ikunu mistharrga fuq il-hiliet taghhom biex iwettqu dan ix-xoghol, kif ukoll li jkollhom licenzja ufficjali.


L-Istess Hdax-il Jum ta’ Mejju 1709


Dehru quddiem l-illustrissimu u reverendissimu sinjur flimkien mal-esperti u l-konvizitaturi tieghu, il-qaddejja u l-harriesa tal-knejjes, jigifieri:


Qaddejja tal-Knejjes

  • Carolus Cappello, qaddej tal-knisja parrokkjali, li wera l-licenzja tieghu tal-hatra mahruga fid-dsatax-il jum t’April 1704
  • Anglu Schembri, qaddej tal-knisja rurali ddedikata lill-Kuncizzjoni tal-Beata Vergni Marija fix-xaqliba ta’ andar elblat
  • Gwanni Galea, qaddej tal-knisja rurali ddedikata lil Santa Margerita Vergni u Martri, li wera l-ittra tal-hatra tieghu mahruga fid-disa’ jum t’Ottubru 1699
  • Duminku Galea, qaddej tal-knisja rurali ta’ Sant Andrija Appostlu, li wera l-licenzja tal-hatra tieghu moghtija fis-sebgha u ghoxrin jum t’Awwissu 1701
  • Ludovik Borg, qaddej tal-knisja filjali ddedikata lil Sant Anton Abbati, li wera c-certifikat tal-hatra tieghu mahruga nhar it-tmienja u ghoxrin jum ta’ Jannar 1708

L-Istess Jum


(p.113) Ir-reverendu Dun Lawrenz Habela, kappillan, ghadda f'idejn l-illustrissimu u reverendissimu sinjur isqof il-hames kotba tal-parrocca; jigifieri dawk tal-Maghmudija mibdi fis-sena 1697, dak tal-Grizma tal-Isqof, taz-Zwigijiet u dak tal-Mejtin mis-sena 1686, kif ukoll dak tal-Qaghda tal-Erwieh mis-sena diga msemmija 1697. Wara li kollha kienu miflija b’reqqa kbira nstab li kienu mizmuma tajjeb, inkluz dak tal-Qaghda tal-Erwieh li hu mizmum f’ordni tajba. Il-wisq illustrissimu u reverendissimu sinjur, wara li wera l-apprezzament tieghu ghall-hiliet u l-ghaqal tal-istess kappillan, ghaddielu lura dawn il-kotba.


Il-Hdax-il Jum tax-Xahar ta’ Mejju 1709


L-illustrissimu u reverendissimu sinjur Fra Davide Cocco Palmieri, Isqof ta' Malta, wara li temm iz-zjara qaddisa tieghu f’dan ir-rahal Musta, bis-sahha tad-digrieti li diga hareg u in virtu tal-ubbidejnza li ghandha tintradd lilu, taht pieni li diga huma mnizzla hawn taht, u taht pieni ohrajn li l-istess illustnsssimu u reverendissimu sinjur jista’ jimponi kif ihoss li hu xieraq, jaghmel dawn l-osservazzjonijiet li gejjin:


  • L-ewwel. Kull nhar ta’ Sibt fil-ghaxija ghandha tibda titkanta l-kompieta kif ukoll il-litanija tal-Beata Vergni Marija. Il-hin ideali li ssir din il-funzjoni qaddisa hu qabel id-daqq tal-Ave Maria biex hekk l-istudenti kjerici jilhqu jaslu lura mill-Belt Valletta u jiehdu sehem.

  • It-tieni. Kull nhar ta’ Hadd, kif ukoll kull nhar jiem ta’ festi kmandati, filghodu, ghandha titkanta t-Terza u n-Nona tal-brevjar ezatt wara l-hrug tal-quddiesa bil-ministri.
    L-ghasar, mill-ewwel jum ta’ Mejju sa l-ahhar ta’ Settembru, ghandu jitkanta wara it-tlieta ta’ wara nofsinhar. Tul ix-xhur l-ohra tas-sena fis-saghtejn ta wara nofsinhar.

  • It-tielet. Fil-kant tal-ghasar, waqt il-kant Gregorjan u fil-quddiesa kantata zewg qassisin ghandhom johorgu f’nofs il-kor, quddiem il-legiju, u jintonaw il-kant tal-antifoni, barra dawk li jintona r-reverendu kappillan, kif ukoll biex jintonaw is-salmi tal-ghasar. Hekk ukoll isir fil-kant tat-Terza u fil-quddiesa li ssir wara.
    (p.114) Wara li jintonaw huma, kulhadd isegwi l-intonazzjoni taghhom.

  • Ir-raba’. Ghal dawn il-funzjonijiet qaddisa, il-kleru kollu, liebes ilbies xieraq kif ukoll il-berittin, ghandu jiehu sehem b’herqa tassew kbira biex ma jittihdux passi dixxiplinari kif mitluba mill-kostituzzjonijiet sinodali. Nofs siegha qabel ghandha tindaqq tliet darbiet il-qanpiena, bl-ahhar mota tindaqq ezatt qabel il-bidu, biex tistieden ukoll lill-poplu biex jiehu sehem.

  • Il-hames. Il-laqgha dwar kazijiet ta’ kuxjenza ghandha ssir kull nhar ta’ Sibt f’hin xieraq u adegwat skont l-forma mfassla mill-istess kostituzzjonijiet. Kulhadd ghandu jiehu sehem fiha, l-aktar il-konfessuri. Il-kazijiet li jkunu diskussi tul il-gimgha ghandhom jitressqu quddiem imghallmin tal-morali. Fejn ghad m’hemmx kotba, dawn ghandhom jingiebu.

  • Is-sitta. Ix-xedd tal-kleru kollu ghandu jkun iwassal sa taht l-irkoppa, jigifieri kemm il-libsa kif ukoll il-mantell ghandhom itulu li jghattu l-irkoppa. Anki l-kjerici fl-ordnijiet minuri ma jistghux jiggerrew fl-abitat b’ilbies iqsar minn dan. Il-kjerici kollha ma jistghux jilbsu lbies sekulari u qomos miftuha u li ma jghattux l-ispalla u l-idejn kollha. Min ma jobdix jaqa’ taht pieni, kif promulgati mill-koncilju sinodali u mill-koncilju Tridentin sessjoni 14, kapitlu 6.

U biex kulhadd ikun informat dwar dan kollu u hadd ma jkun fl-ghamad, l-illustrissimu u reverendissimu sinjur jamar li kopja ta’ dan kollu titwahhal f’post xieraq fejn kulhadd ikun jista’ jaqraha.