Video minn TVM rigward restawr tal-istained glass li darba kien hemm fil-kappelluni tar-Rotunda
Dan il-video minn din il-link jitkellem fuq restawr tal-istained glass li xi darba kien hemm fit-twieqi tal-kappelluni tar-Rotunda, skont din il-link xoghol Franciz tal-kumpanija Bessac Grenoble lejn 1904, u kienu tnehhew minhabba hsarat li garrbu fil-gwerra u ntefghu fil-kannierja. L-ewwel wahda li tlestiet mir-restawr mis-Sur Walter Vella u Gordon Plum f'Awissu 2022 kienet dik li kien hemm fil-kappellun ta' San Bastjan u swiet €8,500.
Xi ritratti mtellgha fuq il-facebook page tal-Mosta Parish u ta' Walter Vella tar-restawr tal-istained glass li sar
Ritratt tar-restawr komplut ta' dik li kien hemm fil-Kappellun ta' San Bastjan turih quddiem l-Imp. Diocezjanu.
Stained glass ohra lesta mir-restawr f'Novembru '23 turi lill-Imperatur Konstantinu u s-sinjal ta' salib li ra fil-holm tieghu bil-kliem "B'dan is-sinjal nirbah."
Stained glass li kien fil-Kap. tar-Ruzarju b'xeni mill-battalja ta' Lepanto tal-1571 bi flotot insara fosthom xi xwieni tal-Kavallieri ta' Malta ghelbu l-flotta Ottomana.
Ritratt iehor tal-istess Stained glass bil-battalja ta' Lepanto, bil-Papa Piju V jaraha frott l-intercessjoni tal-Madonna tar-Ruzarju li lilha kien sar talb.
U ritratt iehor tal-istess Stained glass mtellgha mill-istess facebook post tal-pagna Mosta Dome.