The Mosta Archives Banner

Tliet Videos mill-Imperial War Museums ta' zmien il-gwerra fejn tidher il-Mosta.



Silta mill-video bit-titlu "THE MALTESE SEE THEIR GEORGE CROSS" part 2 fejn juri l-George Cross esebit fuq iz-zuntier tal-knisja (6:36). L-assedju li Malta kellha ggarrab fit-tieni gwerra dinjija wassal biex fl-eqqel taghha meta tista' tghid l-Assi ma kienx fadlilhom xi jkissru aktar, fil-15 t'April 1942 ir-Re Gorg VI irrikonoxxa bl-unur tal-George Cross mhux lil semplici individwu bhas-soltu imma lin-nies ta' nazzjon shih, ta' Malta kollha, skont hu biex jibqa' xhieda ghal dejjem tal-qlubija li niesha wrew u ghal zmien twil ghad tibqa' maghrufa fl-istorja ("To honour her brave people I award the George Cross to the Island Fortress of Malta to bear witness to a heroism and devotion that will long be famous in history"). Darba kien dahal il-convoy ta' Santa Marija kienet saret ic-cerimonja ufficjali l-Belt fit-13 ta' Settembru 1942 u sussegwentament gie esebit f'diversi rhula f'Malta u Ghawdex, fosthom fil-Mosta, hekk li minn tant irhula fid-deskrizzjoni ta' dan il-video hemm imnizzel:

The George Cross exhibited at Mosta Dome.




Silta minn video iehor bit-titlu "ROYAL NAVY HAND OVER DESTROYER TO THE ROYAL HELLENIC NAVY; YUGOSLAVS LEAVE MALTA; VISIT OF GENERAL GIRAUD AND GENERAL GEORGES TO MALTA." Fil-parti "YUGOSLAVS LEAVE MALTA" jidhru suldati jugoslavi ghaddejjin mill-pjazza tar-rahal (4:21). Fid-deskrizzjoni ta' din il-parti kien hemm imnizzel:

8 May 1944. First batch of Yugoslav partisans leave Malta after hospital treatment and military training to go home as combatants. At the camp those departing wave goodbye to those staying, and climb into lorries. The soldiers sing as they go through the Maltese village of Musta on their way to the Grand Harbour. They disembark on the quayside. They board the tender, waving farewells to their comrades.




Silta minn video iehor bit-titlu "MALTA CONVOY HEROES" milli nista' nifhem eroj li kellhom sehem fil-convoy. Fosthom jidhru r-Royal Irish Fusiliers waqt zjara li ghamlu fil-knisja tal-Mosta (8:52).